This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0555
Proposal for a Council Decision authorising the United Kingdom to introduce a special measure derogating from Article 21(1)(a) of Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 21(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (turnover)
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 21(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (turnover)
/* KUMM/2006/0555 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Renju Unit jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 21(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (turnover) /* KUMM/2006/0555 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.9.2006 KUMM(2006) 555 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lir-Renju Unit jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 21(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat (turnover) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunwke Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali għal deroga minn din id-Direttiva, biex tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tat-taxxa jew biex ma jħallux ċertu tipi ta' evażjoni fiskali. Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-10 ta’ Frar 2006, ir-Renju Unit talab awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżura li tidderoga mill-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE. B’konformità ma’ l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri fit-18 ta’ Lulju 2006 dwar it-talba magħmula mir-Renju Unit. B’ittra li ġġib id-data tad-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba. | Il-kuntest ġenerali Bħala regola ġenerali, l-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) ta’ l-imsemmija Direttiva, jistipula li taħt is-sistema interna, il-persuna taxxabbli li tforni l-prodotti jew is-servizzi hija normalment responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lit-teżor. Ir-Renju Unit jixtieq japplika proċedura tal-ħlas invertit (reverse charge) b'tali mod li l-persuna taxxabli, li tirċievi l-oġġetti ssir responsabbli li tħallas il-VAT lit-teżor meta tiġi fornuta bl-oġġetti li ġejjin: Mowbajls Ċipep/mikroproċessuri/unitajiet għall-ipproċċessar ċentrali (CPU) tal-kompjuters Mezz ta’ ħżin elettroniku li jintuża ma’ kompjuters jew kwalunkwe apparat tat-telefonija mobbli jew mezzi elettroniċi speċifikati. Apparat elettroniku użati għall-ħżin, l-ipproċessar jew l-irrekordjar ta’ data elettronika bħal kameras u camcorders diġitali li jinżammu fl-idejn, audio players diġitali li jinżammu fl-idejn, bħall-MP3 players, video players diġitali li jinżammu fl-idejn u DVD players portabbli, apparat bla wajer li jipprovdu aċċess għall-e-mail, it-telefown, il-messaġġi bit-test, l-ibbrawżjar fuq l-internet u aċċess bla wajer għal data oħra, kompjuters li jinżammu fl-idejn, apparat ta’ pożizzjonament li jinżammu fl-idejn jew portabbli għal sistemi ta' navigazzjoni satellitari, consoles tal-logħob bi skrin, jew ta’ tip użat ma’ televixin jew kompjuter. Il-konsegwenza ta’ miżura bħal din tkun li l-prezz imħallas mill-klijent lill-fornitur għal prodotti bħal dawn ma jkunx jinkludi ammont fir-rigward tal-VAT. Minflok, il-klijent ikollu jħallas il-VAT fuq il-provvista fid-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħu. Skond ir-regoli normali, ikollu wkoll inaqqas din il-VAT mill-istess dikjarazzjoni. B’hekk ma titħallas l-ebda taxxa fuq provvisti bħal dawn bejn persuni għal kollox taxxabbli, u għalhekk ikun il-bejjiegħ bl-imnut, il-ħolqa aħħarija fil-katina tal-provvista, li kieku jħallas l-ammot totali tal-VAT lit-teżor. B’dan il-mod, ir-Renju Unit jixtieq jidderoga minn wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-VAT: is-sistema tal-ħlas imqassam fejn kull persuna taxxabbli fil-katina tal-provvista tħallas parti mill-VAT finali li jkun dovut fuq il-provvista. Il-problema tal-frodi fir-Renju Unit Il-provvisti tal-prodotti msemmija hawn fuq taw lok għal rata għolja ta’ evażjoni fiskali fir-Renju Unit. L-aktar forma komuni ta’ evażjoni tikkonsisti fil-ħruġ ta’ fattura għal provvisti minn fornitur li huwa rreġistrat għall-VAT li però imbagħad igħib mingħajr ma jħallas taxxa. Meta jagħmel hekk, xorta waħda jagħti fattura valida tal-VAT lill-klijent, u b’hekk jippermetti lil dan ta' l-aħħar jirkupra l-VAT imdaħħla fil-fattura. Ir-riżultat huwa li t-teżor ma jirċevix il-VAT fuq il-provvista, iżda jkollu jagħti lin-negozjant li jmiss fil-katina l-kreditu għall-VAT imdaħħal daqs li kieku kienet tħallset. Din żviluppat f’Missing Trader Intra-Community Fraud (MTIC) (Frodi Intra-Komunitarja b’Negozjant Nieqes), li hija attakk sofistikat għall-aħħar u organizzat sew, kemm-il darba mwettaq mill-kriminalità organizzata. Jisfrutta opprtunità mogħtija mis-sistema tranżitorja tal-VAT, li fiha il-provvisti minn fornitur fi Stat Membru wieħed lil klijent fi Stat Membru ieħor ma jkollhomx VAT fl-Istat tal-konsenja. Minflok, il-klijent jagħti kont tal-VAT fl-Istat tal-wasla (ħlas invertit ta’ dan it-tip diġà deskritt, iżda limitat għal provvista waħda). Meta l-klijent igħib mingħajr ma jħallas VAT fuq il-provvista ta’ oġġetti ta’ valur għoli bħal dawk li huma s-suġġett tat-talba preżenti, jista’ jkun sinifikanti t-telf tad-dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, il-persuni li jwettqu din it-tip ta’ frodi sikwit jorganizzaw sensiela ta’ provvisti fejn l-istess merkanzija jistgħu jiċċirkolaw bosta drabi bejn l-Istati Membri (dak li jissejjaħ frodi karużell). B’dan il-mod, l-ammont mitluf mit-teżor jista’ jkun ta’ ħafna drabi aktar l-ammont ta’ taxxa fuq provvista waħda ta' merkanizja. Il-frodi ta’ dan it-tip hija stmata li swiet lir-Renju Unit bejn between GBP 6,750 miljun and GBP 11,000 miljun mill-2001. Fi snin riċenti, ir-Renju Unit ra żieda sinifikanti fis-sofistikazzjoni u l-kumplessità tal-frodi, b’reazzjoni għal varji interventi. L-aħħar stima ppubblikata turi li l-frodi MTIC ammontat għal bejn GBP 1,120 miljun and GBP 1,900 miljun fl-2004/05. Madankollu, dan l-aħħar indikaturi operattivi fir-Renju Unit jissuġġerixxu li l-livelli ta’ l-attività frawdolenta qed jiżdiedu, minkejja sforzi akbar biex tiġi affrontata din it-tip ta’ frodi u l-użu ta’ l-istrumenti disponibbli għall-Istati Membri kollha fi ħdan il-leġiżlazzjoni Komunitarja. Sabiex tiġi miġġielda din l-attività kriminali, il-Gvern tar-Renju Unit jixtieq japplika proċedura ħlas invertit Fil-fehma tiegħu, proċedura bħal din telimina l-frodi deskritta fuq billi tneħħi l-opportunità għall-qliegħ. Jekk ma tinżamm l-ebda VAT, m'hemm l-ebda skop għan-negozjant 'nieqes' potenzjali li jaħrab mingħajr ma jħallas lit-teżor għall-element tal-VAT tal-prezz li jkun irċieva mingħand il-konsumatur. Din il-proċedura tkun ristretta għall-firxa ta’ merkanizja identifikata bħala l-oġġett ta’ bosta mill-każi ta’ frodi MITC u jkollha l-effett li żżomm milli jkun hemm aktar telf sinifikanti ta’ dħul mit-taxxa. Billi hija ristretta għal firxa dejqa ta’ oġġetti, is-sistema proposta ma jkollhiex il-karattru ta’ mekkaniżmu ġeneralizzat ta’ ħlas invertit, u lanqas ma jkollha l-għan li ssir hekk. Is-sistema għalhekk ma ġġib l-ebda bidla fundamentali għas-sistema kurrent tal-VAT, ibbażata fuq is-sistema tal-ħlas imqassam tat-taxxa. Fl-istess waqt, ir-Renju Unit jintroduċi wkoll obbligi ta’ kontroll u rappurtar sabiex jiżgura illi l-informazzjoni tkun disponibbli sabiex tipprovdi assigurazzjoni lill-awtoritajiet tat-Taxxi Interni li l-miżura qed taħdem b'mod effettiv. Dawn jistgħu jkunu simili għar-rekwiżiti kurrenti ta’ rappurtaġġ għall-provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti. Għall-għanijiet tas-simplifikazzjoni, ir-Renju Unit jixtieq jistabbilixxi livell ta’ GBP 1,000 (madwar €1,480) li taħtu l-provvisti ma jkunux soġġetti għall-ħlas invertit. Dan itaffi diffikultajiet potenzjali għall-bejjiegħa bl-imnut u l-klijenti tan-negozji ż-żgħar. Fl-istess ħin, il-livell għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jevita li l-bejgħat jinqasmu sabiex jiġi evitat l-ħlas invertit. Il-fehma tal-Kummissjoni dwar it-talba Meta l-Kummissjoni tirċievi talbiet skond l-Artikolu 27, din teżamina dawn it-talbiet biex tiżgura li l-kundizzjonijiet bażiċi biex jintlaqgħu dawn it-talbiet ikunu sodisfatti, jiġifieri, jekk il-miżura speċifika proposta tissimplifikax il-proċeduri għall-persuni taxxabbli jew l-amministrazzjoni tat-taxxa jew jekk il-proposta tipprevjenix ċerti tipi ta’ evażjoni tat-taxxa jew nuqqas li din titħallas. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni dejjem imxiet b’mod kawt biex tiżgura li d-derogi ma jxekklux it-tħaddim tas-sistema ġenerali tal-VAT. Kien f’dan il-kuntest li għamlet il-proposta[1] fl-2005 bl-iskop li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta’ ċerti miżuri biex jissimplifikaw il-proċedura biex tiġi ddebitata t-taxxa fuq il-valur miżjud u biex jgħinu fit-trażżin ta' l-evażjoni fiskali, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jagħtu derogi li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw derogi li wrew li huma utli u effettivi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni s-soltu toqgħod lura milli tipproponi li tiġi aċċettata talba biex jiġi applikat il-ħlas invertit, minħabba li miżura bħal din telimina karatteristika ċentrali tas-sistema tal-VAT, jiġiferi l-ħlas imqassam. Huwa minnu li l-iskema speċjali għad-deheb ipprovduta fl-Artikolu 26b tas-Sitt Direttiva dwar il-VAT tista’ tiġi deskritta bħala ħlas invertit stabbilit. Madankollu, l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija mmirata bir-reqqa u llimitata fl-ambitu u fid-daqs. Konklużjoni It-talba mir-Renju Unit tipprova tuża l-Artikolu 27 sabiex tagħmel bidla fundamentali fis-sistema tal-VAT fis-sens ta’ ħlas invertit ġeneralizzat, anki jekk limitat għal ċerta firxa ta' oġġetti. Dan ifisser ukoll li l-persuni taxxabbli effettivament ikollhom japplikaw tliet tipi differenti ta’ sistemi tat-taxxa: Is-sistema “klassika” tal-VAT Is-sistema ta’ l-inverżjoni tal-ħlas għal provvisti B2B fejn ikunu sodisfatti ċerti kriterji Is-sistema intra-Komunitarja Dan iżid saff ieħor ta’ diffikultà mal-piżijiet ta’ kontabilità li diġà jħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji. Bl-istess mod, jiġu imposti fuq in-negozji aktar piżijiet ta’ osservanza (il-verifika tan-natura tal-klijenti u r-rappurtar tat-tranżazzjonijiet), inkluż fuq negozjanti onesti li jkunu qed joperaw fl-oqsma kkonċernati. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-ħlas invertit toffri opprtunitajiet ta’ frodi ġodda, speċjalment fuq il-livell tal-konsum aħħari u b'hekk tkun trid tiġi akkumpanjata minn miżuri ta’ kontroll xierqa sabiex jiġi ggarantit li l-konsum aħħari ma jevadix it-tassazzjoni fin-nuqqas ta’ sistema ta’ ħlas imqassam li tkun qed taħdem kif suppost. Filwaqt li tagħraf dawn l-iżvantaġġi, il-Kummissjoni madankollu temmen li t-talbiet jistgħu jitqiesu bħala li jissodisfaw il-prova meħtieġa mill-Artikolu 27. Il-miżura fil-fatt x'aktarx tista’ telimina s-sitwazzjonijiet ta’ frodi MTIC li għaddejjin bħalissa u b’hekk tindirizza tip speċifiku ta’ frodi. Madankollu tqum il-kwistjoni dwar safejn l-miżura tibqa' proporzjonali fir-rigward tar-relazzjoni bejn id-daqs tal-frodi u l-attività mhux frawdolenti fis-settur ikkonċernat. L-ambitu tal-miżura huwa relattivament wiesa’, u jkopri proporzjon kbir tas-settur elettroniku, iżda skond l-informazzjoni li waslet mir-Renju Unit, l-għadd ta’ persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati minn din il-miżura u l-importanza ekonomika ta’ l-attivitajiet tagħhom jibqgħu limitati (xi 22,500 persuna taxxabbli minn total ta’ 1,900,000 negozju rregistrat għall-VAT). Fid-dawl ta’ l-ammonti enormi ta’ dħul mill-VAT ikkonċernati, u ż-żieda relattivament limitata fil-piżijiet għall-kummerċ leġittimu, ambitu wiesa' ta' applikazzjoni xorta waħda jidher li jibqa’ fl-ambitu ta' l-Artikolu 27. Fl-istess waqt, ta’ min wieħed jirrikonoxxi li Stati Membri oħra jesperjenzaw attivitajiet frawdolenti simili (li jinvolvu l-istess kategoriji jew tipi oħra ta' oġġetti) u dawn jistgħu jfittxu derogi simili mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva. Dan jista’ jirriżulta f’varjetà ta’ obbligi differenti għal min iħallas it-taxxa fi Stati Membri differenti, sitwazzjoni li tista’ tikkonfliġġi mar-rekwiżiti għal Suq Intern li jaħdem sew. Għalhekk, il-proposta li tagħti d-deroga mitluba trid ukoll tiddefinixxi l-elementi ewlenin ta’ l-implimentazzjoni tal-ħlas invertit u għandha tillimita t-tul tagħha sabiex tippermetti evalwazzjoni ta’ l-effettività tagħha (sew fir-rigward tal-frodi MTIC sew fil-prevenzjoni tal-konsum aħħari mingħajr ħlas ta’ VAT) u l-impatt tagħha fuq it-tħaddim tas-Suq Intern. Il-proposta tippermetti l-awtorizzazzjoni tal-ħlas invertit sal-31 ta’ Diċembru 2009. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. | Konsistenza ma’ politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Il-proposta hija konsistenti ma’ l-għan aħħari li l-Istati Membri jiġu megħjuna jiġġieldu l-frodi fiskali. | 2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Mhux rilevanti. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Il-proposta għal Deċiżjoni għandha l-għan li tiġġieled l-evażjoni tal-VAT u x’aktarx ikollha impatt pożittiv fuq id-dħul mill-VAT. Madankollu, il-miżura se jkollha impatt negattiv fuq in-negozji minħabba li l-arranġamenti se jkunu differenti minn dawk li japplikaw għall-provvisti normali ta’ oġġetti. Dan se jdaħħal il-kumplessità fil-kontabilità għan-negozji li ma jaħdmux esklussivament l-oġġetti li huma s-soġġett għad-deroga. Il-mekkaniżmi ta’ kontroll previsti sejrin ukoll jimponu obbligi addizzjonali fuq is-settur tan-negozju kkonċernat. Huwa għalhekk ċar illi d-deroga ma tgħaddix mill-prova tas-simplifikazzjoni pprovduta mill-Artikolu 27 u tidħol biss fl-ambitu tal-prevenzjoni ta’ tipi speċifiċi ta’ evażjoni. Ovvjament m’hemm l-ebda garanzija li l-miżura prevista mir-Renju Unit sejra telimna l-frodi in kwistjoni, u din hi r-raġuni għala l-Kummissjoni qed tipproponi medda qasira ta’ żmien għad-deroga. Filwaqt li l-impatt tal-miżura se jkun f’kull każ limitat minħabba l-ambitu tagħha, l-effettività tal-miżura sejra tiġi evalwata mir-Renju Unit u kkomunikata lill-Kummissjoni. | 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Awtorizzazzjoni għar-Renju Unit biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE fir-rigward ta' l-użu ta' mekkaniżmu ta’ ħlas invertit għal provvisti domestiċi ta' mowbajls, ċipep/mikroproċessuri tal-kompjuter, mezzi ta' ħżin elettroniku u mezzi elettroniċi li jinżammu fl-idejn użati għall-ħżin, l-ipproċessar jew ir-rekordjar ta’ data elettronika. | Il-bażi legali L-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. | Din id-Deċiżjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru fuq talba tiegħu stess u ma timplika l-ebda obbligu. | Minħabba l-ambitu ddefinit b’mod ċar tad-deroga, il-miżura speċjali tidher li hija proporzjonata ma’ l-għan li għandu jinkiseb meta jitqiesu l-iskala u d-daqs tat-telf ikkonċernat. | Għażla ta’ strumenti | Strumenti proposti: oħra. | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Skond l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta' taxxi fuq il-fatturat, deroga mir-regoli komuni tal-VAT hija biss possibbli bl-awtorità tal-Kunsill bi qbil unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni. Deċiżjoni tal-Kunsill hija l-uniku strument addattat billi tista’ tiġi indirizzata lil Stat Membru individwali. | 4) IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT | Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni negattiva għall-baġit Komunitarju. | 5) TAGħRIF ADDIZZJONALI | Klawżola ta' eżami/reviżjoni/estinzjoni | Il-proposta tinkludi klawżola ta' estinzjoni. | Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lir-Renju Unit jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 21(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat ( turnover ) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-fatturat - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud; bażi uniformi ta’ valutazzjoni [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Billi: (1) Permezz ta’ ittra rreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Frar 2006, ir-Renju Unit talab awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward tal-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). (2) Skond l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra b’ittra tat-18 ta’ Lulju 2006 bit-talba magħmula mir-Renju Unit. B’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit li kellha l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex tivvaluta t-talba. (3) Il-persuna repsonabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), skond l-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) ta’ l-imsemmija Direttiva, huwa l-persuna taxxabbli li jforni l-oġġetti. L-għan tad-deroga mitluba mir-Renju Unit huwa biex titqiegħed ir-responsabbiltà fuq il-persuna taxxabbli li ssirilha l-provvista, iżda biss taħt ċerti kundizzjonijiet u esklussivament fil-każ ta’ mowbajls, ċipep/mikroproċessuri tal-kompjuter, mezzi għall-ħżin elettroniku u mezzi elettroniċi li jinżammu fl-idejn użati għall-ħżin, l-ipproċessar jew l-irrekordjar ta’ data elettronika. (4) F’dak is-settur, għadd sinifikanti ta’ negozjanti jevadu t-taxxa billi ma jħallsux il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa wara li jkunu biegħu l-prodotti. Il-klijenti, madankollu, billi jkollhom f’idejhom fattura valida, jibqgħu intitolati għal tnaqqis tat-taxxa. Fl-aktar forma aggressiva ta’ din l-evażjoni, l-istess oġġetti, permezz ta' skema 'karużell’, jiġu fornuti bosta drabi mingħajr ħlas ta’ VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa. Meta jiġi deżinjat ir-riċevitur bħala l-persuna responsabbli għall-VAT fil-każijiet imsemmija hawn fuq, id-deroga tneħħi l-oppurtunità biex wieħed jidħol għal dik il-forma ta’ evażjoni fiskali. Madankollu, ma taffettwax il-VAT dovuta. (5) Sabiex ikun żgurat it-tħaddim effettiv tad-deroga u ma jitħallhiex li l-evażjoni fiskali titmexxa lejn prodotti oħra jew lejn il-livell tal-bejgħ bl-imnut, ir-Renju Unit għandu jintroduċi obbligi xierqa ta' kontroll u rappurtar. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bil-miżuri speċifiċi adottati, u bil-monitoraġġ u l-evelwazzjoni kumplessiva tat-tħaddim tad-deroga. (6) Il-miżura hi proporzjonata ma’ l-għanijiet li jridu jinkisbu minħabba li m’hijiex maħsuba li tapplika b’mod ġenerali, imma biss għal settur ta’ riskju għoli li jinkludi prodotti ddefiniti bir-reqqa li fil-konftont tagħhom l-iskala u d-daqs ta' l-evażjoni fiskali rriżultat f’telf konsiderevoli ta’ dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, billi s-settur huwa wieħed żgħir, id-deroga ma tistax titqies bħala ekwivalenti għal miżura ġenerali. (7) L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida biss għal perjodu qasir, għaliex ma jistax jiġi aċċertat b’ċertezza li l-għanijiet tal-miżura se jintlħaqu, u lanqas ma jista’ wieħed ibassar minn qabel l-impatt tal-miżura fuq il-mod kif taħdem is-sistema tal-VAT fir-Renju Unit u fi Stati Membri oħra; barra minn hekk, l-impatt tal-miżura u l-implimentazzjoni tagħha fuq it-tħaddim tas-suq intern se jkollu jiġi vvalutat b’mod xieraq. (8) Id-deroga ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi Komunitarji proprji li jirriżultaw mill-ġbir tal-VAT ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 B’deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, fil-verżjoni stipulata fl-Artikolu 28(g) tagħha, ir-Renju Unit huwa awtorizzat jinnomina l-persuna taxxabli li qed tirċievi provvisti tal-prodotti li ġejjin, bħala l-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT.): (1) mowbajls, bħala mezzi magħmula jew adattati għall-użu f’konnessjoni ma’ netwerk liċenzjat u operat fuq frekwenzi speċifikati, kemm jekk ikollhom u kemm jekk ma jkollhomx kwalunkwe użu ieħor; (2) mezzi b’ċirkwit integrat bħal mikroproċessuri u unitajiet għall-ipproċessar ċentrali fi stat qabel ma jiġu integrati fi prodotti għall-utent aħħari; (3) mezzi ta’ ħzin elettroniku u kards tal-PC, bħal Stikek tal-Memorja, kards CD-Rom & SD, għall-użu ma’ kompjuters jew ma’ kwalunkwe mezz imsemmi fil-punti (1) sa (4); (4) mezzi elettroniċi użati għall-ħżin, l-ipproċessar jew l-irrekordjar ta’ data elettronika bħal (a) mezzi li jinżammu fl-idejn għar-rekordjar jew għad-daqq u s-smigħ jew biex jittellgħu u jintwerew l-istampi; (b) audio players diġitali li jinżammu fl-idejn, bħal MP3 players ; (c) video players diġitali u DVD players portabbli li jinżammu fl-idejn (d) mezzi bla wajer li jipprovdu aċċess għall- e-mail , it-telefown, il-messaġġi bit-test, l-ibbrawżjar fuq l-internet u aċċess bla wajer għal data oħra (e) mezzi ta’ pożizzjonament li jinżammu fl-idejn jew portabbli għal sistemi ta' navigazzjoni satellitari, (f) consoles tal-logħob bi skrin, jew ta’ tip użat ma’ televixin jew kompjuter. Din id-deroga għandha tapplika għal provvisti ta’ oġġetti li għalihom l-ammont taxxabbli huwa ta’ GBP 1 000 jew aktar. Artikolu 2 Id-deroga pprovduta fl-Artikolu 1 hija soġġetta għar-Renju Unit li jintroduċi obbligi xierqa ta' kontroll u rappurtar fuq il-persuni taxxabbli li jfornu oġġetti li japplika għalihom l-ħlas invertit skond din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Ir-Renju Unit għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fejn adotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 u 2 u sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni dwar l-evelwazzjoni kumplessiva tat-tħaddim tal-miżuri kkonċernati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-effettività tal-miżura u kull evidenza taċ-ċaqliq ta’ l-evażjoni fiskali lejn prodotti oħra jew lejn il-livell tal-bejgħ bl-imnut. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2009. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] COM (2005) 89 tas-16.3.2005 adottat bħala d-Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9) [2] ĠU L 145, 13.6.1977, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/69/KE (ĠU L 221, 12.8.2006, p. 9). [3] ĠU C […], […], p. […].