Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0752(04)

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen

    /* KUMM/2006/0752 finali - CNS 2006/0251 */

    52006PC0752(04)




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 1.12.2006

    KUMM(2006) 752 finali

    2006/0251 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen

    (preżentati mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    I. INTRODUZZJONI

    Fis-26 ta’ Ottubru 2004, l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen (il-“ftehim ta’ Schengen ma’ l-Iżvizzera”)[1].

    Dak il-Ftehim kien jantiċipa l-assoċjazzjoni possibbli tal-Liechtenstein ma’ l- acquis ta’ Schengen u pprovda fl-Artikolu 16 tiegħu għall-adeżjoni tal-Liechtenstein permezz ta’ protokoll li jiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta’ kull waħda mill-partijiet kontraenti.

    Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-12 ta' Ottubru 2001, Liechtenstein kien diġà esprima l-interess tiegħu li jingħaqad ma' l-Iżvizzera bħala parti kontraenti għal ftehim ta’ assoċjazzjoni possibbli dwar l- acquis ta’ Schengen u Dublin ladarba kienet teżisti politika ta’ fruntieri miftuħa għall-moviment tal-persuni bejn Liechtenstein u l-Iżvizzera għal għexieren ta’ snin. Madankollu, Liechtenstein ma kienx assoċjat man-negozjati ma’ l-Iżvizzera minħabba n-nuqqas ta’ ftehim dwar it-tassazzjoni tat-tfaddil bejn il-Komunità Ewropea u l-Liechtenstein.

    Il-Komunità Ewropea u l-Liechtenstein sussegwentement ikkonkludew ftehim dwar it-tassazzjoni tat-tfaddil, li ilu fis-seħħ minn Lulju 2005.

    Permezz ta’ ittra bid-data ta' l-10 ta' Ġunju 2005, Liechtenstein ikkonferma li kien jixtieq jiġi assoċjat ma' l- acquis ta' Schengen u Dublin/Eurodac.

    Wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill lill-Kummissjoni fis-27.2.2006, saru negozjati mal-Liechtenstein u ma' l-Iżvizzera. Fil-21.6.2006 ġew iffinalizzati n-negozjati u ġie inizjalat l-abbozz tal-protokoll ta’ l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-ftehim ta’ Schengen ma’ l-Iżvizzera[2].

    Minħabba l-fatt li l-ftehim ta’ Schengen ma’ l-Iżvizzera li għalih qed jaċċedi l-Liechtenstein ikopri elementi sew ta’ l-ewwel u kif ukoll tat-tieni pilastru, il-Kummissjoni tipproponi li tiġi segwita l-metodoloġija magħżula għall-iffirmar u l-adozzjoni tal-ftehim ta’ Schengen ma' l-Iżvizzera. Il-Kummissjoni tipproponi għalhekk li l-Protokoll jiġi adottat b’żewġ atti separati, wieħed ibbażat fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Artikoli 62, 63 (3), 66 u 95) u wieħed ibbażat fuq it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Artikoli 24 u 38).

    Dwar id-deċiżjoni bbażata fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kunsill se jiddeċiedi bl-unanimità minħabba l-fatt li l-Artikolu 63 punt 3 a) jitlob vot unanimu mill-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew għandu jkun ikkonsultat dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, skond l-Art. 300 (3) tat-Trattat KE.

    II. IR-RIżULTATI TAN-NEGOZJATI

    Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għanijiet iffissati mill-Kunsill fid-direttivi tiegħu dwar in-negozjar intlaħqu u li l-abbozz tal-Ftehim huwa aċċettabbli għall-Komunità.

    Din li ġejja hija taqsira tal-kontenut finali:

    Liechtenstein jaċċedi għall-ftehim ta’ Schengen ma' l-Iżvizzera u se jkollu l-istess drittijiet u obbligi bħall-Iżvizzera. Liechtenstein se jkollu jaċċetta l- acquis kollu ta’ Schengen u l-iżvilupp tiegħu, bl-eċċezzjoni unika mogħtija wkoll lill-Iżvizzera (Artikolu 7 (5) tal-ftehim ta’ Schengen ma’ l-Iżvizzera):

    Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ att jew miżura ġdida ta’ Schengen ikollhom l-effett li ma jħallux aktar lill-Istati Membri jissoġġettaw l-aderenza mat-talbiet għall-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali jew fl-għarfien ta’ ordnijiet minn Stati Membri oħra sabiex jiġu mfittxija postijiet u/jew maqbuda oġġetti ta’ evidenza għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, Liechtenstein mhux marbut li jimplimenta dawn id-dispożizzjonijiet fl-ordni legali intern tiegħu fejn huma japplikaw għal talbiet ta' tiftix u qbid jew ordnijiet magħmula għall-fini ta' l-investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ offiżi fil-qasam ta’ tassazzjoni diretta li, jekk ikunu mwettqa fLiechtenstein, ma jkunux punibbli taħt il-liġi tal-Liechtenstein b’piena ta’ ħabs[3].

    Minbarra din l-eċċezzjoni, jekk Liechtenstein ma jaċċettax żviluppi futuri fl- acquis ta’ Schengen, il-Protokoll ma jibqax jopera.

    Liechtenstein se jsir membru tal-Kumitat Imħallat u se jkollu d-dritt li jesprimi l-fehma tiegħu fil-Kumitat Imħallat u li jippresjedih.

    It-twettiq tal-protokoll ta’ Schengen huwa marbut mat-twettiq tal-protokoll ta’ Dublin/Eurodac, u kif ukoll it-twettiq tal-ftehimiet rispettivi bejn Liechtenstein u d-Danimarka u bejn Liechtenstein u n-Norveġja u l-Iżlanda dwar Schengen.

    Huma stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għal-Liechtenstein dwar il-perjodu ta' żmien meħtieġ għat-twettiq ta' żvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, fil-każ li jkunu jridu jitwettqu obbligi kostituzzjonali mLiechtenstein (18-il xahar) u l-kontribuzzjoni finanzjarja li l-Liechtenstein ikollu jħallas għall-ispejjeż amministrattivi tal-Gruppi ta’ Ħidma tal-Kunsill, li jiltaqgħu fil-forma tal-Kumitat Imħallat. L-ammont globali ta’ dawn l-ispejjeż amministrattivi huwa stabbilit fil-ftehim ta’ l-Iżvizzera għall-ammont ta’ € 8 100 000 u l-Liechtenstein se jkollu jħallas 0.071% minnhom. Minbarra dan, bħall-Iżvizzera, Liechtenstein se jkollu jikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi marbuta mat-twettiq ta' l- acquis ta' Schengen skond il-PGD tiegħu. Għalhekk, m'hemmx implikazzjonijiet finanzjarji għall-UE bħala riżultat ta' l-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein ma' l- acquis ta' Schengen.

    Minħabba l-kooperazzjoni eżistenti ma’ l-Iżvizzera fil-qasam tal-politika tal-viżi u l-qasam tas-sigurtà li jinkludi l-użu ta’ databases komuni, Liechtenstein jista' juża l-infrastruttura teknika ta' l-Iżvizzera għall-aċċess tiegħu għas-Sistema ta’ l-Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema ta’ l-Informazzjoni tal-Viżi.

    III. KONKLUŻJONIJIET:

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill:

    - jiddeċiedi li l-Protokoll ikun iffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra, u jawtorizza lill-President tal-Kunsill sabiex jaħtar persuna li jkollha l-awtorità li tiffirma f'isem l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra;

    - japprova, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Protokoll anness bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen f’isem l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea, min-naħa l-oħra.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 38 tiegħu,

    Billi:

    1. Wara l-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, fis-27 ta’ Frar 2006, in-negozjati mal-Prinċipalità tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen ġew finalizzati;

    2. Bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, huwa mixtieq li l-ftehim li ġie inizjalat fil-21 ta’ Ġunju 2006 jiġi ffirmat;

    3. Il-protokoll jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm il-Protokoll jidħol fis-seħħ.

    4. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[4] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, issir applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet mal-Liechtenstein ma’ l-iffirmar;

    5. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipaw f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[5];

    6. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[6];

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina persuna li jkollha l-poter li tiffirma, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen u dokumenti relatati.

    It-testi tal-Protokoll u d-dokumenti relatati huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2 (1) u (2) tal-Protokoll u għall-iżvilupp tagħhom safejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom bażi legali fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, jew safejn ikun ġie stabbilit taħt id-Deċiżjoni 1999/436/KE[7], li huma jkollhom din il-bażi.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Skond l-Artikolu 9 (2) tal-Protokoll, Artikoli 1,4 u 5 (2) (a) l-ewwel sentenza ta’ dan il-Protokoll u d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 (1) (2) (3) u (4), 4, 5, u 6 tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja fiż-żmien ta' l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, sakemm jidħol fis-seħħ.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 (3), punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[8],

    Billi:

    7. Wara l-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2006, in-negozjati mal-Prinċipalità tal-Liechtenstein u l-Kondederazzjoni Żvizzera dwar Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen ġew finalizzati;

    8. Bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, huwa mixtieq li l-ftehim li ġie inizjalat fil-21 ta’ Ġunju 2006 jiġi ffirmat;

    9. Il-protokoll jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm il-Protokoll jidħol fis-seħħ.

    10. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[9] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, issir applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet mal-Liechtenstein ma’ l-iffirmar;

    11. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipaw f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[10];

    12. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[11];

    13. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina persuna li jkollha l-poter li tiffirma, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen u dokumenti relatati.

    It-testi tal-Protokoll u d-dokumenti relatati huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2 (1) u (2) tal-Protokoll u għall-iżvilupp tagħhom safejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom bażi legali fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, jew safejn ikun ġie stabbilit taħt id-Deċiżjoni 1999/436/KE[12], li huma jkollhom din il-bażi.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Artikolu 4

    Skond l-Artikolu 9 (2) tal-Protokoll, Artikoli 1,4 u 5 (2) (a) l-ewwel sentenza ta’ dan il-Protokoll u d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 (1) (2) (3) u (4), 4, 5, u 6 tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja fiż-żmien ta' l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, sakemm jidħol fis-seħħ.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Presidenza,

    Billi:

    14. Wara l-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, fis-27 ta’ Frar 2006, in-negozjati mal-Prinċipalità tal-Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen ġew finalizzati;

    15. Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ..../..../KE ta' ......2006, u suġġett għall-konklużjoni f' data aktar tard, il-Ftehim ġie ffirmat f' isem il-Komunità Ewropea f' ....2006.

    16. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    17. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[13] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, issir applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet mal-Liechtenstein;

    18. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipaw f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[14];

    19. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[15];

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen u dokumenti relatati huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-testi tal-Protokoll u d-dokumenti relatati huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2 (1) u (2) tal-Protokoll u għall-iżvilupp tagħhom safejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom bażi legali fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, jew safejn ikun ġie stabbilit taħt id-Deċiżjoni 1999/436/KE[16], li huma jkollhom din il-bażi.

    Artikolu 3

    Id-Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandha tapplika, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f'isem l-Unjoni Ewropea l-Istrument ta' approvazzjoni li jipprovdi għaliha l-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex jesprimi l-kunsens ta' l-Unjoni Ewropea li tintrabat bih.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    2006/0251 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[17],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    20. Wara l-awtorizzazzjoni li ngħatat lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2006, in-negozjati mal-Prinċipalità tal-Liechtenstein u l-Kondederazzjoni Żvizzera dwar Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen ġew finalizzati;

    21. Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill ..../..../KE ta' ......2006, u suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, il-Ftehim ġie ffirmat f' isem il-Komunità Ewropea f' ....2006;

    22. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat;

    23. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huwa xieraq li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[18] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, issir applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet mal-Liechtenstein;

    24. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[19];

    25. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta’ l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[20];

    26. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen u dokumenti relatati huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea.

    It-testi tal-Protokoll u tad-dokumenti relatati huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2 (1) u (2) tal-Protokoll u għall-iżvilupp tagħhom safejn dawk id-dispożizzjonijiet għandhom bażi legali fit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, jew safejn ikun ġie stabbilit taħt id-Deċiżjoni 1999/436/KE[21], li huma jkollhom din il-bażi.

    Artikolu 3

    Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f'isem il-Komunità Ewropea l-Istrument ta' approvazzjoni li jipprovdi għalih l-Artikolu 9 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità li tintrabat bih.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen

    L-Unjoni Ewropea

    kif ukoll

    Il-Komunità Ewropea

    kif ukoll

    Il-Konfederazzjoni Żvizzera

    kif ukoll

    Il-Prinċipalità tal-Liechtenstein,

    minn hawn 'il quddiem "il-Partijiet Kontraenti",

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen iffirmat fis-26.10.2004 u l-artikolu 16 tiegħu li jipprovdi għall-possibilità li l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein taċċedi għall-Ftehim permezz ta’ protokoll;

    WARA LI QIESU l-qagħda ġeografika tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein

    WARA LI QIESU r-rabtiet mill-qrib bejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera espressi permezz ta’ żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni bejn il-Prinċipalità ta' Liechtenstein u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

    WARA LI QIESU x-xewqa tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein li rispettivament iżomm u jistabbilixxi żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri mal-pajjiżi kollha ta' Schengen u għalhekk li jkun assoċjat ma' l- acquis ta' Schengen;

    BILLI l-Ftehim konkluż fit-18 ta’ Mejju 1999 mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja[22] assoċja lil dawn iż-żewġ Stati ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen;

    BILLI huwa mixtieq li l-Konfederazzjoni Żvizzera tkun assoċjata fuq livell ugwali għal dak ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen;

    BILLI għandu jiġi konkluż protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li jipprovdi lill-Prinċipalità ta’ Liechtenstein bid-drittijiet u l-obbligi simili għal dawk miftehma bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda u l-Iżlanda u n-Norveġja, u kif ukoll l-Iżvezja min-naħa l-oħra;

    BILLI d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dak it-Titolu ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mit-Trattat ta’ Amsterdam mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u billi d-deċiżjonijiet maħsuba li jiżviluppaw l- acquis ta’ Schengen fl-applikazzjoni ta’ dak it-Titolu li d-Danimarka ttrasponiet fil-liġi domestika jistgħu biss joħolqu obbligi ta’ liġi internazzjonali bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra.

    BILLI r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda jipparteċipaw f’ċerti dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen, f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda skond il-Protokoll li jintegra l- acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea u anness mit-Trattat ta’ Amsterdam mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[23].

    BILLI huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati li magħhom l-Unjoni Ewropea stabbiliet assoċjazzjoni għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen japplikaw ukoll dan l- acquis fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom.

    BILLI l-operat effettiv ta’ l- acquis ta’ Schengen jitlob li dan il-Protkoll jiġi applikat simultanjament mal-ftehimiet bejn il-partijiet varji assoċjati ma’ l- acquis ta’ Schengen, jew li qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tiegħu, li jirregolaw ir-relazzjonijiet reċiproċi ta’ bejniethom.

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll ta’ l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta’ talba għall-kenn politiku magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera

    FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM ir-rabta bejn l- acquis ta’ Schengen u l- acquis tal-Komunità dwar it-twaqqif ta’ kriterji u mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta’ talba għall-kenn politiku magħmula f’wieħed mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tas-sistema "Eurodac".

    BILLI din ir-rabta titlob li l- acquis ta’ Schengen jiġi applikat simultanjament ma’ l- acquis tal-Komunità dwar it-twaqqif ta’ kriterji u mekkaniżmi sabiex jiġi determinat l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta’ talba għall-kenn politiku magħmula f’wieħed mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tas-sistema “Eurodac”,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    F’konformità ma’ l-Artikolu 16 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein (minn hawn 'il quddiem "Liechtenstein") taċċedi għal dak il-ftehim bit-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll.

    Din l-adeżjoni toħloq drittijiet u obbligi reċiproki bejn il-Partijiet Kontraenti skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fiha.

    Artikolu 2

    1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen kif elenkati fl-Anness A u l-Anness B tal-Ftehim ta’ Assoċjazzoni kif japplikaw għall-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu implimentati u applikati mLiechtenstein taħt il-kundizzjonijiet previsti f'dawn l-Annessi.

    2. Minbarra dan, id-dispożizzjonijiet ta’ l-atti ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea elenkati fl-Anness għal dan il-Protokoll li ħadu post jew żviluppaw dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen għandhom jiġu implimentati u applikati minn Liechtenstein.

    3. L-atti u l-miżuri meħuda mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea li jemendaw jew jiżviluppaw id-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta' Schengen, li għalihom ġew applikati l-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, flimkien ma' dan il-Protokoll, għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, ikunu aċċettati, implimentati u applikati minn Liechtenstein.

    Artikolu 3

    Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 (1), (2), (3) u (4), 4, 5, 6, 8, 9, 10, 11 (2), (3) u (4), u l-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom japplikaw għal Liechtenstein.

    Artikolu 4

    Il-kariga ta' President tal-Kumitat Imħallat kif stabbilit mill-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandha, fuq il-livell ta’ l-esperti tinżamm mir-rappreżentat ta’ l-Unjoni Ewropea. Fuq il-livell ta’ uffiċjali għolja u Ministri hija għandha tinżamm b’alternanza, għal perjodi ta’ sitt xhur, minn rappreżentant ta’ l-Unjoni Ewropea u rappreżentant tal-Gvern ta’ Liechtenstein jew l-Iżvizzera.

    Artikolu 5

    1. L-adozzjoni ta’ atti jew ta’ miżuri ġodda li huma relatati mal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu riżervati għall-istituzzjonijiet kompetenti ta’ l-Unjoni Ewropea. Kundizzjonalment fuq il-paragrafu 2, tali atti jew miżuri għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod simultanju għall-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha konċernati u għal Liechtenstein, sakemm dawk l-atti jew miżuri ma jipprovdux espliċitament mod ieħor. F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkunsidrat kif inhu xieraq il-perjodu ta’ żmien indikat minn Liechtenstein fil-Kumitat Imħallat bħala meħtieġ sabiex ikun possibbli għalih li jwettaq l-obbligi kostituzzjonali tiegħu.

    2. (a) Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem “il-Kunsill” għandu jinnotifika lil Liechtenstein immedjatament dwar l-adozzjoni ta’ l-atti jew il-miżuri imsemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ġew applikati l-proċeduri stabbiliti f’dan il-Protokoll. Liechtenstein għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax jew le l-kontenut tagħhom u jekk ikunx se jimplimentahom fil-qafas legali intern tiegħu. Din id-deċiżjoni ser tkun notifikata lill-Kunsill u lill-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn 'il quddiem "il-Kummissjoni", fi żmien tletin jum mill-adozzjoni ta’ l-atti jew il-miżuri konċernati.

    (b) Jekk il-kontenut ta’ tali att jew miżura jkun jista’ jsir jorbot lil Liechtenstein biss wara t-twettiq ta’ l-obbligi kostituzzjonali, Liechtenstein għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’dan fil-mument tan-notifika. Liechtenstein għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba meta tkun wettqet il-ħtiġijiet kostituzzjonali kollha. Meta referendum ma jkunx meħtieġ, in-notifika għandha ssir 30 jum wara l-iskadenza tar-referendum. Meta jkun meħtieġ referendum, Liechtenstein ikollu 18-il xahar mid-data tan-notifika tal-Kunsill sabiex jagħmel in-notifika tiegħu. Mid-data stipulata għad-dħul fis-seħħ ta’ l-att jew miżura għal Liechtenstein u sakemm jagħti n-notifika li l-obbligi kostituzzjonali jkunu twettqu, Liechtenstein għandu, fejn ikun possibli, jimplimenta l-att jew il-miżura kkonċernata fuq bażi proviżorja.

    Jekk Liechtenstein ma jkunx jista’ jimplimenta l-att jew il-miżura kkonċernata fuq bażi proviżorja, u jekk dan jikkawża problemi li jfixklu l-operat tal-kooperazzjoni ta’ Schengen, is-sitwazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Kumitat Imħallat. L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea jistgħu jieħdu miżuri proporzjonati u xierqa kontra Liechtenstein sabiex jiżguraw li l-kooperazzjoni ta’ Schengen topera sewwa.

    3. Il-kunsens ta’ Liechtenstein għall-atti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 joħloq drittijiet u obbligi bejn Liechtenstein min–naħa l-waħda, u l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, safejn dawn huma marbutin minn dawn l-atti u l-miżuri, min-naħa l-oħra.

    4. Fejn:

    (a) Liechtenstein jinnotifika bid-deċiżjoni tiegħu li ma jaċċettax il-kontenut ta’ att jew miżura msemmija fil-paragrafu 2 u li għalih/a, il-proċeduri stabbiliti f’dan il-Ftehim ikunu ġew applikati; jew

    (b) Liechtenstein ma jagħmilx in-notifika tiegħu fl-iskadenza ta’ tletin jum kif stipulat fil-paragrafu 2(a) jew

    (c) Liechtenstein ma jagħmilx in-notifika tiegħu mhux aktar tard minn 30 jum wara l-egħluq ta’ l-iskadenza tar-referendum, jew, fil-każ ta’ referendum, fl-iskadenza ta' 18-il xahar stabbilita fil-paragrafu 2(b), jew ma jipprovdix għall-implimentazzjoni proviżorja kif maħsuba fl-istess subparagrafu mid-data mniżżla għad-dħul fis-seħħ ta’ l-att jew il-miżura kkonċernata.

    dan il-Protokoll għandu jitqies li jkun ġie terminat sakemm il-Kumitat Imħallat, wara li jkun eżamina bir-reqqa mezzi sabiex jitkompla l-Protokoll, ma jiddeċidix mod ieħor fi żmien disgħin jum. It-terminazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li jiskadi l-perjodu ta' disgħin jum.

    5. (a) Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ att jew miżura ġdida jkollhom l-effett li ma jħallux aktar lil Stat Membru milli jagħmel il-konformità soġġetta għat-talbiet għall-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali jew fl-għarfien ta’ ordnijiet minn Stati Membri oħra sabiex jiġu mfittxija postijiet u/jew konfiskati oġġetti ta’ evidenza soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 51 tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, Liechtenstein jista’ jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fi żmien tletin jum, kif hemm imniżżel fil-paragrafu 2, punt (a) li ma jkunx ser jaċċetta jew jimplimenta dawk id-dispożizzjonijiet fil-qafas legali intern fejn japplikaw għal talbiet ta’ tiftix u konfiska jew ordnijiet magħmula għall-fini ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati fil-qasam ta’ tassazzjoni diretta li, jekk isiru f'Liechtenstein, ma jkunux punibbli taħt il-liġi ta' Liechtenstein b'piena karċerarja. F’dak il-każ, dan il-Protokoll ma jkunx ikkunsidrat bħala mitmum, għall-kuntrarju ta' dak li hu stipulat mill-paragrafu 4.

    (b) Il-Kumitat Imħallat għandu jiltaqa’ fi żmien xahrejn wara t-talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu, u filwaqt li jikkunsidra żviluppi internazzjonali, għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni li tirriżulta minn notifika skond punt (a).

    Ladarba l-Kumitat Imħallat ikun laħaq ftehim unanimu dwar l-aċċettazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa mill-Iżvizzera tad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-att jew il-miżura l-ġdida, paragrafi 2, punt (b), 3 u 4 ikunu japplikaw. L-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-ewwel sentenza ta’ paragrafu 2, punt (b) għandha tiġi provduta fi żmien tletin jum minn meta jintlaħaq il-ftehim fil-Kumitat Imħallat.

    Artikolu 6[24]

    fit-twettiq ta' l-obbligu tiegħu fir-rigward ta' [referenza għall-istrumenti legali li jistabbilixxu s-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen u s-Sistema ta' l-Informazzjoni tal-Viżi], Liechtenstein jista' juża l-infrastruttura teknika ta' l-Iżvizzera għall-aċċess tiegħu għas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen u s-Sistema ta' l-Informazzjoni tal-Viżi.

    Artikolu 7

    Fir-rigward ta’ l-infiq amministrattiv marbut ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-protokoll, Liechtenstein għandu jagħti kontribut annwali lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ta’ 0.071% ta’ ammont ta’ EUR 8 100 000, suġġett għal aġġustament annwali li jirrifletti l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 8

    1. Dan il-Protokoll m'għandux jaffettwa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew kwalunkwe ftehim ieħor konkluż bejn il-Komunità Ewropea u Liechtenstein.

    2. Dan il-Protokoll m'għandux jaffettwa l-ftehimiet li jorbtu lil Liechtenstein minn naħa u wieħed jew aktar mill-Istati Membri min-naħa l-oħra, sa kemm dawn ikunu kompatibbli ma’ dan il-Protokoll. Jekk dawn il-ftehimiet ikunu inkompatibbli ma’ dan il-Protokoll, dan ta’ l-aħħar għandu jieħu l-preċedenza.

    3. Dan il-Ftehim m'għandu jaffettwa bl-ebda mod l-ebda ftehim futur konkluż ma' Liechtenstein mill-Komunità Ewropea, jew bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u Liechtenstein min-naħa l-oħra, jew ftehimiet konklużi abbażi ta’ l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    4. Dan il-Protokoll m'għandux jaffettwa l-ftehimiet bejn Liechtenstein u l-Iżvizzera safejn dawn ikunu kompatibbli ma' dan il-Protokoll. Jekk dawn il-ftehimiet ikunu inkompatibbli ma’ dan il-Protokoll, dan ta’ l-aħħar għandu jieħu l-preċedenza.

    Artikolu 9

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ xahar wara l-jum li fih is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, fil-kapaċità tiegħu ta’ depożitarju, ikun stabbilixxa li l-obbligi formali kollha jkunu ġew sodisfatti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti tal-kunsens minn, jew f’isem, il-Partijiet li jkunu ser jintrabtu minn dan il-Protokoll.

    2. L-Artikoli 1, 4 u 5 (2) (a) l-ewwel sentenza ta' dan il-Protokoll u d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 (1) (2) (3) u (4), 4, 5, u 6 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għandu japplika b'mod proviżorju għal Liechtenstein minn meta jiġi ffirmat dan il-Protokoll.

    3. Fir-rigward ta’ l-atti jew miżuri li jiġu adottati wara li jiġi ffirmat dan il-Protokoll, iżda qabel ma jidħol fis-seħħ, il-perjodu ta’ tletin jum li jissemma' fl-Artikolu 5(2)(a), l-aħħar sentenza għandu jibda jiskorri mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

    Artikolu 10

    1. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom jitpoġġew fis-seħħ minn Liechtenstein f'data li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Imħallat u wara li jkun issodisfa ruħu li l-prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti jkunu twettqu minn Liechtenstein.

    Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta’ l-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ikunu involuti fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen u l-atti msejsa fuqu jew li għandhom x’jaqsmu miegħu li fihom jipparteċipaw dawk l-Istati Membri.

    Il-Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw il-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li għalihom, skond it-Trattat ta' Adeżjoni, japplikaw biss xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi A u B għandhom ikunu involuti fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni safejn din tirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen li diġà japplikaw għalihom.

    2. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 1 għandha toħloq drittijiet u obbligi bejn Liechtenstein minn naħa, u, skond il-każ, l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, safejn dawn huma marbutin minn dawn id-dispożizzjonijiet, min-naħa l-oħra.

    3. Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat biss jekk il-Ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jrid jiġi konkluż minn Liechtenstein jiġu implimentati wkoll.

    4. Minbarra dan, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat biss jekk il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit liema hu l-Istat responsabbli li jeżamina talba għal kenn politiku mressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera ikun implimentat ukoll.

    Artikolu 11

    1. Dan il-Protokoll jista’ jiġi mitmum minn Liechtenstein jew mill-Iżvizzera jew b'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi bl-unanimità tal-Membri tiegħu. Id-depożitarju għandu jiġi mgħarraf dwar it-tmiem, li għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika.

    2. Fil-każ li jiġi mitmum dan il-Protokoll jew il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Iżvizzera jew il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fir-rigward ta' l-Iżvizzera, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u dan il-Protokoll jibqgħu fis-seħħ fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea minn naħa u Liechtenstein min-naħa l-oħra. F'dan il-każ, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lil Liechtenstein, dwar il-miżuri meħtieġa. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu jorbtu lil Liechtenstein biss jekk ikunu aċċettati minnu.

    3. Dan il-Protokoll għandu jitqies bħala mitmum jekk Liechtenstein itemm wieħed mill-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 13 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li ġew konklużi minn Liechtenstein jew il-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 10 (4).

    Artikolu 12

    Dan il-Protokoll għandu jitfassal fi tliet kopji biċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il- Gaelic (Irlandiż), il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

    B'xhieda ta' dan iffirmaw il-plenipotenzjarji sottoskritti.

    Magħmul fi...fil-...

    Anness mal-protokoll dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen.

    Liechtenstein għandu japplika l-atti segwenti mid-data stipulata mill-Kunsill skond l-Artikolu 10.

    - Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2007/2004/KE tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1);

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2133/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jittimbraw sistematikament id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u l-manwal komuni għal dan il-għan (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 5)

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-elementi bijometriċi fil-passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28.2.2005 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi tas-sigurtà u l-elementi bijometriċi fil-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (C(2005) 409 finali)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/211/JHA ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ ċerti funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44),

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/719/JHA tat-12 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 271 tal-15.10.2005, p. 54),

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/727/JHA tat-12 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 273 tad-19.10.2005, p. 25),

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/228/JHA tad-9 ta' Marzu 2006 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 81 tat-18.3.2006, p. 45),

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/229/JHA tad-9 ta' Marzu 2006 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 81 tat-18.3.2006, p. 46);

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/267/KE tas-16 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi Netwerk ta' l-Informazzjoni u l-Koordinazzjoni sikur ibbażat fuq l-internet għas-Servizzi ta' l-Istati Membri għall-Ġestjoni ta' l-Immigrazzjoni (ĠU L 83 ta' l-1.4.2005, p. 48)

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dan l-obbligu skond il-mekkaniżmu ta’ reċiproċità (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/451/JHA tat-13 ta' Ġunju 2005 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 158 tal-21.6.2005, p. 26)

    - Ir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward ta' l-aċċess għas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni għal vetturi (ĠU L 191 tat-22.7.2005, p. 18)

    - Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 għall-iffaċilitar tal-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi uniformi għal perjodu qasir għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità bil-għan li jwettqu riċerka xjentifika (ĠUL 289 tat-3.11.2005, p. 23)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/728/JHA tat-12 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 273 tad-19.10.2005, p. 26)

    - Ir-Regolament (KE) Nru 2046/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri maħsuba għall-iffaċilitar tal-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi għall-membri tal-familja Olimpika li jkunu qed jieħdu sehem fil-logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku ta’ l-2006 f’Turin (ĠU L 334, ta' l-20.12.2005, p. 1)

    - Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni li jaqsmu l-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105 tat-13.4.2006, p.1)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/440/KE ta' l-1 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Anness 12 ta' l-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni u l-Anness 14a tal-Manwal Komuni dwar il-ħlasijiet li jinżammu u li jikkorrispondu ma' l-ispejjeż amministrattivi ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-viżi (ĠU L 175 tad-29.6.2006, p. 77)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/628/KE) ta' l-24 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 256 ta' l-20.9.2006, p. 15)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/631/JHA ta' l-24 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/211/JHA dwar l-introduzzjoni ta' ċerti funzjonijiet ġodda tas-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 256 ta' l-20.9.2006, p. 18)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2006/648/KE) tat-22 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi relatati ma' l-iżvilupp tas-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viżi (notifikata taħt in-numru tad-dokument C(2006) 3699), (ĠU L 267 tas-27.9.2006, p.41 u l- corrigendum ĠU L 271 tat-30.9.2006, p. 85)

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2006/684/KE) tal-5 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Anness 2, Skeda A, għall-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni dwar l-obbligi tal-viża għal dawk li jkollhom passaporti diplomatiċi u tas-servizz ta' l-Indoneżja (ĠU L 208 tat-12.10.2006, p. 29)

    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti:

    Dikjarazzoni konġunta tal-Partijiet kontraenti dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea:

    Il-Partijiet Kontraenti jikkunsidraw li se jiġu konklużi aktar arranġamenti għall-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera u Liechtenstein ma' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea fuq l-eżempju ta' l-arranġamenti miftiehma man-Norveġja u l-Iżlanda.

    Dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet kontraenti dwar l-Artikolu 23 (7) tal-Konvenzjoni tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali bejn l-Istati Membri ta’ L-Unjoni Ewropea

    Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li Liechtenstein jista', kundizzjonalment fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23(1)(c) tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, fiċ-ċirkostanzi ta’ każ partikolari, jitlob li, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ottjena l-kunsens tas-suġġett tad- data , id- data personali ma tintużax għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1)(a) u (b) mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ Liechtenstein fil-proċeduri li fihom Liechtenstein ikun seta' jirrifjuta jew jirrestrinġi t-trażmissjoni jew l-użu ta’ data personali taħt il-Konvenzjoni jew l-istrumenti msemmija fl-Artkolu 1 tagħha.

    Jekk, f’każ partikolari, Liechtenstein jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal talba minn Stat Membru in skond id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu bil-kitba.

    Dikjarazzjonijiet oħra:

    Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea u Liechtenstein dwar ir-relazzjonijiet esterni

    Il-Komunità Ewropea u Liechtenstein jaqblu li l-Komunità Ewropea timpenja ruħha sabiex tinkoraġġixxi lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li magħhom tikkonkludi Ftehimiet f’oqsma marbuta mal-kooperazzjoni ta' Schengen sabiex jikkonkludu ftehimiet simili mal-Prinċipalità ta' Liechtenstein, bla ħsara għall-kompetenza ta’ dan ta’ l-aħħar li jikkonkludi ftehimiet bħal dawn.

    Dikjarazzjoni minn Liechtenstein dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali

    Liechtenstein jiddikjara li reati tat-tassazzjoni li jkunu qed jiġu investigati mill-awtoritajiet ta' Liechtenstein ma jistgħux iwasslu għal appell quddiem qorti kompetenti inter alia li tisma' kwistjonijiet kriminali.

    Dikjarazzjoni minn Liechtenstein dwar l-Artikolu 5 (2)(b) (Il-limitu ta’ żmien biex jiġu aċċettati żviluppi ġodda fl- acquis ta’ Schengen)

    Il-perjodu massimu ta’ 18-il xahar stabbilit mill-Artikolu 5(2)(b) jkopri kemm l-approvazzjoni u kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ l-att jew tal-miżura. Huwa jinkludi dawn l-istadji li ġejjin:

    - l-istadju ta' tħejjija

    - il-proċedura parlamentari

    - il-limitu ta' żmien ta' 30 jum għal referendum

    - fejn ikun applikabbli, ir-referendum (organizzazzjoni u votazzjoni)

    - l-approvazzjoni tal-prinċep renjanti.

    Il-Gvern ta' Liechtenstein għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta jitlesta kull wieħed minn dawn l-istadji.

    Il-Gvern ta' Liechtenstein jimpenja ruħu li juża kull mezz possibli sabiex jiżgura li l-istadji hawn fuq imsemmija jitlestew malajr kemm jista’ jkun.

    Dikjarazzjoni minn Liechtenstein dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni

    Liechtenstein jimpenja ruħu li ma jinvokax ir-riżervi u d-dikjarazzjonijiet magħmula meta rratifika il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni fit-13 ta’ Diċembru 1957 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali fl-20 ta’ April 1959 safejn dawn huma kompatibbli ma’ dan il-Ftehim.

    Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea dwar il-Fond tal-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013:

    Il-Komunità Ewropea bħalissa qed tistabbilixxi Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013, li għalihom għandhom jiġu konklużi aktar arranġamenti ma' pajjiżi terzi assoċjati ma' l- acquis ta' Schengen.

    Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trażmissjoni tal-proposti

    Meta tkun qiegħda tressaq proposti li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-Ftehim lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tressaq kopji ta’ dawn il-proposti lil Liechtenstein.

    Parteċipazzjoni f'Kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha:

    Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fl-1 ta' Ġunju 2006 sabiex jiftaħ in-negozjati mar-Repubblika ta' l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein bil-għan li jiġi konkluż ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn ta' l-aħħar max-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha fir-rigward ta' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen.

    Sakemm jiġi konkluż ftehim bħal dan, il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Żvizzera dwar il-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-poteri eżekuttivi tagħha tapplika għal Liechtenstein filwaqt li jittieħed f'kunsiderazzjoni li f'dak li jikkonċerna lid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali u l-moviment ħieles ta' din id- data , il-parteċipazzjoni ta' Liechtenstein hija stipulata mill-Artikolu 100 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    DIKJARAZZJONI KOMUNI DWAR LAQGħAT KONġUNTI

    Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet ta’ l-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropa,

    Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja,

    Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera,

    Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-gvern tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein,

    Jikkunsidraw li Liechtenstein qed jaċċedi għall-Kumitat Imħallat stabbilit mill-ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta' l-Iżvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen permezz ta' protokoll ma' dan il-ftehim.

    Iddeċidew li jorganizzaw il-laqgħat tal-Kumitati Mħallta, stabbiliti mill-ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen minn naħa u l-ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen kif ikkumplimentat mill-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni ta' Liechtenstein, min-naħa l-oħra, b'mod konġunt, indipendentement mil-livell tal-laqgħa.

    Jikkunsidraw li ż-żamma ta' dawn il-laqgħat b'mod konġunt jitlob arranġament pragmatiku fir-rigward ta’ l-uffiċċju tal-presidenza għal dawn il-laqgħat meta dik il-presidenza jkollha timtela mill-Istati assoċjati skond il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen kif ikkumplimentat mill-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni ta' Liechtenstein jew mal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen.

    Jikkunsidraw ix-xewqa ta’ l-Istati assoċjati li jċedu, kif inhu meħtieġ, l-eżerċizzju tal-presidenzi tagħhom u jirrotawh bejniethom fl-ordni alfabetika skond l-isem mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen u mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll dwar l-assoċjazzjoni ta' Liechtenstein.

    Magħmula fi fil-

    [1] Fl-istess jum il-Komunità Ewropea ffirmat Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta’ talba għar-rifuġju magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (il-“Ftehim ta’ Dublin/Eurdac ma’ l-Iżvizzera”).

    [2] Flimkien ma’ l-abbozz tal-protokoll dwar l-adeżjoni tiegħu għall-Ftehim ta’ Dublin/Eurodac ma’ l-Iżvizzera u l-abbozz tal-protokoll dwar il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-ftehim dwar Dublin/Eurodac ma’ l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

    [3] Artikolu 5(5) a tal-Protokoll

    [4] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 31.

    [5] ĠU L 131, 01.06.2000, p. 43

    [6] ĠU L 064, 07.03.2002, p. 20

    [7] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 17.

    [8] ĠU C […], […], p. […].

    [9] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 31.

    [10] ĠU L 131, 01.06.2000, p. 43

    [11] ĠU L 064, 07.03.2002, p. 20

    [12] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 17.

    [13] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 31.

    [14] ĠU L 131, 01.06.2000, p. 43

    [15] ĠU L 064, 07.03.2002, p. 20

    [16] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 17.

    [17] ĠU C […], […], p. […].

    [18] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 31.

    [19] ĠU L 131, 01.06.2000, p. 43

    [20] ĠU L 064, 07.03.2002, p. 20

    [21] ĠU L 176 ta’ l-10.7.1999, p. 17.

    [22] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

    [23] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43, u ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    [24] Jekk l-istrumenti legali SIS u VIS ma jiġux adottati qabel l-iffirmar tal-protokoll, dan l-artikolu jkun jaqra hekk: fit-twettiq ta' l-obbligu tiegħu fir-rigward ta' l-istrumenti legali li jistabbilixxu s-Sistema ta' l-Informazzjoni ta' Schengen II u s-Sistema ta' l-Informazzjoni tal-Viżi, Liechtenstein jista' juża l-infrastruttura teknika ta' l-Iżvizzera għall-aċċess tiegħu għal dawn is-sistemi.

    Top