EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0479

Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità - Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja {SEG(2006) 1093} {SEG(2006) 1094}

/* KUMM/2006/0479 finali - COD 2006/0163 */

52006PC0479

Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità - Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja {SEG(2006) 1093} {SEG(2006) 1094} /* KUMM/2006/0479 finali - COD 2006/0163 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.9.2006

KUMM(2006) 479 finali

2006/0163 (COD)

Implimentazzjoni tal-Programm ta’ Liżbona tal-Komunità Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja

(preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2006) 1093}{SEG(2006) 1094}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta F’Ewropa kkaratterizzata bil-bidla ekonomika u teknoloġika mgħaġġla u popolazzjoni li qed tixjieħ, it-tagħlim tul il-ħajja sar neċessità. Il-bżonn ta’ tiġdid tat-tagħrif, ħiliet u kompetenzi taċ-ċittadini huwa kruċjali għall-kompetittività ta' l-UE u l-koeżjoni soċjali. It-tagħlim tul il-ħajja, madankollu, huwa komplikat bin-nuqqas ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet/dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ fuq livelli differenti u f'pajjiżi differenti. Il-barrieri li jirriżultaw ifixklu liċ-ċittadini individwali milli jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ u milli jikkombinaw il-kwalifiki minn istituzzjonijiet differenti. Jagħmluha diffiċli għaċ-ċittadini li jimxu fi ħdan is-suq tax-xogħol Ewropew u li jsegwu tagħlim tul il-ħajja ġenwin u permezz tal-livelli kollha ta' l-edukazzjoni u taħriġ u billi jużaw tagħlim formali, informali u non-formali. Konsegwentement, il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona fl-2000 ikkonkluda li żieda fit-trasparenza tal-kwalifiki u t-tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu tnejn mill- komponenti ewlenin fl-isforzi biex jiġu adattati s-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' l-Ewropa kemm għad-domandi tas-soċjetà għat-tagħrif kif ukoll għall-bżonn ta' livell u kwalità mtejbin għax-xogħol. Dan kien issottolineat aktar mill-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona fl-2002 li – bħala element fl-istrateġija biex jagħmel l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' l-Ewropa referenza ta' kwalità dinjija sa l-2010 - għamel sejħa għall-introduzzjoni ta' strumenti biex jiżguraw it-trasparenza fil-kwalifiki. Ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja stiednet lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u jibnu pontijiet bejn it-tagħlim formali, informali u non-formali. Dan kien meqjus bħala pre-rekwiżit għall-ħolqien ta’ qasam Ewropew għat-tagħlim tul il-ħajja, li jibni fuq il-kisbiet tal-proċess ta’ Bologna fl-edukazzjoni ogħla u għall-promozzjoni ta’ azzjoni simili fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. Is-sejħiet għall-iżvilupp tal-qafas Ewropew tal-kwalifiki saru wkoll fir-Rapport Interim Konġunt ta' l-2004 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xogħol Edukazzjoni u Taħriġ 2010 u, fil-kuntest tal-proċess ta' Kopenħagen, fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2004 dwar il-prijoritajiet futuri għat-titjib tal-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET). Fil-kuntest tal-proċess ta' Bologna, il-konferenza tal-ministri responsabbli mill-edukazzjoni ogħla li saret f'Bergen f'Mejju 2005 issottolineat l-importanza ta' l-iżgurar tal-komplimentarità bejn il-qafas tal-Qasam Ewropew ta' l-Edukazzjoni Għolja u l-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki (EQF) propost. Finalment, fil-kuntest ta' l-Istrateġija riveduta ta' Liżbona, anke l-Linjigwida tax-Xogħol 2005-2008 jisħqu fuq il-bżonn li tkun assigurata l-flessibbiltà tal-metodi tat-tagħlim u biex jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mobbiltà ta' l-istudenti u dawk li jitħarrġu, billi tittejjeb id-definizzjoni u t-trasparenza tal-kwalifiki, l-għarfien effettiv tagħhom u l-validazzjoni tat-tagħlim non-formali u informali. L-EQF huwa ċentrali għat-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ l-UE fis-Sħubija ta’ Liżbona għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet. Din il-proposta twieġeb għall-mandat politiku deskritt hawn fuq u għall-enfasi tiegħu fuq it-tagħlim tul il-ħajja. L-għan ewlieni ta’ l-EQF huwa biex jaġixxi bħala mezz ta’ traduzzjoni u punt ta’ referenza newtrali sabiex jiġu mqabbla l-kwalifiki bejn sistemi differenti ta’ taħriġ u edukazzjoni u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn il-partijiet interessati rilevanti. B’dan tiżdied it-trasparenza u jiġi ffaċilitat it-trasferiment u l-użu tal-kwalifiki bejn sistemi u livelli ta’ edukazzjoni u taħriġ differenti. |

120 | Il-kuntest ġenerali L-Ewropa hija kkaratterizzata b’diversità kbira ta’ sistemi u istituzzjonijiet ta’ l- edukazzjoni u t-taħriġ Dan jirrifletti konsensus wiesa' u b’saħħtu li l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jirriflettu u jwieġbu għall-bżonnijiet tat-tagħlim fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali. Din ir-rikkezza u varjetà ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ Ewropew tista' titqies bħala assi importanti u xi ħaga li tagħmilha possibbli li jkun hemm bidla mgħaġġla u effiċjenti għall-bidla teknoloġika u ekonomika. Il-Kunsilli Ewropej ta’ Liżbona u Barċellona għarfu żieda fit-trasparenza tal-kwalifiki bħala prekondizzjoni neċessarja sabiex din id-diversità issir assi. Sitwazzjoni fejn is-sistemi u l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ joperaw b’mod iżolat minn xulxin tista’ twassal għal aktar frammentazzjoni u tfixkel minflok tippermetti liċ-ċittadini jiżviluppaw it-tagħrif, ħiliet u kompetenzi tagħhom. It-trasparenza tal-kwalifiki hija definita bħala l-grad li miegħu l-valur tal-kwalifiki jista' jiġi identifikat u kkumparat fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u t-taħriġ u fl-ambitu soċjali wiesa’. Għalhekk it-trasparenza tista' titqies bħala prekondizzjoni neċessarja għall-għarfien tar-riżultat tat-tagħlim li jwassal għall-kwalifiki. Iż-żieda fit-trasparenza hija importanti għar-raġunijiet li ġejjin: - Tippermetti liċ-ċittadini individwali li jiġġudikaw il-valur relattiv tal-kwalifiki. - Hija pre-rekwiżit u kundizzjoni għat-trasferiment u akkumulazzjoni tal-kwalifiki. L-insegwiment tat-tagħlim tul il-ħajja u mill-firxa tal-ħajja li l-individwi huma kapaċi li jgħaqqdu u jibnu fuq il-kwalifiki miksuba fil-postijiet, sistemi u pajjiżi differenti. Is-sistemi trasparenti jagħmluha possibbli li jiġi ġġudikat kif il-kwalifiki jistgħu jiġu llinkjati u/jew magħquda. - Din ittejjeb l-abbiltà ta’ min jimpjega li jiġġudika l-profil, il-kontenut u r-rilevanza tal-kwalifiki offruti fis-suq tax-xogħol. - Toffri lil dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jikkomparaw il-profil u l-kontenut ta’ l-offerti tagħhom stess ma’ dawk ta’ provvedituri oħra u għalhekk hija wkoll prekondizzjoni importanti għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Għadd ta’ inizjattivi ġew meħuda fuq livell ta’ l-UE biex tiżdied it-trasparenza, l-appoġġ u trasferiment u biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta’ Lulju 1985 tintroduċi sistema għall-kumparabbiltà tal-kwalifiki ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET). Ibbażata fuq din id-deċiżjoni, total ta' 219-il kwalifika tal-VET f'19-il settur ġew ikkumparati u r-riżultati ta' dan il-proċess ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ix-xogħol wera li kien intensiv fir-riżorsi u insostenibbli, parzjalment minħabba metodu ċentralizzat magħżul u evoluzzjoni kostanti u rapida tal-kwalifiki. Għalhekk, ix-xogħol li sar fuq livell Ewropew ftit kellu impatt fuq il-livell tal-partijiet interessati nazzjonali u settorjali u l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ġiet abbandunata. Madankollu, l-EQF issa jindirizza l-limitazzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' l-1985 billi jiffoka fuq kif tista' tittejjeb it-trasparenza tal-kwalifiki u billi jiġi introdott metodu deċentralizzat għall-kooperazzjoni li jirrifletti l-kumplessità li qed tiżdied tal-kwalifiki fl-Ewropa. Fl-Edukazzjoni Għolja, passi sinifikanti ġew meħuda lejn it-twaqqif ta’ qafas wiesa’ għall-kwalifiki. Billi jibnu fuq ftehimiet preċedenti f’Bologna (1999) u Berlin (2003), il-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni għolja f'45 pajjiż Ewropew qablu f'Bergen f'Mejju 2005 dwar l-adozzjoni ta' qafas ta' kwalifiki wiesa'. Dan jinkludi deskrizzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati għal tliet ċikli ta’ edukazzjoni ogħla u jintroduċi firxiet ta’ kredits għall-ewwel u t-tieni minn dawn iċ-ċikli. Aktar minn hekk, il-Ministri kkommettew ruħhom li jelaboraw l-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla sa l-2010 u ssottolineaw l-importanza biex jiżguraw il-kumplimentarità bejn il-qafas għall-Qasam Ewropew ta' l-Edukazzjoni Għolja u l-EQF. Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas uniku tal-Komunità għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass) introduċa sett ta' strumenti Ewropej biex jiġu użati mill-individwi biex jiddeskrivu l-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom. L-iżviluppi tal-futur tal-Europass jeħtieġ li jirriflettu it-twaqqif ta’ l-EQF. Id-dokumenti rilevanti kollha tal-Europass, b’mod partikolari s-suppliment tad-diploma tal-Europass u s-suppliment taċ-ċertifikat tal-Europass, għandhom jinkludu referenzi ċari għal-livell ta' l-EQF adatt. Is-sistema eżistenti għat-trasferiment tal-Kredits Ewropej għall-edukazzjoni għolja (ECTS) u s-Sistema emerġenti għat-Trasferiment tal-Kredits Ewropej għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) se jagħmluha eħfef għall-individwi li jikkombinaw provvedimenti ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ minn pajjiżi differenti. Filwaqt li l-ECTS ġiet żviluppata fuq perjodu ta’ aktar minn 10 snin u diġà qed tintuża fl-edukazzjoni ogħla, l-ECVET bħalissa qed tiġi ttestjata u l-proċess pubbliku ta’ konsultazzjoni se jitnieda malajr. Dawn iż-żewġ strumenti huma inizjattivi importanti sabiex jipprovdu appoġġ dirett lil ċittadini individwali biex jittrasferixxu kwalifiki jew unitajiet tal-kwalifiki tul il-fruntieri istituzzjonali u nazzjonali. L-EQF, billi jintoduċu livelli ta’ referenza komuni u jippromwovi fiduċja reċiproka, se jipprovdi bażi għat-tisħiħ u biex jinġiebu ‘l quddiem dawn is-sistemi. Fil-qasam tal-validazzjoni tat-tagħlim non-formali u informali, sett ta’ prinċipji Ewropej għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim non-formali u informali ntlaħaq qbil dwarhom mill-Kunsill fl-2004. Dawn il-prinċipji jipprovdu bażi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-validazzjoni u jinkoraġġixxu lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sieħba soċjali biex jintroduċu metodi aktar sistematiċi u sistemi għall-validazzjoni. L-implimentazzjoni ta’ l-EQF trid tieħu kont ta' dawn il-prinċipji, b'mod partikolari minħabba li l-istrateġija ta' l-EQF ibbażata fuq ir-riżulatati tat-tagħlim se tiffaċilita t-tagħlim non-formali u informali. Il-portal 'Ploteus' dwar l-opportunitajiet tat-tagħlim (http://ec.europa.eu/ploteus) jikkontribwixxi għal trasparenza aħjar tal-kwalifiki billi jipprovdi informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ edukazzjoni, taħriġ u tagħlim fil-pajjiżi Ewropej. L-iżvilupp futur tal-'Ploteus' se jieħu kont tal-livelli ta’ referenza introdotti mill-EQF. |

140 | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni L-għarfien reċiproku tal-kwalifiki fil-qasam tal-professjonijiet regolati huwa żgurat bid-Direttiva 2005/36/KE adottata fis-7 ta’ Settembru 2005. Din id-Direttiva, li tikkonsolida, timmodernizza u tissemplifika 15-il Direttiva eżistenti adottati bejn l-1975 u l-1999, tipprovdi għal sistema ta’ għarfien awtomatiku tal-kwalifiki għall-professjonijiet b’kundizzjonijiet ta’ taħriġ armonizzat (tobba, infermiera, qwiebel, dentisti, veterinarji, spiżjara) u wkoll għall-periti. Għall-professjonijiet l-oħra regolati (bħalissa madwar 800 professjoni huma rregolati minn Stat Membru wieħed jew aktar ta’ l-UE) is-sistemi huma bbażati fuq għarfien reċiproku, i.e. persuna kkwalifikata biex teżerċita professjoni fi Stat Membru, għandha tkun awtorizzata wkoll li tippratika din il-professjoni fi Stat Membru ieħor. L-iskop tad-Direttiva 2005/36/KE u ta’ l-EQF huwa differenti minħabba l-fatt li l-EQF m’huwiex għodda biex tati dritt lill-migranti għall-għarfien tal-kwalifiki tagħhom miksuba fi Stat Membru bil-għan li tkun eżerċitata professjoni regolata fi Stat Membru ieħor. F’każ simili, hija biss id-Direttiva 2005/36/KE li timponi obbligi li jorbtu legalment lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri. L-għarfien reċiproku huwa wkoll l-għan tad-Direttiva 1996/26/KE dwar l-aċċess għax-xogħol ta' operatur tal-ġarr bit-triq u operatur tat-trasport bit-triq. Proposta għar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva li trid tiġi eżaminata mill-Kummissjoni fl-2007 trid tkun tirrifletti t-twaqqif ta’ l-EQF. Finalment, il-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta’ Ottubru 1999 iddikjara li l-istatus legali u nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jkollhom permess ta' residenza fit-tul għandu jingħata sett ta' drittijiet uniformi qrib kemm jista' jkun ta' dawk li jgawdu ċ-ċittadini ta' l-UE. Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE[1] tipprevedi għalhekk li ‘residenti għal tul taż-żmien għandhom igawdu trattament ugwali bħal nazzjonali fir-rigward ta': c) għarfien tad-diplomi professjonali, ċertifikati u kwalifiki oħra, skond il-proċeduri nazzjonali rilevanti’, inkluż meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-mobbiltà intra-UE mogħti b’din id-Direttiva. L-EQF għalhekk jikkontribwixxi għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan id-dritt f’sitwazzjonijiet fejn id-Direttiva 2005/36/KE ma tapplikax. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti F’Lulju 2005 il-Kummissjoni Ewropea nediet proċess ta' konsultazzjoni madwar l-Ewropa dwar l-EQF ibbażat fuq id-Dokument ta’ Ħidma tal-Personal tal-Kummissjoni SEC (2005) 957. Waqt li indirizzaw 32 pajjiż li pparteċipaw fil-programm ta’ ħidma ”Edukazzjoni u Taħriġ 2010” , is-sieħba soċjali, oranizzazzjonijiet ta’ friegħi u setturi, istituzzjonijiet edukattivi u assoċjazzjonijiet kif ukoll NGOs Ewropej, issottomettew skema ta’ l-EQF għall-kummenti. Bħala parti minn dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, l-iskema ta’ l-EQF ġiet ukoll ippreżentata u diskussa f’firxa ta’ laqgħat organizzati mill-awtoritajiet nazzjonali, sieħba soċjali u korpi settorjali u oħrajn matul il-laqgħa ta’ l-2005. Ir-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni ġew diskussi f’konferenza organizzata f’Budapest fi Frar 2006. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-proċess ta’ konsultazzjoni, li rriżulta f’feedback estensiv minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati f’31 pajjiż Ewropew, inkluż il-pajjiżi kandidati, ikkonfermaw appoġġ wiesa’ għall-EQF. Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu qablu li hemm bżonn għal qafas Ewropew ta' referenza komuni. Madankollu, l-appoġġ kien jiddependi fuq serje ta’ kundizzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, li ġew meħuda in konsiderazzjoni minn din il-proposta. Enfasi partikolari ngħata lill-irfinar u s-semplifikazzjoni tad-deskritturi tal-livell ta’ referenza. |

213 | Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet mill-5 ta’ Lulju 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005. Il-Kummissjoni rċeviet 125 risposta inkluż ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet nazzjonali. Ir-riżultati huma disponibbli fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/education/policies/educ/eqf/index_en.html. |

Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

221 | Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati L-iżvilupp tal-proposta ta’ l-EQF saret possibbli permezz ta’ involviment estensiv ta’ firxa ta’ esperti internazzjonali ma’ esperjenza fil-qasam tal-kwalifiki u l-oqfsa tal-kwalifiki. |

222 | Il-metodoloġija użata Serje ta’ studji mnedija mis-Cedefop u mill-Grupp ta’ Insegwiment tal-Proċess ta’ Barċellona diġà kkontribwew għall-formulazzjoni tal-proposta ta’ l-EQF. Ir-rapport tas-Cedefop (2004) dwar 'Livelli Ewropej ta’ referenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ’ jibni b’mod estensiv fuq riċerka rilevanti u internazzjonali f'dan il-qasam u jippreżenta l-ewwel idea tal-qafas li jkopri l-firxa wiesgħa tal-kwalifiki. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Insegwiment tal-Proċess ta’ Barċellona dwar ‘Qafas għall-kwalifiki fil-Qasam ta’ l-Edukazzjoni Ewropea Ogħla’ għen biex jiġu identifikati u ċċarati l-funzjonijiet ta’ l-EQF, b’mod partikolari dwar ir-relazzjoni bejn il-livell nazzjonali u Ewropew. Il-blueprint ta’ l-EQF ippreżentat f’Lulju 2005 kien ibbażat fuq ix-xogħol ta’ grupp espert li sejjaħ 7 laqgħat bejn il-ħarifa ta' l-2004 u r-rebbiegħa ta' l-2005. Il-grupp ta’ l-esperti ffoka fuq għanijiet ġenerali u funzjonijiet ta’ l-EQF imma ta attenzjoni partikolari lill-iżvilupp tar-riżultati tat-tagħlim ibbażati fuq il-livelli ta’ referenza. Il-grupp inkluda rappreżentanti ta’ l-oqsma ewlenin ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ (ġenerali, adulti, vokazzjonali, edukazzjoni u taħriġ ogħla) kif ukoll rappreżentanti tas-setturi u sieħba soċjali u għalhekk kien indirizzat biex jindirizza l-isfida ta’ l-iżvilupp tal-qafas li jkopri l-iskop sħiħ tal-kwalifiki, mit-tmiem ta’ l-edukazzjoni għal kulħadd sa l-ogħla livell ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ akkademiċi u professjonali. Wara l-proċess ta’ konsultazzjoni, grupp separat ta’ esperti twaqqaf biex jipproduċi sett simplifikat u rivedut tad-deskritturi tal-livell ta' referenza. Dan il-grupp qabel dwar sett ġdid ta’ deskritturi tal-livell ta' referenza li jintużaw fl-Anness I ta' din il-proposta kif ukoll bħala sett ta' definizzjonijiet ewlenin li jissottolineaw din ir-Rakkomandazzjoni. |

223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin kkonsultati Is-sħubija fil-grupp ta’ esperti ta’ l-EQF huwa stabbilit fid-Dokument ta' Ħidma tal-Personal tal-Kummissjoni SEC(2005) 957. Għat-tieni grupp li ħadem fuq sett ta’ deskritturi tal-livell ta’ referenza, l-Istati Membri, il-pajjiżi taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati ġew mitluba li jappuntaw esperti kompetenti, bħalma kienu s-sieħba soċjali Ewropej. Iż-żewġ kuntratti esterni kienu kwistjonijiet biex jappoġġaw il-preparazzjonijiet tal-proposta ta’ l-EQF u biex jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-analiżi tat-tweġibiet għall-proċess ta’ konsultazzjoni. Is-Cedefop u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ikkontribwew b’mod attiv għax-xogħol, billi ħadmu mill-qrib mal-Kummissjoni, ma' l-esperti esterni u mal-gruppi ta' esperti. |

2249 | Sommarju tal-pariri li ngħataw u li ttieħdu L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli għadha ma ġietx imsemmija. |

225 | Ġie użat parir espert b’mod partikolari għall-preparazzjoni tad-deskritturi tal-livell ta’ referenza li hemm fl-Anness I ta’ din il-proposta. |

226 | Il-mezzi użati sabiex il-parir ta’ l-esperti jkun disponibbli għall-pubbliku Id-deskritturi tal-livell ta’ referenza li sar qbil dwarhom mill-grupp ta’ esperti kienu parti minn dokument li ġie sottomess lill-Kumitat tal-Pariri għat-Taħriġ Vokazzjonali, li ta opinjoni pożittiva dwar l-elementi ewlenin tal-proposta fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Ġunju 2006. |

230 | L-istima ta' l-impatt L-ewwel għażla kkunsidrata ma tinvolvi ebda azzjoni (jiġifieri, ebda azzjoni mill-Unjoni Ewropea) u tkun tinvolvi li tippermetti lill-arranġamenti kurrenti għall-kumparabilità, it-trasparenza u t-trasferiment tal-kwalifiki biex ikomplu. Id-Direttiva 2005/36/KE dwar l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki jkompli jiffaċilita l-mobbiltà għal professjonisti speċifiċi li l-okkupazzjoni tagħhom hija rregolata, imma ma jkunx hemm aktar azzjoni għal xogħlijiet li ma jaqgħux taħt l-iskop tad-Direttiva. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri jkomplu jikkooperaw sa ċertu limitu u fejn ikun ta’ vantaġġ permezz ta’ ftehimiet bilaterali imma dan ikun kumpless u ma jkunx koordinat. Il-partijiet interessati jkunu kapaċi jkomplu jużaw l-istrumenti tal-mobbiltà u t-trasparenza bħall-‘Europass’ u t-Trasferiment tal-Kredits Ewropej u s-Sistema ta' Akkumulazzjoni (ECTS) fl-edukazzjoni ogħla, imma ebda wieħed minn dawn ma jipprovdi qafas ġenerali għall-kooperazzjoni. Din l-għażla għalhekk ma tlaħħaqx mat-talba ta’ l-Istati Membri għal punt jew strument komuni ta’ referenza Ewropew. It-tieni għażla hija għal Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Madankollu, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni m’hijiex strument legali u ma tinvolvix lill-Istati Membri jew lill-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tagħha. Din l-għażla għalhekk ma tiġġenerax l-impenn politiku meħtieġ mill-Istati Membri, li ħadmu mill-qrib mal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ l-EQF. Għalhekk ma jkollhiex impatt reali u valur miżjud f’termini ta’ implimentazzjoni fuq livell nazzjonali. It-tielet għażla hija Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 150 tat-Trattat (taħriġ vokazzjonali). Madankollu, din ma tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 149 tat-Trattat (edukazzjoni) u għalhekk ma tirriflettix il-komponeni duppliċi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-għanijiet ta’ l-EQF fi ħdan ta’ perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja. Tkun qed tinvolvi l-użu ta’ strumenti legali imma, bħal f'għażla 2, ma tinvolvix lill-Istati Membri jew lill-Parlament Ewropew fl-adozzjoni formali tal-proposta u għalhekk tkun nieqsa mill-impenn għall-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali, li huwa kruċjali għas-suċċess u l-kontinwazzjoni fil-momentum ta’ l-EQF. Ir-raba’ għażla kkunsidrata hija li jitwaqqaf EQF permezz ta' strument leġiżlattiv ta’ Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat; dan l-istrument jirrakkomanda li l-EQF jintuża mill-Istati Membri fuq bażi voluntarja bħala mezz ta’ traduzzjoni sabiex jitqabblu l-kwalifiki u tiġi ffaċilitata t-trasparenza u t-trasferiment tagħhom madwar l-Ewropa. Il-ħames għażla hija li jiġi implimentat l-EQF permezz ta’ strument leġiżlattiv ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt l-Artikolu 150 tat-Trattat. Mingħajr l-Artikolu 149, dan ikollu l-istess żvantaġġ bħall-għażla 3 (i.e. jeskludi l-edukazzjoni) u tkun ukoll Deċiżjoni li tadotta l-priniċipji u l-obbligi għal dawk l-Istati Membri li jirrelataw is-sistemi ta’ kwalifiki tagħhom ma’ l-EQF. Madankollu, il-kunsens kbir tal-partijiet interessati (Stati Membri, sieħba soċjali, setturi u oħrajn) huwa li l-EQF għandu jkun kompletament fuq bażi voluntarja. |

231 | Il-Kummissjoni wettqet stima ta’ l-impatt, li r-rapport tagħha jkun aċċessibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Ir-Rakkomandazzjoni proposta tistabbilixxi l-EQF bħala għodda ta’ referenza għal paragun ta’ livelli ta’ kwalifiki fis-sistemi nazzjonali ta’ kwalifiki kif ukoll sistemi ta' kwalifiki żviluppati mill-organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali. Il-komponenti ewlenin ta’ l-EQF huma sett ta’ deskritturi tal-livelli ta’ referenza Ewropej f’termini tar-riżultati tat-tagħlim, u mekkaniżmi u prinċipji għal kooperazzjoni voluntarja. Qed jiġi rakkomandat li l-Istati Membri jużaw l-EQF bħala għodda ta’ referenza biex iqabblu l-livelli ta’ kwalifiki użati fis-sistemi differenti ta’ kwalifiki, jirrelataw is-sistemi ta’ kwalifiki ma’ l-EQF billi jorbtu l-livelli ta’ kwalifiki mal-livelli ta’ l-EQF korrispondenti u, fejn adatt, jiżviluppaw qafas nazzjonali ta' kwalifiki. Aktar minn hekk, il-kwalifiki l-ġodda u d-dokumenti “Europass” għandu jkollhom referenza ċara għal-livell xieraq ta’ l-EQF. Madankollu, f’sitwazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2005/36/KE dwar l-għarfien tal-kwalifiki professjonali, dawn ir-referenzi m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-migranti. L-Istati Membri qed ikunu rrakkomandati wkoll li jużaw metodu ta’ tagħlim ibbażat fuq ir-riżultati meta jiddefenixxu u jiżviluppaw il-kwalifiki, biex jippromwovu l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, u biex jaħtru ċentru nazzjonali ta’ l-EQF biex jappoġġa u jikkoordina r-relazzjoni bejn is-sistema ta' kwalifiki nazzjonali u l-EQF, b'mod partikolari billi jiżgura l-użu ta’ mekkaniżmi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u proċeduri trasparenti. Il-proposta tistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali fl-użu ta’ l-EQF, biex tistabbilixxi grupp ta’ pariri dwar l-EQF biex jiżgura l-koerenza ġenerali tal-proċess ta’ kooperazzjoni, u biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-EQF bil-għan ta’ reviżjoni possibbli tar-Rakkomandazzjoni ħames snin wara l-adozzjoni tagħha. Dan il-grupp ikun jikkonsisti minn rappreżentanti taċ-ċentri nazzjonali ta’ l-EQF, is-sieħba soċjali Ewropej u partijiet interessati oħra, kif xieraq. |

310 | Il-bażi legali L-EQF huwa propost kemm taħt l-Artikolu 149 kif ukoll taħt l-Artikolu 150 minħabba li għandu għan doppju, li jinkludi komponenti u jkopri għanijiet kemm għall-edukazzjoni kif ukoll għat-taħriġ vokazzjonali li huma ta’ importanza ugwali fi ħdan il-perspettiva tat-tagħlim tul il-ħajja ta’ l-EQF. Din tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali billi tinkoraġġixxi l-mobbiltà permezz tat-trasferiment tal-kwalifiki taċ-ċittadini bejn is-sistemi nazzjonali u bejn l-edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni ogħla u t-taħriġ vokazzjonali. Tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Il-funzjoni ewlenija ta' l-EQF hija li tiffaċilita t-traduzzjoni bejn u tqabbel il-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali. Bħala problema transnazzjonali din ma tistax tinkiseb mill-Istati Membri, b'mod partikolari minħabba li n-nuqqas ta’ fiduċja reċiproka bejn il-partijiet interessati nazzjonali u settorjali ġie definit bħala wieħed mill-problemi ewlenin li jikkawżaw nuqqas ta' trasparenza u jipprevjenu t-trasferiment tal-kwalifiki. |

L-azzjoni tal-komunità tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: |

324 | L-isfidi relatati mat-trasparenza u t-trasferiment tal-kwalifiki huma kondiviżi mill-Istati Membri kollha u ma jistgħux jiġu solvuti esklussivament fuq livell nazzjonali jew settorjali. |

325 | Jekk il-25 Stat Membru jkollhom jinnegozjaw ftehimiet bilaterali fuq is-suġġett kopert b’din ir-Rakkomandazzjoni ma’ l-Istati Membri separati u b'mod mhux koordinat, dan jirriżulta fi struttura komplessa ħafna u mhux trasparenti, fuq livell Ewropew. |

327 | Il-proposta tipprovdi punt ta’ referenza komuni u qafas kondiviż għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn il-funzjonijiet ma jistgħux jiġu provduti b’azzjoni fuq livell nazzjonali. |

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: |

331 | Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tissostitwix u lanqas tiddefinixxi s-sistemi tal-kwalifiki nazzjonali u/jew il-kwalifiki u tħalli l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni f’idejn l-Istati Membri. |

332 | Sistemi ta’ rappurtaġġ eżistenti jiġu użati, ħalli jiġi minimizzat il-piż amministrattiv. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

341 | Strument propost: Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |

342 | Mezzi oħra ma jkunux daqshekk effettivi. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ara taħt is-sezzjoni ta’ l-istima ta’ l-impatt hawn fuq. |

IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT |

409 | Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta' eżami/reviżjoni/estinzjoni |

531 | Il-proposta tinkludi klawżola ta' reviżjoni. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta L-element ewlieni ta’ l-EQF huwa sett ta’ 8 livelli referenzjali li jaġixxi bħala punt ta' referenza komuni u newtrali għall-awtoritjaiet ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ fuq livell nazzjonali u settorjali. It-tmien livelli jkopru l-firxa sħiħa tal-kwalifiki minn dawk miksuba fit-tmiem ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ obbligatorju sa dawk mogħtija fl-ogħla livell ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ akkademiku, professjonali u vokazzjonali. Bħala strument għall-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, l-EQF jinkludi edukazzjoni ġenerali u għall-adulti, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kif ukoll edukazzjoni ogħla. Il-livelli 5-8 jinkludu referenza ċara għal-livelli definiti fil-qafas għall-Qasam Ewropew ta’ Edukazzjoni Ogħla fil-kuntest tal-proċess ta’ Barċellona. Id-deskrizzjoni tat-8 livelli ta’ referenza ta’ l-EQF hija bbażata fuq ir-riżultati tat-tagħlim - fl-EQF huwa mifhum bħala d-dikjarazzjonijiet ta’ dak li jaf min jitgħallem, dak li jifhem u dak li jkun kapaċi jagħmel meta jtemm il-proċess tat-tagħlim. Dan jirrifletti bidla importanti fil-mod kif l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim jiġi kunċettwalizzat u deskritt. Il-bidla lejn ir-riżultati tat-tagħlim tintroduċi lingwaġġ komuni li jagħmel possibbli it-tqabbil tal-kwalifiki skond il-kontenut u l-profil tagħhom u mhux skond il-metodi u l-proċessi tat-twassil. Ir-riżultati tat-tagħlim fl-EQF huma definiti permezz ta’ għaqda bejn it-tagħrif, il-ħiliet u l-kompetenza. Il-bilanċ bejn dawn l-elementi jvarja bejn kwalifika u kwalifika minħabba li l-EQF ikopri l-kwalifiki kollha fil-livelli kollha kif ukoll kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali. L-użu tar-riżultati tat-tagħlim fid-deskrizzjoni tal-livelli tal-kwalfiki jiffaċilita l-validazzjoni tat-tagħlim li jseħħ barra l-istituzzjonijiet formali ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, li b’mod ġenerali jitqies bħala l-element ewlieni tat-tagħlim tul il-ħajja. L-EQF ukoll huwa qafas għal kooperazzjoni u strument għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn il-partijiet interessati nazzjonali u organizzazzjonijiet settorjali internazzjonali involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-EQF teħtieġ, madankollu, li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-partijiet interessati settorjali jikkommettu ruħhom fuq bażi voluntarja. L-utenti primarji ta’ l-EQF se jkunu korpi li jieħdu ħsieb is-sistemi u l-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali u/jew settorjali. L-EQF ikun rilevanti biss għaċ-ċittadini individwali, għal min iħaddem u għal min jipprovdi l-edukazzjoni u t-taħriġ wara li proċess ta’ referenzar ikun twettaq fuq livell nazzjonali u/jew settorjali. Fir-rigward ta’ l-involviment tas-setturi, l-EQF jipprovdi opportunità għall-organizzazzjonijiet internazzjonali settorjali biex jirreferu s-sistemi ta’ kwalifiki lill-EQF. L-għan ewlieni f’relazzjoni mas-setturi huwa li jiġu żviluppati rabtiet aktar b’saħħithom bejn is-sistemi ta’ kwalifiki nazzjonali u l-kwalifiki settorjali internazzjonali emerġenti. L-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka fil-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati differenti involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ trid tkun ibbażata fuq proċeduri u kriterji kondiviżi. Sabiex jinkiseb dan, id-deċiżjonijiet rigward ir-referenzar tal-kwalifiki nazzjonali jew settorjali għall-EQF irid isir pubbliku. Barra minn hekk, it-twaqqif ta’ korp tal-pariri Ewropew li jikkonsisti f’rappreżentanti mill-pajjiżi kollha li jużaw l-EQF huwa element importanti ieħor li jippromwovi l-istrateġiji komuni. Id-deċiżjoni fuq livell settorjali u nazzjonali sabiex jintużaw l-EQF trid tkun ibbażata fuq impenn għall-assigurazzjoni tal-kwalità. L-introduzzjoni ta’ sistemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità fil-livelli kollha rilevanti ta’ l-edukazzjoni tat-taħriġ - u f’relazzjoni mal-proċess ta’ kooperazzjoni nnifsu - hija kruċjali għall-iżvilupp tal-fiduċja reċiproka. L-implimentazzjoni ta’ l-EQF trid għalhekk tieħu kont tal-konklużjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali adottat mill-Kunsill fit-28 ta’ Mejju 2004 u r-Rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar aktar kooperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla. L-implimentazzjoni ta' l-EQF teħtieġ koordinazzjoni fuq livell nazzjonali. Mill-perspettiva ta’ l-EQF, l-iżvilupp ta’ oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali iżid il-potenzjali għas-suċċess. Attenzjoni partikolari trid tingħata lill-iżvilupp - permezz ta’ ttestjar, esperimentazzjoni u kooperazzjoni diretta - ta' materjal ta’ appoġġ u gwida biex jiġi użat fuq livell settorjali, nazzjonali u Ewropew li jikkontribwixxi għall-konsistenza tal-proċess ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-referenzar tal-livelli ta’ kwalifiki nazzjonali u settorjali għal-livelli ta’ l-EQF. Il-proposta tirrakkomanda li s-sistemi ta’ kwalifiki nazzjonali jkunu relatati ma’ l-EQF sa l-2009 u li l-kwalifiki l-ġodda u d-dokumenti Europass ikun fihom referenza għall-livell ta' l-EQF tagħhom sa l-2011. Attenzjoni partikolari trid tingħata wkoll għall-impatt ta' l-istrateġija tar-riżultati tat-tagħlim kif użata fl-EQF dwar il-klassifikazzjonijeit tat-tagħrif, ħiliet u kompetenzi. Żviluppi futuri tal-klassifiki ta’ l-istatistika eżistenti u nomenklaturi li jippermettu l-kejl tal-ksib ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ bħall-ISCED 97 għandhom għalhekk jieħdu dawn inkonsiderazzjoni. Dawn il-proċessi jridu jiġu ffaċilitati u appoġġati fuq livell Ewropew mill-Kummissjoni u appoġġati minn aġenziji bħas-Cedefop u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ. |

1. 2006/0163 (COD)

Proposta għal

RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif ta’ Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 149(4), u l-Artikolu 150(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[5],

Billi:

(1) L-iżvilupp tat-tagħrif, il-ħiliet u l-kompetenza taċ-ċittadini hija kruċjali għall-kompetittività u l-koeżjoni soċjali fil-Komunità. Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja u l-użu tal-kwalifiki għandha għalhekk tiġi promossa u mtejba fil-livelli nazzjonali u tal-Komunità.

(2) Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona fl-2000 ikkonkluda li żieda fit-trasparenza tal-kwalifiki għandu jkun wieħed mill-komponenti ewlenin li huma neċessarji biex jiġu adottati s-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-Komunità għall-bżonnijiet tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Aktar minn hekk il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona fl-2002 għamel sejħa kemm għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fis-settur universitarju u għal titjib fil-metodi tat-trasparenza u l-għarfien fiż-żona ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja[6] stiednet lill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill u l-Istati Membri, biex tiżviluppa qafas għall-għarfien tal-kwalifiki kemm għall-edukazzjoni kif ukoll għat-taħriġ, li jibni fuq il-kisbiet tal-proċess ta’ Bologna u jippromwovi azzjoni simili fil-qafas tat-taħriġ vokazzjonali.

(4) Ir-Rapporti Konġunti tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma 2010 dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ, adottat fl-2004 u l-2006, saħaq dwar il-bżonn għall-iżvilupp tal-Qafas Ewropew dwar il-Kwalifiki.

(5) Fil-kuntest tal-proċess ta’ Kopenħagen, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2004 dwar il-prijoritajiet tal-Futur ta’ Kooperazzjoni Ewropea mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ta prijorità lill-iżvilupp ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki miftuħ u flessibbli, bbażat fuq it-trasparenza u l-fiduċja reċiproċi, li għandu jkun referenza komuni li tkopri kemm l-edukazzjoni kif ukoll it-taħriġ.

(6) Il-Kunsilli Ewropej ta’ Brussell ta’ Marzu 2005 u Marzu 2006 ssottolineaw l-importanza ta’ l-adozzjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

(7) Din ir-Rakkomandazzjoni tieħu kont tad-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas uniku tal-Komunità għat-trasparenza tal-kwalifiki u l-kompetenzi (Europass)[7] u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [...] dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja[8].

(8) Din ir-Rakkomandazzjoni hija kompatibbli mal-qafas għal Qasam Ewropew għall-Edukazzjoni Ogħla u deskritturi taċ-ċiklu adottat mill-ministri fil-laqgħa dwar l-edukazzjoni ogħla f’Bergen f’Mejju 2005.

(9) Din ir-rakkomandazzjoni ma tapplikax għal sitwazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-għarfien tal-kwalifiki professjonali[9] li tagħti drittijiet u obbligi kemm lill-awtorità nazzjonali rilevanti kif ukoll lill-migrant. Ir-referenza għal-livelli tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki dwar il-kwalifiki m'għandhomx jaffettwaw l-aċċess għas-suq tax-xogħol fejn il-kwalifiki professjonali ġew rikonoxxuti skond id-Direttiva 2005/36/KE.

(10) L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li toħloq qafas ta’ referenza komuni li għandu jservi bħala mezz ta’ traduzzjoni bejn is-sistemi differenti ta’ kwalifiki u l-livelli tagħhom, kemm għall-edukazzjoni ġenerali u ogħla kif ukoll għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dan iżid it-trasparenza, il-kumparabbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki taċ-ċittadini fl-Istati Membri differenti. Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għandu aktar minn hekk jippermetti organizzazzjonijiet internazzjonali settorjali biex jirrelataw is-sistemi tal-kwalifiki tagħhom għal punt ta’ referenza komuni u hemm jiffaċilita t-tqegħid ta’ dawn il-kwalifiki fi ħdan is-sistemi nazzjonali ta’ kwalifiki. Din ir-rakkomandazzjoni għalhekk tikkontribwixxi għal għanijiet usa’ fil-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja u żieda fil-mobbiltà tal-ħaddiem u studenti.

(11) Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà msemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat sakemm l-għan ikun li jappoġġa u jissupplimenta l-azzjoni ta’ l-Istati Membri billi jiffaċilita aktar kooperazzjoni bejniethom biex tiżdied it-trasparenza u għall-promozzjoni tal-mobbiltà u t-tagħlim tul il-ħajja. Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi f’dak l-Artikolu minħabba li ma jissostitwixxix u lanqas ma jiddefinixxi s-sistemi ta' kwalifiki nazzjonali u/jew il-kwalifiki. Il-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki ma jiddeskrivix kwalifiki speċifiċi jew kompetenzi individwali u kwalifika partikolari għandha titqiegħed fil-livell xieraq tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki permezz tas-sistema nazzjonali tal-kwalifiki rilevanti.

B'DAN JIRRAKKOMANDAW LILL-ISTATI MEMBRI:

1. Jużaw il-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki bħala għodda ta’ referenza biex jikkomparaw il-livelli tal-kwalifiki fuq sistemi differenti tal-kwalifiki fi ħdan perspettiva għat-tagħlim tul il-ħajja;

2. Jirrelataw is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki tagħhom mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki sa l-2009, b’mod partikolari billi jiġu referenzjati b’mod trasparenti l-livelli tal-kwalifiki tagħhom mal-livelli stabbiliti fl-Anness I, u billi jiġi żviluppat qafas tal-kwalifiki nazzjonali, fejn adatt skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali;

3. Jiżguraw li, sa l-2011, il-kwalifiki l-ġodda kollha u d-dokumenti “Europass” maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fihom referenza ċara għal-livell xieraq tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

4. Jużaw strateġija bbażata fuq ir-riżultati tat-tagħlim meta jiddefinixxu u jiddeskrivu l-kwalifiki, u jippromwovu l-validazzjoni tat-tagħlim non-formali u informali skond il-prinċipji Ewropej komuni maqbula fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2004;

5. Jaħtru ċentru nazzjonali ta’ appoġġ u jikkoordinaw ir-relazzjoni bejn is-sistema tal-kwalifiki nazzjonali u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

Il-ħidmiet taċ-ċentru għandhom jinkludu:

2. livelli ta’ referenzar tal-kwalifiki fi ħdan is-sistema nazzjonali tal-kwalifiki sal-livelli tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki deskritti fl-Anness I;

3. il-promozzjoni u l-applikar tal-prinċipji għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ stabbiliti fl-Anness II f’relazzjoni tas-sistema nazzjonali tal-kwalifiki mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

4. żgurar li l-metodoloġija użata biex tirreferi l-livelli tal-kwalifiki nazzjonali mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki jkun trasparenti u li d-deċiżjonijiet li jirriżultaw jiġu ppubblikati;

5. provvediment ta’ gwida lill-partijiet interessati dwar kif il-kwalifiki nazzjonali jirrelataw mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki permezz tas-sistema nazzjonali tal-kwalifiki;

6. l-iżgurar ta’ parteċipazzjoni tal-partijiet interessati nazzjonali rilevanti inkluż, skond il-prattika u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-edukazzjoni ogħla u l-edukazzjoni vokazzjonali u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ, is-sieħba soċjali, is-setturi u l-esperti dwar il-paragun u l-użu tal-kwalifiki fuq livell Ewropew;

6. Għall-iskopijiet tar-Rakkomandazzjoni, id-definizzjonijiet li japplikaw huma dawn li ġejjin:

7. ‘kwalifika’ tfisser ir-riżultat formali ta’ valutazzjoni u proċess ta’ validazzjoni li jinkiseb meta korp kompetenti jiddetermina li individwu kiseb ir-riżultati tat-tagħlim sal-livelli preskritti;

8. ‘sistema nazzjonali ta’ kwalifiki’ tfisser l-aspetti kollha ta' l-attività ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-għarfien tat-tagħlim u mekkaniżmi oħra li jorbtu l-edukazzjoni u t-taħriġ mas-suq tax-xogħol u mas-soċjetà ċivili. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti istituzzjonali u l-proċessi relatati ma’ l-assigurazzjoni tal-kwalità, assessjar u għoti tal-kwalifiki. Sistema nazzjonali tal-kwalifiki tista’ tkun magħmula minn għadd ta’ sotto-sistemi u tista’ tinkludi qafas nazzjonali tal-kwalifiki;

9. ‘Qafas nazzjonali tal-kwalifiki’ jfisser strument għall-klassifikazzjoni tal-kwalifiki skond is-sett ta’ kriterji għal-livelli speċifikati tar-riżultati miksuba. Dan għandu l-għan li jintegra u jikkoordina s-sottosistemi nazzjonali tal-kwalifiki u jtejjeb it-trasparenza, l-aċċess, il-progress u l-kwalità tal-kwalifiki f’relazzjoni mas-suq tax-xogħol u s-soċjetà ċivili;

10. ‘settur’ ifisser grupp ta’ attivitajiet professjonali fuq il-bażi tal-funzjoni ekonomika ewlenija tagħhom, prodott, servizz jew teknoloġija;

11. ‘organizzazzjoni internazzjonali settorjali’ tfisser assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali, inkluż per eżempju min iħaddem u korpi professjonali, li jirrappreżentaw l-interessi tas-setturi nazzjonali;

12. ‘riżultati tat-tagħlim’ tfisser dikjarazzjonijiet ta’ dak li jaf, jifhem u hu kapaċi jagħmel min jitgħallem ġaladarba jtemm il-proċess tat-tagħlim u huma definiti f’termini ta’ tagħrif, ħiliet u kompetenza;

13. ‘tagħrif’ ifisser ir-riżultat ta’ l-assimilazzjoni ta’ l-informazzjoni permezz tat-tagħlim. It-Tagħrif huwa l-korp tal-fatti, prinċipji, teoriji u prattiki li huwa relatat ma’ qasam ta’ studju jew xogħol. Fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, it-tagħrif huwa deskritt bħala teoretiku u/jew fattwali;

14. ‘ħiliet’ tfisser il-ħila li tapplika t-tagħrif u li tuża dak li taf biex twettaq il-ħidmiet u ssolvi l-problemi. Fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, il-ħiliet huma deskritti bħala konoxxittivi (l-użu tal-loġika, intwizzjoni u ħsieb kreattiv) u prattiċi (li jinvolvu l-kapaċità manwali u l-użu ta’ metodi, materjali, għodda u strumenti);

15. ‘kompetenza’ tfisser il-ħila bil-provi li tuża t-tagħrif, il-ħiliet u l-abbiltajiet personali, soċjali u/jew metodoloġiċi, f’sitwazzjonijiet ta’ xogħol jew studju u fl-iżvilupp professjonali u/jew personali. Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, ‘kompetenza’ hija deskritta f’termini ta’ risponsabbiltà u awtonomija.

16. JAPPROVAW L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI BIEX:

1. Tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq tal-ħidmiet u organizzazzjonijiet internazzjonali settorjali t’hawn fuq fl-użu tal-livelli ta’ referenza u prinċipji tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki kif stabbilit f'din ir-Rakkomandazzjoni, b'mod partikolari billi jiġu faċilitati l-kooperazzjoni u l-ittestjar, u jiġi żviluppat materjali ta’ appoġġ u ta’ gwida.

2. Tistabbilixxi grupp ta’ pariri dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (inkluż rappreżentanti taċ-ċentri nazzjonali, is-sieħba soċjali Ewropej u partijiet interessati oħra, kif xieraq) sabiex jissorvelja, jikkoordina u jiżgura l-kwalità u l-koerenza ġenerali tal-proċess li jirrelata s-sistemi ta’ kwalifiki mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki.

3. Tissorvelja l-azzjoni meħuda bħala rispons għal din ir-Rakkomandazzjoni u tirrapporta, ħames snin wara l-adozzjoni tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, jekk neċessarju, reviżjoni possibbli għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

17. ANNESS I

Deskritturi li jiddefinixxu l-livelli tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki

Kull wieħed mit-8 livelli huwa definit b’sett ta’ deskritturi li jindikaw ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għall-kwalifiki f’dak il-livell f’kwalunkwe sistema tal-kwalifiki. |

Tagħrif | Ħiliet | Kompetenza |

Fl-EQF, it-tagħrif huwa deskritt bħala teoretiku u/jew fattwali; | Fl-EQF, il-ħiliet huma deskritti bħala konoxxittivi (l-użu tal-loġika, intwizzjoni u ħsieb kreattiv) u prattiċi (li jinvolvu l-kapaċità manwali u l-użu ta’ metodi, materjali, għodda u strumenti). | Fl-EQF, kompetenza hija deskritta f’termini ta’ risponsabbiltà u awtonomija. |

Livell 1 Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 1 huma | tagħrif ġenerali bażiku | ħiliet bażiċi meħtieġa għat-twettiq ta’ ħidmiet sempliċi | xogħol jew studju taħt superviżjoni diretta f’kuntest strutturat |

Livell 2 Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 2 huma | tagħrif fattwali bażiku ta’ qasam ta’ xogħol jew studju | ħiliet konoxxittivi bażiċi u prattiċi meħtieġa għall-użu ta’ l-informazzjoni rilevanti sabiex jitwettqu ħidmiet u biex jiġu solvuti problemi ta’ rutina permezz ta' regoli u għodod sempliċi | xogħol jew studju taħt superviżjoni imma bi grad ta’ awtonomija |

Livell 3 Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 3 huma | tagħrif dwar il-fatti, prinċipji, proċessi u kunċetti ġenerali, fil-qasam tax-xogħol jew ta’ l-istudju. | firxa ta’ ħiliet konoxxittivi u prattiċi meħtieġa sabiex jitwettqu ħidmiet u jissolvew problemi billi jiġu magħżula u applikati metodi bażiċi, għodod, materjali u informazzjoni | teħid ta’ responsabbiltà għat-twettiq tal-ħidmiet fix-xogħol jew l-istudju adattament ta’ l-imġiba għaċ-ċirkostanzi sabiex jissolvew il-problemi |

Livell 4 Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 4 huma | tagħrif fattwali u teoretiku f’kuntesti wiesgħa fil-qasam tax-xogħol jew studju | firxa ta’ ħiliet konoxxittivi u prattiċi meħtieġa biex jiġġeneraw soluzzjonijiet għal problemi speċifiċi f’qasam ta’ xogħol jew studju | eżerċitar ta’ mmaniġġjar personali fi ħdan il-linjigwida tal-kuntesti tax-xogħol jew studju li ġeneralment ikunu mbassra, imma jistgħu jinbidlu superviżjoni tax-xogħol ta’ rutina ta’ l-oħrajn, u ammont ta’ responsabbiltà għall-evalwazzjoni u t-titjib tax-xogħol jew attivitajiet ta' studju |

Livell 5* Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 5 huma | tagħrif komprensiv, speċjalizzat, fattwali u teoretiku fi ħdan qasam ta’ xogħol jew studju u kuxjenza tal-limiti ta’ dak it-tagħrif | firxa komprensiva ta’ ħiliet prattiċi u konoxxittivi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet kreattivi għal problemi astratti | eżerċizzju ta’ mmaniġġjar u superviżjoni f’kuntesti ta’ attivitajiet ta’ xogħol jew studju fejn hemm bidla mhix imbassra reviżjoni u żvilupp tar-rendiment personali u ta’ l-oħrajn |

Livell 6** Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 6 huma | tagħrif avvanzat ta’ qasam ta’ xogħol jew studju, li jinvolvi fehim kritiku tat-teoriji u l-prinċipji | ħiliet avvanzati, li juru kapaċità u innovazzjoni, meħtieġa biex isolvu problemi kumplessi u li ma jistgħux jiġu mbassra minn qabel f’qasam ta’ xogħol jew studju speċjalizzat | immaniġġjar ta’ attivitajet jew proġetti tekniċi jew professjonali kumplessi, teħid ta’ responsabbiltà għat-teħid tad-deċiżjonijiet f'kuntest ta' xogħol jew studju mhux imbassar teħid ta’ responsabbiltà għall-immaniġġjar ta’ l-iżvilupp professjonali ta’ individwi u gruppi |

Livell 7*** Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 7 huma | tagħrif ferm speċjalizzat, li ftit minnu ikun fost l-aktar riċenti fil-qasam tax-xogħol jew studju, bħala l-bażi għall-ħsieb oriġinali kuxjenza kritika ta’ kwistjonijiet tat-tagħrif f’qasam partikolari u bħala interface bejn żewġ oqsma differenti | ħiliet speċjalizzati sabiex jissolvew problemi fir-riċerka u/jew innovazzjoni sabiex jiġi żviluppat tagħrif u proċeduri ġodda u jiġi integrat it-tagħrif minn oqsma differenti | immaniġġjar u trasformazzjoni ta’ kuntesti tax-xogħol jew studju li huma kumplessi, ma jistgħux jiġu mbassra u jeħtieġu strateġiji ġodda teħid tar-responsabbiltà għall-kontribuzzjoni tat-tagħrif u l-prattika professjoni u/jew għar-reviżjoni ta’ timijiet ta’ rendiment strateġiċi |

Livell 8**** Ir-riżultati tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 8 huma | tagħrif mill-aktar avvanzat f’qasam ta’ xogħol jew studju u bejn żewġ oqsma | l-aktar ħiliet u tekniki avvanzati u speċjalizzati, inkluż sinteżi u evalwazzjoni, meħtieġa biex isolvu problemi kritiċi fir-riċerka u/jew l-innovazzjoni u biex jiġi estiż u ridefinit it-tagħrif eżistenti jew il-prattika professjonali | wiri ta' awtorità sostanzjali, innovazzjoni, awtonomija, integrità professjonali u impenn sostnut għall-iżvilupp ta’ ideat jew proċess mill-aktar avvanzati f’kuntesti ta’ xogħol jew studju inkluż ir-riċerka. |

Kompatibbiltà mal-Qafas għall-Kwalifiki tal-Qafas Ewropew ta’ l-Edukazzjoni Ogħla

Il-Qafas għall-Kwalifiki tal-Qafas Ewropew ta’ l-Edukazzjoni Ogħla jipprovdi deskritturi għaċ-ċikli. Kull deskrittur taċ-ċiklu joffri dikjarazzjoni ġenerika ta’ l-asspettattivi tipiċi tal-kisbiet u l-abbiltajiet assoċjati mal-kwalifiki li jirrappreżentaw it-tmiem ta’ dak iċ-ċiklu.

* Id-deskrittur għaċ-ċiklu qasir ta’ l-edukazzjoni ogħla (fi ħdan l-ewwel ċiklu jew marbut miegħu), żviluppat mill-Inizjattiva Konġunta dwar il-Kwalità bħala parti mill-proċess ta’ Barċellona, jikkorrispondi mar-riżultati tat-tagħlim għall-EQF livell 5

** Id-deskrittur għall-ewwel ċiklu fil-Qafas tal-Kwalifiki għall-Qasam Ewropew ta’ l-Edukazzjoni Ogħla jikkorrispondi mar-riżultat tat-tagħlim għall-EQF għal-livell 6.

*** Id-deskrittur għat-tieni ċiklu fil-Qafas tal-Kwalifiki għall-Qasam Ewropew ta’ l-Edukazzjoni Ogħla jikkorrispondi mar-riżultat tat-tagħlim għall-EQF għal-livell 7.

**** Id-deskrittur għat-tielet ċiklu fil-Qafas tal-Kwalifiki għall-Qasam Ewropew ta’ l-Edukazzjoni Ogħla jikkorrispondi mar-riżultat tat-tagħlim għall-EQF għal-livell 8.

ANNESS II

Prinċipji għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ

L-assigurazzjoni tal-kwalità li hi meħtieġà għall-iżgurar tat-titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha titwettaq skond il-prinċipji li ġejjin.

- Il-politiki u l-proċeduri għall-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikopru l-livelli kollha tas-sistemi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ.

- L-assigirazzjoni tal-kwalità għandha tkun parti integral mill-immaniġġjar intern ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ.

- L-assigirazzjoni tal-kwalità għandha tinkludi valutazzjoni regolari ta’ l-istituzzjonijiet jew programmi mill-korpi jew aġenziji esterni tal-valutazzjoni.

- Korpi jew aġenziji esterni tal-valutazzjoni li jwettqu l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu soġġetti għal analiżi regolari.

- L-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tinkludi kuntest, kontribut, proċess u dimensjonijiet ta’ rendiment, filwaqt li tenfasizza r-riżultati u r-rendiment tat-tagħlim.

- Is-sistemi ta’ l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tinkludi l-elementi li ġejjin

- għanijiet u standards ċari u li jistgħu jitkejlu;

- linjigwida għall-implimentazzjoni, inkluż involviment mill-partijiet interessati;

- riżorsi adatti;

- metodi ta’ evalwazzjoni konsistenti, li jassoċjar il-valutazzjoni personali u l-analiżi esterna;

- mekkaniżmi ta’ kummenti u proċeduri għat-titjib;

- riżultati ta’ l-evalwazzjoni aċċessibbli b’mod apert.

- L-inizjattivi għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fuq livell internazzjoni, nazzjoni u reġjonali għandhom ikunu koordinati sabiex jiżguraw koerenza, sinerġija u analiżi tas-sistema kollha.

- L-assigurazzjoni tal-Kwalità għandha tkun proċess kooperattiv fil-livelli u s-sistemi kollha ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, li tinvolvi l-partijiet interessati rilevanti, fi ħdan l-Istati Membru u madwar il-Komunità.

- Il-linjigwida għall-assigurazzjoni tal-kwalità fuq livell ta’ Komunità jista’ jipprovdi punti ta’ referenza għall-evalwazzjoni u tagħlim mill-kollegi.

[1] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU C 163, 9.7.2002, p. 1.

[7] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.

[8] COM (2005) 548 finali

[9] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

Top