Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0176(02)

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    /* KUMM/2007/0176 finali - ACC 2007/0060 */

    52007PC0176(02)




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 10.4.2007

    KUMM(2007) 176 finali

    2007/0060 (ACC)

    2007/0061 (ACC)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ minuti miftehma dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    (preżentati mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fil-5 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 (Proposta COM 8114/06 WTO 63 AGRI 123) bil-għan li jsir tibdil fit-tariffi marbuta għal tliet prodotti tal-laħam tat-tjur previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

    2. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ bl-intenzjoni tagħha li tibdel il-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur immellaħ tat-titlu 0210 99 39 u li testendi dawn in-negozjati għal-laħam tat-tiġieġ imsajjar tat-titlu 1602 32 19 u għall-preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjani tat-titlu 1602 31 tan-Nomenklatura Magħquda.

    3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

    4. Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika Federali tal-Brażil, li għandha interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 0210 99 39 (laħam tat-tjur immellaħ), 1602 31 (laħam tad-dundjani ppreparat) u mar-Renju tat-Tajlandja, li għandu interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi HS 0210 99 39 (laħam tat-tjur immellaħ) u interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 1602 32 19 (laħam tat-tiġieġ imsajjar).

    5. In-negozjati rriżultaw fi Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti miftehma mar-Renju tat-Tajlandja fit-23 ta’ Novembru 2006 u mar-Repubblika Federali tal-Brażil fis-6 ta’ Diċembru 2006.

    6. Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex japprova d-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ minuti miftehma.

    7. Wara din id-deċiżjoni, il-Kunsill huwa mistieden japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi.

    2007/0060 (ACC)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ minuti miftehma dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Billi:

    (1) Fil-5 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-għan li jsir tibdil fit-tariffi marbuta għal tliet prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ bl-intenzjoni tagħha li tibdel il-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur immellaħ tat-titlu 0210 99 39 u li testendi dawn in-negozjati għal-laħam tat-tiġieġ imsajjar tat-titlu 1602 32 19 u għall-preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjani tat-titlu 1602 31 tan-Nomenklatura Magħquda.

    (2) In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

    (3) Il-Kummissjoni laħqet Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma mar-Repubblika Federali tal-Brażil, li għandha interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 0210 99 39, 1602 31 u interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi HS 1602 32 19, fis-6 ta’ Diċembru 2006, u mar-Renju tat-Tajlandja, li għandu interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi HS 0210 99 39 u interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 1602 32 19, fit-23 ta’ Novembru 2006. Għalhekk, dawn il-Ftehimiet għandhom jiġu approvati,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet tal-kodiċi HS 0210 99 39 (laħam tat-tjur immellaħ), 1602 31 (laħam tad-dundjani ppreparat) u 1602 32 19 (laħam tat-tiġieġ imsajjar) previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994, huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità.

    It-testi ta’ dawn il-Ftehimiet huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni se tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tat-Tjur u l-Bajd sabiex tiġi implimentata l-ġestjoni tal-kwoti tar-rata Tariffarja.

    Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

    Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehimiet u b’hekk jorbtu lill-Komunità[2].

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    A. Il-Minuti Miftehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil

    In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

    Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem ‘KE’) u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Brażil’) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.

    Id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil se jissottomettu dan il-Ftehim għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet rispettivi tagħhom.

    1. Ir-Rati Marbuta tad-Dazju : ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39), 1602 31 u 1602 32 19 għandha tkun ta’ €1 300/tunnellata, €1 024/tunnellata u €1 024/tunnellata rispettivament.

    2. Kwoti tar-Rata Tariffarja : il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:

    a) għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 170 807 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15.4% ad valorem ;

    b) għall-prodott 1602 31 (“dundjan”) kwota ta’ 103 896 tunnellata, li minnhom 92 300 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8.5% ad valorem ;

    c) għall-prodott 1602 32 19 (“imsajjar”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 79 477 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8% ad valorem .

    3. Importazzjonijiet skond il-KRT imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fil-Brażil.

    4. Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.

    5. Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.

    6. Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.

    7. Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim preżenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.

    Għad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej | Għad-Delegazzjoni tal-Brażil |

    B. Il-Minuti Miftehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja

    In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

    Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem ‘KE’) u r-Renju tat-Tajlandja (minn hawn ‘il quddiem ‘it-Tajlandja’) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tat-Tajlandja laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.

    Id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tat-Tajlandja se jissottomettu dan il-Ftehim għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet rispettivi tagħhom.

    1. Ir-Rati Marbuta tad-Dazju : ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39) u 1602 32 19 għandha tkun ta’ €1 300/tunnellata, u €1 024/tunnellata rispettivament.

    2. Kwoti tar-Rata Tariffarja : il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:

    a) għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 92 610 tunnellata se jkunu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15.4% ad valorem ;

    b) għall-prodott 1602 32 19 (“imsajjar”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 160 033 tunnellata se jkunu allokati għat-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8% ad valorem .

    3. Importazzjonijiet skond il-KRT imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fit-Tajlandja.

    4. Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.

    5. Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.

    6. Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.

    7. Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim attwali, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.

    Għad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej | Għad-Delegazzjoni tat-Tajlandja |

    2007/0061 (ACC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87[4] stabbilixxa nomeklatura ta’ merkanzija, hawn hekk imsejħa "Nomenklatura Magħquda", u stipula r-rati tad-dazju konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

    (2) Bid-deċiżjoni XX/XXX/KE tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja, il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehimiet imsemmija iktar 'il fuq bil-għan li jingħalqu n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness I tat-Tieni Parti (l-Iskeda tad-Dazji Doganali) għandu jiġi emendat bid-dazji li jidhru fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Anness 7 tat-Tielet Taqsima tat-Tielet Parti (kwoti tariffarji tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandhom jiġu emendati bil-kwoti tariffarji u ssupplimentati bil-volumi u d-dazji li jidhru fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti m’għandux jiġi kkunsidrat bħala li għandu iktar minn valur indikattiv, bil-konċessjonijiet jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni tar-Regolament attwali.

    It-Tieni Parti L-Iskeda tad-Dazji Doganali |

    Il-kodiċi NM | Deskrizzjoni | Ir-rata tad-dazju |

    0210 99 39 | Laħam tat-tjur immellaħ | €1 300/tunnellata |

    1602 31 | Laħam tad-dundjani ppreparat | €1 024/tunnellata |

    1602 32 19 | Laħam tat-tiġieġ imsajjar | €1 024/tunnellata |

    It-Tielet Parti Annessi tat-Tariffi |

    Il-kodiċi NM | Deskrizzjoni | Ir-rata tad-dazju |

    0210 99 39 | Laħam tat-tjur immellaħ | Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 264 245 tunnellata li minnhom 170 807 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92 160 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 15.4% |

    1602 31 | Laħam tad-dundjani ppreparat | Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 103 896 tunnellata li minnhom 92 300 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil b’rata fil-kwota ta’ 8.5% |

    1602 32 19 | Laħam tat-tiġieġ imsajjar | Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 250 953 tunnellata li minnhom 79 477 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92.160 333 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 8.0% |

    Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE-25 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti ta’ hawn fuq kollha.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

    1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: Kapitolu 10 – Dazji Agrikoli | APPROPRJAZZJONIJIET: 1 486,7 Miljun € |

    2. | TITOLU: – Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ minuti miftehma dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), u – Ir-Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-KE wara negozjati fil-qafas ta’ l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni |

    3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 133 tat-Trattat tal-KE u l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) |

    4. | GĦANIJIET: – li tiġi approvata l-konklużjoni tal-ftehimiet bejn il-KE u r-Repubblika Federali tal-Brażil u bejn il-KE u r-Renju tat-Tajlandja, dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward l-importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur ta’ l-irziezet u – li jiġi emendat u fornut l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, wara l-konklużjoni tal-ftehimiet konklużi mill-KE mal-Brażil u t-Tajlandja. |

    5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI (1) | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2007 u s-SNIN TA’ WARA (EUR miljuni) |

    5.0 | INFIQ – IDDEBITAT LILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET / INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – |

    5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI / DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | –92,5 | –92,5 |

    2008 | 2009 | 2010 | 2011 |

    5.0.1 | INFIQ STMAT | – | – | – | – |

    5.1.1 | DĦUL STMAT | –92,5 | –92,5 | –92,5 | –92,5 |

    5.2 | METODU TA’ KALKOLU: – |

    6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ L-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

    6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

    6.2 | JINĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

    6.3 | JINĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

    OSSERVAZZJONIJIET: (1) Peress li r-rata ta’ dazju barra l-kwota se tkun projbittiva, huwa mistenni li l-kwantità fi ħdan il-kwota biss se tiġi impurtata. Rigward id-dħul, jista’ jiġi stmat li l-miżura tista’ timplika telf ta’ ammont nett ta’ madwar –92,5 Miljun €. |

    [1] ĠU C ..., ... p. ...

    [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    [3] ĠU C ..., ... p. ...

    [4] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1

    Top