Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0401

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu

    52006PC0401




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 19.7.2006

    KUMM(2006) 401 finali

    2006/0140 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu

    (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2006) 953}{SEG(2006) 954}{SEG(2006) 955}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. DAĦLA

    Fis-26 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX)[1].

    Matul l-2005, l-Aġenzija saret operattiva u minn dak iż-żmien għamlet numru ta’ operazzjonijiet fil-fruntieri esterni flimkien ma' Stati Membri.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2) tat-Trattat, l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 jipprovdi li jingħata appoġġ mill-Aġenzija lil Stati Membri li jagħmlu t-talba f'ċirkostanzi li jeħtieġu iktar għajnuna teknika u operattiva fil-fruntieri esterni. Din tista’ tikkonsisti f’għajnuna dwar koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħra u t-tħaddim ta’ esperti ta’ l-Aġenzija stess dwar il-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni flimkien ma’ l-apparat tekniku tagħhom.

    L-esperjenza prattika u l-koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni operattiva ta’ Stati Membri fil-fruntieri esterni tagħhom, it-tnejn taħt l-awspiċi ta' l-Aġenzija u tal-Unità Komuni preċedenti tal-Prattikanti tal-Fruntieri Esterni, turi li hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-ħidma li tista’ ssir minn uffiċjali tal-gwardja tal-fruntieri minn Stat Membru li jopera fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor bħala parti minn operazzjoni konġunta.

    Meta wieħed iżomm f’moħħu s-sitwazzjonijiet kritiċi li jiffaċċjaw għadd ta’ Stati Membri meta jaslu ħafna immigranti llegali bil-baħar, huwa meħtieġ li tkompli tissaħħaħ is-solidarjetà bejn Stati Membri u l-Komunità f’dan il-qasam billi jiġu introdotti Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li jistgħu jassistu direttament u b’mod effiċjenti s-servizzi tal-gwardja tal-fruntieri nazzjonali ta’ Stati Membri f’sitwazzjonijiet bħal dawn, inkluż fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni korretta tal-Kodiċi ta’ Schengen dwar il-Fruntieri.

    L-għan ta’ din il-proposta hija għalhekk li jiġi stabbilit mekkaniżmu li permezz tiegħu Stati Membri li jiffaċċjaw diffikultajiet kbar ħafna biex jikkontrollaw il-fruntieri esterni tagħhom jkunu jistgħu jużaw l-esperjenza u r-riżorsi umani ta’ gwardji tal-fruntieri ta' Stati Membri oħra fuq bażi temporanja. Biex jiġi assigurat li l-uffiċjali tal-gwardja tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra jintużaw bl-aktar mod effiċjenti, il-proposta tiddefinixxi wkoll il-ħidma li dawn l-uffiċjali għandhom iwettqu matul l-attivitajiet operattiva fi Stat Membru ieħor.

    Il-proposta attwali ma tkoprix il-kooperazzjoni bilaterali mill-Istati Membri li jassistu lil xulxin fil-kontroll u s-sorveljanza ta’ kuljum tal-fruntieri esterni tagħhom. Fl-hekk imsejjah Programm ta’ l-Aja[2], li jagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004 and jistabilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp futur ta' żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, il-Kunsill Ewropew għamel sejħa għal ħolqien ta’ “timijiet ta’ esperti nazzjonali li jistgħu jagħtu għajnuna teknika u operattiva rapida lil Stati Membri li jagħmlu talba għaliha, wara li ssir l-analiżi xierqa tar-riskju mill-Aġenzija tat-Tmexxija tal-Fruntieri u li jaġixxu fil-qafas tagħha, fuq bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar il-poteri xierqa u l-iffinanzjar ta’ timijiet bħal dawn.”

    Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tiegħu fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005[3] stieden lill-Kummissjoni biex “tressaq proposta għal ħolqien ta' timijiet ta' reazzjoni rapida magħmula minn esperti nazzjonali li jistgħu jagħtu għajnuna teknika u operattiva rapida meta jkun hemm influss qawwi ta' immigranti, skond il-Programm ta' l-Aja, sar-Rebbiegħha 2006”.

    Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 li jistabilixxi Aġenzija Ewropea għal Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea għandha l-intenzjoni li tilqa’ dak l-invit tal-Kunsill Ewropew.

    Il-proposta, li tieħu in konsiderazzjoni r-riżultati ta’ studju dwar l-għoti ta’ poteri eżekuttivi[4], tgħaqqad flimkien il-ħolqien ta’ timijiet ta’ esperti nazzjonali, Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri li jaġixxu fil-qafas ta’ l-Aġenzija bl-introduzzjoni ta’ regoli komuni dwar il-ħidma li tista’ ssir mill-uffiċjali mistiedna tal-gwardja tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra li joperaw bil-għan li jkun hemm operazzjonijiet konġunti u l-użu bħala membri ta’ timijiet taħt l-awspiċi ta’ l-Aġenzija.

    Ta’ min jinnota li t-Teamijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera ser ikunu distintament differenti mit-Timijiet ta’ Appoġġ Konġunt tal-FRONTEX, li l-Aġenzija nnfisiha qed twaqqaf, kif ukoll mill-proposta għal ħolqien ta' netwerk ta' kooperazzjoni fil-qasam ta' ażil li, inter alia , għandu jiffaċilita l-ġbir flimkien ta’ esperti fil-qasam ta’ l-ażil, li l-Kummissjoni beħsiebha tippreżenta matull-2006.

    Il-proposta futura tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta’ netwerk ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-ażil tkun kumplimentari għall-proposta attwali billi inter alia tiffaċilita l-iskambju ta’ esperti ta’ l-ażil, interpreti, psikoloġi eċċ. lil Stat Membru li jitlobhom minn Stati Membri oħra, fuq bażi volontarja, jekk dak l-Istat Membru jkun iffaċċjat b'wasliet għal għarrieda ta' numri kbar ta' persuni li jistgħu jenħtieġu protezzjoni internazzjonali, li jwasslu għal pressjoni sinifikanti fuq il-faċilitajiet ta' akkoljenza jew sistemi ta' ażil.

    It-Timijiet ta’ Appoġġ Konġunt tal-FRONTEX huma essenzjalment sistema prattika biex jinġabru flimkien uffiċjali tal-gwardji nazzjonli tal-fruntiera ta' Stati Membri bil-għan li jkun hemm parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet regolari konġunti organizzati mill-Aġenzija. L-operazzjonijiet konġunti ta’ l-Aġenzija jiffukaw fuq sitwazzjonijiet jew problemi partikolari, eż. ġrajjiet internazzjonali ewlenin li jseħħu fit-territorji ta’ Stati Membri jew li jikkontrollaw ċerti distanzi diffiċli tal-fruntieri esterni u jservu l-għan doppju li jtejbu l-livell ta’ kontroll u sorveljanza fil-fruntiera in kwistjoni u fl-istess ħin jipprovdu taħriġ fuq il-post lill-uffiċjali parteċipanti. Operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota huma ppjanati minn sena qabel, u m’humiex għalhekk adattati biex jilqgħu għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. It-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, madankollu, inħolqu biss bil-għan li jassistu Stati Membri li jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ pressjoni partikolari, speċjalment il-wasliet f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu llegalment fl-Unjoni Ewropea. It-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri ma jistgħux jitħaddmu biex jieħdu sehem f’operazzjonijiet konġunti jew proġetti pilota, u kontra dak li jsir f’operazzjoni konġunta, l-użu ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri lil Stat Membru li jagħmel it-talba għalihom ma jinkludix aspetti bħal taħriġ jew eżerċizzji, minħabba li l-membri tat-timijiet huma esperti speċjalizzati li jimlew il-vojt fil-kontroll u s-sorveljanza min-naħa tas-servizz tal-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Barra minn hekk, il-perjodu tat-tħaddim tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandu jkun normalment itwal mit-tul medju ta’ operazzjonijiet konġunti, u kuntrarju għall-użu tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu biss mill-Komunità, l-operazzjonijiet konġunti li fihom jieħdu sehem uffiċjali tat-Timijiet ta’ Appoġġ Konġunt tal-FRONTEX huma ġeneralment kofinanzjati mill-Istati Membri. Ċertament, dan ma jeskludix li uffiċjali mnizzla fis-servizz mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu tal-Fruntiera jistgħu jaghmlu parti fl-istess waqt ta’ grupp ta’ esperti għad-dispożizzjoni ta’ l-Aġenzija taħt it-Timijiet ta' Appoġġ Konġunt tal-FRONTEX.

    2. GĦAN

    L-għan ewlieni tal-politika tal-Komunità fil-qasam tal-fruntieri esterni huwa l-ħolqien ta’ tmexxija integrata tal-fruntieri li tassigura livell għoli u uniformi fil-kontroll ta’ persuni u sorveljanza fil-fruntieri esterni. Dan l-għan, li huma kkunsidrat pre-rekwiżit essenzjali għal kull żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, jeħtieġ inter alia , kif previst fl-Artikolu 62(2)(a) tat-Trattat, it-twaqqif ta’ regoli komuni dwar l-istandards u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn Stati Membri fil-kontroll ta’ persuni fil-fruntieri esterni.

    Bl-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Kodiċi tal-Komunità dwar ir-regoli li jiggvernaw il-moviment ta’ persuni tul il-fruntieri[5], id-dispożizzjonijiet legali ta’ l- acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni ġew ristrutturati u aġġornati.

    Bl-istess mod, bit-twaqqif ta’ l-Aġenzija, beda jaħdem mekkaniżmu tal-Komunità għal koordinazzjoni ta’ kooperazzjoni operattiva bejn Stati Membri fil-fruntieri esterni, u b’hekk tjiebet l-implimentazzjoni korretta f’livell operattiv tar-regoli komuni ddikjarati fil-Kodiċi tal-Komunità msemmi hawn fuq.

    Il-pass li jmiss huwa l-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri f’livell Ewropew. B’hekk l-għan ta’ din il-proposta għal Regolament huwa biex tkompli titjieb l-effiċjenza ta’ attivitajiet operattivi li jsiru fi ħdan il-qafas ta’ l-Aġenzija u biex tkompli tinkoraġixxi s-solidarjetà bejn Stati Membri u l-Komunità fil-qasam tal-fruntieri esterni billi:

    a) jitwaqqaf mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Aġenzija tikkomponi u tuża t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li jikkonsistu f’uffiċjali ta’ gwardji nazzjonali tal-fruntiera ta’ Stati Membri. Dawn it-timijiet jistgħu jitħaddmu fuq bażi temporanja fi Stat Membru li jitlobhom u li jiffaċċja pressjoni partikolari, speċjalment il-wasliet f'punti fuq il-fruntieri esterni ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu llegalment fl-Unjoni Ewropea, u

    b) l-introduzzjoni ta’ regoli komuni dwar il-ħidma ta’ uffiċjali mistednin tal-gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra bil-għan li jieħdu sehem f’operazzjonijiet konġunti, jew li jitħaddmu bħala membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera fi Stat Membru li jitlobhom.

    Il-proposta ta’ Regolament bażikament tikkonsisti f’żewġ partijiet, waħda dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, ix-xogħol u l-iffinanzjar taghhom, u l-oħra li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 bil-għan li jiġu implimentati t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fil-qafas ta’ l-Aġenzija.

    2.1. Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

    Għandu jkun innutat, li huwa kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk iridx jipparteċipa attivament jew le fit-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri billi jpoġġi uffiċjali għad-dispożizzjoni għat-twaqqif ta’ timijiet bħal dawn. Barra minn hemm, it-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera jistgħu jitħaddmu biss minn Stat Membru li jitlobhom. Madankollu, il-proposta għal Regolament tiddefinixxi l-ħidma relatata mal-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni, li uffiċjali mistednin u membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera għandhom ikunu kapaċi li jipprovdu. Dan huwa meqjuż neċessarju biex jiġi assigurat is-suċċess ta’ operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni u t-tħaddim ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera ma jiddependux fuq il-liġijiet differenti ħafna ta’ Stati Membri li jikkontrollaw sa liema limitu jistgħu jipparteċipaw l-uffiċjali mistiedna fl-attivitajiet ta’kontroll u sorveljanza fil-fruntiera esterna, kif jiġri llum.

    Dan huwa importanti wkoll mil-lat ta’ effiċjenza fl-infiq. Jekk il-Komunità tiddeċiedi li torganizza u tħallas għat-tħaddim ta’ uffiċjali speċjalizzati minn Stati Membri oħra biex jgħinu Stat Membru li jagħmel it-talba bil-għan li jkun hemm kontroll u sorveljanza tal-fruntiera esterna tiegħu, dawn l-esperti għandhom jitħaddmu bl-aktar mod effiċjenti, jiġifieri billi jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' kontroll u sorveljanza fuq l-istess livell mas-servizz ta' gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

    Fir-rigward ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera, il-proposta tipprevedi t-twaqqif ta’ listi ta’ uffiċjali ta’ gwardji nazzjonali tal-fruntiera li Stati Membri lesti jqegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Aġenzija bil-għan li jitħaddmu minn Stat Membru li jitlobhom f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar għajnuna teknika u operattiva fil-fruntieri esterni ta’ dak l-Istat Membru. L-uffiċjali li jservu mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri mhumiex ser jidħlu fl-istaff ta' l-Aġenzija, iżda jibqgħu uffiċjali tal-gwardja nazzjonali rispettiva tal-fruntiera, biex b'hekk jiffurmaw grupp permanenti ta’ uffiċjali esperti, li l-Aġenzija tista’ ssejjaħ meta tintalab biex tuża t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera. L-Istati Membri, li ddikjaraw li lesti joffru l-uffiċjali tagħhom għad-dispożizzjoni ta' l-Aġenzija għat-twaqqif tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntiera, għandhom joffru s-servizzi ta’ dawn l-uffiċjali lill-Aġenzija biex tużahom b’avviż fl-aħħar minuta lil Stat Membru ieħor u għal għanijiet ta’ taħriġ u eżerċizzju regolari skond skeda annwali. In-nefqa tal-parteċipazzjoni ta’ l-uffiċjali fit-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera, bl-eċċezzjoni ta’ salarji regolari, tkun koperta mill-Aġenzija[6].

    Biex jiġi assigurat li l-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera jkollhom l-istess livell għoli ta’ għarfien espert fuq kwistjonijiet relatati mal-kontroll tal-fruntiera u biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien b’mod effiċjenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, l-Aġenzija ser tagħti taħriġ bażiku kif ukoll avvanzat lill-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u ser tagħmel eżerċizzji regolari magħhom. Il-membri tat-tim huma obbligati li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet kif ukoll meta jaħdmu ma' Stat Membru meta mitlub mill-Aġenzija. Il-membri tat-tim għandhom jirċievu allowance kuljum ta’ manteniment għall-perjodi ta’ taħriġ, eżerċizzju u użu mill-Aġenzija. L-Aġenzija tista’ takkwista apparat tekniku għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni biex jintuża fil-qafas tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera[7].

    Skond il-proposta, Stat Membru f’ċirkostanzi li jeħtieġu iktar għajnuna teknika u operattiva fil-fruntieri esterni tiegħu jista’ jitlob lill-Aġenzija biex tħaddem wieħed jew iktar Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera fit-territorju tagħha fuq bażi temporanja. Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba, l-Aġenzija għandha tevalwa s-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta' l-Istat Membru li għamel it-talba fuq il-bażi ta' l-informazzjoni relevanti mogħtija minnu jew minn xi Stat Membru ieħor. Jekk meħtieġ, missjoni ta’ evalwazzjoni tista’ tiġi organizzata mill-Aġenzija għal dan il-għan. L-Aġenzija għandha wkoll tuża l-analiżi tagħha ta’ riskju ġenerali u adattat skond iċ-ċirkostanzi. Jirriżulta mill-kliem propost ta’ l-Artikolu 8a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 li l-Aġenzija mhijiex obbligata li tuża t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fiċ-ċirkostanzi kollha. Id-deċiżjoni tiddependi mill-gravità tas-sitwazzjoni. F’xi każijiet, id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ minflok jiddeċiedi li sempliċement jgħin lill-Istat Membru li għamel it-talba fuq kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni ma’ Stati Membri oħra bil-għan li jiġu solvuti problemi li nqalgħu fil-fruntiera esterna tiegħu. Alternattivament, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jħaddem l-istaff espert stess ta’ l-Aġenzija biex jappoġġja lill-Istat Membru li għamel it-talba f'kapaċità ta' konsulent. It-tħaddim ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera jkun għalhekk riservat għas-sitwazzjonijiet l-aktar kritiċi, fejn mezzi oħra ta’ għajnuna jitqiesu li mhux biżżejjed.

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni fuq it-talba fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mid-data tat-talba u għandu jinnotifika bil-miktub kemm lill-Istat Membru li għamel it-talba u l-Bord ta’ Tmexxija bid-deċiżjoni, li telenka r-raġunijiet ewlenin.

    Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jilqa’ t-talba, għandu jitfassal pjan operattiv li jfisser fid-dettal it-tul ta’ l-użu tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, il-lokalitajiet ġeografiċi preċiżi fejn jintużaw, il-ħidma tat-timijiet, kif huma komposti u l-għadd ta’ membri, il-ħidma li ntalbu jagħmlu, kif ukoll posthom fil-katina ta’ kmand u l-ismijiet u l-gradi ta’ kmandanti tagħhom mill-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru li għamel it-talba. Għandu jiġi nnutat, li l-kompożizzjoni attwali tat-Tim ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri jista’ jvarja minn każ għall-ieħor, skond is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet fuq il-post. Kull emenda jew adattament għal pjan operattiv propost sew mill-Istat Membru li għamel it-talba kif ukoll mill-uffiċjal ta' kollegament ta' l-Aġenzija għandu jiġi miftiehem mid-Direttur Eżekuttiv u mill-Istat Membru li jkun għamel it-talba.

    It-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruniteri li ser jitħaddmu jiġu għalhekk adattati skond is-sitwazzjoni speċifika li jiffaċċja l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Għandhom jitħaddmu fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mid-data tal-ftehim dwar il-pjan operattiv.

    Uffiċjal ta’ kollegament maħtur mid-Direttur Eżekuttiv mill-istaff ta’ l-Aġenzija għandu jakkumpanja t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri meta jintużaw fl-Istat Membru li għamel it-talba. L-uffiċjal ta’ kollegament għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija kemm fil-konfront tal-membri tat-timijiet kif ukoll ta’ l-Istat Membru fejn jitħaddmu. Huwa/Hija għandu/ha jaġixxi/taġixxi ta’ osservatur u jirrapporta/tirrapporta l-aspetti kollha ta’ l-użu tat-timijiet lill-Aġenzija.

    B'mod partikulari, id-Direttur Ġenerali għandu:

    - jaġixxi bħala l-kollegament bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti;

    - jaġixxi bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-membri tat-tim(ijiet), li jipprovdi l-għajnuna, f'isem l-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tat-tħaddim tagħhom mat-tim(ijiet);

    - jikkontrolla l-implimentazzjoni tal-pjan operattiv;

    - jevalwa l-impatt ta’ l-użu tat-tim(ijiet).

    L-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-uffiċjal ta’ kollegament bid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet tiegħu rigward it-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

    Waqt l-użu tagħhom, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u ta’ l-uffiċjal ta’ kollegament għandhom ikunu koperti mill-Aġenzija. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jkollu l-kmand fuq it-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li l-membri tagħhom m'ghandhom jobdu ebda ordni mill-Istati Membri tagħhom ta' oriġini waqt il-perjodu ta' użu tagħhom.

    2.2. Ħidmiet ta’ l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri dwar il-kontroll ta' persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni.

    Illum is-sitwazzjoni legali ta’ l-uffiċjali mistiedna tal-gwardja tal-fruntiera ta’ Stat Membru li joperaw fi Stat Membru ieħor ivarjaw konsiderevolment minn Stat Membru għall-ieħor. F’uħud mill-Istati Membri hemm il-possibiltà li dawn l-uffiċjali jingħataw sensiela sħiħa ta’ xogħlijiet, waqt li fi Stati Membri oħra l-uffiċjali mistiedna jingħataw biss ftit xogħlijiet.

    Meta wieħed iqis li l-kontroll ta’ persuni fil-fruntieri esterni huwa rregolat mill-liġi tal-Komunità, u li l-koperazzjoni operattiva bejn Stati Membri fil-fruntieri esterni huwa kkordinat minn aġenzija tal-Komunità, is-sitwazzjoni legali attwali ta’ l-uffiċjali mistiedna, rregolata mill-liġi nazzjonali ta’ l-Istati Membri, ma tistax titqies aktar bħala biżżejjed biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa.

    Jekk, per eżempju, fi Stat Membru A uffiċjali mistiedna li jieħdu sehem f’operazzjoni konġunta kkordinata mill-Aġenzija ma jkunux jistgħu jikkontrollaw persuni fil-punti fejn jaqsmu l-fruntiera, iżda jibqgħu bħala osservaturi, filwaqt li fl-Istat Membru ġar B l-istess uffiċjali mistiedna li jieħdu sehem fl-istess tip ta' operazzjoni konġunta jkunu jistgħu jagħmlu kontrolli bħal dawn, allura r-riżultat taż-żewġ operazzjonijiet konġunti jkun differenti ħafna, kemm f'termini ta' effiċjenza fl-infiq kif ukoll fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni f'livell Ewropew bejn il-gwardji nazzjonali tal-fruntiera ta' l-Istati Membri. L-istess naturalment japplika għall-użu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fl-Istati Membri.

    Jeħtieġ għalhekk li tiġi stabbilita lista ta’ xogħlijiet li jistgħu jingħataw lill-uffiċjali mistiedna tal-gwardji tal-fruntiera ta' Stati Membri oħra. Il-proposta ta’ Regolament, madankollu, tillimita b’mod espliċitu l-għan ta’ armonizzazzjoni tax-xogħlijiet relatati mal-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni li jistgħu jsiru minn uffiċjali mistiedna u membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri ma’ l-operazzjonijiet konġunti kkordinati mill-Aġenzija u ma’ l-użu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fil-qafas ta’ l-Aġenzija lil Stat Membru li jagħmel it-talba.

    Id-dmirijiet ta' l-uffiċjali mistiedna u tal-membri tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntiera biex jieħdu sehem f'operazzjonijiet konġunti kkoordinati mill-Aġenzija u l-użuagħhom fi Stat Membru li jagħmel it-talba huma li ġejjin.

    F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iċċekkjar ta’ persuni fil-fruntieri esterni:

    1. jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' kull persuna li taqsam il-fruntiera, biex tiġi aċċertata l-validità u l-awtentiċità ta' dawn id-dokument u tiġi stabbilita l-identità tal-persuni;

    2. jintuża tagħmir tekniku biex jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar skond il-punt (a);

    3. tiġi intervistata kull persuna li taqsam il-fruntiera biex jiġu verifikati l-għan u l-kundizzjonijiet tal-vjaġġ, kif ukoll li huwa/hija għandu/ha biżżejjed mezzi biex tgħix kif ukoll id-dokumenti meħtieġa;

    4. jiġi ċċekkjat li l-persuna ma jkollhiex kontrieha twissija biex ma tithalliex tidħol fis-sistema ta’ informazzjoni Schengen (SIS);

    5. jiġu ttimbrati d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, skond l-Artikolu 10 tal-Kodiċi tal-Komunità, kemm fid-dħul kif ukoll fil-ħruġ;

    6. issir tfittxija ta’ mezzi tat-trasport u oġġetti fil-pussess tal-persuni li jaqsmu l-fruntiera, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti.

    Rigward is-sorveljanza fil-fruntieri esterni:

    7. isir użu minn mezzi tekniċi biex tiġi ssorveljata ż-żona tal-fruntiera esterna;

    8. ikun hemm parteċipazzjoni f’għassa bil-mixi u bil-vetturi fiż-żona tal-fruntiera esterna ta’ l-Istat Membru ospitanti;

    9. jinżammu persuni milli jaqsmu b’mod illegali l-fruntiera esterna ta’ l-Istat Membru ospitanti skond il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru;

    Il-Kummissjoni tikkonsidra t-twettiq ta’ dawn il-kompiti neċessarju għall-uffiċjali mistiedna li jieħdu sehem f'operazzjonijiet konġunti kkoordinati mill-Aġenzija u għall-membri tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntiera li jintużaw fi Stat Membru li jitlobhom. Huma bbażati fuq ir-regoli komuni tal-kontroll tal-persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni, kif stabbilit fil-Kodiċi tal-Komunità fuq ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni bejn il-fruntieri.

    Uffiċjali mistiedna u membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandhom barra minn hekk jkunu intitolati li jilbsu l-uniformijiet tagħhom, madankollu b’insinji li jidentifikawhom b’mod ċar bħala li qed jieħdu sehem f’operazzjoni/ħidma konġunta tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri. Għandhom jingħataw dokument li jidentifikahom u li jagħti prova tad-dritt tagħhom li jeżerċitaw il-kompiti msemmija hawn fuq.

    Il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà kriminali u ċivili ta’ l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fil-qadi ta’ dmirijiethom fi Stat Membru ieħor li mhux tagħhom huwa wkoll irregolat skond mudell ta’ Deċiżjoni qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar timijiet ta’ investigazzjoni konġunta[8].

    Il-kompiti li għandhom iwettqu l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri ma jgħoddux għall-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, minħabba li r-rwol ta' l-Aġenzija f'dan ir-rigward huwa limitat li jipprovdi lil Stati Membri l-appoġġ neċessarju biex jorganizzaw operazzjonijiet konġunti ta' ritorn. Barra minn hekk, il-proposta attwali tittratta l-integrazzjoni ta' l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fis-sistema tal-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru ospitanti għat-tul ta' l-operazzjoni konġunta jew l-użu tat-timijiet li jsir fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. F’ħafna mill-każijiet, in-natura ta’ l-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn u l-poteri meħtieġa biex isiru operazzjonjijiet bħal dawn huma ferm differenti mis-sitwazzjoni msemmija hawn fuq dwar operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni u jkunu jeħtieġu qafas legali differenti.

    3. IMPLIMENTAZZJONI

    It-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandhom jitwaqqfu mill-Aġenzija b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-Aġenzija tkun responsabbli għat-tmexxija ta' dawn it-timijiet, kemm f'termini ta' amministrazzjoni (iż-żamma ta' listi ta' uffiċjali disponibbli u l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat għalihom), u f‘termini tat-teħid tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-użu tat-timijiet fl-Istat Membru li jitlobhom.

    Id-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-kompiti dwar il-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni li jsir minn uffiċjali mistiedna u membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandu jkun implimentat fil-qafas tal-kooperazzjoni operattiva ta’ Stati Membri fil-fruntieri esterni bil-koordinazzjoni ta’ l-Aġenzija.

    4. IFFINANZJAR

    L-ispejjeż biex jitwaqqfu u jinżammu t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, inkluż it-taħriġ, l-eżerċizzji u l-użu, għandhom ikun koperti mill-baġit ta' l-Aġenzija.

    5. L-GĦAŻLA TAL-BAŻI LEGALI

    L-Artikoli 62(2)(a) u 66 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea huma l-bażi legali ta’ dan ir-Regolament li l-għan immedjat tiegħu huwa li jkompli jtejjeb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni operattiva bejn Stati Membri fil-kontroll ta’ persuni fil-fruntieri esterni u li jinkoraġixxi s-solidarjetà bejn Stati Membri u l-Komunità f’dan il-qasam.

    6. SUSSIDJARJETÀ U PROPORZONALITÀ

    It-Titolu IV fuq viżi, ażil, immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-movimenti liberi ta’ persuni jagħti poteri lill-Komunità f’dawn l-oqsma. Din ir-responsabbiltà għandha, madankollu, jiġi eżerċitata skond l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; jiġifieri jekk u sakemm azzjoni bħal din li tittieħed fil-livell tal-Komunità toffri vantaġġi ċari minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha, fuq azzjoni fil-livell ta' Stat Membru. Il-proposta għal Regolament tissodisfa dawn il-kriterji.

    Sussidjarjetà

    Stati Membri individwali ma jistgħux jassiguraw leġiżlazzjoni koerenti u armonizzata fl-għoti ta’ kompiti lill-uffiċjali mistiedna tal-gwardji tal-frunitera ta’ Stati Membri oħra bil-għan li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni kkoordinati mill-Aġenzija u li jitħaddmu fi Stat Membru li jitlobhom. Att leġiżlattiv tal-Komunità huwa għalhekk meħtieġ biex jassigura livell suffiċjenti ta’ armonizzazzjoni.

    Bl-istess mod, il-ħolqien u t-tmexxija tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera ma jistax jintlaħaq fil-livell ta’ l-Istati Membri, imma jeħtieġ azzjoni u koordinazzjoni mill-Komunità.

    Proporzjonalità

    Ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-għoti ta’ kompiti lill-uffiċjali mistiedna tal-gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra bil-għan li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni kkoordinati mill-Aġenzija u li jitħaddmu fi Stat Membru li jitlobhom. Jistipula wkoll biex it-twaqqif ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri Kwistjonijiet bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal regoli ċari u uniformi inklużi fir-Regolament li huwa l-istrument xieraq biex jemenda r-Regolamenti li jwaqqfu Aġenziji tal-Komunità. Ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

    2006/0140 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 62(2)(a) u 66 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[9],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[10],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[11],

    Billi:

    (1) Fis-26 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru. 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fuq il-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (l-Aġenzija).

    (2) Stat Membru li jiffaċċja ċirkostanzi li jeħtieġu iktar għajnuna teknika u operattiva fil-fruntieri esterni tiegħu jista’, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 64(2) tat-Trattat, taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004, jitlob lill-Aġenzija għall-għajnuna taħt forma ta’ koordinazzjoni, fejn iktar minn Stat Membru wieħed huwa involut, u/jew l-użu ta’ esperti ta’ l-Aġenzija biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti.

    (3) Meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet kritiċi li Stati Membri ikollhom minn żmien jiffaċċjaw fil-fruntieri esterni tagħhom, b’mod partikolari dwar il-wasliet f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu llegalment fl-Unjoni Ewropea, il-possibiltajiet attwali li tingħata għajnuna effiċjenti u prattika dwar il-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni f’livell Ewropew mhumiex ikkunsidrati suffiċjenti.

    (4) Stat Membru għandu barra minn hekk ikollu l-possibiltà li jitlob l-użu, fil-qafas ta’ l-Aġenzija, ta’ Timijiet ta’ Intervent fil-Fruntieri magħmula minn esperti mħarrġin apposta minn Stati Membri oħra lit-territorju tiegħu biex jgħinu il-gwardji nazzjonali tiegħu tal-fruntiera fuq bażi temporanja.

    (5) Għalhekk għandu jitwaqqaf mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

    (6) Biex issir ħidma effettiva mal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera, l-esperti għandhom ikunu kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom dwar il-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza fil-fruntieri esterni waqt il-ħidma tagħhom fi Stat Membru li jitlob l-għajnuna tagħhom.

    (7) Bl-istess mod, l-effiċjenza ta’ operazzjonijiet konġunti ikkoordinati mill-Aġenzija għandha titjieb aktar billi uffiċjali mistiedna ta’ Stati Membri oħra jitħallew, fuq bażi temporanja jwettqu kompiti relatati mal-kontroll ta’ persuni u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni waqt li jintużaw fl-Istat Membru li talab l-għajnuna tagħhom.

    (8) Huwa għalhekk neċessarju li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda fir-Regolament (KE) Nru. 2007/2004 dwar il-kompiti ta’ l-uffiċjali mistiedna tal-gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra u l-esperti mħarrġin apposta ta’ Stati Membri oħra użati fi Stat Membru li jitlob l-għajnuna fil-qafas ta’ l-Aġenzija.

    (9) Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 għandu jiġi emendat skond dan.

    (10) Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-aktar l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni komuni dwar il-kompiti ta’ uffiċjali mistiedna ta’ gwardji tal-fruntiera minn Stati Membri oħra u t-twaqqif ta' timijiet ta' esperti minn Stati Membri oħra biex jintużaw fuq talba ta' Stat Membru fit-territorju tiegħu, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif dikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (11) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u rifless fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    (12) Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE[12] dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

    (13) Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE[13] u 2004/860/KE[14].

    (14) F’konformità ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Jekk nikkunsidraw li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta' Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah jew le fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (15) Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tat-29 ta’ Mejju 2000[15] dwar it-talba tar-Renju Unit biex jieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen). Ir-Renju Unit għalhekk mhux jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

    (16) Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002[16] dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen. Għalhekk l-Irlanda mhijiex tieħu parti fl-adozzjoni tiegħu u la hi marbuta bih u lanqas soġġetta għalih.

    (17) F’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(1)(d) u (2) jikkostitwixxu, sakemm jirreferu għall-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen (SIS), dispożizzjonijiet li jibdu fuq l-acquis ta' Schengen jew huma relatati miegħu fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-2003 u l-2005 ta’ l-Atti ta’ l-Adeżjoni,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1 Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu bil-għan li jipprovdi assistenza teknika u operattiva rapida lil Stat Membru li jitlobha u li qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni partikolari, speċjalment il-wasliet f’punti tal-fruntieri esterni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jippruvaw jidħlu llegalment fl-Unjoni Ewropea, fil-forma ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri. Ir-Regolament jiddefinixxi wkoll il-kompiti li għandhom jiżvilġu l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera waqt operazzjonijiet fi Stat Membru li mhux tagħhom.

    Artikolu 2Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

    (1) “l-Aġenzija” tfisser l-Aġenzija Ewropea għal Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-użu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    (2) “operazzjonijiet konġunti" tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004;

    (3) “proġetti pilota” jfissru proġetti pilota msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004;

    (4) “uffiċjali mistiedna” jfissru uffiċjali ta’ servizzi ta’ gwardja tal-fruntiera ta’ Stati Membri oħra li jieħdu sehem f’operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota [fit-territorju ta’ Stat Membru];

    (5) “membri tat-tim(ijiet)” tfisser uffiċjali ta’ servizzi ta’ gwardji tal-fruntiera ta’ Stati Membri li jservu mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    (6) “Stat Membru li jagħmel it-talba” tfisser Stat Membru li jitlob lill-Aġenzija biex tibgħat Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fit-territorju tiegħu;

    (7) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed isseħħ operazzjoni konġunta, proġett pilota jew ikunu ntbagħtu Timijiet ta’ Intervent Rapidu tal-Fruntieri;

    (8) “Stat Membru oriġinarju” tfisser l-Istat Membru li fih l-uffiċjal mistieden jew membru tat-tim huwa gwardja nazzjonali tal-fruntiera.

    Artikolu 3Għamla u użu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera

    1. L-għamla tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri tiġi deċiża mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004.

    It-timijiet għandhom jitħaddmu mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8f ta’ dak ir-Regolament.

    2. Stati Membri għandhom jipprovdu l-ismijiet ta' kull uffiċjal tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera taghhom li jkollhom il-ħsieb li jibgħatu lill-Aġenzija għat-Timjiet ta' Intervent Rapidu tal-Fruntieri.

    3. Jekk jintalbu jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-uffiċjali li saret referenza għalihom fil-paragrafu 2 lill-Aġenzija biex jipparteċipaw: fl-attivitajiet li ġejjin

    10. korsijiet ta’ taħriġ u eżerċizzji skond l-iskema inkluża fil-programm annwali ta’ ħidma ta’ l-Aġenzija.

    11. it-tħaddim, fl-aħħar ħin, fi Stat Membru ieħor.

    4. L-ispejjeż relatati ma’ l-attivitajiet li saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 għandhom jitħallsu mill-Aġenzija skond l-Artkolu 8d tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004.

    Artikolu 4Drittijiet u obbligi tal-membri tat-timijiet

    1. Il-membri tat-timijiet għandhom jibqgħu uffiċjali tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera ta’ l-Istati Membri tagħhom u għandhom ikomplu jitħallsu minnhom. Meta jitħaddmu bħala membri tat-timjiet, huma għandhom, madankollu, jobdu biss l-istruzzjonijiet ta’ l-Istat Membru ospitanti skond il-pjan operattiv miftiehem bejn l-Aġenzija u dak l-Istat Membru, kif stabbilit fl-Artikolu 8f(3) tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004.

    2. L-uffiċjali li l-ismijiet tagħhom ikunu ngħataw lill-Aġenzija skond l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jipparteċipaw f’taħriġ bażiku u addizzjonali relevanti għall-kompiti tagħhom kif ukoll f’eżerċizzji pprovduti mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8e tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004.

    3. L-uffiċjali għandhom jirċievu kumpens għall-għixien ta’ kuljum għat-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-korsijiet ta’ taħriġ u eżerċizzji organizzati mill-Aġenzija, u l-perjodi ta’ tħaddim tagħhom bħala membri tat-timijiet skond l-Artikolu 8d tar-Regolament (KE) Nru. 2007/2004.

    Artikolu 5Tħaddim tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

    1. Waqt it-tħaddim tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, il-kmand tat-tim(ijiet) ikun f’idejn l-Istat Membri ospitanti skond il-pjan operattiv. L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jinforma immedjatament lill-Aġenzija bid-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu dwar it-tim(ijiet), inkluż b’mod partikolari kull proposta għall-emendi jew adattamenti tal-pjan operattiv.

    2. L-Istat Membru ospitanti għandu jagħti l-għajnuna kollha neċessarji lill-uffiċjal ta’ kollegament ta’ l-Aġenzija li jakkumpanja lit-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, inkluż l-aċċess lit-tim(ijiet) f’kull ħin matul l-operazzjoni.

    Artikolu 6Dmirijiet ta’ l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet

    1. Għall-operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota kkoordinati mill-Aġenzija u t-tħaddim tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera, uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet għandhom iwettqu l-kompiti li saret referenza għalihom fl-Artikoli 7 u 8 għat-tul ta’ attivitajiet bħal dawn.

    2. Waqt il-ħidma li ssir referenza għaliha fl-Artikoli 7 u 8, uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mal-liġi tal-Komunità u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti. Għandhom jaġixxu taħt il-kmand ta’ uffiċjali tal-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta' l-Istat Membru ospitanti.

    3. Uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati jilbsu l-uniformi tagħhom waqt il-qadi tad-dmirijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7 u 8.

    Għandhom jilbsu faxxa blu ma' dirgħajhom bl-insinja ta’ l-Unjoni Ewropea fuq l-unformijiet tagħhom, li tidentifikhom bħala li qed jieħdu sehem f'operazzjoni konġunta jew proġett pilota kkoordinat mill-Aġenzija jew li qed jaħdmu mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

    Għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni fil-konfront ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti u ċ-ċittadini tiegħu, uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet għandhom f'kull ħin iġorru magħhom dokument ta' akkreditazzjoni, previst fl-Artikolu 9, li għandhom jippreżentaw meta mitlubin.

    4. Uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet awtorizzati li jġorru armi tas-servizz fl-Istat Membru originarju jistgħu jġorru dawn l-armi waqt il-qadi ta' dmirijiethom skond l-Artikoli 7 u 8 bil-kunsens biss ta' l-Istat Membru ospitanti u skond il-liġi nazzjonali tiegħu.

    Artikolu 7Iċċekkjar fil-fruntieri

    1. Uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ ċċekkjar fil-fruntiera, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru. 562/2006 għandhom jaqdu d-dmirijiet li ġejjin fl-Istat Membru ospitanti:

    12. jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' kull persuna li taqsam il-fruntiera, biex tiġi aċċertata l-validità u l-awtentiċità ta' dawn id-dokument u tiġi stabbilita l-identità tal-persuni;

    13. jintuża tagħmir tekniku biex jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar skond il-punt (a);

    14. tiġi intervistata kull persuna li taqsam il-fruntiera biex jiġu verifikati l-għan u l-kundizzjonijiet tal-vjaġġ, kif ukoll li l-persuna għandha biżżejjed mezzi biex tgħix kif ukoll id-dokumenti meħtieġa;

    15. jiġi ċċekkjat li l-persuna li qed taqsam il-fruntiera ma jkollhiex kontrieha twissija biex ma titħalliex tidħol fis-sistema ta’ informazzjoni Schengen (SIS);

    16. jiġu ttimbrati d-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru. 562/2006, kemm fid-dħul kif ukoll fil-ħruġ;

    17. issir tfittxija ta’ mezzi tat-trasport u oġġetti fil-pussess tal-persuni li jaqsmu l-fruntiera, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ospitanti.

    2. Aċċess minn uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet ta’ l-SIS u għall-databases nazzjonali għall-għanijiet ta’ paragrafu 1(d) għandhom jiġu regolati mil-liġi tal-Komunità u l-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru rispettivament.

    3. Deċiżjonijiet biex jiġi rifjutat dħul skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru. 562/2006 għandhom jittieħdu mill-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet wara l-konsultazzjoni ma’, u suġġett għall-ftehim min-naħa ta’, uffiċjal f’pożizzjoni ta’ kmand fil-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta' l-Istat Membru ospitanti.

    Kull appell kontra deċiżjonijiet bħal dawn għandu jiġi indirizzat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti.

    Artikolu 8Sorveljanza

    Uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ sorveljanza, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru. 562/2006 għandhom jaqdu d-dmirijiet li ġejjin fl-Istat Membru ospitanti:

    18. isir użu minn mezzi tekniċi biex tiġi ssorveljata ż-żona tal-fruntiera esterna;

    19. ikun hemm parteċipazzjoni f’għassa bil-mixi u bil-vetturi fiż-żona tal-fruntiera esterna ta’ l-Istat Membru ospitanti;

    20. jinżammu persuni milli jaqsmu b’mod illegali l-fruntiera esterna ta’ l-Istat Membru ospitanti skond il-liġi tal-Komunità u l-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru;

    Artikolu 9Dokument ta’ akkreditazzjoni

    1. L-Istat Membru ospitanti għandu joħroġ dokument lill-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet bil-għan li jkunu identifikati u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur li jwettaq id-dmirijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7 u 8. Id-dokumenti għandhom jinkludu dan li ġej:

    21. l-isem u n-nazzjonalità ta’ l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim;

    22. il-grad ta’ l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim;

    23. ritratt riċenti diġitalizzat ta’ l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim;

    24. informazzjoni dwar l-operazzjoni konġunta/ħidma li fiha l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim qed jipparteċipa;

    25. id-dmirijiet li l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim jista’ jwettaq skondl-Artikoli 7 u 8;

    26. il-perjodu li fih l-uffiċjal mistieden/membru tat-tim għandu jwettaq id-dmirijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7 u 8.

    2. Id-dokument jintradd lura lill-Istat Membru ospitati fi tmiem l-operazzjoni konġunta, proġett pilota jew ħidma tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

    Artikolu 10Responsabbiltà ċivili rigward l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet

    1. Fejn l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet qed joperaw fi Stat Membru li mhux dak li tiegħu huma uffiċjali ta’ gwardja tal-fruntiera, l-Istat(i) Membru oriġinarju għandu jkun responsabbli għal kull ħsara li ssir minnhom waqt l-operazzjonijiet konġunti jew tħaddim tat-timijiet, skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ospitanti.

    2. L-Istat Membru ospitanti għandu jagħmel tajjeb għal din il-ħsara lill-vittmi jew persuni intitolati f’isimhom skond il-liġi nazzjonali tiegħu.

    3. L-Istat(i) Membru oriġinarju għandu jrodd lura lill-Istat Membru ospitanti l-ammonti kollha li jkun ħallas lill-vittmi jew persuni intitolati f’isimhom.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet rigward terzi persuni u bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3, kull Stat Membru m’għandhux, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, jitlob ħlas lura tad-danni li huwa sofra minn Stat Membru ieħor.

    Artikolu 11Responsabbiltà kriminali rigward l-uffiċjali mistiedna u l-membri tat-timijiet

    Waqt l-operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota jew tħaddim tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, uffiċjali mistiedna u membri tat-timijiet għandhom jitqiesu bħala uffiċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti fil-każ ta’ offiżi mwettqa kontrihom jew minnhom.

    Artikolu 12Emenda

    Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 2(1), l-punt (g) li ġej hu miżjud:

    “(g) jitħaddmu t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fl-Istati Membri li għandhom bżonn l-għajnuna meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ pressjoni partikolari, speċjalment il-wasliet f'punti tal-fruntieri esterni ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu llegalment fl-Unjoni Ewropea:”

    (2) L-Artikolu 8(3) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "3. L-Aġenzija tista’ takkwista apparat tekniku għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni biex jintuża mill-esperti tagħha u [fil-qafas ta'] t-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għat-tul tal-ħidma tagħhom fl-Istat(i) Membru in kwistjoni."

    (3) L-Artikoli 8a sa 8h li ġejjin jiġu miżjuda:

    "Artikolu 8aTimijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

    Fejn il-miżuri li saret referenza għalihom fl-Artikolu 8(2)(a) u (b) ma jitqisux biżżejjed biex jilqgħu għal sitwazzjoni ta’ pressjoni partikolari, l-Aġenzija tista’ tħaddem wieħed jew iktar mit-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri fi Stat Membru li jagħmel it-talba għal tul ta' żmien xieraq.

    Artikolu 8bGħamla tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

    1. L-Aġenzija għandha tħejji u żżomm listi bl-ismijiet ta’ l-uffiċjali tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera li l-Istati Membri jkunu poġġew għad-dispożizzjoni ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru …../….[dan ir-Regolament]

    Meta jitħejjew il-listi, l-Aġenzija għandha tieħu in konsiderazzjoni l-esperjenza professjonali relevanti ta’ l-uffiċjali, b’mod partikolari l-għarfien tal-lingwi.

    2. Meta tiġi deċiża l-kompożizzjoni tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, l-Aġenzija għandha tieħu in konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi partikolari li qed jiffaċċja l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba. It-tim għandu jkun kompost skond il-pjan operattiv imħejji skond l-Artikolu 8f (3).

    Artikolu 8cPunt nazzjonali ta’ kuntatt

    L-Istati Membru għandhom jaħtru punt nazzjonali għall-komunikazzjoni ma’ l-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri. Il-punt nazzjonali ta’ kuntatt għandu jkun jista’ jintlaħaq f’kull ħin.

    Artikolu 8dSpejjeż

    1. L-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż li ġejjin, ħlief il-pagi regolari, li jonfqu l-Istati Membri meta jpoġġu għad-dispożizzjoni tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri il-gwardji nazzjonali tal-fruntiera tagħhom għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru .../... [dan ir-Regolament].

    27. l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar mill-Istat Membru oriġinarju għall-Istat Membru ospitanti;

    28. l-ispejjeż relatati mat-tilqim;

    29. l-ispejjeż relatati mal-ħtiġijiet ta’ assigurazzjoni speċjali marbuta mal-ħidma li trid issir

    30. il-ħlas tal-kumpens għall-għixien ta’ kuljum, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru …./…. [dan ir-Regolament].

    2. Regoli dettaljati dwar il-ħlas tal-kumpens għall-għixien ta' kuljum tal-membri tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu għandhom jiġu stabbiliti mill-Bord ta’ Tmexxija.

    Artikolu 8eTaħriġ u eżerċizzji

    L-Aġenzija għandha tipprovdi l-uffiċjali li isimhom jidher fuq il-listi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8b(1) b’taħriġ bażiku u addizzjonali relevanti għad-dmirijiet tagħhom. Għandha wkoll tagħmel eżerċizzji regolari ma' dawn l-uffiċjali skond l-iskeda mfassla mill-programm ta' ħidma annwali ta' l-Aġenzija.

    Artikolu 8fProċedura biex tiġi deċiża l-ħidma tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri

    1. Meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta’ Stat Membru għat-tħaddim tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri skond l-Artikolu 8a, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu in konsiderazzjoni ir-riżultati ta’ l-analiżi tal-Aġenzija dwar ir-riskji kif ukoll kull informazzjoni oħra relevanti pprovduta mill-Istat Membru li għamel it-talba jew Stat Membru ieħor. Jekk meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jibgħat espert mill-Aġenzija biex jevalwa s-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

    2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba tat-tħaddim tat-Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mid-data meta rċieva t-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża bil-miktub lill-Istat Membru li għamel it-talba u lill-Bord ta’ Tmexxija dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata.

    3. Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jħaddem wieħed jew iktar mit-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandu jitfassal immedjatament pjan operattiv mill-Aġenzija u mill-Istat Membru li għamel it-talba skond l-Artikolu 8g.

    4. Meta jkun hemm hemm ftehim dwar il-pjan operattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri li għandhom uffiċjali tal-gwardja tal-fruntiera li ser jaħdmu fit-Tim ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri. Din l-informazzjoni għandha tingħata, bil-miktub, lill-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skond l-Artikolu 8c u għandha tindika d-data li fiha trid issir il-ħidma. Għandha tingħata wkoll kopja tal-pjan operattiv.

    5. It-tħaddim tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri għandu jseħħ mhux iktar minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operattiv bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru li jkun għamel it-talba.

    Artikolu 8gPjan Operattiv

    1. L-Aġenzija u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jiftehmu fuq pjan operattiv li jelenka fid-dettall il-kundizzjonijiet tal-ħidma tat-Tim(ijiet) ta' Intervent Rapidu fil-Fruntiera. Il-pjan operattiv għandu jinkludi dan li ġej:

    31. it-tul previst tat-tħaddim tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    32. il-lokalitajiet ġeografiċi preċiżi fl-Istat Membru li jagħmel it-talba fejn għandu jitħaddem it-Tim(ijiet) ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    33. id-dmirijiet tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri matul il-perjodu ta’ ħidma;

    34. kif ser ikun magħmul it-Tim(ijiet) ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    35. l-apparat tekniku li għandu jintuża flimkien mat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri;

    36. kull dmir ieħor addizzjonali li ser jiġi assenjat mill-Istat Membru li jagħmel it-talba lill-membri tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri matul il-perjodu ta’ ħidma;

    37. l-ismijiet u l-gradi ta’ l-uffiċjali mill-gwardja nazzjonali tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba, li ser jikkmandaw it-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri waqt il-perjodu ta’ ħidma, u l-post tat-tim(ijiet) fil-katina tal-kmand.

    2. Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operattiv kemm mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija kif ukoll ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

    Artikolu 8hUffiċjal ta' Kollegament

    1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar wieħed jew iktar minn espert wieħed mill-istaff ta’ l-Aġenzija biex jaħdem bħala uffiċjal ta’ kollegament mat-tim(ijiet) li jirrappreżentaw lill-Aġenzija u jaġixxi bħala osservatur. Id-Direttur Eżekuttiv għandu javża lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.

    2. L-uffiċjal ta’ kollegament għandu jirraporta lill-Aġenzija dwar l-aspetti kollha tal-ħidma tat-timijiet.

    B'mod partikulari, l-uffiċjal ta’ kollegament għandu:

    38. jaġixxi bħala l-kollegament bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti;

    39. jaġixxi bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-membri tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntiera, li jipprovdi għajnuna, f'isem l-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet ta' l-użu tagħhom mat-tim(ijiet);

    40. jikkontrolla l-implimentazzjoni tal-pjan operattiv;

    41. jevalwa l-impatt tat-tħaddim tat-Tim(ijiet) ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, b’mod partikolari bil-għan li jipproponi emendi jew adattament possibbli fil-pjan operattiv lill-Aġenzija.

    3. Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-uffiċjal ta’ kollegament għandu jieħu biss l-istruzzjonijiet mill-Aġenzija.”

    (4) L-Artikolu 10 huwa mħassar.

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea .

    L-Artikolu 12 għandu japplika biss [ tlett xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ]

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għal ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu

    2. IL-QAFAS ABM / ABB

    Qasam (Oqsma) tal-Politika kkonċernata(i) u Attività/Attivitajiet assoċjati:

    Il-qasam tal-politika: 18- Ġustizzja u Affarijiet Interni.

    L-Attivitajiet 18 02 – Fruntieri esterni, politika tal-viża u l-moviment liberu tan-nies

    3. IL-LINJI BAĠITARJI

    3.1. Linji Baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

    18 02 03 01: Nefqa amministrattiva (Titoli 1 u 2):

    18 02 03 02: Nefqa ta' l-operat: (Titolu 3)

    3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

    L-azzjoni għandha tibda’ fid-data meta r-Regolament propost jidħol fis-seħħ. Tibqa’ għaddejja sakemm ir-Regolament ikompli jiġi applikat.

    Permezz tar-Regolament propost, qed issir emenda għar-Regolament li jwaqqaf l-Aġenzija għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operttiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament propost ser iżid biċċa xogħol oħra għall-Aġenzija. M’hemm ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-impatt finanzjarju huwa biss fuq l-ispiża tal-baġit minħabba l-biċċa xogħol maħsuba permezz tar-Regolament propost.

    3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

    Linja baġitarja | It-Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    18 02 03 01 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 3 A |

    18 02 03 02 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 3 A |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

    L-ammonti f’din it-tabella jirreferu biss għar-riżorsi finanzjarji li huma meħtieġa mill-Aġenzija biex tagħmel il-ħidma l-ġdida bħala riżultat tal-proposta . Għalhekk l-ispejjeż relatati ma’ ħidmiet oħra li diġà qed isiru mill-Aġenzija m’humiex inklużi hawn.

    L-ammonti huma inklużi fi ħdan l-ammonti previsti fil-programmazzjoni finanzjarja multi-annwali (dokument V ta' l-Abbozz Preliminari tal-Baġit) u bħala tali ma jinkludux talba għall-approprjazzjonijiet supplimentari.

    Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

    It-tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru. | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

    Nefqa operattiva[17] |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 12.600 |

    Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 12.600 |

    In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[18] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

    AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 12.600 |

    Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 2.100 | 12.600 |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[19] - Mhux applikabbli |

    Riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d |

    Spejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

    Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ intervent – Mhux applikabbli |

    TOTAL ta’ l-AI li jinkludi l-ispejjeż fuq ir-Riżorsi Umani | a+c+d+e |

    TOTALI ta’ l-AĦ li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e |

    Id-dettalji dwar il-kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

    Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

    Il-korp ta’ kofinanzjament | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

    In-Norvegja u l-Iżlanda | f | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.043 | 0.259 |

    TOTAL ta’ AI li jinkludi l-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 2.143 | 2.143 | 2.143 | 2.143 | 2.143 | 2.143 | 12.859 |

    Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenżija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004), ifisser żvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen.

    Il-parteċipazzjoni sħiħa tan-Norveġja u l-Iżlanda fl-attivitajiet tal-Frontex huwa possibbli fuq il-bażi ta’ arranġament. Kontribuzzjoni finanzjarja hija prevista li ssir minn dawn iż-żewġ pajjiżi biex isseħħ il-parteċipazzjoni tagħhom.

    Kontribuzzjoni indikattiva: 2,06 % (ċifri ta’ l-2006).

    4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja

    ( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta ser tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[20] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    ( Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    Miljuni ta’ EUR (sa l-ewwel punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    Numru totali ta’ riżorsi umani |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

    L-għan ewlieni ta’ dan ir-Regolament propost huwa li titjieb il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri fil-fruntieri esterni ta’ l-UE billi tiżdied biċċa xogħol oħra mal-lista ta’ ħidmiet li diġà qed isiru mill-Aġenzija skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004. Il-ħidma l-ġdida tirrigwarda t-twaqqif ta’ “Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri”, responsabbli għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri ta’ l-art, l-ajru u dawk marittimi rispettivament. Irreferi wkoll għall-“Memorandum ta’ Spjegazzjoni” għall-aktar dettalji.

    5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Ir-Regolament propost jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2007/2004 li jwaqqaf l-Aġenzija. Jikkumplementa r-Regolament eżistenti billi jżid biċċa xogħol oħra mal-ħidmiet li qed isiru mill-Aġenzija. Kif huwa l-każ fir-Regolament eżistenti, ir-Regolament propost jikkumplementa strumenti oħra finanazjarji eżistenti bħall-ARGO. Din il-proposta tkompli tibni mal-valur miżjud li diġà huwa maħsub bit-twaqqif ta’ l-Aġenzija permezz tal-fatt li qed tagħmel ħidmiet orizzontali li qabel kienu proġetti nazzjonali, imma li mhux qed jitmexxew b’mod ċentrali u għalhekk tiġi assigura l-koerenza u l-uniformità.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    Għan:

    Il-kontroll u s-sorveljanza effettivi tal-fruntieri ta’ l-art, l-ajru u dawk marittimi ta’ l-Istati Membri.

    Riżultati:

    It-twaqqif ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri biex jassisti Stati Membri ffaċċjati b’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza ikbar teknika u operattiva.

    Indikaturi:

    Għadd ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri mħaddma biex jipprovdu assistenza teknika u operattiva rapida lil Stati Membri li jitolbuha.

    Għadd ta’ korsijiet ta’ taħriġ u eżerċizzji li jsiru għall-uffiċjali fi ħdan it-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

    5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Ġestjoni Ċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament b’delega lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

    ( ma’ l-Istati Membri

    ( ma’ Pajjiżi Terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

    Kummenti rilevanti:

    L-attività ser tiġi implimentata mill-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (FRONTEX), imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004.

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta' monitoraġġ

    Il-monitoraġġ ta' l-attivitajiet li jsiru mill-Aġenzija, inkluż l-attivitajiet ġodda li jirriżultaw mir-Regolament propost ser ikomplu jsiru permezz tar-rapport annwali ta’ ħidma adottat mill-Bord ta’ Tmexxija għas-sena ta’ qabel u l-programm ta’ ħidma għas-sena d-dieħla, li t-tnejn li huma jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    Analiżi ta’ l-impatt qed issir mill-Kummissjoni.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    Mhux applikabbli.

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    Fi żmien tliet snin mid-data meta l-Aġenzija assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha, u kull ħames snin wara, il-Bord ta' Tmexxija għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna indipendenti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament.tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004 li jwaqqaf l-Aġenzija. Billi dan ir-Regolament propost jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2007/2004, l-evalwazzjoni ser tirrigwarda wkoll ir-Regolament propost.

    L-evalwazzjoni għandha teżamina kif effettivament l-Aġenzija taqdi l-missjoni tagħha, inklużi għalhekk il-ħidmiet ġodda assenjati lill-Aġenzija permezz ta’ dan ir-Regolament propost. Għandha wkoll tanaliza l-impatt ta’ l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha. Il-valutazzjoni għandha tieħu kont ta' l-opinjonijiet ta' dawk kollha kkonċernati, fuq livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali.

    Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jircievi r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-tibdiliet għal dan ir-Regolament, l-Aġenzija u l-prattiċi tax-xogħol tagħha lill-Kummissjoni, li tista’ tibgħathom flimkien ma’ l-opinjoni tagħha kif ukoll proposti xierqa, lill-Kunsill. Pjan ta' azzjoni bi skeda għandu jiġi nkluż, jekk ikun xieraq. Kemm ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-evalwazzjoni għandhom jiġu ppubblikati.

    7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-budget ta' l-Aġenzija. Kull sena huwa/hija se jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Qorti ta' l-Awdituri, il-kontijiet dettaljati tad-dħul u l-infiq tas-sena finanzjarja ta' qabel. Barra minn hekk, is-Servizz Intern tal-Kummissjoni dwar il-Verifika se jgħin fit-tmexxija ta' l-operazzjonijiet finanzjarji ta’ l-Aġenzija billi jikkontrolla r-riskji, jgħasses li kollox ikun jaqbel billi jipprovdi opinjoni indipendenti dwar il-kwalità ta’ l-immaniġġjar u s-sistemi ta' kontroll u billi jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex titjieb l-effiċjenza ta' l-operat u biex jiżgura li ssir ekonomija fl-użu tar-riżorsi ta’ l-Aġenzija.

    L-Aġenzija ser tagħmel sistema ta' verifika interna simili għal dik li introduċiet il-Kummissjoni fil-qafas ta' l-istrutturar tagħha stess.

    L-istaff għandu jikkoopera bis-sħiħ ma’ l-OLAF biex jikkumbatti l-frodi.

    Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżamina l-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat u tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

    2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    Uffiċjali jew staff temporanju[23] (XX 01 01) | A*/AD |

    B*, C*/AST |

    Staff iffinanzjat[24] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

    Staff ieħor[25] iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħolijiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    Koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet kollha relatati max-xogħlijiet ġodda assenjati lill-Aġenzija li jirrigwardaw it-twaqqif ta’ “Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Frunitieri”, responsabbli għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri ta' l-arti, l-ajru u dawk marittimi rispettivament.

    8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

    ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jiġu organizzati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

    8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (18 02 03 01 - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

    Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

    Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros |

    Total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva |

    8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza MHUX APPLIKABBLI billi ma jeħtieġu ebda riżorsi addizzjonali .

    Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) |

    Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

    Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji |

    Kalkolu – Staff iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02 |

    8.2.6. Nefqa oħra amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza Miljuni EUR (sat-tielet punt deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[27] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informazzjoni |

    2 Total ta’ Nfiq ieħor fuq il-ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

    Nefqa Amministrattiva totali, għajr tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Nefqa oħra amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza |

    [1] ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

    [2] Dok. 14292/04 KONKL 3.

    [3] Dok. 15914/05 REV 1 KONKL 3.

    [4] Studju dwar il-konferiment ta’ poteri eżekuttivi lill-uffiċjali tal-fruntiera li joperaw fil-fruntieri esterni ta’ l-UE imeħħi mill-UNISYS (2006).

    [5] Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-15 ta’ Marzu 2006.

    [6] In-nefqa li tkun koperta mill-Aġenzija tkun: Spejjeż ta l-akkomodazzjoni, manteniment, ivvjaġġar u, fejn meħtieġ, tilqim u/jew spejjeż speċjali ta’ assigurazzjoni.

    [7] L-Aġenzija tista’, meta meħtieġ, takkwista apparat tekniku għall-għanijiet ta’ kontroll u sorveljanza biex jintuża mit-Timijiet ta’ Intervent Rapidu tal-Fruntiera. Dan jista’ jkun eż. apparat ta’ komunikazzjoni bir-radju, binokli li tara bihom bil-lejl eċċ.

    [8] ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

    [9] ĠU C , , p. .

    [10] ĠU C , , p. .

    [11] ĠU C , , p. .

    [12] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

    [13] ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

    [14] ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

    [15] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

    [16] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

    [17] In-nefqa ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [18] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [19] In-nefqa skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [20] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [21] Kolonni adizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġ jiġifieri jekk it-tul ta' l-azzjoni taqbeż is-sitt snin.

    [22] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3.

    [23] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [24] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [25] L-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza.

    [26] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

    [27] Speċifika t-tip ta' kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

    Top