This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0320
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251 (2) of the EC Treaty concerning the common position of the Council on the adoption of a European Parliament and Council Directive on ambient air quality and cleaner air for Europe
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa
/* KUMM/2007/0320 finali - COD 2005/0183 */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa /* KUMM/2007/0320 finali - COD 2005/0183 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 29.6.2007 KUMM(2007) 320 finali 2005/0183 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa 2005/0183 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar il- pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 1. PROċEDURA Il-proposta COM(2005) 447 finali ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond il-proċedura stabbila fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta' Mejju 2006. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fis-26 ta' April 2006. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-26 ta' Settembru 2006. Wara l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kunsill laħaq qbil politiku b'maġġoranza kkwalifikata dwar Pożizzjoni Komuni fit-23 ta' Ottubru 2006. Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni fil-25.6.2007. 2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI In-tniġġis ta' l-arja għandu effetti negattivi sostanzjonali fuq is-saħħa. Skond l-aktar evidenza xjentifika u dwar is-saħħa reċenti, li ġiet ippreżentata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta' l-Arja COM(2005) 446, is-sempliċi espożizzjoni għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5 fl-arja hija l-kaġun ta' tnaqqis fiż-żmien li wieħed jistenna li jgħix ta’ aktar minn 8 xhur. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni għaldaqstant tintroduċi standards ambjentali speċifiċi għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5 fl-arja. L-implimentazzjoni tagħhom ikollha kontribut sinifikanti sabiex jintlaħaq l-għan ta' l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja li huwa li jitnaqqsu s-snin ta' ħajja li jintilfu fl-Ewropa minħabba espożizzjoni għal materja bil-partiċelli fini fil-perjodu bejn l-2000 u l-2020. Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva fuq il-kwalità ta' l-arja u arja aktar nadifa għall-Ewropa, li tkompli fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal "regolazzjoni aħjar", tkompli tgħaqqad id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' qafas u t-tliet Direttivi sekondarji fuq il-kwalità ta' l-arja flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni f'direttiva waħda bl-intenzjoni li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi ssimplifikata u mħaffa u l-volum tagħha jitnaqqas. Barra minn dan, il-proposta tirrevedi dispożizzjonijiet eżistenti sabiex tinkludi l-esperjenza ta' l-Istati Membri. Għal dan l-għan il-proposta: 1. tintroduċi rekwiżiti ta' monitoraġġ speċifiċi u għanijiet ambjentali ġodda għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5, 2. tipprovdi xi flessibbiltà fl-implimentazzjoni billi tippermetti, taħt kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni, prolongazzjoni tad-dati li sa fihom għandhom jintlaħqu xi valuri limiti bħall-valuri limiti għall-materja bil-partiċelli fini PM10 u d-diossidu tan-nitroġenu, 3. tħalli lill-Istati Membri jikkonċentraw l-isforzi tagħhom billi tippermetti t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet naturali filwaqt li tevalwa kemm jiġu rrispettati l-valuri limiti. 3. KUMMENTI TAL-KUMMISSJONI 3.1. Kummenti Ġenerali Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-26 ta' Settembru 2006. Il-Kummissjoni aċċettat totalment, parzjalment jew fil-prinċipju disgħa u għoxrin (29) mid-disgħa u ħamsin (59) emenda proposti mill-Parlamenti Ewropew fl-ewwel qari. Sittax (16) mid-disgħa u għoxrin (29) huma diġà, talanqas parzjalment, riflessi fil-pożizzjoni komuni. Il-Kummissjoni aċċettat l-emendi kollha li jwasslu għal aktar simplifikazzjoni u ċarezza, jew li tejbu l-informazzjoni li tingħata lill-pubbliku: 2, 6, 11, 13, 19, 21, 26, 27, 31, 37, 39, 41, 42, 65; jew li jwessgħu l-ambitu tar-reviżjoni: 48. Il-Kummissjoni aċċettat uħud mill-emendi parzjalment jew fil-prinċipju. Fil-każ ta' wħud minnhom, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li b'abbozzar mill-ġdid isiru akar ċari. L-oħrajn fihom bidliet li huma aċċettabbli fil-prinċipju, bħal per eżempju l-introduzzjoni tal-kunċett ta' skala flessibbli għall-għan ta' tnaqqis fl-espożizzjoni li jinsab fl-emenda 49. Madankollu mhux id-dispożizzjonijiet kollha f'dawn l-emendi jistgħu jiġu aċċettati għax uħud minnhom jistgħu jippreġudikaw il-bilanċ bejn l-iżgurar tal-flessibbiltà fl-implimentazzjoni u l-ħarsien tas-saħħa pubblika. Il-Kummissjoni ma laqgħetx, b'mod partikolari, emendi li jnaqqsu l-livell tal-ħarsien tas-saħħa pubblika, jew taħt il-livell tal-leġiżlazzjoni eżistenti, jew inkella, f'dak li jirrigwarda l-għan tat-tnaqqis fl-espożizzjoni fil-każ ta' materja bil-partiċelli fini PM2.5, taħt il-livell ta' l-ambizzjoni stabbilita fl-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja. Il-Kummissjoni ma laqgħetx ukoll emendi li tikkunsidra li jintroduċu rekwiżiti li ma jistgħux jintlaħqu fiż-żmien stabbilit, jew li jillimitaw l-iskop għal azzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex id-Direttiva tiġi implimentata b'mod effettiv. Il-Kummissjoni tqis li jekk jittieħdu flimkien, l-emendi tal-Parlament iwasslu għal proposta anqas ambizzjuża mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. L-Istati Membri ilhom minn Settembru 2005 jiddiskutu l-proposta fil-Kunsill. Il-pożizzjoni komuni fiha numru sinifikanti ta' bidliet meta pparagunat mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. F'termini ta' preżentazzjoni, it-test ġie ssimplifikat permezz ta' modifiki bħall-eliminazzjoni tal-kunċett ta' limitu massimu ta' konċentrazzjoni u l-introduzzjoni ta' pjan wieħed tal-kwalità ta' l-arja. Ġew ukoll indirizzati wħud mill-elementi ewlenin tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, jiġifieri l-istima tal-kwalità ta' l-arja, għanijiet ġodda rigward materja bil-partiċelli fini PM2.5 u l-flessibbiltà fl-implimentazzjoni. Il-bidliet huma ppreżentati f'aktar dettall hawn isfel. Filwaqt li jipprovdu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, huma jżommu l-bilanċ tal-livell mixtieq mal-bilanċ meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa pubbliku, kif stabbilit mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Intlaħaq ftehim politiku permezz ta' maġġoranza kkwalifikata, bl-Olanda u l-Polonja li vvutaw kontra filwaqt li l-Iżvezja asteniet. 3.2. Kummenti ddettaljati 3.2.1. Emendi Parlamentari aċċettati mill-Kummissjoni u inkorporati kollha kemm huma jew parzjalment fil-pożizzjoni komuni. Il-kontenut, jekk mhux saħansitra t-test eżatt ta' l-emendi li ġejjin li ġew aċċettati totalment, fil-prinċipju jew parzjalment mill-Kummissjoni, jinsab fil-pożizzjoni komuni: l-emendi numru 1, 2, 13, 14, 19, 21, 26, 27, 29, 31, 40, 41, 42, 45, 48 u 65. Il-maġġoranza ta' dawn l-emendi jirriflettu s-sostituzzjoni tal-kunċett ta' limitu massimu ta' konċentrazzjoni bil-kunċett aktar stabbilit ta' valur limitu. Peress li ż-żewġ kunċetti għandhom l-istess konsegwenzi legali, dan ma jintroduċix bidla fis-sustanza iżda jissimplifika t-test u jnaqqas in-numru ta' standards differenti użati. L-emenda 41 tirrigwarda l-ħtieġa għall-Istati Membri li jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-pieni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni taċċetta l-proposta tal-Parlament li tħassar din il-ħtieġa minħabba li l-istess għan jista' jintlaħaq permezz ta' l-Artikolu 33 tad-Direttiva u ta' l-obbligu ġenerali stabbilit fl-Anness 10 tat-Trattat KE. 3.2.2. Emendi Parlamentari aċċettati mill-Kummissjoni iżda mhux fil-pożizzjoni komuni. L-emenda 6 tirrigwarda premessa li tinkoraġġixxi bis-saħħa t-tkomplija ta' miżuri fissi b'miżuri permezz ta' mudelli u miżuri indikattivi. L-emenda 11 tiddeskrivi r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22. Fil-pożizzjoni komuni, dawn id-dispożizzjonijiet huma trattati fil-Premessa 15. L-emendi 37 u 39 jipproponi li l-federazzjonijiet industrijali jiġu inklużi fil-lista ta' korpi relevanti li jeħtieġ li jiġu informati skond id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni lill-pubbliku ta' l-Artikoli 24 u 26. Il-Kummissjoni temmen li din iż-żieda tagħmel sens u mhijiex differenti minn prassi tajba eżistenti. 3.2.3. Emendi Parlamentari miċħuda mill-Kummissjoni iżda li huma parti mill-pożizzjoni komuni. Mhux applikabbli. 3.2.4. Bidliet li saru lill-Proposta mill-Kunsill – Elementi ewlenin Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament indirizzaw id-dispożizzjonijiet għall-istima tal-kwalità ta' l-arja, għanijiet ġodda dwar materja bil-partiċelli fini PM2.5 u dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni, kif proposti mill-Kummissjoni, b'mod partikolari permezz ta' l-emendi 45, 49, 60 u 81. Stima tal-Kwalità ta' l-Arja Il-Kunsill jikkunsidra li l-ispiża tal-monitoraġġ hija interess importanti. Għal dan l-għan ġew introdotti bidliet fil-limiti ta' l-istima tal-PM10 u r-rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ tal-materja bil-partiċelli fini. Filwaqt li għarfet il-preokkupazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta' informazzjoni xierqa għall-istima sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali fl-evalwazzjoni tal-konformità, għall-iżvilupp tal-politika u għall-informazzjoni dwar miżuri ta' tnaqqis effettivi meta din tkun neċessarja. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istima tal-PM10 u l-PM2.5 li finalment ġew stabbiliti fil-pożizzjoni komuni huma kompromess u għall-Kummissjoni jirrappreżentaw ir-rekwiżiti minimi li xorta waħda ser jissodisfaw l-għanijiet imsemmija hawn fuq. Il-pożizzjoni komuni introduċa bidliet kbar lill-Anness III tad-Direttiva, liema Anness jistabbilixxi b'aktar dettall ir-rekwiżiti minimi dwar kif għandha ssir l-istima tul it-territorju kollha ta' l-Istat Membru. L-Anness III jinkludi definizzjoni restrittiva ta' oqsma speċifiċi li, fil-każ tagħhom, m'għandhiex tiġi evalwata l-konformità mal-valuri limiti intiżi għall-ħarsien tas-saħħa pubbliku. Dan għandu jsostni metodu aktar armonizzat għall-istima tal-konformità. Il-Kummissjoni ser issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni sabiex tiżgura li din id-dispożizzjoni ta' implimentazzjoni ma tnaqqas bl-ebda mod il-ħarsien tas-saħħa pubbliku jew tippreġudika l-kunċett ewlieni li l-valuri limitu japplikaw kullimkien. Il-kriterji sabiex jiġu individwati punti minn fejn jittieħdu kampjuni ta' sustanzi li jniġġsu b'valuri limitu stabbiliti fl-Anness III ġew ukoll issimplifikati biex japplikaw bl-istess mod għas-sustanzi li jniġġsu kollha. Il-Kummissjoni kienet tippreferi li tinżamm il-proposta orġinali li jikkopja d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti minħabba li l-bidliet jistgħu iwasslu għal bidla fil-lokazzjoni tal-punti minn fejn jittieħdu l-kampjuni u taħwid fix-xejriet tal-monitoraġġ. Il-Kummissjoni ser issegwi l-iżviluppi għax il-bidliet jistgħu jwasslu għal problemi fl-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijie oħra, bħall-informazzjoni lill-pubbliku u l-provvista ta' informazzjoni siewja għall-iżvilupp fil-politika u, jekk ikun neċessarju, ser terġa' tqajjem il-kwistjoni permezz tal-kumitat regolatorju. Madankollu, peress li l-valuri limitu japplikaw kullimkien ħlief għal żoni li jkunu espressament definiti, il-lokazzjoni mill-ġdid tas-stazzjon biss ma tbiddilx il-livell tal-ħarsien tas-saħħa pubblika. Fl-Anness VI, il-pożizzjoni komuni tindirizza wkoll iż-żmien li fih it-tagħmir eżistenti fin-netwerk ta' monitoraġġ għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' l-istandards il-ġodda tas-CEN li jiffissaw il-metodi ta' riferiment li ġew introdotti fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni taqbel mat-termini li ġew introdotti peress li dawn ser jippermettu li jkun hemm skeda ta' l-implimentazzjoni effikaċi fir-rigward tan-nefqa għall-modernizzazzjoni tan-netwerk, fejn dan ikun neċessarju. Hija madankollu tinnota li fir-rigward tal-kejl użat għall-istima, l-għanijiet marbutin mal-kwalità tad-data ta' l-Anness I u d-dispożizzjonijiet sabiex tiġi murija ekwivalenza ta' l-Anness VI jibqgħu japplikaw kollha kemm huma. Standard PM 2.5 . Il-pożizzjoni komuni tissostitwixxi fl-Anness XIV il-limitu massimu ta' konċentrazzjoni ta' 25 μg/m3 li għandu jintlaħaq sa l-2010, b'metodu fuq żewġ livelli li jintroduċi valur mira mhux obbligatorju bl-istess livell fl-2010 u bil-valur limitu li huwa legalment vinkolanti fl-2015. Il-mira tat-tnaqqis fl-espożizzjoni ġiet estiża mid-dispożizzjoni waħda ta' 20% għal skala flessibbli b'valuri fil-gamma ta' 7-13μg/m3. Id-dispożizzjonijiet tal-pożizzjoni komuni jippermettu wkoll tliet għażliet differenti sabiex jiġi stabbilit indikatur bażiku tat-tnaqqis ta' l-eżpożizzjoni, biex jingħata żmien sabiex jiġu stabbiliti stazzjonijiet tal-monitoraġġ adatti. Il-Kummissjoni ssostni dawn il-modifiki għaliex dawn ma jbiddlux il-livell ta' ambizzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni u ser jipprovdu għal implimentazzjoni aktar effettiva. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għan ambjentali doppju PM2.5 għall-mira ta' tnaqqis fl-espożizzjoni għandu jkun l-ispinta ewlenija għal miżuri, bil-valur limitu annwali li jservi prinċipalment bħala l-limitu massimu li jipproteġi ċ-ċittadini fiż-żoni l-aktar vulnerabbli. Fuq il-bażi tat-tagħrif li bħalissa jeżisti, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-isforzi sabiex jiġi rrispettat l-valur limitu annwali aktar strett tal-PM2.5 ta' 20 μg/m3 sa l-2015, kif propost mill-emenda 50 tal-Parlament jirriżultaw f'attenzjoni eċċessiva liż-żoni kritiċi, li huma żoni limitati bi konċentrazzjonijiet għoljin, b'detriment għall-miżuri li jnaqqsu l-espożizzjoni ġenerali tal-popolazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-emenda 49 tipproponi li tnaqqas ir-rekwiżiti tal-mira ta' tnaqqis fl-espożizzjoni għall-biċċa l-kbira tal-livelli ta' konċentrazzjoni, li jkollu l-effett globali li jnaqqas il-livell ambizzjuż ta' l-istandards PM2.5 il-ġodda u ma jkunx suffiċenti sabiex jintlaħaq l-għan li jirrigwarda s-saħħa stabbilit fl-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis ta' l-Arja. Flessibbiltà fl-implimentazzjoni. Filwaqt li, fl-Artikolu 22 tagħha, il-proposta tal-Kummissjoni introduċiet terminu assolut (l-1 ta' Jannar 2010) għall-estenjoni tad-data meta l-valur limitu tal-PM10 għandu jintlaħaq, il-pożizzjoni komuni tistabbilixxi t-terminu massimu bħala 3 snin wara li d-Direttiva tidħol fis-seħħ. Il-pożizzjoni komuni żżomm il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex tingħata l-estensjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar l-estensjoni taż-żmien għall-benżin u d-diossidu tan-nitroġenu ma ġewx mibdula. L-għażla għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5 tneħħiet wara li d-data għall-kisba tal-PM2.5 tbiddlet mill-2010 fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għall-2015. Il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għal estenzjoni taż-żmien għad-diossidu tal-kubrit, il-monossidu tal-karbonju u ċ-ċomb tneħħiet. Il-Kummissjoni kieku tippreferi li jinżamm il-kalendarju oriġinali tagħha rigward id-data tal-kisba tal-PM10 iżda taħseb li estensjoni bħal din ma tippreġudikaz il-bilanċ globali tal-proposta. L-emenda 81 tal-Parlament Ewropew tippermetti li jkun hemm sa 6 snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Estensjoni bħal din prattikament żgur li twassal għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri, billi tnaqqas il-livell ta' ħarsien tas-saħħa pubblika fiż-żoni kollha li bħalissa jeċċedu l-valuri limitu PM10. 3.2.5. Bidliet fit-test relatati mal-proċeduri tal-Komitoloġija l-ġodda Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha rigward l-emendi 61-63 tal-Parlament li jintroduċu riferiment għall-proċedura r-regolatorja l-ġdida bi stħarriġ mill-kumitat stabbilit skond din id-Direttiva, sakemm ma jintlaħaq il-ftehim interistituzzjonali dwar it-terminoloġija komuni għall-inklużjoni fil-leġiżlazzjoni sekondarja ta' l-UE. Fil-pożizzjoni komuni ġiet introdotta dispożizzjoni li tkopri l-istess suġġett, li ġiet miktuba mill-ġdid skond it-terminoloġija li l-insituzzjonijiet qablu dwarha f'Novembru 2006. Hija għandha skop differenti mill-emenda 62 minħabba li ma tintroduċix proċedura regolatorja flimkien ma' stħarriġ għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu l-informazzjoni addizzjonali li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 27. Il-Kummissjoni tista' tagħti s-sostenn tagħha għal dawn il-bidliet. 4. KONKLUżJONI L-istituzzjonijiet ta' l-UE kollha għandhom għanijiet komuni rigward il-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-ambjent, u, b'mod speċifiku, il-ħtieġa għall-introduzzjoni ta' standards għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5, inkluża mira ġdida għat-tnaqqis fl-espożizzjoni. Kien hemm appoġġ ġenerali għall-flessibbiltà addizzjonali rigward l-implimentazzjoni kif proposta mill-Kummissjoni. L-akbar impedimenti għall-ksib ta' qbil fl-ewwel qari kienu l-perspettivi differenti dwar il-livell eżatt ta' flessibbiltà, il-bżonn li jinbidlu l-istandards eżistenti għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5 u s-strettezza u n-natura legali ta' l-istandard għall-materja bil-partiċelli fini PM2.5. Fil-pożizzjoni komuni, l-Istati Membri kkonfermaw il-pożizzjoni inizjali tal-Kummissjoni li żammet l-istandards eżistenti kif kienu filwaqt li ħalliet aktar flessibbiltà rigward il-kisba tar-rispett mal-valuri limitu standards għall-materja bil-partiċelli fini PM10 u emendaw xi ftit l-istandards PM2.5 il-ġodda. Il-Kummissjoni tista' ssostni l-pożizzjoni komuni, minħabba li nżamm il-bilanċ tal-proposta tal-Kummissjoni bejn preokuppazzjoni kbira għas-saħħa pubblika, li tirrikjedi azzjoni b'saħħitha u kontinwa sabiex titjieb il-kwalità ta' l-arja f'ċerti żoni u l-introduzzjoni ta' standards PM2.5 li huma ambizzjużi u li huma legalment vinkolanti, u l-flessibbiltà li ġiet introdotta sabiex tħaffef l-implimentazzjoni. Il-pożizzjoni komuni jżomm ukoll impenn ċar sabiex f'ħames snin jirrevedi l-istandards relatati mal-standards għall-materja bil-partiċelli fini sabiex il-mira għat-tnaqqis fl-espożizzjoni issir legalment vinkolanti. Il-pożizzjoni komuni jinkludi dispożizzjonijiet addizzjonali bħar-rekwiżit għall-Kummissjoni li tipprepara gwida għall-istima tal-kontribuzzjonijiet minn sorsi naturali u mit-trammil fix-xitwa. Il-Kumissjoni tilqa' dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali għaliex dawn ser jiffaċċilitaw metodu aktar armonizzat għall-implimentazzjoni tad-Direttiva fi ħdan il-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni kienet tippreferi kieku nżammu xi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta, b'mod partikolari dawk relatati mar-rekwiżiti minimi tal-monitoraġġ tal-kwalità ta' l-arja. Madankollu, hija tagħraf li l-pożizzjoni komuni jirrappreżenta titjib importanti meta pparagunat ma' l-arranġamenti li hemm skond id-Direttivi eżistenti u għaldaqstant hija tappoġġaha.