Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0902

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li Temenda Id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    /* KUMM/2006/0902 finali - COD 2006/0284 */

    52006PC0902

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill Li Temenda Id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni /* KUMM/2006/0902 finali - COD 2006/0284 */


    Brussel 22.12.2006

    KUMM(2006) 902 finali

    2006/0284 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    Li Temenda Id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    2006/0284 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    Li Temenda Id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu u s-segwitu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    (Test b’relevanza għall–EEA)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ Artikolu 47 (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3],

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[5].

    (2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta’ natura ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku, adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluża t-tneħħija ta’ xi wħud minn dawn l-elementi jew bl-ikkompletar tiegħu biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

    (3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[6] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, atti li diġà qegħdin fis-seħħ għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Din l-istqarrija tindika lista ta’ atti li jridu jiġu aġġustati bħala materja ta’ urġenza, inkluża d-Direttiva 2006/48/KE.

    (4) B’mod partikolari għandu jingħata poter lill-Kummissjoni biex tadotta aġġustamenti tekniċi u miżuri ta’ implimentazzjoni biex jitqiesu, inter alia, l-iżviluppi tekniċi tas-swieq finanzjarji u biex tassigura l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2006/48/KE. B’mod aktar partikolari, dawn il-miżuri huma maħsuba biex jispeċifikaw definizzjonijiet, biex jimmodifikaw l-iskop ta’ l-eżenzjonijiet, biex jelaboraw jew iżidu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva b’adattamenti tekniċi relatati mal-kalkolu tal-fondi proprji, biex jorganizzaw, jikkalkulaw u jevalwaw ir-riskji u l-espożizzjonijiet, u biex iżidu speċifikazzjonijiet dettaljati dwar l-obbligi ta’ żvelar imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Billi dawk il-miżuri huma ta’ firxa ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/48/KE u jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (5) Id-Direttiva 2006/48/KE kienet tipprovdi għal restrizzjoni ta’ żmien dwar il-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2005/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jagħmlu skrutinju ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-atti adottati skond il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni u li, għalhekk, poteri ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li għandhom jassiguraw li l-proposti bil-għan li jiġu revokati d-dispożizzjonijiet fl-atti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien dwar id-delegar ta’ poteri ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi r-restrizzjoni ta’ żmien fid-Direttiva 2006/48/KE għandha titħassar.

    (6) Id-Direttiva 2006/48/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (7) Billi l-emendi li għandhom isiru fid-Direttiva 2006/48/KE b’din id-Direttiva huma aġġustamenti ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċeduri ta’ kumitat, m’hemmx għalfejn jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk mhuwiex neċessarju li jiġu stipulati dispożizzjonijiet għal dak l-iskop,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 150 huwa emendat kif ġej:

    2. Fil-paragrafu 1, il-frażi ta’ introduzzjoni tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “Mingħajr preġudizzju, dwar il-fondi proprji, għall-proposta li l-Kummissjoni għandha tissottometti skond l-Artikolu 62, l-aġġustamenti tekniċi mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 151(2).”

    3. Fil-paragrafu 2, il-frażi ta’ introduzzjoni tiġi mibdula b’dan li ġej:

    “Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 151(2), tadotta l-miżuri li ġejjin imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali għal din id-Direttiva billi jissupplimentawha:”

    4. Il-Paragrafi 3 u 4 huma mħassra;

    5. L-Artikolu 151 huwa emendat kif ġej:

    6. Paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    '2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.’

    7. Il-Paragrafu 3 jitħassar;

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, [...]

    Għall-Parlament Ewropew F’isem il-Kunsill

    Il-President Il-President[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

    [1]

    [2]

    [3]

    [4]

    [5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, tat-22.7.2006, p.11).

    [6] ĠU C255, 21.10.2006, p 1.

    Top