Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006XC1013(13)

    Lista ta' servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

    ĠU C 247, 13.10.2006, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    17


    Lista ta' servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

    (2006/C 247/02)

    Is-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' kull Stat Membru għall-finijiet ta' l-Artikolu 15(2) huma:

    għar-Renju tal-Belġju: il-Pulizija Federali (Police Fédérale/Federale Politie);

    għar-Repubblika Ċeka: is-servizz tal-Pulizija dwar l-Istranġieri u l-Fruntiera;

    għar-Renju tad-Danimarka: det danske politi (Il-Pulizija Daniża);

    għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Bundespolizei (Il-Pulizija Federali), id-Dwana u l-Pulizija Statali Federali fil-Bavarja, Bremen u Hamburg;

    għar-Repubblika ta' l-Estonja il-Bord tal-Gwardja tal-Fruntiera (Piirivalveamet) u l-Bord tat-Taxxa u d-Dwana (Tolliamet);

    għar-Repubblika Ellenika: Ελληνική Αστυνομία (Helliniki Astynomia – il-Pulizija Ellenika), Λιμενικό Σώμα (Limeniko Soma – il-Gwardja Kostali Ellenika), Τελωνεία (Telonia – id-Dwana);

    Għar-Renju ta' Spanja: Cuerpo Nacional de Policía, Guardia Civil, Servicios de Aduanas;

    għar-Repubblika Franċiża:

    a)

    responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera f'postijiet ta' qsim tal-fruntiera: Direction centrale de la police aux frontières, Direction générale des douanes et droits indirects ;

    b)

    responsabbli mis-sorveljanza fuq il-fruntiera f'postijiet ta' qsim tal-fruntiera: services de la Direction générale de la police nationale, i.e. Direction centrale de la police aux frontières, Direction générale des douanes et droits indirects, Gendarmerie nationale et Marine nationale;

    għar-Repubblika Taljana: Polizia di Stato, Carabinieri, Guardia di Finanza;

    għar-Repubblika ta' Ċipru: Αστυνομία Κύπρου (il-Pulizija ta' Ċipru), Τμήμα Τελωνείων (id-Dipartiment tad-Dwana u s-Sisa);

    għar-Repubblika tal-Latvja, Valsts robežsardze (Gwardja Statali tal-Fruntiera);

    għar-Repubblika tal-Litwanja: is-Servizz Statali tal-Gwardja tal-Fruntiera taħt il-Ministeru ta' l-Intern;

    għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu: diviżjoni speċjali tal-Pulizija fl-ajruport (Service de Contrôle à l'Aéroport (SCA) de la Police grand-ducale);

    għar-Repubblika ta' l-Ungerija: il-Gwardja tal-Fruntiera (Határőrség) u d-Dwana (Vám-és Pénzügyőrség), din ta' l-aħħar biss f'postijiet ta' qsim tal-fruntiera ma' l-Ukraina, is-Serbja-Montenegro, il-Kroazja u r-Rumanija;

    għar-Repubblika ta' Malta, il-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni u d-Dipartiment tad-Dwana;

    għar-Renju ta' l-Olanda: Koninklijke Marechaussee, id-Dwana (dazji tad-dħul u tas-sisa), il-Pulizija Distrettwali (tal-port) ta' Rotterdam;

    għar-Repubblika ta' l-Awstrija: Bundespolizei (il-Pulizija Federali);

    għar-Repubblika tal-Polonja: il-Gwardja tal-Fruntiera;

    għar-Repubblika Portugiża: Serviço de Estrangeiros e Fronteiras, Brigada Fiscal da Guarda Nacional Republicana;

    għar-Repubblika tas-Slovenja: slovenska policija (il-Pulizija tas-Slovenja)

    għar-Repubblika Slovakka: il-Pulizija tal-Fruntiera u d-Dwana;

    għar-Repubblika tal-Finlandja: il-Gwardja tal-Fruntiera (responsabbiltà ewlenija), id-Dwana u l-Pulizija;

    għar-Renju ta' l-Iżvezja: il-Pulizija (responsabbiltà ewlenija), megħjuna mill-Gwardja Kostali, id-Dwana u l-Bord dwar il-Migrazzjoni. Il-kontroll tal-fruntiera marittima jaqa' taħt ir-responsabbiltà indipendenti tal-Gwardja Kostali;

    Għar-Repubblika ta' l-Iżlanda: Ríkislögreglustjóri (Direttorat Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali), Lögreglustjórar (Kapijiet tal-Pulizija Distrettwali);

    Għar-Renju tan-Norveġja: il-Pulizija (responsabbiltà ewlenija), bl-għajnuna f'ċerti każi tad-Dwana jew tal-Forzi Armati (il-Gwardja Kostali jew il-Gwarniġjon f'Varanger-South).


    Top