Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0376

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali

/* KUMM/2007/0376 finali - COD 2007/0129 */

52007PC0376

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali /* KUMM/2007/0376 finali - COD 2007/0129 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.7.2007

KUMM(2007) 376 finali

2007/0129 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA GROUNDS FOR AND OBJECTIVES OF THE PROPOSAL |

110 | Regulation 883/2004, which modernises and simplifies the coordination of social security systems within the EU, came into force on 29 April 2004 but is not yet applicable. Ir-Regolament 883/2004, li jimmodernizza u jissemplifika l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE, daħal fis-seħħ f'Mejju 2004 imma għadu m’huwiex applikabbli. Sabiex ir-Regolament ikun jista’ jibda jiġi applikat, iridu jiġu ffinalizzati l-Annessi tiegħu. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-Regolament 883/2004 qed jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li fil-preżent jipprevedi l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Ir-Regolament il-ġdid jissemplifika u jimmodernizza l-leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-Regolament 833/2004 jipprevedi li l-kontenut ta’ l-Annessi II u X irid jiġi stabbilit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-bqija ta’ l-Annessi jeħtieġu li jiġu aġġornati, prinċipalment biex jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara d-data li fiha r-Regolament ġie ffinalizzat (id-29 ta’ April 2004). |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Annessi II u X tar-Regolament 883/2004, li fil-preżent huma vojta, għandhom dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-Annessi III u IIa tar-Regolament 1408/71. Il-bqija ta’ l-Annessi li qed jiġu emendati b’din il-proposta diġà fihom dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ bosta Stati Membri, imma jeħtieġu li jiġu ffinalizzati minħabba l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara d-29 ta’ April 2004. Xi wħud minn dawn l-Annessi għandhom ukoll dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fir-Regolament 1408/71. Madankollu, l-Anness I il-Parti 1 (għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment) u l-Annessi III u IV (regoli speċjali għall-benefiċċji ta’ kura tas-saħħa) japplikaw biss għar-Regolament 883/2004. |

141 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin immirati u profil ġenerali tal-parteċipanti Kull wieħed mill-Istati Membri ġie mistieden iressaq kwalunkwe proposta meħtieġa għall-Annessi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tiegħu. Il-proposti mbagħad ġew evalwati mis-servizzi tal-Kummissjoni u ġew diskussi aktar dettalji ma’ l-uffiċjali ta’ l-Istati Membri kkonċernati. |

212 | Sommarju tar-reazzjonijiet u kif dawn ġew ikkunsidrati Kważi r-rikjesti kollha li għamlu l-Istati Membri ġew aċċettati. Xi wħud ġew irtirati wara diskussjoni mal-Kummissjoni, billi ġie deċiż li ma kienux meħtieġa. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm il-ħtieġa ta’ għarfien espert minn barra. |

230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt Ir-Regolament 883/2004 jissemplifika u jimmodernizza l-leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-Regolament jipprevedi li l-kontenut ta’ l-Annessi II u X irid jiġi stabbilit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-bqija ta’ l-Annessi għandhom jiġu aġġornati biex tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara d-29 ta’ April 2004. Ir-Regolament 883/2004 jiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri u jimmodernizza u jissemplifika l-proċeduri eżistenti. Dan mistenni jkollu impatt pożittiv meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni eżistenti u jtejjeb il-proċeduri amministrattivi għall-utenti kollha tar-Regolament, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali, dawk li jħaddmu, b’mod partikolari negozji żgħar u ta’ daqs medju, u ċittadini individwali. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Kull wieħed mill-Annessi tar-Regolament fih dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ l-Istati Membri individwali. Ir-Regolament jipprevedi li l-kontenut ta’ l-Annessi II (dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet li jibqgħu fis-seħħ) u X (benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus) irid jiġi stabbilit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. L-Annessi I, III, IV, VI u VIII, IX u XI iridu jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea wara d-29 ta’ April 2004. Jinħtieġu emendi żgħar ulterjuri f’xi Annessi biex jiġu kkunsidrati żviluppi reċenti fl-Istati Membri l-oħra. |

310 | Bażi legali L-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) kif ġej. |

321 | Hija meħtieġa azzjoni Komunitarja fl-għamla ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni fis-sigurtà soċjali skond l-Artikolu 42 tat-Trattat u hija neċessarja biex tiggarrantixxi li d-dritt tal-moviment liberu kif imsemmi fit-Trattat ikun jista’ jiġi eżerċitat b’mod sħiħ. Mingħajr din il-koordinazzjoni, ikun hemm ir-riskju li l-libertà tal-moviment ma tkunx tista’ titħaddem, peress li n-nies ikunu anqas disposti li jagħmlu użu minn dan id-dritt jekk ikun ifisser, fil-fatt, it-telfien tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali miksuba diġà fi Stat Membru ieħor. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar is-sigurtà soċjali m’hijiex immirata li tieħu post id-diversi sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali. Ta’ min jenfasizza li r-Regolament propost m’huwiex miżura ta’ armonizzazzjoni u ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għal koordinazzjoni effettiva. Bażikament il-proposta hija mmirata biex tissemplifika l-arranġamenti eżistenti. |

B’azzjoni Komunitarja jkunu mistennija jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) kif ġej. |

324 | Il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali tista’ sseħħ biss f’livell Komunitarju. Il-mira hi li tkun żgurata koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali li tkun taħdem b’mod effettiv f’kull part ta’ l-Istati Membri kollha. |

325 | Għal dawk li huma indikaturi kwalitattivi, billi l-proposta hija purament miżura ta’ koordinazzjoni, tista’ tkun attwata biss f’livell Komunitarju. Il-proposta mistennija twassal għal koordinazzjoni aktar effettiva ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. |

327 | L-Istati Membri jibqgħu jinżammu responsabbli mill-organizzazzjoni u l-iffinanzjar ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. |

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) kif ġej. |

331 | Ir-Regolament 883/2004 diġà jeħtieġ din l-għamla ta’ azzjoni, billi l-Annessi li qed jiġu emendati huma parti minn dan ir-Regolament. |

332 | Il-proposta tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-Istati Membri u hija għalhekk ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali. |

Għażla ta’ strumenti |

341 | Strumenti proposti: ir-regolament. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(jiet) kif ġej. M’hemm ebda opzjoni alternattiva peress li r-Regolament 883/2004 diġà jeħtieġ din l-għamla ta’ azzjoni, billi l-Annessi huma parti minn dan ir-Regolament. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

409 | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. |

TAGħRIF ADDIZZJONALI |

510 | Semplfikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprevedi s-semplfikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Ir-Regolament 883/2004 fih regoli u proċeduri ssemplifikati meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu, ir-Regolament 1408/71. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għandu għalhekk jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni ddettaljata tal-proposta Il-Punt 1 ta' l-Anness li jemenda l-Anness I tar-Regolament 883/2004, dwar għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment (il-Parti 1) u allowances speċjali tat-twelid ta’ tarbija u ta’ l-adozzjoni (il-Parti 2). L-Artikolu 1(z) tar-Regolament jipprevedi li dawn il-pagamenti u allowances li huma elenkati fl-Anness I m’humiex "benefiċċji tal-familja" skond it-tifsira tar-Regolament. Il-pagamenti u allowances elenkati fl-Anness I jaqgħu għalhekk barra mill-ambitu tar-Regolament. Din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid għadd ta’ benefiċċji mal-listi fl-Anness. Il-Punt 2 ta' l-Anness jistabbilixxi l-kontenut ta’ l-Anness II tar-Regolament 883/2004, dwar il-konvenzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri li jibqgħu fis-seħħ. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament jipprevedi li, bħala regola ġenerali, ir-Regolament qed jieħu post kull konvenzjoni tas-sigurtà soċjali bejn l-Istati Membri li jaqgħu fl-ambitu tiegħu. Madankollu, dawn il-konvenzjonijiet jista’ jitħallew fis-seħħ sakemm ikunu aktar favorevoli għall-benefiċjarji, jew jekk ikunu l-frott ta’ ċirkostanzi storiċi speċifiċi u l-effett tagħhom ikun limitat fiż-żmien. Konvenzjonijiet tali huma elenkati fl-Anness II. Xi wħud minn dawn il-konvenzjonijiet m’humiex estiżi għall-persuni kollha li għalihom japplika r-Regolament; dawn il-konvenzjonijiet huma elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness. Il-biċċa l-kbira ta’ l-entrati huma simili għall-entrati fl-Anness III tar-Regolament 1408/71, li huwa d-dispożizzjoni preżenti korrispondenti ma’ l-Anness II tar-Regolament 883/2004. Il-Punt 3 ta' l-Anness jemenda l-Anness III tar-Regolament 883/2004, dwar ir-restrizzjoni ta’ drittijiet ta’ benefiċċji mhux fi flus(kura tas-saħħa) għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem bejn il-fruntieri. Skond l-Artikolu 17 tar-Regolament, persuna residenti barra l-Istat Membru kompetenti (l-istat responsabbli mill-provvediment tas-sigurtà soċjali) tkun assigurata għall-kura tas-saħħa fl-istat kompetenti, imma tkun intitolata li tirċievi kura tas-saħħa fil-pajjiż tar-residenza daqs li kieku kienet assigurata hemmhekk; dan japplika wkoll għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata. L-Artikolu 18(1) tar-Regolament jipprevedi li meta tali persuni jmorru joqogħdu temporanjament fl-istat kompetenti, dawn jistgħu jirċievu wkoll kura tas-saħħa sħiħa f’dak l-istat. Madankollu, l-Artikolu 18(2) jipprevedi eċċezzjoni għall-membri tal-familja ta’ ħaddiem bejn il-fruntieri. ("Ħaddiem bejn il-fruntieri" hu definit fl-Artikolu 1(f) bħala persuna li tkun qed taħdem fi Stat Membru u tkun toqgħod f’ieħor, sakemm dan jirritorna lejn l-Istat Membru tar-residenza tiegħu ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa.) Meta l-membri tal-familja ta’ ħaddiem bejn il-fruntieri jmorru joqogħdu temporanjament fl-istat kompetenti, jekk l-Istat Membru kkonċernati jkun elenkat fl-Anness III, dawn ikunu intitolati li jirċievu kura tas-saħħa fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 19. L-effett hu li tali persuni jkunu intitolati biss għall-benefiċċji aktar limitati koperti b’dak l-Artikolu (trattament li jkun meħtieġ għal raġunijiet mediċi waqt li jkunu msefrin). Din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid għadd ta’ Stati Membri mal-lista fl-Anness. Il-Punt 4 ta' l-Anness IV tar-Regolament 883/2004, dwar l-estensjoni tad-drittijiet għall-benefiċċji mhux fi fluslill-pensjonanti li jirritornaw fl-Istat Membru kompetenti. L-Artikolu 27(1) tar-Regolament jipprevedi li pensjonanti u l-membri tal-familji tagħhom residenti barra l-Istat Membru kompetenti normalment ikunu intitolati li jirċievu kura tas-saħħa fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 19 (ara fuq) meta jmorru joqogħdu temporanjament fi Stat Membru ieħor. Minkejja dan, ll-Artikolu 27(2) jipprevedi li persuni tali jistgħu jirċievu kura sħiħa tas-saħħa meta jmorru joqgħodu fi stat kompetenti, sakemm l-Istat Membru kkonċernat huwa elenkat fl-Anness IV. L-effett huwa li persuni tali se jkunu intitolati għal kura sħiħa tas-saħħa minflok għall-benefiċċji limitati koperti mill-Artikolu 19. Din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid għadd ta’ Stati Membri mal-lista fl-Anness. L-Anness V tar-Regolament 883/2004 mhux qed jiġi emendat, peress li ebda Stat Membru ma għamel rikjesti għal bdil f’dan l-Anness. Il-Punt 5 ta' l-Anness VI tar-Regolament 883/2004, dwar l-identifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tat-tip A li hija suġġetta għal koordinazzjoni speċjali. Fl-Artikolu 44(1), "leġiżlazzjoni tat-tip A" hi leġiżlazzjoni li taħtha l-ammont ta’ benefiċċji ta’ l-invalidità jkun indipendenti mit-tul tal-perjodi ta’ assigurazzjoni jew residenza, u li tkun b’mod espress inkluża fl-Anness VI. Il-benefiċċji tat-Tip A huma suġġetti għal sistema speċjali ta’ koordinazzjoni ta’ sigurtà soċjali; bħala regola ġenerali, persuna li tkun intitolata għal benefiċċji tat-tip A tirċievi benefiċċju ta’ l-invalidità sħiħ mill-Istat Membru tal-leġiżlazzjoni li minnha jkun joħroġ il-jedd għalih. (Dan jikkuntrasta mas-sistema tat-tip B, meta persuna tirċievi benefiċċji separati minn kull wieħed mill-Istati Membri fejn tkun assigurata, fejn kull wieħed mill-benefiċċji jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata.) Din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid leġiżlazzjoni speċifikata ta’ xi wħud mill-Istati Membri mal-lista ta’ l-Anness. Il-Punt 6 ta' l-Anness VII tar-Regolament 883/2004, dwar il-konkordanza bejn l-Istati Membri fuq il-grad ta’ l-invalidità. Fl-Artikolu 46 tar-Regolament, meta persuna tkun intitolata għal benefiċċji ta’ l-invalidità minn aktar minn Stat Membru wieħed, kull wieħed mill-Istati Membri jivvaluta indipendentement il-grad ta’ invalidità. Madankollu, l-Artikolu 46(3) jipprevedi li deċiżjoni fuq l-invalidità meħuda minn Stat Membru minnhom għandha torbot Stat Membru ieħor, fejn il-konkordanza ta’ bejn il-leġiżlazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati dwar il-kondizzjonijiet relatati mal-livell ta’ l-invalidità tkun rikonoxxuta fl-Anness VII. L-Anness VII fil-preżent jikkonċerna l-konkordanza bejn erba’ Stati Membri: il-Belġju, Franza, l-Italja u l-Lussemburgu. Minħabba bdil reċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Lussemburgu, m’għadx hemm aktar konkordanza bejn il-leġiżlazzjoni tal-Lussemburgu u dik ta’ l-Istati Membri l-oħra, u għalhekk l-entrati relatati mal-Lussemburgu qed jitneħħew mill-Anness. Il-Punt 7 ta' l-Anness VIII tar-Regolament 883/2004, dwar każijiet fejn jista’ jiġi revokat il-kalkolu pro rata għall-benefiċċji (il-Parti 1) jew fejn dan ma japplikax (il-Parti 2). Fl-Artikolu 52(4) tar-Regolament, il-kalkolu pro rata tal-benefiċċji jista’ ma jiġix applikat fejn il-kalkolu tal-benefiċċju indipendenti (fil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed) dejjem ikun daqs jew akbar mill-benefiċċju pro rata. Fl-Artikolu 52(5), il-kalkolu pro rata ma japplikax għal każijiet ta’ perjodi ta’ żmien irrilevanti għall-kalkolu (per eżempju, skemi ffinanzjati). Biex ikunu applikati l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 52, l-iskemi kkonċernati jridu jkunu elenkati fl-Anness VIII. Emendi fl-Artikolu 52 u l-Anness VIII ġew maqbula parzjalment tul in-negozjati fil-Kunsill dwar il-proposta għall-Anness XI (id-dokument tal-Kunsill 15598/06 SOC 556 CODEC 1352). L-Anness VIII kif emendat b’dik il-proposta jkun mistenni li jinkludi entrati għall-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għalhekk din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid entrati ma’ l-Anness għall-Bulgarija u r-Rumanija biss. Il-Punt 8 ta' l-Anness IX tar-Regolament 883/2004, dwar benefiċċji dduplikati (overlapping). Jista’ jkun li l-Istati Membri għandhom regoli kontra l-idduplikar, biex jipprevjenu li persuna tkun intitolata għal żewġ benefiċċji simili jew aktar tul l-istess perjodu. L-Artikolu 54 tar-Regolament jirristrinġi l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-Istati Membri kontra l-idduplikar: dawn ir-regoli jistgħu ma japplikawx għal benefiċċju pro rata, u jistgħu japplikaw għal benefiċċju indipendenti fil-każ biss li dak il-benefiċċju jilħaq il-kriterji fl-Artikolu 54(2) u huwa elenkat fl-Anness IX. Il-kriterji fl-Artikolu 54(2) huma li jew l-ammont tal-benefiċċju ma jiddependix fuq id-dewmien tal-perjodi ta' assikurazzjoni jew residenza (Il-Parti I ta' l-Anness), inkella li l-benefiċċju huwa ddeterminat abbażi tal-perjodu kreditat. (il-Parti II ta' l-Anness). Hemm eċċezzjoni għal ftehimiet li jkunu elenkati fil-Parti III ta’ l-Anness. Din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid leġiżlazzjoni speċifikata ta’ xi wħud mill-Istati Membri mal-listi ta’ l-Anness. Il-Punt 9 ta' l-Anness jiddetermina l-kontenut ta’ l-Anness X tar-Regolament 883/2004, dwar benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus. L-Artikolu 70 tar-Regolament jipprevedi regoli speċjali għal dan it-tip ta’ benefiċċju ta’ sigurtà soċjali/assistenza soċjali mħallta. Kuntrarju għall-benefiċċji l-oħra li dwarhom japplika r-Regolament, il-benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus m’humiex esportabbli. Fi kliem ieħor, dawn ikunu pagabbli biss meta min jirċevihom ikun residenti fl-Istat Membru li jkun se jħallas il-benefiċċju. L-Anness fih lista ta’ benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus għal kull wieħed mill-Istati Membri. L-entrati fl-Anness huma fil-biċċa l-kbira simili għall-entrati fl-Anness IIa tar-Regolament 1408/71, li hija d-dispożizzjoni preżenti li jikkorrispondu ma’ l-Anness X tar-Regolament 883/2004. Il-Punt 10 ta' l-Anness jemenda l-Anness XI tar-Regolament 883/2004, dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Dan huwa previst bl-Artikolu 83 tar-Regolament. L-Anness XI għandu sezzjoni separata għal kull wieħed mill-Istati Membri li fih, fejn meħtieġ, dispożizzjonijiet supplimentari rigward aspetti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. L-iskop ta’ kull waħda mill-entrati mdaħħlin huwa li jiġi żgurat li r-Regolament ikun jista’ jiġi applikat mingħajr xkiel fl-Istat Membru kkonċernat. Proposta għal dan l-Anness diġà ġiet ippreżentata (id-dokument tal-Kunsill 5672/06 SOC 28 CODEC 66- COM(2006) 7) u fil-preżent tinsab quddiem il-Kunsill. Dik il-proposta tinkludi entrati għall-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Għalhekk din id-dispożizzjoni ta’ emenda qed iżżid entrati ma’ l-Anness għall-Bulgarija u r-Rumanija biss. |

E-12166 |

1. 2007/0129 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura kif imsemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali[5] jipprevedi li l-kontenut ta’ l-Annessi II u X ta’ dak ir-Regolament irid jiġi stabbilit qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(2) L-Annessi I, III, IV, VI u VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jiġu adattati biex jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti ta’ l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea wara li r-Regolament ġie adottat.

(3) Jinħtieġu emendi żgħar ulterjuri fl-Annessi I, III, IV, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 biex jiġu kkunsidrati żviluppi reċenti fl-Istati Membri l-oħra.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistqarr li għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jibda japplika mill-istess data.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġu emendati f’konformità ma’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan għandu jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fil-Parti I (għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment):

(a) Wara l-entrata taħt l-intestatura “A. IL-BELĠJU” tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“B. IL-BULGARIJA

Pagamenti għall-manteniment magħmula mill-istat skond l-Artikolu 92 tal-Kodiċi tal-Familja.”;

(b) L-intestaturi “B. ID-DANIMARKA”, “C. IL-ĠERMANJA” u “D. FRANZA” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “C. ID-DANIMARKA”, “D. IL-ĠERMANJA” u “E. FRANZA”;

(c) Wara l-entrata taħt l-intestatura “E. FRANZA” tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“F. IL-LUSSEMBURGU

Għotjiet u rkupru ta’ pagamenti għall-manteniment fit-tifsir ta’ l-Att tas-26 ta’ Lulju 1980.”;

(d) L-intestatura “E. L-AWSTRIJA” hija nnumerata mill-ġdid bħala “G. L-AWSTRIJA”;

(e) Wara l-entrata taħt l-intestatura “G. L-AWSTRIJA” tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“H. IL-POLONJA

Għoti ta’ manteniment skond l-Att dwar il-Proċeduri Kontra d-Debituri tal-Manteniment u l-Għoti tal-Manteniment.”;

(f) L-intestatura “F. IL-PORTUGALL” hija nnumerata mill-ġdid bħala “I. IL-PORTUGALL”;

(g) Wara l-entrata taħt l-intestatura “I. IL-PORTUGALL”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“J. IS-SLOVENJA

Sostituzzjoni ta’ manteniment f’konformità ma’ l-Att dwar il-Garanzija Pubblika u l-Fond ta’ Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja tal-25 ta’ Lulju 2006.

K. IS-SLOVAKKJA

Benefiċċju tal-manteniment ta’ sostituzzjoni (pagament għall-manteniment ta’ sostituzzjoni) f’konformità ma’ l-Att Nru 452/2004 Coll. dwar il-benefiċċju ta’ manteniment ta’ sostituzzjoni kif emendat b’regolamenti li ġew wara.”;

(h) L-intestaturi “G. IL-FINLANDJA” u “H. L-IŻVEZJA” huma rijorganizzati fi ħdan l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “L. IL-FINLANDJA” u “M. L-IŻVEZJA”;

2. Il-Parti II ( allowances speċjali tat-twelid ta’ tarbija u adozzjoni):

(a) Wara l-entrata taħt l-intestatura “A. IL-BELĠJU”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“B. IL-BULGARIJA

Allowance tal-maternità f’somma waħda f’daqqa (Il-Liġi dwar l-Allowances tat-Tfal lill-Familji).

C. IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance tat-twelid ta’ tarbija.

D. L-ESTONJA

(a) Allowance tat-twelid ta’ tarbija;

(b) Allowance ta’ l-adozzjoni.”;

L-intestaturi “B. SPANJA”, u “C. FRANZA” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “E. SPANJA”, u “F. FRANZA”;

(c) Wara l-entrata taħt l-intestatura “F. FRANZA” tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“G. LATVJA

(a) Għotja fit-twelid ta’ tarbija;

(b) Allowance ta’ l-adozzjoni.

H. IL-LITWANJA

Għotja ta’ somma waħda f’daqqa tat-tfal.”.

(f) L-intestatura “D. IL-LUSSEMBURGU” hija nnumerata mill-ġdid bħala “I IL-LUSSEMBURGU”;

(e) Wara l-entrata taħt l-intestatura “I. IL-LUSSEMBURGU”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“J. L-UNGERIJA

Għotja tal-maternità.

K. IL-POLONJA

Għotja ta’ darba tat-twelid ta’ tarbija (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Familja).

L. IR-RUMANIJA

Allowance tat-twelid ta’ tarbija.

M. IS-SLOVENJA

Għotja tat-twelid ta’ tarbija.

N. IS-SLOVAKKJA

(a) Allowance tat-twelid ta’ tarbija;

(b) Suppliment ta’ l-allowance tat-twelid ta’ tarbija.”;

(f) L-intestatura “E. IL-FINLANDJA” hija nnumerata mill-ġdid bħala “O. IL-FINLANDJA”;

(2) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiddaħħal minfloku dan li ġej:

“ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN IKUN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦAL DAWK IL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM

(Artikolu 8(1))

A. Dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali applikabbli li se jibqgħu fis-seħħ

1. IL-BELĠJU–IL-ĠERMANJA

L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta’ Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali li ġġib din id-data, bħal fil-Protokoll Komplementari ta’ l-10 ta’ Novembru 1960 (stimar tal-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula f’xi wħud mir-reġjuni li jmissu mal-fruntiera qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija).

2. IL-BULGARIJA–IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-17 ta’ Diċembru 1997.

3. IL-BULGARIJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-14 ta’ April 2005.

4. IL-BULGARIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta’ Diċembru 1957.

5. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta’ Lulju 2001.

6. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–ĊIPRU

L-Artikolu 32(4) tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999.

7. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IL-LUSSEMBURGU

L-Artikolu 52(8) tal-Ftehim tas-17 ta’ Novembru 2000.

8. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-20 ta’ Lulju 1999.

9. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tad-29 ta’ Ottubru 1992.

10. ID-DANIMARKA–IL-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awissu 2003, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż ta’ l-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

11. ID-DANIMARKA–L-IŻVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awissu 2003, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż ta’ l-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

12. IL-ĠERMANJA–SPANJA

L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ l-4 ta’ Diċembru 1973 (rappreżentanza minn awtoritajiet diplomatiċi u konsulari).

13. IL-ĠERMANJA–FRANZA

(a) Il-Ftehim Komplementari Nru 4 ta’ l-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali li ġġib l-istess data, bħal fil-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-18 ta’ Ġunju 1955 (stimar tal-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn l-1 ta’ Lulju 1940 u t-30 ta’ Ġunju 1950);

(b) It-Titolu I ta’ l-imsemmi Ftehim Supplimentari Nru 2 (stimar tal-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula qabel it-8 ta’ Mejju 1945);

(c) il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali ta’ l-10 ta’ Lulju 1950 tal-Konvenzjoni Ġenerali li ġġib din id-data (arranġamenti amministrattivi);

(d) It-Titoli II, III u IV tal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Diċembru 1963 (sigurtà soċjali fis-Saar).

14. IL-ĠERMANJA–IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tat-Trattat tal-11 ta’ Lulju 1959 (stimar tal-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula bejn Settembru 1940 u Ġunju 1946).

15. IL-ĠERMANJA–L-UNGERIJA

L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-2 ta’ Mejju 1998.

16. IL-ĠERMANJA–L-OLANDA

L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim Komplementari Nru 4 tal-21 ta’ Diċembru 1956 tal-Konvenzjoni tad-29 ta’ Marzu 1951 (ħlasijiet ta’ drittijiet miksuba minn ħaddiema Olandiżi taħt l-iskema Ġermaniża ta’ assigurazzjoni soċjali bejn it-13 ta’ Mejju 1940 u l-1 ta’ Settembru 1945).

17. IL-ĠERMANJA–L-AWSTRIJA

(a) L-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni tal-Qagħad tad-19 ta’ Lulju 1978 u l-Artikolu 10 tal-Protokoll Finali ta’ din il-Konvenzjoni (għoti ta’ allowances tal-qagħad lil ħaddiem bejn il-fruntieri mill-Istat ta’ l-impjieg preċedenti) se jibqgħu japplikaw għal persuni li jkunu ħadmu bħala ħaddiema bejn il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 2005 jew qabel u jisfaw qiegħda qabel l-1 ta’ Jannar 2011.

(b) L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ l-4 ta’ Ottubru 1995 li jikkonċernaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi rigward każijiet ta’ assigurazzjoni mgħoddija u perjodi ta’ assigurazzjoni miksuba.

18. IL-ĠERMANJA–IL-POLONJA

(a) Il-Konvenzjoni tad-9 ta’ Ottubru 1975 dwar dispożizzjonijiet b’rabta ma’ l-età avvanzata u korrimenti fuq ix-xogħol, skond il-kondizzjonijiet u l-ambitu definiti bl-Artikolu 27(2) sa (4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990;

(b) L-Artikoli 27(5) u 28(2) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta’ Diċembru 1990.

19. IL-ĠERMANJA–IR-RUMANIJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta’ April 2005.

20. IL-ĠERMANJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-24 ta’ Settembru 1997.

21. IL-ĠERMANJA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 29(1), (2) u 3 tal-Ftehim tat-12 ta’ Settembru 2002.

22. IL-ĠERMANJA–IR-RENJU UNIT

(a) L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ l-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari);

(b) L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni tal-qagħad ta’ l-20 ta’ April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal persuni pajżana fis-servizz tal-forzi militari).

23. L-IRLANDA–IR-RENJU UNIT

L-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ l-14 ta’ Settembru 1971 dwar is-sigurtà soċjali (li jikkonċerna t-trasferiment u stimar ta’ ċerti krediti minħabba diżabilità).

24. SPANJA–IL-PORTUGALL

L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 1969 (l-esportazzjoni ta’ benefiċċji tal-qagħad).

25. L-ITALJA–IS-SLOVENJA

(a) Ftehim dwar ir-regolament ta’ l-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b’referenza għall-paragrafu 7 ta’ l-Anness XIV tat-Trattat ta’ Paċi (li ġie konkluż bl-iskambju tan-notamenti fil-5 ta’ Frar 1959);

(b) L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-7 ta’ Lulju 1997 li jikkonċerna dik li qabel kienet iż-Żona B tat-Territorju Ħieles ta’ Trieste.

26. IL-LUSSEMBURGU–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 50(5) tat-Trattat dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta’ Mejju 2002.

27. L-UNGERIJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta’ Marzu 1999.

28. L-UNGERIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Ottubru 1957.

29. L-UNGERIJA–IS-SLOVAKKJA

Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta’ Jannar 1959.

30. L-AWSTRIJA-IL-POLONJA

Artikolu 33(3) dwar il-Konvenzjoni tas-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Settembru 1998.

31. L-AWSTRIJA–IR-RUMANIJA

L-Artikolu 37(3) tal-Ftehim dwar is-sigurtà soċjali tat-28 ta’ Ottubru 2005.

32. L-AWSTRIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-10 ta’ Marzu 1997.

33. L-AWSTRIJA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Soċjali.

34. IL-PORTUGALL–IR-RENJU UNIT

L-Artikolu 2(1) tal-Protokoll dwar it-trattament mediku tal-15 ta’ Novembru 1978.

35. IL-FINLANDJA–L-IŻVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awissu 2003, li jikkonċerna l-kopertura ta’ spejjeż ta’ l-ivvjaġġar żejda f’każ ta’ mard waqt safar f’pajjiż Nordiku ieħor fejn bilfors jiżdiedu l-ispejjeż tal-vjaġġ lura lejn il-pajjiż tar-residenza.

B. Dispożizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali applikabbli li m’humiex estiżi għall-persuni kollha li għalihom japplika r-Regolament

1. IL-BULGARIJA–IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-14 ta’ April 2005.

2. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–ĊIPRU

L-Artikolu 32(4) tal-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta’ Jannar 1999.

3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-20 ta’ Lulju 1999.

4. IL-ĠERMANJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-4 ta’ Ottubru 1995 li jikkonċerna t-tqassim tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi rigward każijiet ta’ assigurazzjoni mgħoddija u perjodi ta’ assigurazzjoni miksuba.

5. IL-ĠERMANJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-24 ta’ Settembru 1997.

6. L-ITALJA–IS-SLOVENJA

(a) Ftehim dwar ir-regolament ta’ l-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b’referenza għall-paragrafu 7 ta’ l-Anness XIV tat-Trattat ta’ Paċi (li ġie konkluż bl-iskambju tan-notamenti fil-5 ta’ Frar 1959);

(b) L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-7 ta’ Lulju 1997 li jikkonċerna dik li qabel kienet iż-Żona B tat-Territorju Ħieles ta’ Trieste.

7. L-UNGERIJA–L-AWSTRIJA

L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta’ Marzu 1999.

8. L-UNGERIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Ottubru 1957.

9. L-UNGERIJA–IS-SLOVAKKJA

Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta’ Jannar 1959.

10. L-AWSTRIJA-IL-POLONJA

Artikolu 33(3) dwar il-Konvenzjoni tas-sigurtà soċjali tas-7 ta’ Settembru 1998.

11. L-AWSTRIJA–IR-RUMANIJA

L-Artikolu 37(3) tal-Ftehim dwar is-sigurtà soċjali tat-28 ta’ Ottubru 2005.

12. L-AWSTRIJA–IS-SLOVENJA

L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-10 ta’ Marzu 1997.

13. L-AWSTRIJA–IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(3) tal-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2001 dwar is-Sigurtà Soċjali.”.

(3) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Wara l-entrata “ID-DANIMARKA”, qed tiddaħħal l-entrata “L-ESTONJA”.

2. Wara l-entrata “L-IRLANDA”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“L-ITALJA

IL-LITWANJA

L-UNGERIJA”.

(4) L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Wara l-entrata “IL-BELĠJU”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“IL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA”.

2. L-entrata “L-ITALJA” qed titħassar.

3. Wara l-entrata “FRANZA”, qed tiddaħħal l-entrata “ĊIPRU”.

4. Wara l-entrata “IL-LUSSEMBURGU”, qed tiddaħħal l-entrata “L-UNGERIJA”.

5. Wara l-entrata “L-AWSTRIJA”, qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“IL-POLONJA

IS-SLOVENJA”.

(5) L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fil-bidu ta’ l-Anness qed jiġu miżjuda l-entrati li ġejjin:

“A. IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pensjoni sħiħa tad-diżabilità għal persuni li d-diżabilità totali tagħhom tkun ilha minn qabel dawn ikunu għalqu l-età ta’ tmintax-il sena u li ma kinux assigurati għall-perjodu meħtieġ (Taqsima 42 ta’ l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.).

B. L-ESTONJA

(a) Pensjonijiet ta’ l-invalidità maħruġa qabel l-1 ta’ April 2000 skond l-Att dwar Allowances ta’ l-Istat u li huma miżmuma skond l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni ta’ l-Istat.

(b) Pensjonjiet nazzjonali maħruġa fuq il-bażi ta’ invalidità skond l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Pensjoni ta’ l-Istat.

(c) Pensjonijiet ta’ l-invalidità maħruġa skond l-Att dwar is-Servizzi tal-Forzi tad-Difiża, l-Att dwar is-Servizzi tal-Pulizija, l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Att dwar l-Istatus ta’ l-Imħallfin, Membri tas-Salarji tar-Riigikogu, l-Att dwar Pensjonijiet u Garanziji Soċjali Oħra u l-Att dwar il-Benefiċċji Uffiċjali tal-President tar-Repubblika.”.

2. L-intestaturi “A. IL-GREĊJA”, u “B. L-IRLANDA” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “C. L-IRLANDA”, u “D. IL-GREĊJA”

3. Wara l-entrata taħt l-intestatura “D. IL-GREĊJA” qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“E. IL-LATVJA

Pensjoniet ta’ l-invalidità (it-tielet grupp) skond l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 1996.”.

4. L-intestaturi “C. IL-FINLANDJA”, “D. L-IŻVEZJA” u “E. IR-REBJU UNIT” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “F. IL-FINLANDJA”, “G. L-IŻVEZJA” u “H. IR-REBJU UNIT”;

(6) L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fit-tabelli intestati “IL-BELĠJU” u “FRANZA”, ir-ringieli relatati mal-Lussemburgu qed jitħassru.

2. It-tabella intestata “IL-LUSSEMBURGU” qed titħassar.

(7) Il-Parti 2 ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed tiġi emendata kif ġej:

1. Fil-bidu tal-Parti 2 qed tiġi miżjuda l-entrata li ġejja:

“N. IL-BULGARIJA

Pensjonijiet marbuta ma’ l-età avvanzata mill-Assigurazzjoni ta’ Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skond il-Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali.”.

2. L-intestaturi “N. FRANZA”, “O. IL-LATVJA”, “P. L-UNGERIJA”, “Q. L-AWSTRIJA” u “R. IL-POLONJA” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “O. FRANZA”, “P. IL-LATVJA”, “Q. L-UNGERIJA”, “R. L-AWSTRIJA” u “S. IL-POLONJA” .

3. Wara l-entrata taħt l-intestatura “S. IL-POLONJA” qed jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

“T. IR-RUMANIJA

Skemi li fihom il-pensjonijiet jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ punti tal-pensjoni.”.

4. L-intestaturi “S. IS-SLOVENJA”, “T. IS-SLOVAKKJA”, “U. L-IŻVEZJA” u “V. IR-RENJU UNI” huma rijorganizzati ma' l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “U. IS-SLOVENJA”, “V. IS-SLOVAKKJA”, “W. L-IŻVEZJA” u “X. IR-RENJU UNI”.

(8) L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Fil-Parti I:

(a) Wara l-entrata taħt l-intestatura “F. L-IRLANDA” tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“G. IL-LATVJA

Pensjonijiet ta’ l-invalidità (it-tielet grupp) skond l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 1996.”;

(b) L-intestatura “G. L-OLANDA” hija nnumerata mill-ġdid bħala “H. L-OLANDA” u fl-entrata taħt din l-intestatura jiżdied dan li ġej:

“Il-liġi ta’ l-10 ta’ Novembru 2005 dwar ix-xogħol u d-dħul skond il-kapaċità tax-xogħol (WIA).”;

(c) L-intestaturi “H. IL-FINLANDJA” u “I. L-IŻVEZJA” huma rijorganizzati fi ħdan l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “I. IL-FINLANDJA” u “J. L-IŻVEZJA”;

(d) L-entrata taħt l-intestatura “J. L-IŻVEZJA” tinbidel b'dan li ġej:

“Kumpens għall-mard skond id-dħul u kumpens marbut ma’ l-attività Żvediżi (l-Att 1962:381).

Il-pensjoni ta’ garanzija u l-kumpens garantit Żvediżi li ddaħħlu minflok il-pensjonijiet sħaħ ta’ l-istat Żvediż previsti fil-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni ta’ l-istat li kienet fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 1993, u l-pensjoni sħiħa ta’ l-istat mogħtija skond ir-regoli tranżizzjonali tal-leġiżlazzjoni li daħlet fis-seħħ minn dik id-data.”.

2. Fil-Parti II:

(a) Wara l-entrata taħt l-intestatura “C. L-ITALJA” jiddaħħlu l-entrati li ġejja:

“D. IL-LATVJA

Pensjoni tas-superstiti kkalkulata fuq il-bażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni assunti (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 1996).

E. IL-LITWANJA

(a) Pensjonijiet ta’ l-assigurazzjoni soċjali ta’ l-istat għall-inkapaċità li wieħed jaħdem, li jitħallsu skond il-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Istat.

(b) Pensjoni tas-superstiti u ltiema ta’ l-assigurazzjoni soċjali ta’ l-istat, ikkalkulata fuq il-bażi tal-pensjoni għall-inkapaċità li wieħed jaħdem tal-persuna l-mejta skond il-Liġi dwar il-Pensjonijit ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ta’ l-Istat.”.

(b) L-intestatura “D. IL-LUSSEMBURGU” hija nnumerata mill-ġdid bħala “F IL-LUSSEMBURGU”;

(c) Wara l-entrata taħt l-intestatura “F. IL-LUSSEMBURGU” qed tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“G. IS-SLOVAKKJA

(a) Pensjoni Slovakka ta’ l-invalidità u pensjoni tas-superstiti dderivata minnha;

(b) Pensjoni ta’ l-invalidità għal persuna li tkun invalidat ruħha bħala wild dipendenti u li dejjem tqieset li tkun issodisfat il-perjodu ta’ l-assigurazzjoni meħtieġ (l-Artikolu 70(2), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 73(3) u (4) ta’ l-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendati).”;

(d) L-intestaturi “E. IL-FINLANDJA” u “F. L-IŻVEZJA” huma rijorganizzati fi ħdan l-entrati rispettivi tagħhom u jsiru “H. IL-FINLANDJA” u “L. L-IŻVEZJA”;

3. Il-Parti III, l-entrata “Konvenzjoni Nordika tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar is-sigurtà soċjali” qed tiddaħħal minflokha din li ġejja:

“Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta’ Awissu 2003.”.

(9) L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiddaħħal minfloku dan li ġej:

“ANNESS X

BENEFIĊĊJI SPEĊJALI MHUX KONTRIBUTORJI FI FLUS

(L-Artikolu 70(2)(c))

A. IL-BELĠJU

(a) Allowance għas-sostituzzjoni tad-dħul (il-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987);

(b) Dħul garantit għal persuni anzjani (il-Liġi tat-22 ta’ Marzu 2001).

B. IL-BULGARIJA

Pensjoni Soċjali marbuta ma’ l-età avvanzata (l-Artikolu 89 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali).

C. IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance soċjali (l-Att dwar is-Sostenn Soċjali ta’ l-Istat Nru 117/1995 Sb.).

D. ID-DANIMARKA

Spejjeż ta’ akkomodazzjoni tal-pensjonanti (il-Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni ta’ l-individwu, ikkonsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta’ Marzu 1995).

E. IL-ĠERMANJA

Dħul bażiku minimu għall-għajxien ta’ l-anzjani u ta’ persuni b’kapaċità ridotta biex jaqilgħu l-għajxien skond il-Kapitolu 4 ta’ Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali.

Benefiċċji għal min ikun qed ifittex impjieg biex ikopru spejjeż tad-dħul minimu għall-għajxien skond id-dispożizzjoni bażika għajr meta, fejn jidħlu dawn il-benefiċċji, ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li jkun ittieħed il-benefiċċju tal-qagħad (l-Artikolu 24 (1) ta’ Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali).

F. L-ESTONJA

(a) Allowance lill-adulti b’diżabilità (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għall-Persuni b’Diżabilità tas-27 ta’ Jannar 1999);

(b) Allowance tal-qagħad ta’ l-istat (l-Att dwar is-Servizzi u s-Sostenn tas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta’ Settembru 2005).

G. L-IRLANDA

(a) Allowance għal min ikun qed ifittex impjieg (l-Att ta’ Konsolidazzjoni dwar l-Għajnuna Soċjali 2005, il-Parti III, Kapitolu 2);

(b) Pensjoni ta’ l-Istat (mhux kontributorja) (l-Att ta’ Konsolidazzjoni dwar l-Għajnuna Soċjali 2005, il-Part III, Kapitolu 4);

(c) Pensjoni (mhux kontributorja) tar-romol nisa u pensjoni (mhux kontributorja) tar-romol irġiel (l-Att ta’ Konsolidazzjoni dwar l-Għajnuna Soċjali 2005, il-Parti III, Kapitolu 6);

(d) Allowance għal diżabilità (l-Att ta’ Konsolidazzjoni ta’ l-Għajnuna Soċjali 2005, il-Part III, Kapitolu 10);

(e) Allowance għall-mobilità (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61);

(f) Pensjoni għal Persuni Għomja (l-Att ta’ Konsolidazzjoni dwar l-Għajnuna Soċjali 2005, il-Parti III, Kapitolu 5).

H. IL-GREĊJA

Benefiċċji speċjali għall-anzjani (il-Liġi 1296/82).

I. SPANJA

(a) Garanzija ta’ dħul minimu (il-Liġi Nru 13/82 tas-7 ta’ April 1982);

(b) Benefiċċji ta’ assistenza fi flus għall-anzjani u invalidi li ma jkunux kapaċi għax-xogħol (id-Digriet Irjali Nru 2620/81 ta’ l-24 ta’ Lulju 1981);

(c) Pensjonijiet mhux kontributorji ta’ l-invalidità u l-irtirar kif previsti fl-

Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/1994 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1994;

(d) Allowances biex jippromwovu l-mobilità u jikkumpensaw l-ispejjeż tat-trasport (il-Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta’ April 1982).

J. FRANZA

(a) Allowances supplimentari tal-Fond Speċjali ta’ l-Invalidità u l-Fond ta’ Solidarjetà ma’ l-Anzjani (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1956, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(b) Allowance lill-adulti b’diżabilità (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1975, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

(c) Allowance speċjali (il-Liġi ta’ l-10 ta’ Lulju 1952, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali).

K. L-ITALJA

(a) Pensjonijiet soċjali għal persuni li m’għandhomx mezzi (il-Liġi Nru 153 tat-30 ta’ April 1969);

(b) Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili b’diżabilità jew invalidità (il-Liġijiet Nru 118 tat-30 ta’ Marzu 1974, Nru 18 tal-11 ta’ Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(c) Pensjonijiet u allowances għal persuni nieqsa mis-smigħ (il-Liġijiet Nru 381 tas-26 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(d) Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili għomja (il-Liġijiet Nru 382 tas-27 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

(e) Benefiċċji li jissuplimentaw il-pensjonijiet minimi (il-Liġijiet Nru 218 ta’ l-4 ta’ April 1952, Nru 638 tal-11 ta’ Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta’ Diċembru 1990);

(f) Benefiċċji li jissuplimentaw allowances għal diżabilità (il-Liġi Nru 222 tat-12 ta’ Ġunju 1984);

(g) Allowance soċjali (il-Liġi Nru 335 tat-8 ta’ Awissu 1995);

(h) Żieda soċjali (l-Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta’ Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi).

L. ĊIPRU

(a) Pensjoni Soċjali (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Soċjali ta’ l-1995 (il-Liġi 25(I)/95), kif emendata);

(b) Allowance għal diżabilitajiet severi ta’ moviment (Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri 38210 tas-16 ta’ Ottubru 1992, 41370 ta’ l-1 ta’ Awissu 1994, 46183 tal-11 ta’ Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta’ Mejju 2001);

(c) Għotja speċjali lil persuni għomja (il-Liġi dwar l-Għotjiet Speċjali ta’ l-1996 (il-Liġi 77(I)/96), kif emendata).

M. IL-LATVJA

(a) Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ l-Istat (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003);

(b) Allowance lil persuni bid-diżabilità ta’ mobilità ristretta bħala kumpens ta’ spejjeż tat-trasportazzjoni (il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali ta’ l-Istat ta’ l-1 ta’ Jannar 2003).

N. IL-LITWANJA

(a) Pensjoni ta’ assistenza soċjali (il-Liġi ta’ l-2005 dwar l-Allowances Soċjali ta’ l-Istat, l-Artikolu 5);

(b) Kumpens ta’ appoġġ speċjali (il-Liġi ta’ l-2005 dwar l-Allowances Soċjali ta’ l-Istat, l-Artikolu 15);

(c) Kumpens għat-trasport lil persuni b’diżabilità li jkollhom problemi ta’ mobilità (il-Liġi ta’ l-2000 dwar il-Kumpens għat-Trasport, l-Artikolu 7).

O. IL-LUSSEMBURGU

Dħul għal persuni b’diżabilità serja (l-Artikolu 1(2), il-Liġi tat-12 ta’ Settembru 2003), bl-eċċezzjoni ta’ persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema b’diżabilità u impjegati fis-suq tax-xogħol ġenerali jew f’ambjent sigur.

P. L-UNGERIJA

(a) Annwalità ta’ l-invalidità (id-Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-Annwalità ta’ l-Invalidità);

(b) Allowance mhux kontributorja marbuta ma’ l-età avvanzata (l-Att III ta’ l-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali);

(c) Allowance għat-trasport (id-Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar Allowances għat-Trasport għal Persuni b’Diżabilità Fiżika Severa).

Q. MALTA

(a) Allowance supplimentari (Taqsima 73 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap.318) 1987);

(b) Pensjoni marbuta ma’ l-età (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987).

R. L-OLANDA

(a) L-Att dwar Assistenza għall-Inkapaċità lil Żgħażagħ b’Diżabilità, ta’ l-24 ta’ April 1997 (Wajong);

(b) L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta’ Novembru 1986 (TW).

S. L-AWSTRIJA

Suppliment li jikkumpensa (l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali — ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għal persuni bin-negozju jew fil-kummerċ — GSVG u l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-bdiewa — BSVG).

T. IL-POLONJA

Pensjoni soċjali (l-Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali).

U. IL-PORTUGALL

(a) Pensjoni mhux kontributorja ta’ l-Istat marbuta ma’ l-età avvanzata u l-invalidità (id-Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta’ Ottubru 1980);

(b) Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta’ Novembru 1981).

V. IR-RUMANIJA

Allowance fix-xahar lil persuni b’diżabilitajiet (l-Ordinanza ta’ Emerġenza Nru 102/1999 dwar il-protezzjoni speċjali u l-impjieg ta’ persuni b’diżabilitajiet, approvata bil-Liġi Nru 519/2002).

W. IS-SLOVENJA

(a) Pensjoni ta’ l-Istat (l-Att dwar il-Pensjoni u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999);

(b) Is-sostenn tad-dħul tal-pensjonanti (l-Att dwar il-Pensjoni u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999);

(c) Allowance ta’ manteniment (l-Att dwar il-Pensjoni u l-Assigurazzjoni ta’ Diżabilitajiet tat-23 ta’ Diċembru 1999).

X. IS-SLOVAKKJA

(a) L-aġġustament mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 lill-pensjonijiet li jikkostitwixxu l-unika sors ta’ dħul;

(b) Pensjoni soċjali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

Y. IL-FINLANDJA

(a) Allowance għal diżabilità (l-Att dwar l-Allowance ta’ Diżabilità, 124/88);

(b) Allowance ta’ akkomodazzjoni lill-pensjonanti (l-Att dwar l-allowance ta’ Akkomodazzjoni lill-pensjonanti, 591/78);

(c) Is-sostenn tas-suq tax-xogħol (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Qagħad 1290/2002);

(d) Assistenza speċjali lill-immigranti (l-Att dwar l-Assistenza Speċjali lill-Immigranti, 1192/2002).

Z. L-IŻVEZJA

(a) Supplimenti ta’ akkomodazzjoni lill-persuni li jkunu qegħdin jirċievu pensjoni (il-Liġi 2001: 761);

(b) Sostenn finanzjarju lill-anzjani (Law 2001: 853).

AA. IR-RENJU UNIT

(a) Il-kreditu tal-Pensjoni ta’ l-Istat (l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni ta’ l-Istat 2002 u l-Att dwar il-Kreditu tal-Pensjoni ta’ l-Istat (Irlanda ta’ Fuq) 2002);

(b) Allowances ibbażati fuq id-dħul lil min ikun qed ifittex impjieg (l-Att dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg 1995 u l-Ordni dwar Min Ikun Qed Ifittex Impjieg (Irlanda ta’ Fuq) 1995);

(c) Is-Sostenn tad-Dħul (l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 (Irlanda ta’ Fuq));

(d) Komponent ta’ mobilità f’Allowance għal Ħajja b’Diżabilità (l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 u l-Att dwar il-Benefiċċji u l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali 1992 (Irlanda ta’ Fuq)).”.

(10) L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Wara l-entrata taħt l-intestatura “A. IL-BELĠJU” qed tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“B. IL-BULGARIJA

L-Artikolu 33 ta’ l-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Bulgarija għandu japplika għall-persuni kollha li għalihom il-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti skond il-Kapitolu 1 ta’ Titolu III ta’ dan ir-Regolament.”.

2. L-intestaturi “B. Ir-REPUBBLIKA ĊEKA”, “C. ID-DANIMARKA”, “D. IL-ĠERMANJA”, “E. L-ESTONJA”, “F. IL-GREĊJA”, “G. SPANJA”, “H. FRANZA”, “I. L-IRLANDA”, “J. L-ITALJA”, “K. ĊIPRU”, “L. IL-LATVJA”, “M. IL-LITWANJA”, “N. IL-LUSSEMBURGU”, “O. L-UNGERIJA”, “P. MALTA”, “Q. L-OLANDA”, “R. L-AWSTRIJA”, “S. IL-POLONJA”, “T. IL-PORTUGALL”, “U. IS-SLOVENJA”, “V. IS-SLOVAKKJA”, “W. IL-FINLANDJA”, “X. L-IŻVEZJA” u “Y. IR-RENJU UNIT” huma rijorganizzati bl-entrati rispettivi tagħhom u jsiru C. IR_REPUBBLIKA ĊEKA”, “D. ID-DANIMARKA”, “E. IL-ĠERMANJA”, “F. L-ESTONJA”, “G. L-IRLANDA”, “H. IL-GREĊJA”, “I. SPANJA”, “J. FRANZA”, “K. L-ITALJA”, “L. ĊIPRU”, “M. IL-LATVJA”, “N. IL-LITWANJA”, “O. IL-LUSSEMBURGU”, “P. L-UNGERIJA”, “Q. MALTA”, “R. L-OLANDA”, “S. L-AWSTRIJA”, “T. IL-POLONJA”, “U. L-PORTUGALL”, “W. IS-SLOVENJA”, “X. IS-SLOVAKKJA”, “Y. IL-FINLANDJA”, “Z. L-IŻVEZJA” u “AA. IR-RENJU UNIT”.

3. Wara l-entrata taħt l-intestatura “U. IL-PORTUGALL” qed tiddaħħal l-entrata li ġejjia:

“V. IR-RUMANIJA

Xejn.”.

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

Top