This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006TA1219(08)
Report on the annual accounts of the European Food Safety Authority for the financial year 2005 together with the Authority's replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità
Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità
ĠU C 312, 19.12.2006, p. 42–47
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
19.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/42 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità
WERREJ
1-2 |
INTRODUZZJONI |
3-6 |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI |
7-13 |
OSSERVAZZJONIJIET |
Tabelli 1 sa 4
Ir-Risposti ta' l-Aġenzija
INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) ġiet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja għall-preparazzjoni tal-liġi Komunitarja, li tiġbor u tanalizza d-dejta li tippermetti li jkunu identifikati u kkontrollati r-riskji u li tipprovdi informazzjoni indipendenti dwar dawn ir-riskji. |
2. |
Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet ta' l-Awtorità. Informazzjoni prinċipali meħuda mir-rendikonti finanzjarji preparati mill-Awtorità għas-sena finanzjarja 2005, hija preżentata f'Tabelli 2, 3 u 4. |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI
3. |
Din id-Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija ġiet ippreparata wara eżami tal-kontijiet taċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
4. |
Il-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 (3) ġew magħmula mid-Direttur tagħha, skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. |
5. |
Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifka ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari. |
6. |
Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-dikjarazzjoni espressa hawn taħt. |
Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiĦlief fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 12, it-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali ta' l-Awtorità, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.
OSSERVAZZJONIJIET
7. |
Is-sena finanzjarja 2005 kienet ikkaratterizzata minn implimentazzjoni sinifikament baxxa tal-baġit: 80 % biss ta' l-approprijazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti ġew użati. Dan juri li l-Awtorità għandha tagħmel sforz serju biex tagħmel użu aħjar ta' l-approprijazzjonijiet li ġew mogħtija lilha sabiex tikseb l-objettivi tagħha. |
8. |
L-Awtorità tal-Baġit kienet emendat il-pjan ta' twaqqif anness ma' l-abbozz tal-baġit ta' l-Awtorità għall-2005, kif adottat mill-Bord Amministrattiv tagħha, partikolarment billi emendat b'mod sinifikanti d-distribuzzjoni ta' karigi disponibbli bejn kull grad. Dawn l-emendi kellhom iwasslu għal tnaqqis fl-approprijazzjonijiet assenjati għan-nefqa fuq is-salarji kif ukoll għall-infiq operattiv. Dan it-tnaqqis ma seħħx. Għalhekk l-Awtorità setgħet, mingħajr ma infurmat lill-Awtorità tal-Baġit dwar in-neċessità li jiġi ppreparat baġit supplementari u emendat, tistabilixxi mill-ġdid il-gradi li inizjalment kienet saret dispożizzjoni għalihom fl-abbożż tal-baġit fir-rigward ta' 19-il kariga. |
9. |
Il-Qorti nnutat in-nuqqas li tiġi introdotta tmexxija skond l-attività minkejja li din hija mniżżla fir-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, skond dak li ġie applikat fil-baġit ġenerali bil-ħsieb li l-monitoraġġ ta' l-eżekuzzjoni jiġi mtejjeb. F'dan ir-rigward, il-kisba ta' l-objettivi ta' l-Awtorità għandha tiġi evalwata fit-termini tal-kontribuzzjoni tagħha lejn l-objettivi ffissati fir-regolament bażiku tagħha. Fil-prinċipju, il-programm ta' xogħol ta' l-Awtorità għandu jesprimi din il-kontribuzzjoni f'termini operattivi u miżurabbli. |
10. |
L-Awtorità m'għamlitx analiżi tar-riskju lanqas stabbiliet b'mod formali s-sistemi ta' kontroll intern u l-proċeduri li hija ssegwi. F'bosta każijiet il-Qorti osservat ukoll nuqqasijiet fil-kontroll ta' l-infiq (dokumenti ta' sostenn nieqsa, talbiet mhux ġustifikati għal servizzi addizzjonali) (4). |
11. |
Għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ, l-Awtorità rrifjutat xi kandidati billi applikat kriterji oħra minflok dawk imniżżla fl-avviżi tal-karigi battala u ma osservatx, fost oħrajn, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-gradi tal-membri tal-Bord ta' l-Għażla f'dak li għandu x'jaqsam mal-karigi li għandhom jiġu mimlija. L-għażla tal-kandidati titlob applikazzjoni stretta tal-kriterji rilevanti u kontroll effettiv dwar jekk id-dokumenti preżentati mill-kandidati biex issostnu l-applikazzjonijiet tagħhom humiex ġenwini. |
12. |
Numru konsiderevoli ta' anomaliji nstabu waqt il-verifiki mwettqa fl-għoti u l-konklużjoni ta' kuntratti. F'bosta mill-każijiet eżaminati, il-Qorti ma setgħetx tiċċekkja li n-numru minimu ta' offerenti mitlub bil-liġi kienu ġew mistiedna biex jieħdu sehem fil-proċeduri tal-kuntratti. Il-Qorti nnutat li l-applikazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla ma kinitx dokumentata b'mod sistematiku. F'bosta każi, ma ġewx applikati regoli għan-nomina ta' kumitati ta' evalwazzjoni. F'każ ta' kuntratt strutturali minnhom, il-klawżoli ma ġewx osservati. Il-frekwenza ta' dawn l-anomaliji hi tali li l-Awtorità għandha bżonn issaħħaħ aktar is-sistema ta' kontroll intern tagħha f'dan il-qasam. |
13. |
Il-bini definittivi intiżi għall-Awtorità, għadhom mhumiex disponibbli. Għalhekk, l-Awtorità kienet obbligata li tikri u tirranġa bini temporanju (l-ispiża fl-2005: madwar 3,5 miljun euro). La darba l-Awtorità, ikollha pussess tal-bini l-ġdid, hija ser ikollha ssostni l-ispejjez ta' l-istallazzjoni. L-Awtorità, flimkien mal-Kummissjoni, imissha tikkjarifika ma' l-awtoritajiet nazzjonali din is-sitwazzjoni, b'mod partikolari bi ħsieb għal kumpens finanzjarju. Sakemm tinstab soluzzjoni, din għandha tiġi kkunsidrata waqt li jkunu qed jiġu preparati l-estimi tal-baġit. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Settembru 2006.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) Dawn il-kontijiet ġew magħmula fil-20 ta' Ġunju 2006 u rċevuti mill-Qorti fit-29 ta' Ġunju 2006.
(4) Per eżempju, id-dispożizzjonjiet dwar l-ispejjeż tal-missjoni mhumiex osservati sistematikament, li jirriżulta f'pagamenti mhux ġustifikati.
Tabella 1
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)
Oqsma ta' kompetenzi Komunitarji skond it-Trattat |
Kompetenzi ta' l-Awtorità (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002) |
Tmexxija |
Riżorsi disponibbli għall-Awtorità 2005 (2004) |
Prodotti u servizzi provduti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Moviment ħieles ta' oġġetti (Artikolu 37 tat-Trattat) Kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, siġurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent u tal-konsumaturi, b'konsiderazzjoni għal xi żviluppi ġodda bbażati fuq fatti xjentifiċi (Artikolu 95 tat-Trattat) Politika tan-negozju komuni (Artikolu 133 tat-Trattat) Is-Saħħa Pubblika (Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat) |
Obbjettivi
|
Kompiti
|
1. Bord Aministrattiv Kompożizzjoni 14-il membru nominati mill-Kunsill (b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant tal-Kummissjoni, Kompiti Tadotta l-programm ta' xogħol u l-baġit u tiżgura li jiġu implimentati 2. Direttur eżekuttiv Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq il-bażi ta' lista ta' kandidtati proposti mill-Kummissjoni u wara intervista mal-Parlament Ewropew; 3. Forum Konsultattiv Kompożizzjoni Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, Kompiti Jagħti pariri lid-Direttur; 4. Kumitat u gruppi xjentifiċi: Jippreparaw l-opinjonijiet xjentifiċi ta' l-Awtorità 5. Verifika esterna Il-Qorti ta' l-Awdituri 6. Awtorità t'approvazzjoni Il-Parlement fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
Baġit finali: 36,9 miljun euro (29,1 miljun euro) Kontribuzzjoni komunitarja: 100 % (100 %) Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2005: Numru ta' karigi fil-pjan ta' twaqqif: 194 (138) Karigi okkupati: 124 (102) +36 (37) kariga oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, aġenti lokali) Total tal-persunal: 160 (139) Assenjati fid-doveri li ġejjin:
|
Mit-301 talba għall-opinjonijiet xjentifiċi indirizzati lill-EFSA fl-2005 (li tirrappreżenta żieda ta' 65 % meta mqabbla ma' l-2004), 163 opinjoni ġew adottati u ppubblikati. Dawn ikopru bosta oqsma u jinkludu l-pjanti aromatiċi, l-organiżmi ġenetikament modifikati (ma' l-WHO), l-ispongiforme encephaltopathy tal- bovini (BSE) u l-ispongiforme encephalopathy transmessa (TSE). Barra dan, l-Awtorità ppublikat l-ewwel rapport annwali tagħha dwar il-mard ta' l-annimali u pubblikazzjonijiet oħra importanti dwar id-determinazzjoni tar-riskju fuq is-settur ta' l-ikel. Il-komunikazzjoni tar-riskji u, b'mod ġenerali, l-attivitajiet tad-dipartiment raw żieda ta' 40 % fin-numru ta' komunikazzjonijiet lill-pubbliku fl-2005. Konsultazzjonijiet tal-website ta' l-EFSA rduppjaw ukoll fl-2005. Il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni tar-riskji żdiedet permezz tal-Bord Konsultattiv u workshops organizzati. In-networking ta' l-EFSA mal-partijiet interessati, awtoritajiet nazzjonali u kontrapartijiet istituzzjonali intensifikat permess tat-twaqqif ta' forum għall-partijiet interssati. Il-Forum Konsultattiv iltaqa' ħames darbiet bi ħsieb li jaħdem bħala netwerk ma' l-awtoritajiet nazzjonali fuq kwistjonijiet speċifici bħall-koordinazzjoni fil-każ ta' kriżi jew iż-żieda ta' l-użu ta' l-extranet li jorbot l-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni u l-EFSA. F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-EFSA fl-2005, ir-rapport finali tal-konsulenti ġie ppubblikat fuq il-website mill-Bord Ammistrattiv li ppreżenta r-rakkomandazzjonijiet fl-aħħar ta' l-2006. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. |
L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL
Sors: Dejta ta' l-Awtorità — Dawn it-tabelli jagħtu sommarju tad-dejta mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.
Tabella 2
Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005
(1000 euro) |
||||||||||||||||
Dħul |
Infiq |
|||||||||||||||
Sors tad-dħul |
Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja |
Dħul miġbur |
Allokazzjoni tan-nefqa |
Approprijazzjonijiet tal-baġit finali |
Approprijazzjonjiet trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (1) |
Approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja u trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti |
||||||||||
imdaħħla |
impenjati |
mħallsa |
trasferiti 'il quddiem |
annullati |
disponibbli |
imħallsa |
annullati |
disponibbli |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti 'il quddiem |
annullati |
||||
Sussidji komunitarji |
36 857 |
31 537 |
Titolu I Persunal |
16 354 |
14 571 |
14 024 |
546 |
1 784 |
389 |
312 |
77 |
16 743 |
14 960 |
14 336 |
546 |
1 861 |
Dħul proprju |
|
|
Titolu II Amministrazzjoni |
6 446 |
5 591 |
3 306 |
2 285 |
855 |
1 477 |
1 307 |
170 |
7 923 |
7 068 |
4 613 |
2 285 |
1 025 |
Dħul ieħor |
|
|
Titolu III Attivitajiet operattivi |
14 057 |
9 300 |
5 824 |
3 477 |
4 756 |
3 818 |
2 003 |
1 815 |
17 875 |
13 118 |
7 827 |
3 477 |
6 571 |
Total |
36 857 |
31 537 |
Total |
36 857 |
29 462 |
23 154 |
6 308 |
7 395 |
5 684 |
3 622 |
2 062 |
42 541 |
35 146 |
26 776 |
6 308 |
9 457 |
Tabella 3
Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2005 u 2004
(1000 euro) |
||
|
2005 |
2004 |
Dħul operattiv |
||
Sussidji komunitarji |
27 405 |
20 591 |
Sussidji/dħul ieħor |
0 |
0 |
Total (a) |
27 405 |
20 591 |
Infiq operattiv |
||
Persunal |
13 012 |
7 564 |
Amministrazzjoni |
6 436 |
5 788 |
Attivitajiet operattivi |
8 718 |
6 431 |
Total (b) |
28 166 |
19 783 |
Riżultat operattiv (c = a – b) |
– 761 |
808 |
Dħul ieħor (d) |
0 |
0 |
Spejjeż oħra (e) |
–7 |
–33 |
Riżultat ekonomiku (f = c + d + e) |
– 768 |
775 |
Tabella 4
Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005 u 2004
(1000 euro) |
||
|
2005 |
2004 |
Attiv |
||
Attiv fiss |
1 588 |
1 071 |
Riċevibbli ta' skadenza qasira |
299 |
5 025 |
Kontijiet likwidi |
10 879 |
3 201 |
Total |
12 766 |
9 297 |
Passiv |
||
Riżultati akkumulati mis-sena finanzjarja preċedenti |
4 452 |
3 677 |
Riżultat ekonomiku għas-sena |
– 768 |
775 |
Passiv ta' skadenza qasira |
9 082 |
4 845 |
Total |
12 766 |
9 297 |
(1) L-Awtorità ma tinkludix l-implimentazzjoni ta' trasferimenti mhux awtomatiċi ta' approprijazzjonijiet fit-tabella li turi l-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit li hija tippubblika fir-rapport annwali tagħha.
TWEĠIBIET TA’ L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL
7. |
Fl-2006, l-AESI saħħet il-kontroll tal-baġit tagħha billi orgnizzat reviżjonijiet regolari kif ukoll analiżi u previżjonijiet ta’nofs is-sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-baġit. L-ippjanar ta’ l-attivitajiet tagħha se jkomplu jiġu msaħħa bil-għan li jintlaħaq il-punt fejn ikun hemm eżekuzzjoni sħiħa u kompleta tal-baġit. |
8. |
Billi bl-emenda tal-Pjan ta’ Twaqqif ta’ l-AESI għall-2005, l-Awtorità tal-Baġit naqqset ċertu numru ta’ postijiet li kienu diġà mimlija fl-2004, l-Awtorità kellha tirispetta l-obbligu legali tagħha lejn dawn l-aġenti u żżomm il-postijiet tagħhom skond ir-Regolament Finanzjarju tagħha u timmodifika dan il-Pjan. |
9. |
Il-Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet se tiġi progressivament implimentata mill-AESI peress li din hija biċċa għodda essenzjali sabiex l-Awtorità tkun tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha b’mod effiċjenti. Fil-programm ta’ xogħol tagħha ta’ l-2007, l-Awtorità se tagħti definizzjoni ċara tal-prijoritajiet tagħha fil-qafas tar-Regolament Bażiku tagħha u ta’ leġiżlazzjonijiet oħra ta’ l-UE li japplikaw f’dan il-kuntest u se tagħti deskrizzjoni ta’ l-inizjattivi prinċipali sabiex tkun tista’ tilħaq dawn il-prijoritajiet. Se jsir ukoll aktar titjib fil-qasam ta’ l-indikaturi ta’ l-attività (performance indicators) u għodda oħra ta’ ġestjoni sabiex ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ikunu jistgħu jitkejlu. |
10. |
F’Lulju ta’ l-2005, l-AESI adottat standards ta’ kontroll intern u qed tkompli fl-isforzi tagħha sabiex timplementhom bis-sħiħ. Barra minn hekk, l-Awtorità qed tippjana sabiex twettaq analiżi tar-riskju għall-2007. |
11. |
Bħala prijorità fl-2006, l-Awtorità ħadet miżuri sabiex issaħħaħ il-kontrolli madwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ u żżid it-trasparenza tagħhom u se jitkomplew l-isforzi min-naħa tagħha sabiex jigarantixxu r-rispett tar-regoli li huma fis-seħħ. |
12. |
L-Awtorità se tassigura li s-sistemi ta’ kontroll intern għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jiġu msaħħa sabiex ikunu jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli fis-seħħ. Fl-2006, se jiġu organizzat taħriġ speċifiku fuq il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti u se jiġu mwaqqfa sistemi aħjar ta’ implimentazzjoni sabiex issaħħu il-kontrolli fuq dawn il-proċeduri. |
13. |
L-Awtorità ġibdet l-attenzjoni ta’ l-Awtoritajiet tal-Baġit u tal-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-bini għas-sede ta’ l-AESI u se żżommhom infurmati dwar il-progress tal-proġett għal bini definittiv tagħha. |