EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0904

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li jemenda R-REGOLAMENT (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni

/* KUMM/2006/0904 finali - COD 2006/0279 */

52006PC0904

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill Li jemenda R-REGOLAMENT (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni /* KUMM/2006/0904 finali - COD 2006/0279 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 904 finali

2006/0279 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jemenda R-REGOLAMENT (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

2006/0279 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jemenda R-REGOLAMENT (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta' implimentazzjoni tas-setgħat konferiti lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62(1) u (2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006[5] jipprevedi li ċerti miżuri huma adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[6].

(2) Id-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-użu fl-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali bil-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi tħassar xi wħud minn dawk l-elementi jew billi tissupplimenta l-att biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali oħra.

(3) Skond id-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[7] dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, atti li huma diġà fis-seħħ għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri applikabbli Id-Dikjarazzjoni tindika lista ta' atti li għandhom ikunu aġġustati b'urġenza, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 562/2006

(4) B'mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadatta ċerti modalitajiet prattiċi tal-kontroll fil-fruntieri u li temenda ċerti annessi. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u għandhom l-għan li jemendaw jew li jħassru elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 billi jżidu elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 jistipola perjodu ta' sospensjoni rigward il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-Dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikkjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tagħti soluzzjoni orizzontali li tissodissfa t-talbiet tal-Parlament Ewropew li jaraw li jikkontrollaw l-implimentazzjoni ta' l-atti adottati b'kodeċiżjoni u li għalhekk, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta' żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikkjaraw ukoll li huma se jaraw li l-proposti li jirrevokaw id-dispożizzjonijiet ta' l-atti li jipprevedu limiti ta' żmien għad-delega tas-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni jkunu adottati mill-iktar malajr possibbli. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, għandha għalhekk titħassar id-dispożizzjoni, fir-Regolament (KE) Nru 562/2006, li tistipola dan il-perjodu ta' sospensjoni.

(6) Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandu jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 huwa emendat kif ġej:

1) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

"5. Il-miżuri rigward ir-regoli addizzjonali li jirregolaw is-sorveljanza huma adottati mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(2)."

2) L-Artikolu 32 huwa mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 32

Emenda għall-annessi

L-annessi III, IV u VIII għandhom jiġu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 33(2)."

3) Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a) (1) – (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħaha."

4) L-Artikolu 33(4) għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [...] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

[6] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L200, 22.7.2006, p. 11).

[7] ĠU C 255, 21.10.2006, p.1

Top