EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006TA1219(16)

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tac-Ċentru

ĠU C 312, 19.12.2006, p. 93–98 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

19.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C NaN/93


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti tac-Ċentru

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI

7-12

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-Risposti taċ-Ċentru

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”) ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 (1). Il-kompiti primarji taċ-Ċentru huma li jipprovdi lill-Unjoni u lill-Istati Membri b'informazzjoni affidabbli dwar ir-razziżmu, i l-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu fl-Unjoni u li jikkopera mal-Kunsill ta' l-Ewropa f'dawn l-oqsma.

2.

Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Informazzjoni prinċipali mir-rendikonti finanzjarji preparati miċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005 huma preżentati fit-Tabelli 2, 3 u 4.

DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija ġiet magħmula wara eżami tal-kontijiet ta' l-Aġenzija, kif mitlub mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 (3) ġew magħmula mid-Direttur tiegħu, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1035/97, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifka ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-dikjarazzjoni espressa hawn taħt.

Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni l-opinjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Għalkemm ir-rata ta' l-impenji għall-approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2005 kienet ta' aktar minn 90 %, instgħab li aktar minn 50 % ta' l-impenji għan-nefqa amministrattiva kienu trasferiti 'il quddiem u li b'mod ġenerali kien hemm rata għolja ta' annullamenti ta' approprijazzjonijiet trasferiti 'il quddiem (bejn 15 % u 25 %, skond it-titolu). Din is-sitwazzjoni turi li għad hemm il-bżonn għaċ-Ċentru biex itejjeb l-ippjanar tan-nefqa u l-mod li bih jissorvelja l-implimentazzjoni ta' din l-ispiża. Hemm bżonn li t-trasferimenti bejn l-intestaturi jkunu ġustifikati u dokumentati skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

8.

Il-Qorti innutat li ma kinitx introdotta ġestjoni skond l-attività, minkejja li r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru fih dispożizzjoni għall-introduzzjoni tagħha, hekk kif applikata fil-baġit ġenerali, bil-ħsieb li ttejjeb is-sorveljanza tal-prestazzjoni. F'dan il-kuntest, il-kisba tal-kompiti taċ-Ċentru m'għandiex tfisser biss l-eżekuzzjoni ta' serje ta' kompiti. Iżda għandha tkun ikkunsidrata bħala kontribuzzjoni lejn l-objettivi imniżżla fir-Regolament bażiku. Il-programm ta' xogħol taċ-Ċentru għandu, fil-prinċipju, jesprimi dan il-kontribut f'termini operattivi u miżurabbli.

9.

Iċ-Ċentru m'għandu l-ebda sistema biex jippjana u jġesti x-xiri ta' tagħmir. Barra dan, ma għamel ebda kontrolli perjodiċi fuq l-inventarju tiegħu, għalkemm dan kieku kien itejjeb l-affidabilità ta' l-inventarju.

10.

Is-sistema ta' kontroll intern taċ-Ċentru kellha bosta nuqqasijiet. Iċ-ċirkwiti finanzjarji mwaqqfa mill-uffiċjal li jawtorizza ma ġewx deskritti. B'mod partikolari, is-sistemi li bihom l-uffiċjal li jawtorizza u d-delegati tiegħu provdew informazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità ma ġewx validati minn dan ta' l-aħħar. Il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet ma kienx applikat b'mod strett, speċjalment bejn id-dmirijiet ta' inizjazzjoni u ta' verifikazzjoni. Barra dan, għall-impenji l-listi ta' verifikazzjonijiet ex ante għandhom jinkludu kriterji ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

11.

Ir-regola fejn membri tal-bord ta' l-għażla għandhom ikunu ta' grad ekwivalenti jew ogħla mill-kariga li għandha tiġi mimlija mhux dejjem ġiet osservata.

12.

Is-sejħiet għall-offerti maħruġa miċ-Ċentru ma joffrux wisq spjegazzjoni għal dak li jirrigwarda l-kwalità minima ta' l-offerti u l-piż tal-fattur prezz. B'riżultat ta' din is-sitwazzjoni, ma jistax jiġi garantit livell adegwat ta' trasparenza u jiġu wkoll meħuda riskji għal dak li jirrigwarda l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi provduti. Sakemm ma jkunx hemm raġuni speċifika għall-kuntrarju, għandu jintuża l-metodu ta' proporzjon prezz-kwalità minħabba li dan jassigura illi l-oġġetti u s-servizzi li ser jiġu mixtrija jkunu ta' l-ogħla kwalità possibbli.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Settembru 2006.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  ĠU L 151. 10.6.1997, p. 6.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  Dawn il-kontijiet ġew magħmula fit-3 ta' Mejju 2006 u rċevuti mill-Qorti fid-29 ta' Ġunju 2006.


Tabella 1

Iċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija (Vjenna)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja skond it-Trattat

Kompetenzi taċ-Ċentru kif speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat- 2 ta' Ġunju 1997)

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru (2004)

Prodotti u servizzi provduti

Il-ġbir ta' l-informazzjoni

il-Kummissjoni tista', fil-limiti u skond il-kundizzjonijiet imniżżla f'dan it-Trattat, tiġbor kwalunkwe informazzjoni u tagħmel kwalunkwe kontrolli meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-kompiti li ġew fdati lilha.

(Artikolu 284)

Objettivi

Jipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha b'dejta oġġettiva, affidabbli u komparabbli f'livell Ewropew dwar il-fenomeni tar-razziżmu, l-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu.

Koperazzjoni mill-viċin mal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni u jinkiseb valur miżjud.

Kompiti

Jistudja l-firxa u l-iżvilupp tal-fenomeni tar-razziżmu u l-ksenofobija;

Jiġbor u janalizza informazzjoni, permezz tan-Netwerk ta' Informazzjoni Ewropew dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (RAXEN);

Iwettaq stħarriġ xjentifiku;

Jinkoraġġixxi t-tqassim ta' l-informazzjoni fuq firxa wiesgħa;

Jagħti pariri lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha;

Jiżviluppa indikaturi u kriterji biex titjieb il-komparabilità tad-dejta;

Jippubblika rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tar-razziżmu u l-ksenofobija.

1 — Bord Amministrattiv

Kompożizzjoni

Persuna waħda indipendenti nominata minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti nominata mill-Parlament Ewropew, persuna waħda indipendenti nominata mill-Kunsill ta' l-Ewropa u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Kompiti

Jadatta l-programm ta' xogħol u r-rapport annwali ġenerali. Jadotta l-baġit finali u l-pjan ta' twaqqif. Jagħti opinjoni fuq il-kontijiet finali.

2 — Bord Eżekuttiv

Kompożizzjoni

Chairman tal-Bord Amministrattiv

Rappreżentant tal-Kunsill ta' l-Ewropa

Rappreżentant tal-Kummissjoni

Żewġ membri oħra tal-Bord Amministrattiv

3 — Direttur

Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq proposta tal-Kummissjoni.

4 — Verifika esterna

Il-Qorti ta' l-Awdituri

5 — Verikfika interna

Is-servizz ta' verifika interna tal-Kummissjoni

6 — Awtorità t'approvazzjoni

Il-Parlament fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit finali 2005:

8,279 miljun euro (7,9 miljun euro) Kontribuzzjoni Komunitarja: 100 % (98,7 %)

Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2005:

37 (34) karigi skond il-pjan ta' twaqqif,

karigi okkupati: 35 (30)

+4 (4) persunal ieħor (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati. persunal lokali u ta' l-aġenzija ta' l-impjieg)

Total tal-persunal: 41 (34)

assenjati fid-dmirijiet li ġejjin:

operattivi: 24 (21)

amministrattivi: 13 (8)

varji: 4 (5)

RAXEN

Numru ta' kontribuzzjonijiet fil-25 punt fokali nazzjonali: 400

Numru ta' laqgħat: 5

RAPPORTI TA' RIĊERKA:

Numru ta' rapporti: 13

Numru ta' laqgħat: 7

Rapporti annwali: 2

EUMC Newsletter: 5

Equal Voices: 2

KOPERAZZJONI MA' L-ISTATI MEMBRI U L-ISTITUZZJONIJIET L-OĦRA (numru ta' avvenmenti organizzati b'mod konġunt):

Stati Membri: 4

Kummissjoni: 14

Parlament Ewropew: 8

COR: 3

EESC: 3

Kunsill ta' l-Ewropa: 10

OSCE: 3

UN: 3

Inter-aġenzija: 3

NRT: 6

ERT: 1

Sors: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

IĊ-ĊENTRU TA' SORVELJANZA EWROPEW GĦALL-ĦARSIEN MIR-RAZZIŻMU U L-KSENOFOBIJA

Sors: Dejta mogħtija miċ-Ċentru. Dawn it-tabelli jagħtu sommarju tad-dejta mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.

Tabella 2

Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005

(1000 euro)

Dħul

Infiq

Sors tad-dħul

Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul irċevut

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprijazzjonijiet tal-baġit finali għas-sena finanzjarja

Approprijazzjonijiet trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

Approprijazzjonijiet disponibbli

(approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja u għas-sena finanzjara preċedenti)

finali

impenjati

imħallsa

trasferiti 'il quddiem

annullati

impenji

imħallsa

annullati

approprijazzjonijiet

impenji

imħallsa

trasferiti 'il quddiem

annullati

Sussidji komunitarji (1)

8 189

8 189

Titolu I

Persunal

3 152

3 078

3 008

70

74

85

71

14

3 237

3 163

3 079

70

88

Dħul allokat (Phare)

90

90

Titolu II

Amministrazzjoni

1 222

1 132

551

581

91

37

30

7

1 259

1 169

581

581

98

Dħul ieħor

0

151

Titolu III

Attivitajiet operattivi

3 815

3 398

2 731

667

416

745

556

189

4 560

4 143

3 287

667

605

 

 

 

Dħul allokat (Phare u oħrajn)

90

0

0

90

0

0

0

0

90

0

0

90

0

Total

8 279

8 430

Total

8 279

7 608

6 290

1 408

581

867

657

210

9 146

8 475

6 947

1 408

791


Tabella 3

Kont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2005 (2)

(1000 euro)

 

2005

Dħul operattiv

Sussidji komunitarji

7 466

Sussidji/dħul ieħor

14

Total (a)

7 480

Nefqa operattiva

Persunal

2 729

Amministrazzjoni

1 029

Attivitajiet operattivi

3 304

Total (b)

7 062

Riżultat ekonomiku (c = a — b)

418


Tabella 4

Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005 u 2004 (3)

(1000 euro)

 

2005

2004

Attiv

Attiv fiss

152

123

Riċevibbli

361

366

Likwidità

2 832

1 279

Total

3 345

1 768

Passiv

Riżultati kumulattivi mis-snin preċedenti

725

725

Riżultat għas-sena

418

0

Passiv ta' skadenza qasira

2 202

1 043

Total

3 345

1 768


(1)  Jinkludi sussidju f'isem iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)  Id-dejta għas-sena finanzjara 2004 mhix murija peress li mhix komparabbli ma' dik ta' l-2005 minħabba bidla fil-metodi ta' kontabilità wżati.

(3)  Id-dejta għas-sena finanzjarja 2004 ġiet iddikkjarata mill-ġdid biex tkun komparabbli ma' dik ta' l-2005.


IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

7.

Ir-rata għolja ta’ approprijazzjonijiet amministrattivi trasferiti ‘l quddiem hija minħabba l-fatt li s-Sezzjoni tax-Xiri Pubbliku ġiet maħluqa lejn l-aħħar ta’ l- 2005. Is-sejħiet għall-offerti bdew wara li ġiet imwaqqfa din is-sezzjoni sabiex il-legalità tal-proċeduri tiġi assigurata. Ġiet ukoll imwaqqfa proċedura sabiex jitnaqqas il-livell ta’ annullamenti ta’ approprijazzjonijiet trasferiti ‘l quddiem mis-sena preċedenti. Fil-ġejjieni, it-trasferimenti tal-baġit se jiġu kollha dokumentati.

8.

Il-Programm ta’ Xogħol Annwali ta’ l-2006 ġie ppreparat f’forma li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 40 tar-Regolament Kwadru li jistabilixxi l-attivitajiet prinċipali, l-objettivi, il-kompiti, il-produzzjoni, l-indikaturi tal-prestazzjoni, u r-riżultat/l-impatt tax-xogħol fuq iċ-Ċentru. Ir-Rapport ta’ l-Attività Annwali għas-sena 2006 se jitfassal għalhekk skond l-istruttura tal-Programm ta’ Xogħol sabiex b’hekk ikun qed jipprovdi l-indikaturi u r-reviżjonijiet tal-prestazzjoni li jibbażaw ruħhom fuq dejta li tista’ tiġi kwantifikata.

9.

Ġie mixtri programm informatiku ġdid għal ġestjoni ta’ l-inventarju li qiegħed bħalissa jiġi kkonfigurat u installat. Ix-xogħol bl-inventarju huwa ppjanat li jibda lejn l-aħħar tliet xhur tas-sena hekk kif il-programm ikun ġie installat u jiġu finalizzati l-aħħar tħejjijiet.

10.

Fi Frar ta’ l-2006, iċ-ċirkwiti finanzjarji ġew mibdula sabiex ikun hemm verifiki interni aħjar fuq transazzjonijiet u sabiex dan ikun jaqbel mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju. Dawn it-tibdliet ġew dokumentati f’serje ta’ Noti ta’ Istruzzjoni ffirmati mid-Direttur wara konsultazzjoni ma’ l-Uffiċjal ta’ Kontabilità u l-Awditur Intern ta’ l-EUMC. Iċ-ċirkwiti ġodda tax-xogħol ġew ittestjati permezz ta’ S12 u l-validazzjoni tat-testijiet hija dokumentata.

11.

Minħabba li t-tabella tal-personal ta’ l-EUMC tipprevedi total ta’ 37 postijiet, huwa kemmxejn diffiċli, f’xi każijiet impossibbli, sabiex jiġu ffurmati kumitati ta’ selezzjoni li jkunu jinkludu aġenti li jkollhom minn ta’ l-inqas l-istess grad tal-pożizzjoni mfittxija.

12.

Iċ-Ċentru se jimpenja ruħu sabiex itejjeb iċ-ċarezza ta’ l-informazzjoni mogħtija waqt il-proċess tas-sejħa għall-offerti u fejn ikun hemm bżonn se japplika l-metodu ta’ paragun bejn “prezz/kwalità”.


Top