This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007AG0009
Common Position (EC) No 9/2007 of 21 May 2007 adopted by the Council, acting in accordance with the procedure referred to in Article 251 of the Treaty establishing the European Community, with a view to the adoption of a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a common framework for business registers for statistical purposes and repealing Council Regulation (EEC) No 2186/93
Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 9/2007 tal- 21 ta’ Mejju 2007 adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 9/2007 tal- 21 ta’ Mejju 2007 adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
ĠU C 193E, 21.8.2007, p. 1–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
CE 193/1 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) NRU 9/2007
adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Mejju 2007
bil-ħsieb li jiġi adottat ir-Regolament (KE) Nru …/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
(2007/C 193 E/01)
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta' Lulju 1993 (2) stabbilixxa qafas komuni sabiex jiġu stabbiliti reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika b'definizzjonijiet, karatteristiċi, kamp ta' applikazzjoni u proċeduri ta' aġġornament armonizzati. Sabiex l-iżvilupp tar-reġistri kummerċjali jinżamm f'qafas armonizzat, għandu jiġi adottat Regolament ġdid. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità (3) fih id-definizzjonijiet ta' l-unità statistika li għandha tintuża. Is-suq intern jeħtieġ titjib fil-komparabbiltà ta' l-istatistika sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti Komunitarji. Sabiex jinkiseb dan it-titjib, għandhom jiġu adottati definizzjonijiet u deskrizzjonijiet komuni sabiex ikunu koperti l-intrapriżi u unitajiet ta' statistika relevanti oħrajn. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar statistiċi strutturali kummerċjali (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (5) stabbilixxew qafas komuni għall-ġbir, kumpilazzjoni, trażmissjoni u evalwazzjoni ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fil-Komunità. Ir-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika jirrappreżentaw element bażiku ta' tali qafas komuni, u jagħmluha possibbli li jiġi organizzat u kkoordinat stħarriġ statistiku billi jipprovdu qafas armonizzat ta' teħid ta' kampjuni. |
(4) |
Ir-reġistri kummerċjali huma metodu wieħed li permezz tiegħu jkunu rikonċiljati, minn naħa waħda, ir-rekwiziti konfliġġenti għall-ġabra ta' informazzjoni miżjuda dwar l-intrapriżi u, min-naħa l-oħra, it-tħaffif tal-piż amministrattiv tagħhom, partikolarment billi jużaw informazzjoni eżistenti f'reġistri amministrattivi u legali, b'mod speċjali fil-każ ta' l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 (6). |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistiċi Komunitarji (7) ħejja l-qafas għall-istabbiliment ta' programm ta' statistika Komunitarja u stabbilixxa qafas komuni għall-kunfidenzjalità statistika. |
(6) |
Ir-regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta' data fi ħdan il-qafas tal-Programm Komunitarju għall-istatistika ma jaffettwawx id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (8). |
(7) |
Ir-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika huma s-sors ewlieni għad-demografija kummerċjali, billi jżommu rekord tal-ftuħ u l-egħluq ta' negozji kif ukoll tal-bidliet strutturali fl-ekonomija b'konċentrazzjoni jew b'dekonċentrazzjoni li jseħħu permezz ta' operazzjonijiet bħal għaqda bejn kumpanniji, takeovers, qsim, split offs u ristrutturazzjoni. |
(8) |
Ir-reġistri kummerċjali jipprovdu l-informazzjoni bażika li tkun meħtieġa sabiex jiġi sodisfatt interess qawwi ta' politika fl-iżvilupp rurali, mhux biss fir-rigward ta' l-agrikoltura iżda wkoll fir-rigward tal-kombinazzjoni dejjem tiżdied tagħha ma' attivitajiet oħra li mhumiex koperti minn statistiċi agrikoli bbażati fuq prodotti. |
(9) |
L-intrapriżi pubbliċi għandhom rwol importanti fl-ekonomiji nazzjonali ta' l-Istati Membri. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (9) tkopri ċerti tipi ta' impriżi pubbliċi. L-intrapriżi pubbliċi u l-korporazzjonijiet pubbliċi għandhom għalhekk ikunu identifikati fir-reġistri kummerċjali u dan jista' jsir mill-klassifikazzjoni tas-settur istituzzjonali. |
(10) |
Jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni dwar ir-rabtiet ta' kontroll bejn l-unitajiet legali sabiex ikunu definiti l-gruppi ta' intrapriżi, ikunu delineati korrettament l-intrapriżi, ikunu profilati l-unitajiet kbar u kumplessi u jiġi studjat il-livell ta' konċentrazzjoni fuq swieq partikolari. L-informazzjoni dwar gruppi ta' intrapriżi ttejjeb il-kwalità tar-reġistri kummerċjali u tista' tintuża sabiex tnaqqas ir-riskju ta' l-iżvelar ta' data kunfidenzjali. Ċerta data finanzjarja spiss tagħmel iżjed sens f'livell ta' gruppi jew subgruppi milli f'livell ta' l-intrapriża individwali; fil-fatt din tista' tkun disponibbli biss f'livell ta' grupp jew subgrupp. Ir-reġistrazzjoni ta' data tal-gruppi ta' intrapriżi tagħmilha possibbli, meta meħtieġ, li jsir stħarriġ tal-grupp, minflok ta' l-intrapriżi tal-grupp, u dan jista' jnaqqas b'mod sinifikattiv l-oneru tar-risposta. Sabiex jiġu rreġistrati l-gruppi ta' intrapriżi, huwa meħtieġ li r-reġistri kummerċjali jsiru aktar armonizzati. |
(11) |
Il-globalizzazzjoni dejjem tiżdied ta' l-ekonomija toħloq sfida lill-produzzjoni preżenti ta' ħafna mill-istatistika. Permezz tar-reġistrazzjoni ta' data minn gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi, ir-reġistri kummerċjali jiffurmaw għodda bażika għat-titjib ta' ħafna mill-istatistika relatata mal-globalizzazzjoni: il-kummerċ internazzjonali fl-oġġetti u s-servizzi, il-bilanċ tal-pagamenti, l-investiment barrani dirett, l-affiljati barranin, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, u s-suq internazzjonali tax-xogħol. Il-maġġoranza ta' din l-istatistika tkopri l-ekonomija kollha u b'hekk teħtieġ li r-reġistri kummerċjali jkopru s-setturi kollha ta' l-ekonomija. |
(12) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għal kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (10), ma jistgħux jiġu invokati r-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika sabiex tiġi impedita t-trażmissjoni ta' data kunfidenzjali ta' l-istatistika lill-awtorità tal-Komunità (Eurostat) fejn att ta' liġi Komunitarja jipprovdi għat-trażmissjoni ta' tali data. |
(13) |
Sabiex ikun garantit it-twettiq ta' l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet fl-Istati Membri responsabbli għall-ġbir tad-data jistgħu jeħtieġu aċċess għal sorsi ta' data amministrattiva bħal reġistri miżmuma mill-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, minn banek ċentrali, minn istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn, u għal databases oħrajn li jkollhom informazzjoni dwar transazzjonijiet u pożizzjonijiet trans-konfinali, kull fejn tali data tkun meħtieġa għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani (11) stabbilixxa qafas komuni għall-kumpilazzjoni, għat-trażmissjoni u għall-evalwazzjoni ta' statistika Komunitarja relevanti. |
(15) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (12). |
(16) |
B'mod partikolari, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex taġġorna l-lista tal-karatteristiċi tar-reġistri fl-Anness, id-definizzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' kontinwità tagħhom, sabiex tiddeċiedi dwar il-kopertura ta' l-iżgħar intrapriżi u tal-gruppi ta' intrapriżi li jkunu totalment residenti, sabiex tadotta r-regoli għall-aġġornament tar-reġistri, kif ukoll sabiex tistabbilixxi standards komuni ta' kwalità u l-kontenut u l-perjodiċità ta' rapporti ta' kwalità. Billi dawn il-miżuri jkopru l-kamp ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali jew sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, huwa meħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE. |
(17) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2186/93 għandu għalhekk jiġi mħassar. |
(18) |
Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (13) ġie kkonsultat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Skop
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta' l-istatistika fil-Komunità.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru armonizzat wieħed jew iżjed għall-finijiet ta' l-istatistika, bħala għodda għat-tħejjija u l-koordinazzjoni ta' l-istħarriġ, bħala sors ta' informazzjoni għall-analiżi ta' l-istatistika tal-popolazzjoni kummerċjali u d-demografija tagħha, għall-użu tad-data amministrattiva u għall-identifikazzjoni u kostruzzjoni ta' unitajiet ta' l-istatistika.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(a) |
“unità legali”, “intrapriża”, “unità lokali” u “grupp ta' intrapriżi” ifissru kif definiti fl-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 696/93; |
(b) |
“awtoritajiet nazzjonali” tfisser kif definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97; |
(ċ) |
“finijiet ta' statistika” tfisser kif deskritta fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1588/90; |
(d) |
“grupp multinazzjonali ta' intrapriżi” tfisser grupp ta' intrapriżi li jkollu mill-inqas żewġ intrapriżi jew unitajiet legali li jinsabu f'żewġ pajjiżi differenti; |
(e) |
“grupp ta' intrapriżi maqtugħ” tfisser l-intrapriżi u l-unitajiet legali ta' grupp multinazzjonali ta' intrapriżi, li jkunu residenti fl-istess pajjiż. Dan jista' jikkonsisti f'unità waħda biss, jekk l-unitajiet l-oħrajn ma jkunux residenti. Intrapriża tista' tkun il-grupp ta' intrapriżi maqtugħ jew parti minnu. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Skond id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 u suġġetti għal-limitazzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu, għandhom jitfasslu reġistri ta':
(a) |
l-intrapriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott gross domestiku (GDP), u l-unitajiet lokali tagħhom; |
(b) |
l-unitajiet legali li minnhom jikkonsistu dawk l-intrapriżi; |
(ċ) |
gruppi ta' intrapriżi maqtugħin u gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi; u |
(d) |
il-gruppi ta' intrapriżi li jkunu totalment residenti. |
2. Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 m'għandux, madankollu, japplika għad-djar sa fejn il-prodotti u s-servizzi li jipproduċu jkunu għall-konsum tagħhom stess, jew jinvolvu l-kiri tal-proprjetà tagħhom.
3. L-unitajiet lokali li ma jikkonsistux f'entitajiet legali separati (fergħat), li jiddipendu minn intrapriżi barranin, u li jkunu klassifikati bħala kważi-korporazzjonijiet skond is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet ta' l-1995 li ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (14) u s-Sistema ta' Kontijiet Nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1993, għandhom jitqiesu bħala intrapriżi għall-finijiet tar-reġistri kummerċjali.
4. Il-gruppi ta' intrapriżi jistgħu jiġu identifikati permezz tar-rabtiet ta' kontroll bejn l-unitajiet legali tagħhom. Għad-delineazzjoni tal-gruppi ta' intrapriżi, għandha tintuża d-definizzjoni ta' kontroll, kif stabbilita fil-punt 2.26 ta' l-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 2223/96.
5. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-unitajiet li, totalment jew parzjalment, jeżerċitaw xi attività ekonomika. Kwalunkwe attività li tikkonsisti f'offerta ta' prodotti u servizzi f'suq partikolari għandha titqies bħala attività ekonomika. Minbarra dan, is-servizzi mhux tas-suq li jikkontribwixxu għall-prodott gross domestiku, kif ukoll il-holdings diretti jew indiretti ta' unitajiet legali attivi, għandhom jiġu meqjusa bħala attivitajiet ekonomiċi għall-finijiet tar-reġistri kummerċjali. L-unitajiet legali li ma jkunux ekonomikament attivi għandhom ikunu meqjusa parti minn intrapriża biss f'kombinazzjoni ma' unitajiet legali li jkunu ekonomikament attivi.
6. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament dwar il-punt safejn l-intrapriżi b'inqas minn nofs persuna impjegata u l-gruppi ta' intrapriżi li jkunu totalment residenzjali mingħajr ebda importanza statistika għall-Istati Membri ikollhom jiġu inklużi fir-reġistri, u d-definizzjoni ta' unitajiet konsistenti ma dawk għall-istatistika ta' l-agrikoltura, għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
Artikolu 4
Sorsi ta' data
1. Filwaqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet rigward il-kwalità msemmija fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jiġbru l-informazzjoni meħtieġa taħt dan ir-Regolament billi jużaw kwalunkwe sors li huma jikkonsidraw relevanti. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu awtorizzati, fi ħdan l-isfera tal-kompetenza tagħhom, sabiex jiġbru, għall-finijiet ta' l-istatistika, informazzjoni koperta minn dan ir-Regolament li tkun tinsab fil-fajls amministrattivi u legali.
2. Fejn id-data meħtieġa ma tistax tinġabar bi spiża raġonevoli, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw proċeduri ta' stima statistika, filwaqt li tiġi rrispettata l-ħtieġa ta' eżattezza u kwalità.
Artikolu 5
Karatteristiċi tar-reġistru
1. L-unitajiet elenkati fir-reġistri għandhom ikunu kkaratterizzati permezz ta' numru ta' l-identità u d-dettalji deskrittivi speċifikati fl-Anness.
2. Il-miżuri mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawhom dwar l-aġġornament tal-lista ta' karatteristiċi u d-definizzjoni tal-karatteristiċi u r-regoli ta' kontinwità għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
Artikolu 6
Standards ta' kwalità u rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tar-reġistri kummerċjali.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq talba tagħha, b'rapport dwar il-kwalità tar-reġistri kummerċjali (minn hawn 'il quddiem imsejħa “rapporti dwar il-kwalità”).
3. Il-miżuri relatati ma' l-istandards komuni ta' kwalità, kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti dwar il-kwalità, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3), u b'kont meħud ta' l-ispejjeż għall-ġbir tad-data.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) bil-bidliet prinċipali ta' metodoloġija jew bidliet oħrajn li jkunu jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tar-reġistri kummerċjali hekk kif isiru magħrufa u mhux aktar tard minn sitt xhur wara li kwalunkwe bidla bħal dawn tidħol fis-seħħ.
5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun jitratta b'mod partikolari l-ispiża għas-sistema statistika, il-piż fuq il-kummerċ u l-benefiċċji.
Artikolu 7
Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissjoni għandha tippubblika manwal ta' rakkomandazzjonijiet tar-reġistri kummerċjali. Il-manwal għandu jiġi aġġornat b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.
Artikolu 8
Riferimenti ta' żmien u perjodiċità
1. L-entrati fir-reġistri u t-tneħħija minnhom għandhom ikunu aġġornati mill-inqas darba fis-sena.
2. Il-frekwenza ta' l-aġġornament għandha tiddipendi mit-tip ta' unità, mill-fattur varjabbli ikkunsidrat, mid-daqs ta' l-unità u mis-sors ġeneralment użat għall-aġġornament.
3. Il-miżuri li jkunu relatati mar-regoli għall-aġġornament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).
4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kopja annwali li tirrifletti l-istat tar-reġistri fl-aħħar tas-sena u jżommu dik il-kopja għall-anqas 30 sena għall-finijiet ta' analiżi.
Artikolu 9
Trażmissjoni ta' rapporti
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi statistika tar-reġistri u jittrażmettu l-informazzjoni lill-Kummissjoni (Eurostat), billi jsegwu format u proċedura kif definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2).
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq talba tagħha, kwalunkwe informazzjoni relevanti fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri.
Artikolu 10
Skambju ta' data kunfidenzjali bejn l-Istati Membri
L-iskambju ta' data kunfidenzjali jista' jsir, esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri differenti, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, fejn l-iskambju għandu jiżgura l-kwalità ta' l-informazzjoni dwar il-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi fl-Unjoni Ewropea. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jkunu parti fl-iskambju skond il-liġi nazzjonali.
Artikolu 11
Skambju ta' data kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri
1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrażmettu d-data dwar il-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi u l-unitajiet kostitwenti tagħhom, kif definit fl-Anness, lill-Kummissjoni (Eurostat), sabiex jipprovdu informazzjoni, esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, dwar gruppi multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea.
2. Sabiex jiġi żgurat rekord konsistenti ta' data, esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' kull Stat Membru, id-data dwar grupp multinazzjonali ta' intrapriżi, inklużi l-unitajiet kostitwenti tiegħu, fejn mill-inqas unità waħda legali tal-grupp tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
3. Sabiex jiġi żgurat li d-data trażmessa skond dan l-Artikolu tintuża esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, l-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni, il-format, il-miżuri ta' sigurtà u ta' kunfidenzjalità u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-data dwar unitajiet individwali lill-Kummissjoni (Eurostat) u għat-trażmissjoni ta' data dwar il-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2).
Artikolu 12
Skambju ta' data kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iskambju ta' data kunfidenzjali jista' jsir, esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali nazzjonali, u bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Bank Ċentrali Ewropew, fejn l-iskambju għandu jiżgura l-kwalità ta' l-informazzjoni dwar gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi fl-Unjoni Ewropea, u fejn l-iskambju huwa espliċitament awtorizzat mill-awtorità nazzjonali relevanti.
2. Sabiex jiġi żgurat li d-data trażmessa skond dan l-Artikolu tintuża esklussivament għall-finijiet ta' l-istatistika, l-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni, il-format, il-miżuri ta' sigurtà u ta' kunfidenzjalità u l-proċedura għat-trażmissjoni ta' data dwar il-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi lill-banek ċentrali nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2).
Artikolu 13
Kunfidenzjalità u aċċess għal data identifikabbli
1. Meta l-Kummissjoni (Eurostat), l-awtoritajiet nazzjonali, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew jirċievu data kunfidenzjali skond l-Artikoli 10, 11 u 12, għandhom jitrattaw dik l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97.
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u minkejja l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, kwalunkwe trażmissjoni ta' data kunfidenzjali bejn awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) tista' ssir sal-punt fejn dik it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja speċifika. Kull trażmissjoni sussegwenti għandha tkun espliċitament awtorizzata mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-data.
Artikolu 14
Perjodu transizzjonali u derogi
Meta reġistri tal-kummerċ ikunu jeħtieġu adattament maġġur, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga fuq talba ta' Stat Membru għal perjodu transizzjonali li m'għandux ikun itwal minn … (15).
Għall-agrikoltura, forestrija u sajd, għall-amministrazzjoni pubblika u għad-difiża, u għas-sigurtà soċjali obbligatorja, u għall-karatteristiċi addizzjonali relatati ma' gruppi ta' intrapriżi, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga fuq talba ta' Stat Membru għal perjodu transizzjonali li m'għandux ikun itwal minn … (16).
Artikolu 15
Miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3):
(a) |
il-kopertura ta' l-iżgħar intrapriżi u l-gruppi ta' intrapriżi totalment residenti, kif previst fl-Artikolu 3(6); |
(b) |
l-aġġornament tal-lista ta' karatteristiċi tar-reġistri fl-Anness, id-definizzjonijiet u r-regoli ta' kontinwità tagħhom, kif previst fl-Artikolu 5, b'kont meħud tal-prinċipju li l-benefiċċji ta' l-aġġornament għandhom ikunu akbar mill-ispejjeż tiegħu, u l-prinċipju li r-riżorsi addizzjonali involuti għall-Istati Membri jew għall-intrapriżi jibqgħu raġonevoli; |
(ċ) |
l-istabbiliment ta' standards komuni ta' kwalità, kif ukoll tal-kontenut u tal-perjodiċità tar-rapporti dwar il-kwalità kif previst fl-Artikolu 6(3); u |
(d) |
ir-regoli għall-aġġornament tar-reġistri, kif previst fl-Artikolu 8(3). |
2. Il-miżuri relatati ma' dawn li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2):
(a) |
it-trażmissjoni ta' informazzjoni li tirriżulta mill-analiżi statistika ta' registri, kif previst fl-Artikolu 9; |
(b) |
it-trażmissjoni ta' data dwar unitajiet individwali għall-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 11; u |
(ċ) |
it-trażmissjoni ta' data dwar il-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali, kif previst fl-Artikolu 12. |
Artikolu 16
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 17
Tħassir
Ir-Regolament (KEE) Nru 2186/93 għandu jiġi mħassar.
Ir-referenzi magħmula għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala magħmula għal dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
…
Għall-Kunsill
Il-President
…
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' Ġunju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2007 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali); Deċiżjoni tal-Kunsill ta' … (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(4) ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
(6) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(7) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(8) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(9) ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/81/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 47).
(10) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(11) ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 602/2006 (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 10) (ĠU L 330 M, 28.11.2006, p. 347).
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11) (ĠU L 76 M, 16.3.2007, p. 100).
(13) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
(14) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).
(15) Sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(16) Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
ANNESS
Ir-reġistri kummerċjali għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja għal kull unità. Mhuwiex meħtieġ li l-informazzjoni tkun miżmuma separatament għal kull unità, jekk tista tinkiseb minn unità(jiet) oħra(jn).
Entrati mhux immarkati huma obbligatorji, entrati mmarkati “Kundizzjonali” huma obbligatorji fejn dawn ikunu disponibbli fl-Istat Membru u entrati mmarkati “Fakultattiv” huma rakkomandati.
1. Unità legali |
|||
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
1.1 |
|
Numru ta' l-identità |
1.2a |
|
Isem |
|
1.2b |
|
Indirizz (inkluż l-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat |
|
1.2ċ |
Fakultattiv |
Numri tat-telefon u l-fax, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' data |
|
1.3 |
|
Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta' identità amministrattiva |
|
Karatteristiċi demografiċi |
1.4 |
|
Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi |
|
1.5 |
|
Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3) |
Karatteristiċi ekonomiċi/ta' stratifikazzjoni |
1.6 |
|
Forma legali |
Rabtiet ma' reġistri oħrajn |
|
|
Referenza għar-reġistri assoċjati, li fihom hija rreġistrata l-unità legali u li jkun fihom informazzjoni li tista' tintuża għall-finijiet ta' l-istatistika; |
1.7a |
|
Referenza għar-reġistru ta' operaturi ġewwa l-Komunità imwaqqaf skond ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 (1), u Referenza għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru ta' l-operaturi barra l-Komunità |
|
1.7b |
Fakultattiv |
Referenza għad-data tal-karta tal-bilanċ (għall-unitajiet li huma meħtieġa li jippubblikaw il-kontijiet); u Referenza għar-reġistru tal-bilanċ tal-pagamenti jew reġistru ta' l-investment dirett barrani; u Referenza għar-reġistru ta' l-irziezet |
Karatteristiċi addizjonali għall-unitajiet legali li jiffurmaw parti minn intrapriżi li jappartjenu lil grupp ta' intrapriżi:
Rabta mal-grupp ta' intrapriżi |
1.8 |
|
Numru ta' l-identità tal-grupp ta' intrapriża residenti totalment/maqtugħ (4.1), li lilu tappartjeni l-unità |
|||||
1.9 |
|
Id-data ta' l-assoċjazzjoni mal-grupp residenti totalment/maqtugħ |
||||||
1.10 |
|
Id-data tas-separazzjoni mill-grupp residenti totalment/maqtugħ |
||||||
Kontroll ta' l-unitajiet |
|
|
Ir-rabtiet tal-kontroll tar-residenti jistgħu jiġu rreġistrati minn fuq għal isfel (1.11a) jew minn isfel għal fuq (1.11b). L-ewwel livell ta' kontroll biss, dirett jew indirett, huwa rreġistrat għal kull unità (il-katina sħiħa ta' kontroll tista' tinkiseb billi tgħaqqad dawn l-entitajiet). |
|||||
1,11a |
|
Numru/i ta' l-identità ta' l-unità(jiet) legali residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
||||||
1.11b |
|
Numru ta' l-identità ta' l-unità legali residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
1.12a |
|
Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni, u numru/i ta' l-identità jew, isem(ismijiet), u indirizz(i) ta' l-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
||||||
1.12b |
Kundizzjonali |
Numru/i tal-VAT, ta' l-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali |
||||||
1,13a |
|
Pajjiż tar-reġistrazzjoni, u numru ta' l-identità jew, isem u indirizz ta' l-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
1.13b |
Kundizzjonali |
Numru tal-VAT, ta' l-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali |
||||||
Id-dritt tal-proprjetà fuq l-unitàajiet |
|
Kundizzjonali |
Id-dritt tal-proprjetà tar-residenti jista' jiġi rreġistrat jew minn fuq għal isfel (1.14a) jew minn isfel għal fuq (1.14b). Ir-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni u l-limitu użat għall-parteċipazzjoni azzjonarja huma suġġetti għad-disponibilità ta' din l-informazzjoni fis-sorsi amministrattivi. Il-limitu rrakkomandat huwa ta 10 % jew iżjed tad-dritt dirett tal-proprjetà. |
|||||
1.14a |
Kundizzjonali |
ta' l-unità jew unitajiet legali residenti li jkunu l-proprjetà ta' l-unità legali |
||||||
1.14b |
Kundizzjonali |
ta' l-unità jew unitajiet legali residenti, li jkunu l-proprjetarji ta' l-unità legali |
||||||
1.15 |
Kundizzjonali |
ta' l-unità jew unitajiet legali mhux residenti li jkunu l-proprjetà ta' l-unità legali |
||||||
1.16 |
Kundizzjonali |
ta' l-unità jew unitajiet legali mhux residenti, li jkunu l-proprjetarji ta' l-unità legali |
||||||
2. Unità lokali |
||||||||
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
2.1 |
|
Numru ta' l-identità |
|||||
2.2a |
|
Isem |
||||||
2.2b |
|
Indirizz (inkluż l-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat |
||||||
2.2ċ |
Fakultattiv |
Numri tat-telefon u l-fax, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' data |
||||||
2.3 |
|
Numru ta' l-identità ta' l-intrapriża (3.1), li lilha tappartjeni l-unità lokali |
||||||
Karatteristiċi demografiċi |
2.4 |
|
Id-data tal-bidu ta' l-attivitajiet |
|||||
2.5 |
|
Id-data tat-tmiem finali ta' l-attivitajiet |
||||||
Karatteristiċi ekonomiċi/ta' stratifikazzjoni |
2.6 |
|
Kodiċi ta' l-attività ewlenija fil-livell tan-NACE b'4 numri |
|||||
2.7 |
Kundizzjonali |
Attivitajiet sekondarji, jekk ikun hemm, fil-livell tan-NACE b'4 numri; dan il-punt jikkonċerna biss unitajiet lokali li huma suġġetti għall-istħarrig |
||||||
2.8 |
Fakultattiv |
Attività mwettqa fl-unità lokali li tikkostitwixxi attività anċillari ta' l-intrapriża li għaliha tappartjeni (Iva/Le) |
||||||
2.9 |
|
Numru tal-persuni impjegati |
||||||
2.10a |
|
Fakultattiv |
||||||
2.10b |
Fakultattiv |
Numru ta' impjegati f'ekwivalenti ta' full time |
||||||
2.11 |
|
Kodiċi tal-lokazzjoni ġeografika |
||||||
Rabtiet ma' reġistri oħrajn |
2.12 |
Kundizzjonali |
Referenza għar-reġistri assoċjati li fihom tidher l-unità lokali u li fihom informazzjoni li jista' jintuża għall-finijiet ta' l-istatistika (jekk tali reġistri assoċjati jeżistu) |
|||||
3. Intrapriża |
||||||||
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
3.1 |
|
Numru ta' l-identità |
|||||
3.2a |
|
Isem |
||||||
3.2b |
Fakultattiv |
Indirizzi postali, elettroniċi u ta' websites |
||||||
3.3 |
|
Numru(i) ta' l-identità ta' l-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża; |
||||||
Karatteristiċi demografiċi |
3.4 |
|
Id-data tal-bidu ta' l-attivitajiet |
|||||
3.5 |
|
Id-data tat-tmiem finali ta' l-attivitajiet |
||||||
Karatteristiċi ekonomiċi/ta' stratifikazzjoni |
3.6 |
|
Kodiċi ta' l-attività ewlenija fil-livell tan-NACE b'4 numri |
|||||
3.7 |
Kundizzjonali |
Attivitajiet sekondarji, jekk ikun hemm, fil-livell tan-NACE b'4 numri; dan il-punt jikkonċerna biss intraprizi li huma suġġetti għall-istħarrig |
||||||
3.8 |
|
Numru tal-persuni impjegati |
||||||
3.9a |
|
Fakultattiv |
||||||
3.9b |
Fakultattiv |
Numru ta' impjegati f'ekwivalenti ta' full time |
||||||
3.10a |
|
Fatturat barra dak previst fi 3.10b |
||||||
3.10b |
Fakultattiv |
Fatturat għall-agrikoltura, l-kaċċa u l-forestrija, is-sajd u l-amministrazzjoni u d-difiża pubbliċi, s-sigurtà soċjali obbligatorja, djar privati b'persuni mpjegati u organizzazzjonijiet extraterritorjali. |
||||||
3.11 |
|
Settur u subsettur istituzzjonali skond is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità |
Karatteristiċi addizzjonali għall-intrapriżi li jagħmlu parti minn grupp ta' intrapriżi:
Rabta mal-grupp ta' intrapriżi |
3.12 |
Numru ta' l-identità tal-grupp ta' intrapriżi residenti/maqtugħ (4.1), li lilu tappartjeni l-intrapriża |
||||||
4. Grupp ta' intrapriżi |
||||||||
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
4.1 |
|
Numru ta' l-identità tal-grupp residenti totalment/maqtugħ |
|||||
4.2a |
|
Isem il-grupp residenti totalment/maqtugħ |
||||||
4.2b |
Fakultattiv |
Indirizzi postali, elettroniċi u tal-websites ta' l-uffiċju ewlieni residenti totalment/maqtugħ |
||||||
4.3 |
Parzjalment Kundizzjonali |
Numru ta' l-identità tal-grupp ewlieni tal-gruppi residenti totalment/maqtugħ (huwa ugwali għan-numru ta' l-identità ta' l-unità legali, li hija l-kap tal-grupp residenti). Kundizzjonali Jekk l-unità li tikkontrolla hija persuna fiżika, li mhijiex operatur ekonomiku, ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għad-disponibilità ta' dan it-tagħrif fl-għejun amministrattivi |
||||||
4.4 |
|
Tip ta' grupp ta' intrapriżi:
|
||||||
Karatteristiċi demografiċi |
4.5 |
|
Id-data tal-bidu tal-grupp ta' intrapriżi residenti totalment/maqtugħ |
|||||
4.6 |
|
Id-data tat-tmiem tal-grupp ta' intrapriżi residenti totalment/maqtugħ |
||||||
Karatteristiċi ekonomiċi/ta' stratifikazzjoni |
4.7 |
|
Kodiċi ta' l-attività ewlenija tal-grupp residenti/maqtugħ fil-livell tan-NACE b'żewġ numri |
|||||
4.8 |
Fakultattiv |
Kodiċi ta' l-attività ewlenija tal-grupp residenti totalment/maqtugħ fil-livell tan-NACE b'żewġ numri |
||||||
4.9 |
|
Numru ta' persuni impjegati fil-grupp residenti totalment/maqtugħ |
||||||
4.10 |
Fakultattiv |
Il-fatturat konsolidat |
Karatteristiċi addizzjonali għall-gruppi multinazzjonali ta' intrapriżi (tipi 2 u 3 f'4.4):
Ir-reġistrazzjoni ta' dawn il-varjabbli, ħlief għal 4.11 u 4.12a, m'hijiex obbligatorja sakemm tkun stabbilita t-trażmissjoni ta' l-informazzjoni dwar il-gruppi multinazzjonali kif previst fl-Artikolu 11.
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
4.11 |
|
Numru ta' l-identità tal-grupp globali |
4.12a |
|
Isem il-grupp globali |
|
4.12b |
Fakultattiv |
Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tal-websites ta' l-uffiċċju ewlieni globali |
|
4.13a |
|
Numru ta' l-identità tal-grupp ewlieni globali jekk il-grupp ewlieni huwa residenti (ugwali għan-numru ta' l-identità ta' l-unità legali, li hija l-grupp ewlieni). Jekk il-grupp ewlieni globali mhuwiex residenti, il-pajjiż tiegħu tar-reġistrazzjoni. |
|
4.13b |
Fakultattiv |
In-numru ta' l-identità tal-mexxej tal-grupp globali jew l-isem u l-indirizz, jekk mhux residenti |
|
Karatteristiċi ekonomiċi/ta' stratifikazzjoni |
4.14 |
Fakultattiv |
In-numru ta' persuni impjegati globalment |
4.15 |
Fakultattiv |
Il-bejgħ gross konsolidat |
|
4.16 |
Fakultattiv |
Pajjiż taċ-ċentru għad-deċiżjonjiet globali |
|
4.17 |
Fakultattiv |
Pajjiżi fejn huma allokati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar statistika Komunitarja rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1).
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. DAĦLA
1. |
Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha (1) fil-5 ta' April 2005 bil-għan li timmodernizza r-Regolament dwar ir-Reġistri tal-Kummerċ eżistenti (KEE) Nru 2186/93 u biex jittieħed kont ta' ħtiġiet statistiċi addizzjonali li nħolqu progressivament. Il-proposta kienet eżaminata u diskussa fil-korpi preparatorji tal-Kunsill taħt Presidenzi suċċessivi. |
2. |
Il-Parlament Ewropew adotta l-Opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fl-1 ta' Ġunju 2006. |
3. |
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE fil-21 ta' Mejju 2007. |
II. OBJETTIVI
L-objettivi prinċipali ta' l-abbozz ta' Regolament huma:
— |
li jirreġistra fuq bażi mandatorja l-intrapriżi kollha, l-unitajiet lokali tagħhom u l-unitajiet legali korrispondenti li jwettqu attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxi għall-prodott gross domestiku; |
— |
li jkopri r-rabtiet finanzjarji u l-gruppi ta' intrapriżi kollha u li jiskambja data dwar gruppi multinazzjonali u l-unitajiet kostitwenti tagħhom bejn l-Istati membri u l-Kummissjoni (Eurostat). |
Barra minn hekk, il-proposta timmira għal armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri kollha billi tadotta metodoloġija komuni.
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
1. Kuntest ġenerali
F'Ġunju 2006 intlaħaq ftehim fl-ewwel qari dwar dan id-dossier (PE-CONS 3624/06).
Fis-17 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni u li tintroduċi proċedura ġdida intitolata “proċedura regolatorja bi skrutinju” (Artikolu 5a).
Il-proċedura l-ġdida tal-Kumitat għandha tkun segwita biex tadotta miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali li jfittxu li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia bit-tħassir ta' xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jiġi ssupplimentat l-istrument biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda.
2. Adattamenti introdotti mill-Kunsill
L-abbozz ta' Regolament jirreferi għall-proċedura regolatorja tal-Kumitat meta jiġu implimentati s-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni u għalhekk għandu jkun adattat, fejn adegwat, għall-proċedura regolatorja l-ġdida tal-Kumitat bi skrutinju.
Il-Kummissjoni aċċettat il-pożizzjoni komuni maqbula mill-Kunsill.
(1) COM(2005) 0112.