Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0478

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata)

    /* KUMM/2006/0478 finali - COD 2006/0161 */

    52006PC0478

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0478 finali - COD 2006/0161 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 5.9.2006

    KUMM(2006) 478 finali

    2006/0161 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (Verżjoni kkodifikata)

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il- kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 93/94/KEE u ta’ l-att li jemendaha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

    2006/0161 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti

    (test b’rilevanza ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE[5]

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

    Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7]

    Billi:

    1. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE tad-29 ta’ Ottubru 1993 li għandha x'taqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti[8] stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE li hemm fid-Direttiva 2002/24/EC tkun applikata fir-rigward ta' kull tip ta' vettura. Direttiva 93/94/KE ġiet emendata[9] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    2. Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita bid-Direttiva 2002/24/KE. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/24/KE li jirrelataw għas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.

    3. L- għan ta' din id-Direttiva mhuwiex li jiġu armonizzati id-dimensjonijiet tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni użati fl-Istati Membri varji. L-Istati Membri għandhom għalhekk jassiguraw li l-pjanċi tar-reġistrazzjoni li huma sporġuti ‘ il- barra ma humiex periklu għall-utenti, mingħajr, madankollu, ma' dan jikkawża xi modifika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kostruzzjoni tal-vettura.

    4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara tat-tipi kollha ta' vettura bil-mutur kif imfissra fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KEE.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-għoti ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara għal tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-kondizzjonijiet li jirrregolaw il-moviment liberu ta' dawn il-vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad- Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 3

    L- emendi meħtieġa biex jaddattaw il-ħtiġiet ta' l-Anness I ta’ din id-Direttiva għal fini tal- progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva [70/156/KEE].

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Id-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fil-Parti A ta’ l- Anness II, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Għandha tapplika mi(-nn) [...].

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    […] […]

    ANNESS I

    1. DIMENSJONIJIET

    Id-dimensjonijiet għall-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti[10] huma kif ġej:

    1.1. Mopeds u kwadriċikli ħfief mingħajr body

    1.1.1. Wisa' : 100 mm;

    1.1.2. Għoli : 175 mm;

    jew

    1.1.3. Wisa' : 145 mm;

    1.1.4. Għoli : 125 mm.

    1.2. Muturi, triċikli sa saħħa massima ta' 15-il kW u kwadriċikli, ħlief għal kwadriċikli ħfief, mingħajr body :

    1.2.1. Wisa' : 280 mm;

    1.2.2. Għoli : 210 mm.

    1.3. Triċikli b'saħħa massima li teċċedi l-15-il kW, kwadriċikli ħfief armati b' body u kwadriċikli ħlief għal kwadriċikli ħfief armati b' body :

    1.3.1. Id-dispożizzjonijiet għall-karrozzi għall-passiġġieri kif stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 70/222/KEE [11] għandhom japplikaw.

    2. IL-POŻIZZJONI ĠENERALI

    2.1. L-immuntar għall-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara ta' mutur, kumbinar ta' mutur jew triċiklu għandu jkun jinstab fuq in-naħa ta' wara tal-vettura b'tali mod li:

    2.1.1. il-pjanċa tista' tiġi mqiegħdha fi ħdan il-pjanijiet lonġitudinali li jgħaddu mill-estremitajiet ta' barra tal-vettura.

    3. L-INKLINAZZJONI

    3.1. Il-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara:

    3.1.1. għandha tkun perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

    3.1.2. tista' tkun inklinata mill-wieqaf b'mhux iktar minn 30°, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'il fuq;

    3.1.3. tista' tkun inklinata b'mhux iktar minn 15° mill-wieqaf, bil-vettura mhix mgħobbija, meta l-pjanċa ta' wara għan-numru tar-reġistrazzjoni tħares 'l isfel;

    4. L-GĦOLI MASSIMU

    4.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma jista' jkun iktar minn 1,5m 'l fuq mill-art meta l-vettura mhix mgħobbija.

    5. L-GĦOLI MINIMU

    5.1. Ebda punt fuq l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ma għandu jkun inqas minn 0,20m 'l fuq mill-art, jew inqas mir-raġġ tar-rota 'l fuq mill-art jekk dak hu inqas minn 0,20m, meta l-vettura mhix mgħobbija.

    6. VISIBILITÀ ĠEOMETRIKA

    6.1. L-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa għandu jkun viżibbli fi ħdan spazju li jkun ikkwadrat b'żewġ diħedrali: wieħed b'tarf oriżżontali definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu mit-trufijiet oriżżontali ta' fuq u t'isfel ta' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis l-oriżżontali jidhru fil-Figura 1; l-ieħor b'tarf wieqaf li jidher definit minn żewġ pjanijiet li jgħaddu minn kull naħa tal-pjanċa, li l-angoli tagħha vis-à-vis il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura jidhru fil-Figura 2.

    [pic] Figura 1

    L-angolu tal-viżibilità ġeometrika ( dihedral b'tarf orizzontali)

    [pic] Figura 2

    L-angolu tal-viżibilità ġeometrika (diħedrali b'xifer vertikali apparenti)

    _____________

    Appendiċi 1

    Dokument ta' informazzjoni dwar l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara ta' tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

    (li għandu jiġi mehmuż ma' l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent meta din hi sottomessa separatament mill-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' vettura)

    In-Nru ta' l-Ordni (mogħti mill-applikant):

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent fir-rigward ta' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara għal tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta għandu jkollha l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE, il-Parti A, it-taqsimiet:

    - 0.1,

    - 0.2,

    - 0.4. sa 0.6,

    - 2.2,

    - 2.2.1,

    - 9.6,

    - 9.6.1.

    _____________

    Appendiċi 2

    [pic]

    ANNESS II

    Parti A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva tal-Kunsill 93/94/KEE | (ĠU L 311, l-14.12.1993, p. 83) |

    Direttiva tal-Kummissjoni 1999/26/KE | (ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 32) |

    Parti B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

    93/94/KEE | It-30 ta’ April 1995 | L-1 ta’ Novembru 1995(1) |

    1999/26/KE | Il-31 ta’ Diċembru 1999 | L-1 ta’ Jannar 2000(2) |

    (1) Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/94/KEE:

    “Mill-[1 ta’ Mejju 2005], l-Istati Membru ma jistgħux, għal raġunijiet konnessi ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara, jipprojibixxu d-dħul inizjali fis-servizz tal- vetturi li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.”

    (2) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/26/KE:

    “1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara:

    - jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta' vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE,

    - jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta,

    jekk l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata b' din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispazju għall-immuntar tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' wara jekk il-ħtiġijiet tad-Direttiva 93/94/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.”

    ANNESS III

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Direttiva 93/98/EEK | Din id-Direttiva |

    Artikoli 1, 2 u 3 | Artikoli 1, 2 u 3 |

    Artikolu 4(1) | - |

    Artikolu 4(2) | Artikolu 4 |

    - | Artikolu 5 |

    - | Artikolu 6 |

    Artikolu 5 | Artikolu 7 |

    L-Anness | Anness I |

    - | Anness II |

    - | Anness III |

    _____________

    [1] KUMM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

    [5] ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

    [6] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [7] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [8] ĠU L 311, 14.12.1993, p. 83. Direttiva kif emendata mid- Direttiva tal-Kummissjoni 1999/26/KE (ĠU L 118, tas-6.5.1999, p. 32).

    [9] Ara l-Anness II, Parti A.

    [10] Fil-każ ta' mopeds , din hija kwalunkwe pjanċa tar-reġistrazzjoni u/jew l-identifikazzjoni.

    [11] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 25.

    Top