Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0036

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE {SEK(2007) 112} {SEK(2007) 113}

    /* KUMM/2007/0036 finali - COD 2007/0028 */

    52007PC0036




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 14.2.2007

    KUMM(2007) 36 finali

    2007/0028 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE

    (preżentata mill-Kummissjoni) {SEK(2007) 112} {SEK(2007) 113}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    - Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

    Is-Suq Intern ta’ l-Oġġetti huwa element fundamentali ta’ l-Integrazzjoni Ewropea. Suq bla konfini integrat huwa l-aqwa mod kif titkabbar il-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea. Suq intern li jaħdem aħjar huwa għalhekk element kritiku ta’ l-istrateġija mnedija mill-ġdid għall-Impjiegi u t-Tkabbir biex tippermetti lill-UE tikkompeti u tirnexxi f’ekonomija globalizzata, li fiha s-sħab kummerċjali prinċipali tagħna għandhom swieq kbar u unifikati.

    L-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat tal-KE jfissru inter alia li l-Istati Membri tad-destinazzjoni ma jistgħux ma jippermettux il-bejgħ fit-territorji tagħhom ta’ prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li ma jkunux soġġetti għal armonizzazzjoni Komunitarja, għajr jekk ir-restrizzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Istat Membru tad-destinazzjoni jkunu ġġustifikati għar-raġunijiet deskritti fl-Artikolu 30 tat-Trattat tal-KE, jew abbażi ta’ ħtiġijiet prevalenti ta’ importanza pubblika ġenerali rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u li jkunu proporzjonati. Dan huwa magħruf bħala "il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku" li joħroġ minn analiżi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara l-famuża sentenza "Cassis de Dijon" ta’ l-20 ta’ Frar 1979 u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwarha mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Frar 1979 fil-Każ 120/78 (Cassis de Dijon), ĠU C 256 tat-3 ta’ Ottubru 1980.

    L-implimentazzjoni tal-"prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku" taħt l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat tal-KE hija mxekkla minn diversi problemi:

    1. In-nuqqas ta’ għarfien min-naħa ta’ l-intrapriżi u l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-eżistenza tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

    2. L-inċertezza legali dwar l-ambitu tal-prinċipju u l-piż tal-prova. L-ewwelnett, spiss ma jkunx ċar għal liema kategoriji ta’ prodotti jkun japplika r-rikonoxximent reċiproku.

    3. Ir-riskju għall-intrapriżi li l-prodotti tagħhom ma jkollhomx aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

    4. L-assenza ta’ djalogi regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija għas-Suq Intern għal 2003-2006 [COM(2003)238], il-Kummissjoni semmiet xi wħud mill-problemi marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-"prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku" fil-qasam mhux armonizzat ta’ l-oġġetti u indikat li għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ strument leġiżlattiv ġdid sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-oġġetti fil-Komunità Ewropea.

    Din il-proposta hija waħda mill-ħidmiet mistennija mill-Istrateġija għas-Suq Intern għall-2003-2006. L-għan tagħha hu li tiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ min-naħa waħda l-awtoritajiet nazzjonali, u min-naħa l-oħra, ta’ l-intrapriżi li jixtiequ jbigħu fi Stat Membru, prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, meta l-awtoritajiet kompetenti jkun bi ħsiebhom jieħdu miżuri restrittivi dwar il-prodott skond ir-regoli tekniċi nazzjonali. B’mod partikulari, il-proposta tikkonċentra fuq il-piż tal-prova billi tistabbilixxi l-ħtiġijiet proċedurali għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent reċiproku. Barra minn dan, il-proposta timmira li tnaqqas ir-riskju għall-intrapriżi li l-prodotti tagħhom ma jkollhomx aċċess fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u li ttejjeb id-djalogi regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tistabbilixxi wieħed jew diversi "Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti" f’kull Stat Membru. Il-ħidma prinċipali tagħhom se tkun tikkonsisti fl-għoti ta’ l-informazzjoni dwar ir-regoli tekniċi fuq il-prodotti lill-intrapriżi u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, kif ukoll fl-għoti tad-dettalji tal-kuntatt ta’ dawn ta’ l-aħħar. Dak se jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jidentifikaw il-kollegi tagħhom fl-Istati Membri l-oħra sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni faċilment mingħand l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra u jiftħu djalogu magħhom.

    - Il-kuntest ġenerali

    Il-ġabra tad-diversi għejun ta’ informazzjoni (ilmenti u każijiet ta’ ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE, notifikazzjonijiet skond id-Direttiva 98/34/KE, servejs, studji ta’ każijiet, ħarsa lejn il-materjal stampat u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati) tindika li l-implimentazzjoni tal-"prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku" għadha mdawra minn ħafna problemi, speċifikament dwar prodotti teknikament komplessi jew prodotti li jistgħu joħolqu problemi ta’ sigurtà jew saħħa. Il-Kummissjoni diġà ppubblikat komunikazzjonijiet interpretattivi li jistipulaw kif għandu fil-fatt jitħaddem ir-rikonoxximent reċiproku. Hija organizzat ukoll konferenzi, seminars u laqgħat biex jiżdied l-għarfien tan-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu, huwa diffiċli ferm li tilħaq in-negozji permezz ta’ okkażjonijiet bħal dawn, speċjalment meta dawn l-avvenimenti jiġu organizzati għal setturi industrijali differenti f’daqqa.

    Għalkemm il-politika attwali rnexxiela telimina ammont kbir ħafna ta’ barrieri tekniċi mingħajr miżuri ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-KE, il-partijiet interessati indikaw li l-politika attwali laħqet il-limiti tagħha jew waqfet taħdem. Barra minn hekk, it-tħaddim tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ilu żmien twil fuq l-aġenda politika. Il-Kunsill tas-Suq Intern ta’ Marzu 1998 saħaq dwar il-bżonn li l-attenzjoni politika tiġi orjentata lejn applikazzjoni effettiva tar-rikonoxximent reċiproku. Huwa enfasizza wkoll ir-responsabbiltà diretta ta f’din il-kwistjoni.

    Il-Kunsill appoġġa l-Kummissjoni billi adotta Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku fit-28 ta’ Ottubru 1999.

    Skond ir-"rapport Kok", il-moviment liberu ta’ l-oġġetti fl-UE qed ikompli jiġi mfixkel minn firxa ta’ regoli lokali, li sikwit jiġu applikati arbitrarjament u b’kontradizzjoni ċara għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Ir-rapport jissuġġerixxi li tali ostakoli m’għandhomx jiġu ttolerati aktar u li l-Kummissjoni għandha tqis it-tneħħija ta’ dawn l-ostakoli bħala prijorità politika ewlenija.

    Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tas-Suq Intern li nediet il-Kummissjoni f’April 2006 [SEC(2006)1215 ta’ l-20.09.2006] jikkonfermaw li r-regoli tekniċi nazzjonali għadhom jikkostitwixxu ostakoli importanti għall-kummerċ ħieles fl-UE. Dawk li wieġbu jsostnu li r-regoli tekniċi nazzjonali għadhom qed iwasslu għal ostakoli sostanzjali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti fl-UE, u li dan joħloq kontrolli u testijiet amministrattivi żejda.

    - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    M’hemmx dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta.

    - Konsistenza ma’oqsma ta’ politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

    Mhux applikabbli.

    2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

    - Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi prinċipali fil-mira u profil ġenerali tal-parteċipanti

    L-għan tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati permezz tas-sit ta’ l-Internet tal-Kummissjoni "Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa" kien li jħeġġeġ l-opinjoni ta’ l-Istati Membri, organizzazzjonijiet tan-negozji u tal-konsumaturi dwar l-għażliet possibbli biex jittejjeb it-tħaddim tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-prodotti. Waslu 135 tweġiba li jidher li huwa l-għadd medju ta’ tweġibiet għal konsultazzjoni dwar kwistjoni teknika.

    Il-profil tal-parteċipanti (dawk li wieġbu): organizzazzjonijiet rappreżentattivi (22.7%), intrapriżi (19.7%), korpi pubbliċi (13.6%) u konsumaturi (31.1%).

    Ġabra fil-qosor tat-tweġibiet u kif ittieħdu f’konsiderazzjoni

    Skond it-tweġibiet tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati permezz tas-sit ta’ l-Internet tal-Kummissjoni "Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa", il-Kummissjoni għandha tagħmel aktar, inter alia , biex ittejjeb it-tħaddim tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam mhux armonizzat. Madwar 60% tal-parteċipanti jaħsbu li strument leġiżlattiv huwa meħtieġ filwaqt li madwar 33% huma ta’ l-opinjoni li m’huwiex.

    Ir-risposti ntużaw biex jintgħażlu l-alternattivi politiċi fil-valutazzjoni ta’ l-impatt.

    Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mis-17/02/2004 sat-30/04/2004. Il-Kummissjoni rċeviet 135 tweġiba. Ir-riżultati huma disponibbli fuq http://europa.eu.int/yourvoice/consultations.

    - Ġbir u użu ta’ għarfien espert

    Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern.

    - Valutazzjoni ta’ l-impatt

    - Alternattiva 1: Status quo, i.e. li tissokta l-politika attwali ;

    - Alternattiva 2: modalità mhux regolatorja, i.e. li tiġi kkomplementata l-politika attwali b’azzjonijiet addizzjonali: il-ħolqien ta’ sit elettroniku speċifiku b’lista ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku, skrutinju ġenerali mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri tar-regoli tekniċi nazzjonali kollha dwar kategorija speċifika ta’ prodotti u l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għal dawn ir-regoli, l-inklużjoni sistematika tat-test finali tar-regoli tekniċi kollha nnotifikati skond id-Direttiva 98/34/KE fil-bażi tad- data TRIS, konferenzi u seminars organizzati fl-Istati Membri u mmirati lejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet kompetenti, pubblikazzjonijiet speċifiċi li jispjegaw ir-rikonoxximent reċiproku għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti, "klawsoli tar-rikonoxximent reċiproku" aktar iddettaljati u kooperazzjoni amministrattiva permezz tal-kumitati eżistenti stabbiliti bil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-KE.

    - Alternattiva 3: il-modalità regolatorja, i.e. l-adozzjoni ta’ regolament li jorganizza r-rikonoxximent reċiproku fil-qasam mhux armonizzat tal-prodotti u li jistabbilixxi “Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti”. L-ambitu ta’ dan ir-regolament ikun jinkludi lista ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku. Hija tkun tiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi, min-naħa waħda, ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, u min-naħa l-oħra, ta’ l-intrapriżi li jixtiequ jbigħu fi Stat Membru, prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, meta l-awtoritajiet kompetenti jkun bi ħsiebhom jieħdu miżuri restrittivi dwar il-prodott skond ir-regoli tekniċi nazzjonali. Il-ħidma tal-"Punt(i) ta’ Kuntatt għall-Prodotti" f’kull wieħed mill-Istati Membri tkun tikkonsisti fl-għoti ta’ l-informazzjoni dwar regoli tekniċi fuq il-prodotti lill-intrapriżi u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, kif ukoll fl-għoti tad-dettalji tal-kuntatt ta’ dawn ta’ l-aħħar.

    - Alternattiva 4: regolament akkumpanjat minn azzjonijiet mhux leġiżlattivi: L-alternattiva 4 hija msejsa fuq ir-regolament imsemmi fl-alternattiva 3, b’differenzi waħda kbira: minflok ma tiġi inkluża lista ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku fl-ambitu tar-regolament, l-alternattiva 4 toħloq sit elettroniku b’lista ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku, kif imsemmi fl-alternattiva 2.

    The Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni ta’ l-impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma, li r-rapport tagħha jinsab f’http://KE.europa.eu/enterpise/regulation/goods/mutrec_en.htm.

    3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    - Ġabra fil-qosor ta’ l-azzjoni proposta

    Il-proposta tittratta żewġ aspetti li jiżguraw il-moviment liberu ta’ l-oġġetti fil-qasam mhux armonizzat: Hi tistabbilixxi l-proċedura li għandhom isegwu l-awtoritajiet nazzjonali meta jkun bi ħsiebhom jimponu xi regola teknika nazzjonali ( i.e. f’każijiet fejn għal xi raġuni r-rikonoxximent reċiproku ma jkunx qed jiġi applikat). Il-proposta tipprevedi t-twaqqif ta’ wieħed jew aktar Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti f’kull Stat Membru, li l-ħidma prinċipali tagħhom hi l-għoti ta’ l-informazzjoni fuq ir-regoli tekniċi applikabbli, jew li jirreferu lill-persuni interessati għand l-awtoritajiet/organizzazzjonijiet kompetenti.

    Bl-adozzjoni tal-proposta, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 3052/95/KE li tistabbilixxi proċedura għall-iskambju tat-tagħrif dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija ġewwa l-Komunità (ĠU L 321, 30.12.1995, p. 1.) għandha tiġi rrevokata.

    - Bażi legali

    L-Artikoli 37 u 95 KE.

    - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma tkunx taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni jew raġunijiet li ġejjin:

    L-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli tekniċi għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u tista’, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, tintlaħaq aħjar f’livell Komunitarju. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex jimminimizzaw il-possibbiltà li r-regoli tekniċi nazzjonali joħolqu ostakoli illegali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri. L-assenza ta’ tali proċeduri fl-Istati Membri tikkaġuna ostakoli addizzjonali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti, billi din tiskoraġġixxi l-intrapriżi milli jbigħu l-prodotti tagħhom, imqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jistipula regoli tekniċi. Servejs urew li ħafna intrapriżi, u b’mod partikulari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jew jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jikkonformaw mar-regoli tekniċi ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew ma jqegħduhomx fis-suq hemmhekk. L-awtoritajiet nazzjonali lanqas m’għandhom proċeduri xierqa għall-applikazzjoni tar-regoli tekniċi tagħhom għal prodotti speċifiċi mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor. In-nuqqas ta’ tali proċeduri jikkomprometti l-kapaċità tagħhom li jevalwaw il-konformità tal-prodotti skond it-Trattat.

    Ftit huma l-Istati Membri li jipprevedu proċeduri li jimminimizzaw il-possibbiltà li r-regoli tekniċi nazzjonali joħolqu ostakoli illegali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri. Minħabba l-fatt li dawn l-ostakoli jikkonċernaw qabel xejn prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri mhux neċessarjament ikollhom interess li jistabbilixxu tali proċeduri.

    Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni jew raġunijiet li ġejjin:

    Il-kummenti tal-partijiet interessati u r-reviżjoni tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri jiżvelaw li l-għan ta’ l-eliminazzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti ma tistax tintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u azzjoni Komunitarja biss tista’ twassal għat-titjib fil-moviment liberu ta’ l-oġġetti. Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-wisa’, għaliex, jekk tiġi applikata b’mod korrett, il-moviment liberu ta’ l-oġġetti jista’ jintlaħaq mingħajr iżjed armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali.

    Teżisti inċertezza legali fl-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, li qed tikkaġuna applikazzjoni imprevedibbli tal-prinċipju u l-impożizzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali. Din qed tirriżulta fi spejjeż kemm għall-intrapriżi u kemm għas-soċjetà u tista’ twassal għal inqas kummerċ fl-UE billi tipprevjeni l-intrapriżi milli jidħlu fis-suq ta’ Stat Membru ieħor. Qafas ġenerali għall-applikazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali, fejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jistgħu jipprevedu u jifhmu r-raġunijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ regola teknika nazzjonali għall-prodott tagħhom huwa indikatur kwalitattiv li l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Unjoni.

    Il-proposta tiddefinixxi għall-UE kollha d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-awtoritajiet nazzjonali min-naħa waħda, u ta’ l-intrapriżi li jixtiequ jbigħu l-prodott tagħhom li jkun diġà tqiegħed fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor min-naħa l-oħra. Il-proposta tikkonċentra b’mod partikulari fuq il-piż tal-prova billi tistipula l-ħtiġijiet proċedurali għaċ-ċaħda tar-rikonoxximent reċiproku. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt turi li hemm vojt fit-tħaddim tal-moviment liberu ta’ l-oġġetti fil-qasam kopert mill-proposta li ma jistax jimtela mingħajr azzjoni Komunitarja leġiżlattiva.

    Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    - Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni jew raġunijiet li ġejjin:

    L-ambitu tal-proposta huwa limitat għal każijiet fejn jistgħu jinqalgħu ostakoli tekniċi li fil-fatt jinqalgħu u ma jinvolvix l-oqsma fejn il-moviment liberu jiffunzjona sew u fejn m’hemm l-ebda ostakolu kkaġunat minn regola teknika nazzjonali..

    Il-proposta hija limitata għad-dispożizzjonijiet l-aktar essenzjali biex jintlaħaq l-għan tagħha.

    Meta jitqies li l-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri huwa l-prinċipju ġenerali u li l-eċċezzjonijiet tiegħu għandhom jiġu interpretati b’mod ristrett, il-piż finanzjarju u amministrattiv ġie mminimizzat billi l-ambitu tal-proposta ġie limitat għal każijiet fejn jistgħu jinqalgħu ostakoli tekniċi u fil-fatt jinqalgħu. Il-proposta ma tapplikax meta l-moviment liberu jiffunzjona sew u fejn m’hemm l-ebda ostakolu kkaġunat minn regola teknika nazzjonali.

    - L-għażla ta’ l-istrumenti

    Strumenti proposti: regolament.

    Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni jew raġunijiet li ġejjin:

    L-għamla ta’ Regolament intgħażlet bħala l-istrument leġiżlattiv għall-miżuri previsti għaliex mezzi oħra ma jkunux adegwati. Regolament jidher li huwa l-aktar strument xieraq biex jintlaħaq l-għan. Il-ħtiġijiet proċedurali stipulati f'din il-proposta huma tant preċiżi li jistgħu jiġu implimentati minnufih fil-liġi nazzjonali.

    4. IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT

    Għalkemm il-proposta bħala tali m’għandha ebda implikazzjoni għall-baġit, l-implimentazzjoni tar-regolament se teħtieġ it-twaqqif ta’ lista ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku u l-ħolqien ta’ sit elettroniku b’lista ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku. It-twaqqif ta’ dan u l-ħolqien tas-sit elettroniku se jkollhom implikazzjonijiet għall-baġit, li huma stipulati fl-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva.

    5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    - Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-adozzjoni tal-proposta twassal għar-revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

    - Klawżola ta' analiżi/reviżjoni/estinzjoni

    Il-proposta tinkludi klawsola ta’ reviżjoni.

    - Iż-Żona Ekonomika Ewropea

    L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għandu għalhekk jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

    - Spjega ddettaljata tal-proposta

    L-Artikoli 2 u 3 jiddefinixxu l-ambitu tal-proposta, li japplika essenzjalment għad-deċiżjonijiet restrittivi li jittieħdu dwar kull prodott immanifatturat industrijalment jew prodott agrikolu, inklużi prodotti tal-ħut, imqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, abbażi ta’ regola teknika li ma tkunx soġġetta għall-armonizzazzjoni f’livell Komunitarju, fejn l-effett dirett jew indirett ta’ dik id-deċiżjoni huwa li l-prodott ma jistax jitqiegħed fis-suq fil-forma tiegħu attwali.

    L-Artikoli 4, 5 u 6 huma l-qofol tal-proposta, u jsemmu l-ħtiġijiet minimi li neċessarjament għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet nazzjonali qabel ma jikkontemplaw li jimplimentaw xi regola teknika nazzjonali ( jiġifieri. fejn għal xi raġuni r-rikonoxximent reċiproku ma jkunx applikat) f’xi każ speċifiku. Il-piż tal-prova jitqiegħed fuq l-awtorità nazzjonali li jkollha l-intenzjoni li tapplika xi regola teknika li tirrestrinġi l-aċċess tal-prodott għas-suq nazzjonali.

    L-Artikoli 7 u 8 jiddefinixxu l-ħidmiet tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti. Il-ħidmiet prinċipali tagħhom jinvolvi l-għoti ta’ l-informazzjoni dwar ir-regoli tekniċi lill-intrapriżi u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

    L-Artikolu 9 jipprevedi l-possibbiltà li jitwaqqaf netwerk telematiku, skond id-Deċiżjoni 2004/387/KE dwar it-twassil interoperabbli tas-servizzi pan-Ewropej tal-Gvern elettroniku ( eGovernment ) lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lin-negozji u liċ-ċittadini (IDABC).

    Skema ta’ rappurtaġġ hija stabbilita fl-Artikolu 10.

    2007/0028 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE

    ( Test b’rilevanza għaż-ŻEE )

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 37 u 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

    Billi:

    (1) Is-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ l-oġġetti huwa żgurat taħt it-Trattat, li jipprojbixxi miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni. Dik il-projbizzjoni tkopri kull miżura nazzjonali li tista’ tfixkel, direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-oġġetti.

    (2) L-ostakoli għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri jistgħu jinħolqu illegalment mill-awtoritajiet nazzjonali, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni, bħala konsegwenza ta’ l-applikazzjoni, fuq oġġetti li jkunu ġejjin mill-Istati Membri l-oħra fejn ikunu tqiegħdu fis-suq legalment, ta’ regoli tekniċi li jistabbilixxu ħtiġijiet li għandhom jissodisfaw tali oġġetti, bħal dawk marbuta mat-titlu, l-għamla, id-daqs, il-piż, il-kompożizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettjar u l-ippakkeġġjar. L-applikazzjoni ta’ tali regoli tekniċi għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stati Membri oħra tista’ tmur kontra l-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat tal-KE, anki jekk dawk ir-regoli nazzjonali japplikaw mingħajr distinzjoni għall-prodotti kollha.

    (3) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri li jimminimizzaw il-possibbiltà li tali regoli tekniċi nazzjonali joħolqu ostakoli illegali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri. L-assenza ta’ tali proċeduri fl-Istati Membri tikkaġuna ostakoli addizzjonali għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti, billi din tiskoraġġixxi l-intrapriżi li jbigħu l-prodotti tagħhom, imqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jistabbilixxi r-regoli tekniċi. L-istħarriġ wera li ħafna intrapriżi, u b’mod partikulari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jew jadattaw il-prodotti tagħhom sabiex jikkonformaw mar-regoli tekniċi ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew joqogħdu lura milli jqegħduhom fis-suq hemmhekk.

    (4) L-awtoritajiet nazzjonali lanqas m’għandhom proċeduri xierqa għall-applikazzjoni tar-regoli tekniċi tagħhom għal prodotti speċifiċi mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor. In-nuqqas ta’ tali proċeduri jikkomprometti l-kapaċità tagħhom li jevalwaw il-konformità tal-prodotti skond it-Trattat.

    (5) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 1999 dwar ir-rikonoxximent reċiproku[5] innotat li l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini mhux dejjem jagħmlu użu sħiħ u tajjeb mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għaliex m’għandhomx biżżejjed għarfien tal-prinċipju u l-konsegwenzi operattivi tiegħu. Hija appellat lill-Istati Membri biex jiżviluppaw miżuri xierqa sabiex jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi u liċ-ċittadini b’qafas effettiv għar-rikonoxximent reċiproku, inter alia billi jittrattaw b’mod effettiv it-talbiet ta’ l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini u billi jwieġbu dawn it-talbiet malajr.

    (6) Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2006 enfasizza l-importanza ta’ ambjent regolatorju sempliċi, trasparenti u faċilment applikabbli u li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u n-negozji fis-suq intern.

    (7) It-tħaddim bla xkiel tas-suq intern għall-oġġetti jeħtieġ mezzi adegwati u trasparenti għas-soluzzjoni tal-problemi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti speċifiċi mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor.

    (8) Ma jkunx xieraq, fid-dawl tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà, li jiġu armonizzati r-regoli tekniċi nazzjonali kollha għall-parti l-kbira jew għall-kategoriji kollha tal-prodotti.

    (9) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti[6] tispeċifika li prodotti siguri biss jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan jintitola lill-awtoritajiet li jipprojbixxu kull prodott perikoluż b’effett immedjat jew, għall-perjodu meħtieġ għat-twettiq tad-diversi evalwazzjonijiet ta’ sigurtà, iċċekkjar u kontrolli, li jipprojbixxu temporanjament prodott li jista’ jkun ta’ periklu. Huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament, il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2001/95/KE.

    (10) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel[7], jistabbilixxi inter alia sistema rapida ta’ twissija għan-notifikazzjoni ta’ xi riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li tkun ġejja minn xi ikel jew għalf. Hu jobbliga lill-Istati Membri biex jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni taħt is-sistema rapida ta’ twissija b’kull miżura li jadottaw u li tkun immirata biex tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew iġġiegħel l-irtirar mis-suq jew il-ġbir lura ta’ ikel jew għalf sabiex titħares is-saħħa tal-bniedem u li tkun teħtieġ azzjoni rapida. Miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 50(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (11) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali[8] jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli mmirati, b’mod partikulari, lejn il-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis għal livelli ta’ riskji aċċettabbli għall-bniedem u għall-annimali, jew direttament jew permezz ta’ l-ambjent, u li jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ ta’ l-ikel u ta’ l-għalf u li jħarsu l-interessi tal-konsumatur, inklużi l-ittekkettjar ta’ ikel u għalf u għamliet oħra ta’ informazzjoni għall-konsumatur. Hu jistabbilixxi proċedura speċifika biex tiżgura li l-operatur ekonomiku jirrimedja sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità. Huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (12) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-sikurezza fuq il-ferroviji Komunitarji u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' l-impriżi tal-ferroviji u d-Direttiva 2001/14.KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura ferrovjarja u l-ġbir ta' ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura ferrovjarja u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza (id-Direttiva tas-Sikurezza Ferrovjarja)[9] tipprevedi proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' rolling stock eżistenti, u tħalli ambitu għall-applikazzjoni ta' ċerti regoli nazzjonali. Il-miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

    (13) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja[10], u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea[11], jipprevedu armonizzazzjoni gradwali ta' sistemi u ta' operazzjonijiet permezz ta' l-adozzjoni progressiva ta' l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità. Is-sistemi u t-tagħmir li huma fi ħdan l-ambitu ta' dawn id-Direttivi għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament..

    (14) Huwa d-dmir ta’ l-awtorità nazzjonali li f’kull każ turi li l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti speċifiċi mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor taqa’ taħt l-eċċezzjonijiet permessi.

    (15) Kull deċiżjoni nazzjonali li għaliha japplika dan ir-Regolament għandha tispeċifika l-metodi ta’ l-appell disponibbli biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jressqu każ quddiem il-qorti jew tribunal nazzjonali kompetenti.

    (16) Deċiżjonijiet tal-qrati jew tribunali nazzjonali li jkunu eżaminaw il-legalità ta’ każi fejn prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor ma jingħatawx aċċess għas-suq nazzjonali minħabba l-applikazzjoni ta’ regola teknika għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (17) Huwa importanti għas-suq intern ta’ l-oġġetti li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għar-regoli tekniċi nazzjonali, biex l-intrapriżi, u b’mod partikulari l-SMEs, ikunu jistgħu jiġbru informazzjoni affidabbli u preċiża dwar il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

    (18) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu implimentati prinċipji ta’ semplifikazzjoni amministrattiva, inter alia permezz tat-twaqqif ta’ sistema ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti. Din għandha titfassal biex tiżgura li l-intrapriżi jkunu jistgħu jiksbu aċċess għall-informazzjoni b’mod trasparenti u korrett, biex id-dewmien, l-ispejjeż u l-effetti dissważivi li jinħolqu mir-regoli tekniċi nazzjonali jkunu jistgħu jiġu evitati.

    (19) Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu ta’ l-oġġetti, għandu jkun possibbli għall-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti li jipprovdu informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar ir-regoli tekniċi nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom. Billi l-ħolqien ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti m’għandux itellef l-allokazzjoni tal-funzjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan kull sistema regolatorja nazzjonali, għandu jkun possibbli li n-numru ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għal kull Stat Membru jvarja skond il-kompetenzi reġjonali u lokali.

    (20) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jafdaw ir-rwol ta’ Punt ta’ Kuntatt għall-Prodotti, mhux biss f’idejn servizzi eżistenti fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, iżda wkoll f’idejn il-kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet professjonali u korpi privati, sabiex ma jiżdidux l-ispejjeż amministrattivi kemm għall-intrapriżi u kemm għall-awtoritajiet kompetenti.

    (21) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jiksbu u jipprovdu, meta mitlub, tagħrif dettaljat dwar kwalunkwe deċiżjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament sakemm l-iżvelar ta' tagħrif bħal dan ma jxejjinx il-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali ta' xi operatur ta' l-ekonomija, inkluża l-proprjetà intellettwali.

    (22) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu mill-qrib flimkien biex jiffaċilitaw it-taħriġ ta’ l-istaff impjegat fil-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u biex iħeġġu l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti biex jagħmlu l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali disponibbli f’lingwi oħra tal-Komunità.

    (23) Fid-dawl ta’ l-iżvilupp u t-twaqqif tas-servizz pan-Ewropew tal-Gvern elettroniku u n-netwerks telematiċi interoperabbli sottostanti, għandha tiġi prevista l-possibbiltà li tiġi stabbilita sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti, konformi mad-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li titfassal fuq it-twassil interoperabbli tas-servizzi pan-Ewropej tal-Gvern elettroniku lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lin-negozji u liċ-ċittadini (IDABC)[12].

    (24) Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi affidabbli u effiċjenti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tingħata l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (25) L-iskema ta’ monitoraġġ stabbilita bid-Deċiżjoni 3052/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1995 li tistabbilixxi proċedura għall-iskambju tat-tagħrif dwar il-miżuri nazzjonali li jidderogaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija ġewwa l-Komunità[13] irriżultat kważi bla suċċess fis-sens li l-implimentazzjoni tagħha ma pprovdietx lill-Kummissjoni b’informazzjoni biżżejjed biex tidentifika setturi fejn l-armonizzazzjoni tista’ tkun xierqa. Lanqas ma pprovdiet soluzzjoni rapida għal ċerti problemi tal-moviment liberu. Id-Deċiżjoni 3052/95/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata.

    (26) Billi l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri l-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli tekniċi għall-moviment liberu ta’ l-oġġetti bejn l-Istati Membri, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

    (27) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[14],

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu 1

    Materja tas-suġġett u ambitu

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet nazzjonali fit-teħid ta’ deċiżjoni jew meta jkun fi ħsiebhom jieħdu deċiżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), li taffettwa l-moviment liberu ta’ prodott imqiegħed fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor.

    Hi tipprevedi wkoll għat-twaqqif, f’kull wieħed mill-Istati Membri, ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għall-għoti ta’ l-informazzjoni inter alia dwar ir-regoli tekniċi nazzjonali applikabbli.

    Artikolu 2

    1. Dan ir-Regolament japplika għad-deċiżjonijiet li jittieħdu dwar kull prodott li jiġi manifatturat industrijalment jew prodott agrikolu, inklużi prodotti tal-ħut, imqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor, imsejsa fuq regola teknika, fejn l-effett dirett jew indirett ta’ dik id-deċiżjoni jkun xi wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a) Il-projbizzjoni ta’ dak il-prodott jew it-tip ta’ prodott;

    (b) iċ-ċaħda tal-permess biex il-prodott jew it-tip ta’ prodott jitqiegħed fis-suq;

    (c) il-ħtieġa li l-prodott jew tip ta’ prodott jiġi mmodifikat qabel dan ikun jista’ jitqiegħed jew jinżamm fis-suq;

    (d) il-ħtieġa ta’ l-irtirar mis-suq ta’ dak il-prodott jew it-tip ta’ prodott.

    Għall-finijiet tal-punt (c) ta’ l-ewwel subparagrafu, modifika tal-prodott jew tip ta’ prodott tfisser kull modifika ta’ waħda jew aktar mill-karatteristiċi ta’ prodott partikulari jew ta’ tip partikulari ta’ prodott kif elenkat fi speċifikazzjoni teknika skond it-tifsir ta’ l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15].

    2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, regola teknika tfisser liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru, li m’hijiex soġġetta għall-armonizzazzjoni f’livell Komunitarju, li l-konformità magħha hija obbligatorja għat-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodott jew tip ta’ prodott fit-territorju ta’ Stat Membru, u li tkun tistabbilixxi waħda jew oħra minn dawn li ġejjin:

    (a) il-karatteristiċi meħtieġa ta’ dak il-prodott jew it-tip ta’ prodott, bħal-livelli ta’ kwalità, prestazzjoni, sigurtà jew dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġijiet applikabbli għall-prodott jew tip ta’ prodott fir-rigward ta’ l-isem li taħtu jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ l-ittestjar, l-ippakkeġġjar, l-immarkar u l-ittikkettjar u l-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni tal-konformità;

    (b) kull ħtieġa oħra imposta fuq il-prodott jew tip ta’ prodott għall-finijiet tal-ħarsien tal-konsumaturi jew l-ambjent, u li taffettwa ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott wara li jkun tqiegħed fis-suq, bħall-kundizzjonijiet ta’ użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn tali kundizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew tip ta’ prodott, jew it-tqegħid tiegħu fis-suq.

    Artikolu 3

    1. Dan ir-Regolament ma japplikax għad-deċiżjonjiet ta’ natura ġudizzjarja mogħtija mill-qrati jew tribunali nazzjonali.

    2. Dan ir-Regolament ma japplikax fil-każ ta’ miżuri li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri skond:

    (a) L-Artikolu 8(d), (e) jew (f) tad-Direttiva 2001/95/KE;

    (b) L-Artikolu 50(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (c) L-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

    (d) L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/49/KE.

    3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal sistemi u tagħmir li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 96/48/KE u tad-Direttiva 2001/16/KE.

    Kapitolu 2

    L-applikazzjoni ta’ regola teknika

    Artikolu 4

    1. Fejn awtorità nazzjonali jkollha l-intenzjoni li tadotta xi deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), din għandha tibgħat notifika bil-miktub ta’ l-intenzjoni tagħha lill-operatur ekonomiku identifikat skond l-Artikolu 5, fejn tispeċifika r-regola teknika li fuqha se tiġi bbażata d-deċiżjoni u tagħti biżżejjed evidenza teknika u xjentifika biex tiġġustifika li d-deċiżjoni kkontemplata hi għal waħda mir-raġunijiet fl-interess pubbliku elenkati fl-Artikolu 30 tat-Trattat jew billi tirreferi għal xi ħtieġa oħra aqwa fl-interess pubbliku, u li hija xierqa biex tiżgura li jintlaħaq l-għan segwit u li ma teċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

    L-operatur ekonomiku kkonċernat għandu, wara li jirċievi tali notifika, jingħata ta’ l-anqas għoxrin jum tax-xogħol żmien biex jissottometti l-kummenti.

    2. Kull deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi nnotifikata lill-operatur ekonomiku kkonċernat u għandha tagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inklużi r-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ kull argument miġjub mill-operatur.

    Hi għandha tispeċifika wkoll ir-rimedji disponibbli taħt id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernati u l-limiti ta’ żmien applikabbli għal tali rimedji.

    3. Fejn, wara l-għoti tan-notifika bil-miktub skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità nazzjonali tiddeċiedi li ma tadottax deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), hi għandha tinforma b’dan lill-operatur ekonomiku kkonċernat.

    Artikolu 5

    In-notifika bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tintbagħat lill-produttur skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2001/95/KE, meta l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tiegħu jkunu jidhru fuq l-ippakkeġġjar jew l-ittekkjettjar tal-prodott, jew fid-dokumenti akkumpanjanti.

    In-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lid-distributur skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2001/95/KE, meta l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tiegħu jkunu jidhru fuq l-ippakkeġġjar jew l-ittekkettjar tal-prodott, jew fid-dokumenti akkumpanjanti.

    Meta l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-produttur u tad-distributur ma jkunux jidhru la fuq l-ippakkeġġjar jew l-ittekkettjar tal-prodott u lanqas fid-dokumenti akkumpanjanti, in-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lil kwalunkwe produttur jew distributur ieħor skond it-tifsira tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafu.

    Artikolu 6

    Kull deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tista’ tiġi kkontestata fil-qrati nazzjonali.

    Kapitolu 3

    Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti

    Artikolu 7

    1. Kull Stat Membru għandu jaħtar wieħed jew aktar Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti fit-territorju tiegħu u għandu jikkomunika d-dettalji tal-kuntatt tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti.

    Artikolu 8

    1. Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom jagħtu, meta jintalbu, l-informazzjoni li ġejja:

    (a) ir-regoli tekniċi applikabbli fit-territorju nazzjonali għal tip speċifiku ta’ prodott;

    (b) id-dettalji tal-kuntatt ta’ l-awtoritajiet nazzjonali biex ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi d-dettalji ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi partikulari fit-territorju nazzjonali;

    (c) ir-rimedji ġeneralment disponibbli fit-territorju nazzjonali fil-każ ta’ tilwima bejn l-awtoritajiet kompetenti u produttur jew distributur;

    (d) id-dettalji tal-kuntatt ta’ l-assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet kollha għajr awtoritajiet nazzjonali, li minn għandhom il-produtturi jew id-distributuri jistgħu jiksbu għajnuna prattika fit-territorju nazzjonali.

    2. Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom iwieġbu fi żmien għoxrin jum tax-xogħol mill-wasla ta’ kull talba biex dawn jgħaddu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu

    3. Il-Punt ta' Kuntatt għall-Prodotti fl-Istat Membru li fih il-produttur u d-distributur ikkonċernati poġġew fis-suq legalment il-prodott in kwistjoni għandhom jiġu mgħarrfa b'avviżi bil-miktub u b'deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 4, sakemm l-iżvelar ta' tagħrif bħal dan ma jxejjinx il-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali ta' dak l-operatur ta' l-ekonomija, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dak il-Punt ta' Kuntatt għall-Prodotti għandu jkollu d-dritt li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

    Artikolu 9

    Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi netwerk telematiku għall-implimentazzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti taħt dan ir-Regolament, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

    Kapitolu 4

    Dispożizzjonijiet Finali

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni ddettaljata dwar kull notifika bil-miktub jew deċiżjoni mibgħuta skond l-Artikolu 4(1), (2) jew (3).

    2. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien ħames snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 13, tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat , magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha.

    Artikolu 12

    Id-Deċiżjoni 3052/95/KE qed tiġi rrevokata.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor

    2. QAFAS ABM / ABB

    Il-Qasam (l-Oqsma) tal-Politika kkonċernata u l-Attività/Attivitajiet assoċjat(a/i): ABB2 – Suq Intern għall-Oġġetti u Politika Settorjali.

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji tal-baġit (linji għall-operat u linji g ħall-assistenza teknika u amministrattiva relatati ( ex - linji B..A )) inklużi l-intestaturi:

    02.03.01

    3.2. It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

    Kontinwu

    3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

    Linja tal-Baġit | Tip ta’ nefqa | Ġodda | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    02.03.01 | Non-comp | Diff | LE | IVA | LE | 1a |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Ġabra fil-qosor ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA)

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ nefqa | Nru. tas-sezzjoni | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2011 u wara | Total |

    Nefqa Operazzjonali[16] |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) | 8.1. | a | 0.2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.2 |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (PA) | b | 0.1 | 0.1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.2 |

    Nefqa amministrattiva fil-limitu ta’ l-ammont ta’ referenza[17] |

    Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | 0 | 0.5 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.7 |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.2 | 0.5 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.9 |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.1 | 0.6 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.9 |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[18] |

    Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Spejjeż amministrattivi, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0.05 | 0.05 | 0.15 | 0.25 | 0.15 | 0.15 | 0.8 |

    Spiża finanzjarja totali indikattiva ta’ l-interventi |

    CA TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.25 | 0.55 | 0.20 | 0.30 | 0.20 | 0.20 | 1.7 |

    PA TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.15 | 0.65 | 0.20 | 0.30 | 0.20 | 0.20 | 1.7 |

    Dettalji ta’ kofinanzjament: Ebda kofinanzjament

    4.1.2. Kompatibilità ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

    Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. Il-konsegwenzi finanzjarji tagħha se jiġu ffinanzjati minn krediti diġà previsti għal-linja tal-baġit ikkonċernata fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċjali tal-Kummissjoni.

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

    4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, l-istaff temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

    Ħtiġijiet annwali | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 u wara |

    Numru totali ta’ riżorsi umani | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1. Ħtieġa li trid tintlaqa’ fil-medda l-qasira jew twila taż-żmien

    Il-proposta teħtieġ, bħala miżura komplementari, it-twaqqif ta’ lista ddettaljata ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku u sussegwentement il-ħolqien ta’ sit elettroniku li fuqu tiġi ppubblikata l-lista. Eventwalment jista’ jkun meħtieġ li jiġu organizzati seminars dwar l-implimentazzjoni tar-regolament. Barra minn dan, il-proposta tipprevedi t-twaqqif ta’ kumitat konsultattiv.

    L-għanijiet ġenerali tal-proposta huma speċifikati fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

    5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Il-ħolqien tas-suq intern għall-oġġetti huwa wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea. Skond l-Artikolu 14(2) tat-Trattat tal-KE, is-suq intern għandu jkun jikkonsisti f’żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital ikun żgurat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Il-projbizzjoni, bejn l-Istati Membri, ta’ miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta’ l-oġġetti huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tat-Trattat tal-KE (Artikoli 3(1)(a) u 28 sa 30).

    Paragun ta’ l-alternattivi jindika modalità regolatorja msejsa fuq l-Artikolu 95(1) tat-Trattat tal-KE. Dan jispeċifika li, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 94 u għajr fejn huwa previst mod ieħor fit-Trattat, l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 14 jistgħu jintlaħqu bl-adozzjoni tal-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, regolamentazzjoni jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom it-twaqqif u t-tħaddim tas-suq intern.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi rrelatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    Fil-kuntest tas-suq uniku mkabbar, azzjoni f’livell ta’ l-UE ġġorr magħha valur miżjud evidenti, li jipprovdi lin-negozji Ewropej b’suq wieħed, kbir u li jippermetti l-ekonomiji tad-daqs. Fl-istess ħin, it-tħaddim bla xkiel ta’ dan is-suq jirrikjedi minħabba n-natura ferm sopranazzjonali tiegħu l-intervent f’livell ta’ l-UE, waqt li jillimita l-intervent tal-KE għal dak strettament meħtieġ.

    L-għan prinċipali tal-proposta huwa li jiżgura l-moviment liberu ta’ l-oġġetti fil-qasam mhux armonizzat. Hi għandha timponi l-anqas piż ekonomiku possibbli konsistenti ma’ l-ilħiq ta’ dan l-għan, u għandha tiġi applikata b’mod effettiv u faċli. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt tinkludi deskrizzjoni aktar iddettaljata u teknika ta’ l-għanijiet u tar-riżultati mistennija.

    5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    Tmexxija Ċentralizzata – direttament mill-Kummissjoni

    Kummenti rilevanti: Il-proċess biex tiġi stabbilita lista ddettaljata ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku u sussegwentement il-ħolqien ta’ sit elettroniku li fuqu tiġi ppubblikata l-lista jeħtieġ l-akkwist ta’ servizzi.

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    Il-proċess biex tiġi stabbilita lista ddettaljata ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku u l-ħolqien sussegwenti ta’ sit elettroniku li fuqu tiġi ppubblikata l-lista għandu jkun ikkontrollat mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit bir-Regolament. Barra minn dan, il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jintalbu, jekk ikun meħtieġ, biex jipparteċipaw f’dan il-monitoraġġ.

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    Stħarriġ u materjal stampat eżistenti juru li lista ddettaljata ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom japplika r-rikonoxximent reċiproku għadha ma teżistix.

    6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat)

    Mhux applikabbli.

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    It-termini u l-frekwenza ta’ l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni fil-ġejjieni għandhom jiġu ddeterminati skond ir-regoli applikabbli.

    7. Miżuri kontra l-frodi

    L-applikazzjoni sħiħa ta’ l-istandards ta’ kontroll intern Nri 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21.

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-regolament preżenti jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi għal kontra l-frodi, korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta’ ċċekkjar effettiv u billi jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa bla dovuti, u jekk jinstabu l-irregolaritajiet, permezz ta’ penalitajiet effettivi, proporzjonali u dissważivi, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, u bir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet kommessi f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    Uffiċjali jew staff temporanju[19] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

    B*, C*/AST | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

    Staff iffinanzjat[20] bl-Art. XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Staff ieħor[21] iffinanzjat bl-Art. XX 01 04/05 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    TOTAL | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 | 1.4 |

    8.2.2. Deskrizzjoni tad-doveri li joħorġu mill-azzjoni

    Barra l-prosegwiment tal-proposta, id-dover ikun jikkonsisti fl-immaniġġjar:

    - Tat-twaqqif tal-lista ddettaljata ta’ prodotti jew aspetti ta’ prodotti li għalihom ikun japplika r-rikonoxximent reċiproku;

    - Il-ħolqien sussegwenti ta’ sit elettroniku li fuqu tiġi ppubblikata l-lista.

    8.2.3. Għejun ta’ riżorsi umani (statutorji)

    Postijiet li tagħhom għandha ssir ridistribuzzjoni tal-postijiet bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz maniġerjali (ridistribuzzjoni interna)

    8.2.4. Nefqa Amministrattiva Oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq it-tmexxija amministrattiva)

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 u wara | TOTAL |

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    - extra muros | 0 | 0.5 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.7 |

    Total Assistenza teknika u amministrattiva | 0 | 0.5 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.7 |

    8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Staff iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarju, END staff, staff b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Total ta’ l-ispiża tar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.05 | 0.3 |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 0 | 0 | 0.1 | 0.1 | 0 | 0 | 0.2 |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[22] | 0 | 0 | 0 | 0.1 | 0.1 | 0.1 | 0.3 |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-informazzjoni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    2 Total ta’ Nfiq Ieħor tat-Tmexxija (XX 01 02 11) | 0.05 | 0.05 | 0.15 | 0.25 | 0.15 | 0.15 | 0.8 |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika b’referenza għal-linja tal-baġit) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    Total ta’ Nfiq amministrattiv, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.05 | 0.05 | 0.15 | 0.25 | 0.15 | 0.15 | 0.8 |

    [1] ĠU C, p..

    [2] ĠU C, p..

    [3] ĠU C, p..

    [4] ĠU C, p..

    [5] ĠU C 141 tad-19.05.2000, p. 5.

    [6] ĠU L 11 tal-15.01.2002, p. 4.

    [7] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 tas-7 ta’ April 2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

    [8] ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 tat-23 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3).

    [9] ĠU L 164, 30.4.2004, p.44; verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.

    [10] ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 114).

    [11] ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/50/KE.

    [12] ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.

    [13] ĠU L 321, 30.12.1995, p. 1.

    [14] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    [15] ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    [16] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [17] Nefqa taħt l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [18] Nefqa taħt il-kapitolu xx 01 barra l-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [19] L-ispiża għalihom MHUX koperta bl-ammont ta’ referenza.

    [20] L-ispiża għalih MHUX koperta bl-ammont ta’ referenza

    [21] L-ispiża għalih hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

    [22] Kumitat konsultattiv.

    Top