Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0420

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Rapport Annwali dwar l-Operat fit-Tielet Fażi tal-Programm Tempus fl-2006

    /* KUMM/2007/0420 finali */

    52007DC0420

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Rapport Annwali dwar l-Operat fit-Tielet Fażi tal-Programm Tempus fl-2006 /* KUMM/2007/0420 finali */


    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussell, 16.7.2007

    KUMM(2007) 420 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rapport Annwali dwar l-Operat fit-Tielet Fażi tal-Programm Tempus fl-2006

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rapport Annwali dwar l-Operat fit-Tielet Fażi tal-Programm Tempus fl-2006

    KELMTEJN QABEL

    Il-Programm Tempus III (2000-2006) jiffoka fuq l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja fis-26 pajjiż imsieħeb tal-Balkani tal-Lvant, ta’ l-Ewropa tal-Punent, ir-reġjun tal-Mediterran u l-Ażja Ċentrali. L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja huma kkunsidrati li huma ta' importanza partikolari għat-transizzjoni soċjali u ekonomika fil-pajjiżi msieħba. L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja huma wkoll ġabra ta' konsulenza u ċentri ta' żvilupp għar-riżorsi umani. Huma jipprovdu għat-taħriġ ta’ ġenerazzjonijiet ġodda ta' mexxejja fil-pajjiżi ta' l-UE u f'dawk imsieħba. Aktar minn hekk, l-iskambji tal-persuni bejniethom kif inhuma promossi permezz tal-programm Tempus jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ tal-konoxxenza reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba.

    Mit-twaqqif tiegħu fl-1990, il-programm Tempus ikkontribwixxa b’suċċess lejn il-promozzjoni tar-riforma u l-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni terzjarja fil-pajjiżi msieħba. L-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja huma fost l-azzjonisti ewlenin għal transizzjoni b'suċċess lejn soċjeta u ekonomija bbażati fuq konoxxenza. Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja huma fattur importanti lejn it-tkabbir u l-kompetittività, u għandhom rwol kruċjali fl-aġenda għar-riforma ta’ l-Istati Membri kif ukoll għall-pajjiżi msieħba. Il-modernizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni terzjarja ġiet rikonoxxuta bħala kondizzjoni ewlenija għas-suċċess ta’ l-Istrateġija ta’ Lisbona li l-Unjoni Ewropea nediet f'Marzu 2000 u li hija mmirata lejn ir-ristrutturazzjoni tas-sistemi ekonomiċi u soċjali fi ħdan l-UE. Fl-istess ħin, il-programm Tempus assista lill-pajjiżi msieħba fir-riforma tas-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni terzjarja bi qbil mal-prinċipji tal-proċess ta' Bologna bħalma hija s-sitema l-ġdida tal-laurei, l-assikurazzjoni tal-kwalità u r-rikonoxximent tal-laurei u tal-perijodi ta’ studju. Il-proċess ta' Bologna, li huwa appoġġat attivament mill-Kummissjoni Ewropea, huwa punt ta' riferiment komuni għall-Istati Membri ta' l-UE u għall-pajjiżi msieħba.

    Fl-2006, Tempus ġie ffinanzjat permezz ta’ tliet programmi reġjunali kooperattivi esterni: CARDS (Balkani tal-Lvant); MEDA (Mediterran tal-Punent u ta’ Isfel) u Tacis (Ewropa tal-Punent u l-Ażja Ċentrali). Il-baġit għal Tempus fl-2006 ammonta għal € 53.45 miljuni li ġew mqassmin kif ġej bejn it-tliet reġjuni: Tacis: € 18.25 miljuni, CARDS: € 17.2 miljuni, MEDA: € 18 miljun.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-programm Tempus tista’ tinstab fuq il-URL li ġej:

    http://europa.eu.int/comm/education/programmes/tempus/index_en.html

    Ir-rapport annwali attwali huwa ppreżentat skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Tempus (ĠU L 120 tat-8 ta’ Mejju 1999).

    IMPLIMENTAZZJONI TAT-TEMPUS FL-2006: GħANIJIET TA’ AZZJONI EWLENIN

    L-implimentazzjoni tal-programm fl-2006 ġiet iggwidata skond il-prijoritajiet li ġejjin:

    1. it-tisħiħ tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett;

    2. it-tisħiħ ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ fuq il-post fejn dawn ikun qed isiru;

    3. konsolidazzjoni tar-rwol ta’ l-Uffiċċji Nazzjonali Tempus;

    IT-TISħIħ TAD-DISSEMINAZZJONI U L-ISFRUTTAMENT TAR-RIżULTATI TAL-PROġETT

    Fl-2006, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (DĠ EAC) ta bidu għal numru ta’ inizjattivi biex tissaħħaħ il-viżibbiltà tat-Tempus fil-pajjiżi msieħba, permezz ta’ mezzi sempliċi bħalma huma l-linji gwida dwar regoli ta’ viżibbiltà, bil-produzzjoni ta’ DVD dwar “ Tempus in action ”, fuljett ġdid, materjal promozzjonali ġdid, kif ukoll avvenimenti tematiċi bħalma huma konferenzi dwar kooperazzjoni fl-impriża universitarja ġewwa Amman u studji relatati “il-konnesjoni tad-dinja tax-xogħol u l-edukazzjoni permezz ta’ Tempus”. Il-konferenza f’April 2006, li kienet ġiet ospitata mill-Ministeru tal-Ġordan ta' l-Edukazzjoni Terzjarja u r-Riċerka Xjentifika, u l-istudju qajmu l-għarfien fost universitajiet, uffiċjali kummerċjali u ta’ l-edukazzjoni, dwar l-importanza tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-impriżi sabiex tissaħħaħ l-impjegabbiltà tan-nies iggradwati u sabiex jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-universitajiet u għall-impriżi. Eżempji ta' prattika innovattiva mill-proġetti Tempus ġew ippreżentati fil-konferenza, u deskritti fl-istudju.

    F’Novembru 2006, sessjoni ta’ taħriġ dwar il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tal-proġetti ġiet organizzata għall-koordinaturi ta’ l-Uffiċju Nazzjonali Tempus. Matul il-laqgħa annwali tad-detenturi ta’ l-għotjiet finanzjarji li saret f’Jannar 2006, ġiet organizzata sessjoni speċifika ddedikata lill-viżibbiltà u d-disseminazzjoni.

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u għall-Kultura ta bidu għal serje ta’ studji reġjonali biex jispjega l-impatt li Tempus kellu fuq istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja, l-individwi u s-sistemi fil-pajjiżi msieħba mill-bidu tiegħu, permezz ta’ numru ta’ intervisti diretti u e-survey kbir ta’ l-azzjonisti ewlenin li huma involuti jew li huma infurmati dwar l-operazzjonijiet Tempus fil-pajjiżi tagħhom. Intbagħtu b’kollox 940 kwestjonarju. L-istudji saru minn esperti esterni (mill-pajjiżi ta’ l-UE u mill-pajjiżi msieħba) li żaru l-pajjiżi msieħba bejn Mejju u Lulju, u għamlu intervisti individali u fi gruppi ta’ mexxejja u staff ta' universitajiet, għalliema, istudenti, min iħaddem, NGOs uawtoritajiet ta’ l-edukazzjoni reġjonali u nazzjonali.

    Għall-maġġoranza kbira tan-nies li ġew intervistati dwar l-istudji ta’ l-impatt, Tempus huwa meqjus bħala mezz essenzjali għad-dinja akkademika Ewropea li għen bil-kbir fil-bini ta’ kooperazzjoni ma’ l-universitajiet Ewropej. Permezz tad-dimensjoni reali Ewropea tiegħu, Tempus ipprovda opportunitajiet li taħdem ma’ iktar minn pajjiż wieħed ta’ l-UE u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjunali. Tempus huma l-uniku programm li jittratta l-aspetti kollha ta' l-edukazjoni terzjarja, filwaqt li donaturi oħrajn ikopru biss elementi singoli tas-sistema. Huwa apprezzat għall-kontinwità tiegħu, għaliex ħoloq “massa kritika”, li permezz tagħha l-avviċinamenti u l-attitudnijiet ġew influwenzati b’mod pożittiv. Dan it-tibdil pożittiv ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni nazzjonali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi msieħba. Ir-riżultati ta’ l-istudji dwar l-impatt għandhom jintużaw fid-diskussjonijiet dwar it-tfassil tat-Tempus fil-ġejjieni.

    Il-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt ta’ Tempus fl-Istati Membri baqa’ ikollhom rwol importanti għall-implimentazzjoni tal-programm li jiffaċilita l-involviment ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni terzjarja ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħrif u għajnuna fit-tfittxija ta’ l-imsieħba. Fl-2006, jiem ta’ tagħrif Tempus ġew organizzati f’bosta pajjiżi msieħba, kif ukoll f'uħud mill-Istati Membri ta’ l-UE.

    IT-TISħIħ TA’ L-ATTIVITAJIET TA’ MONITORAġġ FUQ IL-POST FEJN DAWN IKUN QED ISIRU

    Fl-2004, DĠ EAC adotta politika ġenerali għall-monitoraġġ fuq il-post tal-programm Tempus, li jinkludi żewġ gruppi kumplimentari ta’ attivitajiet:

    - il-monitoraġġ fuq il-post li sar b’mod konġunt mal-Fondazzjoni tat-Taħriġ Ewropea (ETF) u l-uffiċjali inkarigati fid-DĠ EAC li huwa mmirat bejn wieħed u ieħor lejn 10% tal-proġetti li għadhom għaddejjin (30 proġett kull sena). It-tieni kampanja saret fil-ħarifa ta’ l-2005 u fir-rebbiegħa ta’ l-2006.

    - il-monitoraġġ fuq il-post li sar mill-Uffiċji Nazzjonali Tempus (NTOs) li huwa mmirat fil-prinċipju lejn il-proġetti kollha li għadhom għaddejjin fil-pajjiż tagħhom (Proġetti Ewropej Konġunti u Miżuri Strutturali u Kumplimentarji). L-attività bdiet fil-bidu ta’ l-2006, wara taħriġ speċifiku li ngħata lill-Uffiċji Nazzjonali Tempus.

    Matul il-kampanja ta’ monitoraġġ ta’ l-2005-06 saru żjarat minn uffiċjali inkarigati fid-DĠ EAC/ETF lil total ta’ 44 proġett li jkopru r-reġjuni kollha. L-NTOs żaru 80 proġett.

    Is-sejbiet ġenerali dwar l-ambiti ta’ investigazzjoni huma pożittiv minkejja li kien hemm xi dgħjufija marġinali. Ħafna proġetti mixjin tajjeb, b'riżultati tajbin. L-analiżi tal-ħtiġijiet hija ġeneralment spjegata sew u l-proġetti normalment jaqblu ma' l-istrateġiji tal-fakultà jew ta' l-università li ġew żviluppati fil-qafas tal-prijoritajiet nazzjonali. Aktar minn hekk, il-parteċipazzjoni attiva tal-membri tal-konsorzju, il-pjanijiet ta’mobbilità, l-appoġġ minn istituzzjonijiet u r-rikonoxximent tar-riżultati huma fost il-punti l-iktar b’saħħithom tal-proġetti. Madanakollu, għad hemm numru ta’ proġetti b’inqas suċċess u b’oqsma li għadhom ġeneralment dgħajfin. Involviment limitat ta’ gruppi kbar immirati jew ta' l-utenti aħħarija li jaffettwa l-impatt u s-sostenibbiltà, in-nuqqas ta' monitoraġġ intern tal-bżonnijiet li qed jinbidlu u s-suppożizzjonijiet kif ukoll in-nuqqas ta’ bini tal-kapaċità ta’ personal jistgħu jitqiesu bħala eżempji ta’ dgħjufija. Dawn il-kwistjonijiet qed jiġu indirizzati b’mod iktar intensiv. Il-proġetti kollha li sarulhom żjara jirċievu ittra b’rispons wara ż-żjara ta’ monitoraġġ, inklużi rakkomandazzjonijiet dwar miżuri korrettivi u oqsma fejn għad jistgħu jissaħħu.

    It-tnedija tal-monitoraġġ fuq il-post mill-Uffiċċji Nazzjonali Tempus huwa żvilupp pożittiv li jipprovdi opportunità ġdida lejn it-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ Tempus, iżda wkoll jirrappreżenta sfida fit-termini ta’ l-armonizzazzjoni tal-prassi u tal-koordinazzjoni ġenerali. Huwa kruċjali li tkun żgurata integrazzjoni koerenti u mingħajr tfixkil ta’ l- inputs differenti minn azzjonisti differenti (detenturi ta’ għotjiet għal proġetti, persuni għall-monitoraġġ, persuni għall-monitoraġġ fuq il-post, EAC, ETF u NTO) f’sistema waħda. Tali sistema tfasslet fl-2006, u tinkludi ċertu kriterji partikolari ta’ gwida biex jingħata grad lir-rendiment tal-proġetti, proċessur tal-gradi u linji gwida biex jiġu segwiti ż-żjarat ta’ monitoraġġ ta’ l-NTOs.

    “Il-monitoraġġ preventiv” għandu wkoll rwol importanti fis-sistema ta’ implimenatzzjoni tal-progamm. F’dan ir-rigward f’Jannar 2006, laqgħa għad-detenturi ta’ l-għotjiet finanzjarji ġiet organizzata fi Brussell, li kienet tiffoka fuq kwistjonijiet tat-tmexxija tal-proġett.

    KONSOLIDAZZJONI TAR-RWOL TA’ L-UFFIċċJI NAZZJONALI TEMPUS

    L-isforzi biex jiġi kkonsolidat ir-rwol ta’ l-Uffiċċji Nazzjonali Tempus (NTOs) kompla fl-2006, permezz ta’ numru ta' inizjattivi ewlenin, bħalma huwa l-involviment attiv fil-kamp ta’ l-attivitajiet tal-monitoraġġ. Wara l-iżvilupp ta’ strateġija għall-involviment ta’ l-NTOs fil-kamp tal-monitoraġġ, u program speċifiku ta’ taħriġ li twassal lilhom f’Ottubru 2005, l-NTOs kollha bdew jimmonitorjaw il-proġetti Tempus fil-pajjiżi tagħhom. Fl-ewwel kampanja ta’ monitoraġġ saru żjarat lil madwar 80 proġett mill-NTOs. It-taħriġ tal-bidu kien segwit bi prassi ta' monitoraġġ ta' l-NTO u taħriġ iktar prattiku dwar tekniki ta' rappurtar f'Novembru 2006.

    Ir-rwol ta’ l-NTOs fl-għażla tal-proġett issaħħaħ billi ingħataw rwol formali fl-evalwazzjoni ta’ l-Għotjiet Individwali ta’ Mobbilità.

    Ġew organizzati żewġ laqgħat li kienu jinvolvu NTOs mill-pajjiżi msieħba u l-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt mill-UE fi Brussell f’Mejju u f’Novembru, fejn ġew indirizzati kwistjonijiet bħalma huma l-komunikazzjoni, l-viżibbiltà, l-għażla tal-proġetti u l-monitoraġġ.

    Il-kampanji ta’ l-informazzjoni Tempus saru fil-pajjiżi msieħba kollha fejn ġew organizzati sejħiet għall-proposti fl-2006, flimkien ma’ l-ETF.

    Ftehim ġdid dwar għotjiet finanzjarji matul il-perijodu ta’ Lulju 2006 – Ġunju 2007 ġie konkluż mal-Ġordan, mar-Russja, mal-Kazakhstan u mal-Kyrgyzstan. L-NTO tat-Tajikistan ingħalaq temporanjament.

    MANIġġJAR TAL-PROGRAMM

    Matul l-2006 ġew konklużi ħames proċeduri ta’ għażla. Dan jinkludi s-sessjonijiet ta' għażla għall-Proġetti Ewropej Konġunti (skadenza tal-15 ta' Diċembru 2005), Miżuri Strutturali u Kumplimentarji (skadenzi tal-15 ta' Ottubru 2005 u l-15 ta' Frar 2006) u Għotjiet Finanzjarji Individwali għall-Mobbilità (skadenzi tal-15 ta' Frar u l-15 ta' Ottubru 2006). In-numru ta' applikazzjonijiet għal kull sessjoni ta’ għażliet baqa' għoli b'mod konsistenti, li jfisser li l-programm għadu qed jiġbed l-interess tal-komunità akkademika. B'mod partikolari, in-numru ta' l-applikazzjonijiet għall-Miżuri Strutturali u Kumplimentarji qed jiżdied u l-kontenut tagħhom qed jiffoka iktar fuq kwestjonijiet orizzonatli li huma ta' importanza fir-riforma u l-modernizzar ta' l-edukazzjoni terzjarja fil-pajjiżi msieħba. Ir-riżultati fid-dettall tal-proċeduri ta' selezzjoni li ġew konklużi fl-2006 huma disponibbli fuq il-portal tal-programm.

    - Il-Proġetti Konġunti Ewropej (JEPs) magħżulin fl-2006: 103 għal ammont totali ta' € 43.1 miljuni. JEPs jinvolvu istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja fl-Istati Membri ta' l-UE u s-26 pajjiż imsieħeb.

    - Miżuri Strutturali u Kumplimentarji (SCMs) magħżulin fl-2006: 95 għal ammont totali ta' € 11.7 miljuni. L-SCMs huma mmirati lejn sistemi ta' edukazzjoni ogħla u jiffukaw fuq kwistjoniiet strateġiċi.

    - Għotjiet Finanzjarji Individwali ta' Mobbilità (IMGs) magħżulin fl-2006: 156 għal ammont totali ta' € 0.66 miljuni. L-IMGs jipprovdu persunal akkademiku u amministrattiv għal istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja bl-opportunità li jibbenefikaw muinn perijodi limitati ta' mobilità barra.

    Il-Proġetti Konġunti Ewropej magħżulin jaqgħu fl-ambitu ta' l-iżvilupp ta’kurrikulu (70%), maniġġjar ta' l-universitajiet (15%) u bini ta' istituzzjonijiet (15%). Il-proġetti ta' l-iżvilupp ta’ kurrikulu ikopru medda wiesa ta' ambiti bħalma huma x-xjenzi applikati, it-teknoloġija, l-amministrazzjoni kummerċjali u x-xjenzi soċjali. Il-proġetti dwar bini ta’ istituzzjonijiet u l-immaniġġjar ta’ l-università jappoġġaw ir-riformi li huma relatati ma’ l-assikurazzjoni tal-kwalità, il-kwalità ta’ l-istruzzjoni jew l-immaniġġjar finanzjarju ta’ l-universitajiet fil-pajjiżi msieħba. Fil-maġġoranza tal-każi, il-Miżuri Strutturali u Kumplimentarji magħżula huma konnessi b’mod ċar mal-linji ta’ azzjoni tal-proċess ta’ Bologna. Il-proġetti magħżula skond dan il-komponent tal-programm tipikament jikkonċernaw kwestjonijiet bħalma huma t-tfassil tas-sistemi ta’ assikurazzjoni tal-kwalità jew l-introduzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ trasferiment tal-kreditu. Il-proġetti jiffukaw fuq il-modernizzar ta’ l-operazzjonijiet u s-servizzi ta' l-università, inkluż l-aġġornar tal-programmi ta’ taħriġ, l-użu ta’ teknoloġiji ta' informazzjoni u ta’ komunikazzjoni u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali. L-Għotjiet Finanzjarji Individwali għall-Mobbiltà magħżula jikkonċenaw l-iktar it-taħriġ mill-ġdid u l-perijodi ta’ studju (79%) segwiti b’attivitajiet preparatorji għall-Proġetti Ewropej Konġunti (13%) u l-parteċipazzjoni f’konferenzi u seminars speċifiċi (8%). B’mod ġenerali wieħed jista’ josserva li l-proġetti mressqa huma iktar u iktar f’konformità mal-prijoritajiet nazzjonali stabbiliti mill-pajjiżi msieħba. Kważi l-proġetti kollha magħżula jaderixxu mal-prijoritajiet nazzjonali.

    Fuq livell ġenerali, matul l-2006, l-impennji u l-pagamenti skond Tempus imxew bi qbil ma’ l-ippjanar stabbilit. Ċertu ftehim dwar għotjiet finanzjarji ma setgħux jingħataw skond il-qafas taż-żmien imbassar minħabba l-adozzjoni ttardjata tad-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament jew minħabba dewmien fl-iffirmar tal-ftehim finanjarju mill-pajjiżi msieħba.

    Impenji finanzjarji oħrajn fl-2006 kien inkludu:

    - Għotjiet lill-Uffiċċji Nazzjonali Tempus: 5 li jammontaw għal € 0.31 miljuni.

    - Għotjiet lid-Dipartiment Tempus tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ li tipprovdi għajnuna teknika lid-DĠ EAC: € 0.87 miljun.

    - Konferenzi u seminars: € 0.63 miljun.

    Xogħol fuq it-tneħħija tal-fajls ta’ litigazzjoni Tempus mexa b’mod konsistenti matul l-2006. S'issa, 164 fajl ta’ litigazzjoni jistgħu jingħalqu mill-aspett ta’ l-EAC (li jikkorrispondi għal 69% tal-każi kollha). Il-fajls magħluqin jinkludu 81 każ, fejn l-ammont ta’ litigazzjoni ġie terminat bi qbil mar-Regolament Finanzjarju, 61 każ fejn il-benefikant irrimborsa l-ammonti mitluba direttament lill-Kummissjoni u għal 22 każ, intbagħtu noti ta’ debitu lill-benefikanti. Ammont totali ta’ € 1.1 miljuni ġie irkuprat fl-2006 permezz tar-rimbors dirett jew permezz tal-proċedura li jinqatgħu direttament.

    KONKLUżJONI

    L-implimentazzjoni tal-programm Tempus fl-2006 kienet iggwidata minn numru ta’ objettivi strateġiċi li ġew milħuqa b’mod sodisfaċenti. Id-djalogu kontinwu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-involviment mill-qrib tagħhom fit-tifsira tal-prijoritajiet u l-għażla tal-proġetti jiżgura li l-attivitajiet iffinanzjati huma rilevanti għall-bżonnijiet tal-pajjiż u huma bi qbil ma’ l-objettivi ta’ riforma nazzjonali. Dan jaċċerta d-dritt tal-proprjetà mill-gvernijiet nazzjonali u jsaħħaħ l-impatt ta’ l-interventi tal-programm. L-Uffiċċji Nazzjonali Tempus fil-pajjiżi msieħba ssaħħu u għandhom rwol importanti fil-kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u ma’ azzjonisti oħrajn. Rispons minn awtoritajiet nazzjonali u r-riżultati tal-monitoraġġ fuq il-post ikkonfermaw li Tempus għadu programm rilevanti ħafna għall-assistenza tal-pajjiżi msieħba fir-riforma u l-modernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni terzjarja.

    ANNESS

    TEMPUS 2006 – ĦARSA FINANZJARJA ĠENERALI

    Tempus 2006 – Ammonti f’li huma allokati għal kull reġjun € |

    CARDS | Tacis | MEDA |

    JEP | 13.043.103 | 16.959.989 | 3.164.222 |

    IMG | 71.300 | 114.760 | 114.940 |

    SCM | 2.848.398 | 5.919.744 | 1.140.609 |

    NTO | 0 | 262.093 | 49.898 |

    ETF | 255.000 | 328.000 | 287.000 |

    Oħrajn | 190.500 | 273.977 | 171.611 |

    Total | 16.408.301 | 23.858.563 | 4.928.280 |

    Tempus 2006 – Projeġetti selezjonati skond ir-reġjun/Ammonti mogħtija f' € |

    CARDS | Amount mogħti għal kull proġett selezzjonat |

    JEP (skadenza 15 ta' Diċembru 2005) | 32 | 13.043.103 |

    SCM (skadenza 15 ta' Ottubru 2005) | 5 | 650.001 |

    SCM (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 18 | 2.198.397 |

    IMG (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 16 | 71.300 |

    IMG (skadenza of 15 Ottubru 2006) | 22 | 106.320 |

    Total | 93 | 16.069.121 |

    Tempus 2006 – Projeġetti selezjonati skond ir-reġjun/Ammonti mogħtija f' € |

    Tacis | Amount mogħti għal kull proġett selezzjonat |

    JEP (skadenza 15 ta' Diċembru 2005) | 42 | 17.256.709 |

    SCM (skadenza 15 ta' Ottubru 2005) | 24 | 3.112.606 |

    SCM (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 34 | 3.927.775 |

    IMG (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 35 | 128.250 |

    IMG (skadenza of 15 Ottubru 2006) | 32 | 138.810 |

    Total | 167 | 24.564.150 |

    Tempus 2006 – Projeġetti selezjonati skond ir-reġjun/Ammonti mogħtija f' € |

    MEDA | Amount mogħti għal kull proġett selezzjonat |

    JEP (skadenza 15 ta' Diċembru 2005) | 29 | 12.831.132 |

    SCM (skadenza 15 ta' Ottubru 2005) | 8 | 990.609 |

    SCM (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 6 | 829.906 |

    IMG (skadenza of 15 ta' Frar 2006) | 30 | 114.940 |

    IMG (skadenza of 15 Ottubru 2006) | 21 | 99.640 |

    Total | 94 | 14.866.227 |

    - JEP: Proġetti Ewropej Konġunti; SCM: Miżuri Strutturali u Kumplimentari; IMG: Finanzjar għall-Mobbilità Individwali; NTO: Uffiċċju Nazzjonali Tempus; ETF: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ.

    Top