Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0399

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali {SEG(2006) 949} {SEG(2006) 950}

/* KUMM/2006/0399 finali - CNS 2006/0135 */

52006PC0399




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.7.2006

KUMM(2006) 399 finali

2006/0135 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2006) 949}{SEG(2006) 950}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IR-RAġUNIJIET GħALL-PROPOSTA U L-GħANIJIET TAGħHA |

10 | It-Trattat ta’ Amsterdam jistabilixxi l-għan li b'mod progressiv tiġi stabbilita żona komuni ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, fost l-oħrajn billi jaddotta miżuri fiż-żona ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Skond l-Artikolu 65 tat-Trattat, il-Komunità ser tadotta miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili bejn partijiet minn pajjiżi differenti safejn dawn ikunu meħtieġa għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. Artikolu 65 (b) speċifikament jirreferi għal miżuri dwar “il-promozzjoni tal-kumpatibilità tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt [ta'] liġijiet u [ta'] ġuriżdizzjoni.” L-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet tiffaċilita ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi. Il-fatt li l-qrati mill-Istati Membri japplikaw l-istess regoli ta' kunflitt ta' liġijiet sabiex jiddeterminaw il-liġi applikabbli għal sitwazzjoni partikolari isaħħaħ il-fiduċja reċiproka fid-deċiżjonijiet meħuda fi Stati Membri oħrajn. [1] Il-Kunsill Ewropew invoka l-mistqosija tal-liġi applikabbli għad-divorzju f’żewġ okkażjonijiet. Fl-1998 il-Kunsill Ewropew fi Vjenna talab li l-possibiltà li jitfassal strument legali dwar il-liġi applikabbli għal sitwazzjonijiet partikolari tiġi kkunsidrata fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam. [2] Iktar riċentement, f’Novembru 2004 il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta Green Paper dwar ir-regolamenti tal-kunflitt tal-liġi fi kwistjonijiet relatati mad-divorzju fl-2005. [3] |

120 | Il-kuntest ġenerali Il-mobilità dejjem tikber taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropeja wasslet għal żieda fin-numru ta' koppji internazzjonali, jiġifieri konjuġi minn pajjiżi differenti, konjuġi li jgħixu fi Stati Membri differenti jew li jgħixu fi Stati Membri fejn wieħed, waħda jew it-tnejn li huma m’għandhomx ċittadinanza. Fid-dawl tar-rata għolja tad-divorzju fl-Unjoni Ewropea, liġi applikabbli u ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet matrimonjali jinvolvu numru sinifikanti ta' ċittadini kull sena. Sezzjoni 3 tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt li jinsab mehmuż fih statistiċi dwar in-numru ta' divorzji u żwiġijiet internazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Attwalment m’hemm l-ebda regoli tal-Komunità fil-qasam tal-liġi applikabblii fi kwistjonijiet matrimonjali. L-ewwel strument tal-Komunità adottat fil-qasam tal-liġi tal-familja, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/200o[4], stipula liġijiet dwar ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali kif ukoll sentenzi fuq ir-responsabilità tal-ġenituri taż-żewġ konjuġi mogħtija fil-kuntest ta’ proċedimenti matrimonjali. Madankollu, dan ma kienx jinkludi regoli dwar liġijiet applikabbli. Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003[5], li abroga u ssostitwixxa ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001 ta’ l-1 ta’ Marzu 2005, ma kienx jinvolvi tibdil f'dan ir-rigward. Il-kwistjoni tal-liġi applikabbli ma ġietx invokata matul in-negozjati ta’ dan ir-Regolament, li żamm id-dispożizzjonijiet dwar il-kwistjonijiet matrimonjali kważi mingħajr tibdil mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1347/2000. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 jippermetti lill-konjuġi l-għażla bejn diversi kompetenzi alternattivi. Ladarba proċediment matrimonjali jitressaq quddiem il-qrati ta’ Stat Membru, il-liġi applikabbli hija determinata fuq il-bażi tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet ta’ dak l-Istat, li huma bbażati fuq kriterji differenti. Il-biċċa l-kbira ta’ l-Istati membri jiddeterminaw il-liġi applikabbli fuq il-bażi ta’ skala ta’ kriterji relatati li jfittxu li jiżguraw li l-proċediment ikun irregolat bl-iktar ordni legali li għandu rabtiet mill-qrib magħha. Stati Membri oħrajn japplikaw il-liġijiet domestiċi (“lex fori”) b’mod sistematiku fuq il-proċedimenti matrimonjali. L-Għanijiet tal-Proposta L-għan ġenerali ta’ din il-Proposta hi li jiġi provdut qafas legali ċar u komprensiv fi kwistjonijiet matrimonjali fl-Unjoni Ewropea u li jkunu żgurati soluzzjonijiet xierqa liċ-cittadini f'termini ta' ċertezza legali, prevedibilità, flessibbiltà u aċċess għall-qorti. Is-sitwazzjoni attwali tista’ toħloq numru ta’ problemi fi proċeduri matrimonjali ta’ natura internazzjonali. Il-fatt li l-liġijiet nazzjonali huma differenti ħafna kemm fir-rigward tal-liġi sostantiva kif ukoll fir-rigward tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet twassal għal inċertezza legali. Id-differenzi kbar bejniethom u l-kumplessità tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet nazzjonali jagħmluha diffiċli sabiex koppji internazzjonali jipprevedu liema liġi tapplika għall-proċeduri matrimonjali tagħhom. Il-biċca l-kbira ta’ l-Istati Membri ma jipprovdu l-ebda possibilta’ lill-konjuġi sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli fi proċeduri matrimonjali. Dan jista’ jwassal għal applikazzjoni ta’ liġi b’rabtiet dgħajfa mal-konjuġi u għal riżultat li ma jikkorrispondix ma' l-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini. Barra minn hekk, ir-regoli attwali jistgħu jipperswadu wieħed mill-konjuġi sabiex jagħżel “l-għaġla lejn il-qorti”, jiġifieri li jagħti l-pussess lil qorti qabel il-konjuġi l-ieħor ma jkun għamel hekk sabiex jiżgura li l-proċediment ikun rregolat minn liġi partikolari sabiex jipproteġi l-interessi tiegħu jew tagħha. Fl-aħħar, ir-regoli attwali ma jiggarantux biżżejjed aċċess għall-qorti. Il-Proposta temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta’ ġuriżdizzjoni u liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin: It-tisħiħ taċ-ċertezza legali u l-prevedibbilita’ Il-Proposta tintroduċi regoli tal-kunflitt tal-liġijiet armonizzati fi kwistjonijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali li jippermettu lill-konjuġi sabiex faċilment jipprevedu liema liġi tapplika għall-proċeduri matrimonjali tagħhom. Ir-regola proposta hija l-ewwel nett ibbażata fuq l-għażla tal-konjuġi. L-għażla hija ristretta għal liġijiet li għandhom rabtiet mill-qrib maż-żwieġ sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta' liġijiet "eżotiċi" li ftit li xejn ikollhom x' jaqsmu mal-konjuġi. Fin-nuqqas ta’ għażla, il-liġi applikabbli tiġi determinata skond skala ta’ kriterji relatati li jiżguraw li l-proċeduri matrimonjali jkunu ikkontrollati minn ordni legali b’rabtiet mill-qrib maż-żwieġ. Dan se jsaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-prevedibbilità għall-konjuġi kkonċernati kif ukoll għall-prattikanti. Iktar flessibiltà bl-introduzzjoni ta’ awtonomija ta’ parti limitata Attwalment ftit hemm post għall-awtonomija tal-partijiet fi kwistjonijiet matrimonjali. Ir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet nazzjonali tipprevedi fil-prinċipju soluzzjoni waħda biss f’sitwazzjoni partikolari, eż. l-applikazzjoni tal-liġi tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi jew l-applikazzjoni tal-liġi tal-forum. Il-proposta tagħti lill-qafas legali aktar flessibilità bili tintroduċi possibiltà limitata lill-konjuġi sabiex jagħżlu (a) il-liġi applikabbli u (b) il-qorti kompetenti fi proċeduri li jinvolvu divorzju u separazzjoni legali. Li jintlaħaq ftehim bejn il-konjuġi fuq dawn il-kwistjonijiet jista’ jkun ta’ siwi partikolari f’ każi ta’ divorzju b’kunsens reċiproku. Salvagwardji speċjali huma introdotti sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jafu l-konsegwenzi ta' l-għażla tagħhom. Jiġi żgurat aċċess għall-qorti Il-proposta tfittex li ttejjeb l-aċċess għall-qorti fi proċeduri matrimonjali. Il-possibilità li tintgħażel qorti kompetenti fi proċeduri relatati ma’ divorzju u separazzjoni legali (“proroga”) ser ittejjeb l-aċċess tal-qorti għall-konjuġi li għandhon nazzjonalità differenti. Ir-regola dwar il-proroga tapplika kemm jekk il-koppja tgħix fi Stat Membru kif ukoll jekk tgħix fi Stat terz. Barra minn hekk, il-proposta tindirizza b’mod speċifiku l-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-qorti għall-konjuġi ta’ nazzjonalità differenti li jgħixu fi Stat terz. Il-proposta tintroduċi regola uniformi u komprensiva ta’ ġuriżdizzjoni residwa sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali u jiġi żgurat l-aċċess tal-qorti fi kwistjonijiet matrimonjali għal konjuġi li jgħixu fi Stat terz li madankollu jkunu jridu jibdew proċeduri ġewwa Membru Stat li miegħu għandhom rabtiet mill-qrib. Il-Prevenzjoni ta’ “l-għaġla lejn il-qorti” minn konġunt wieħed Fl-aħħarnett, il-Proposta tindirizza l-problema ta’ “l-għaġla len il-qorti” minn wieħed mill-konjuġi, jiġifieri fejn wieħed mill-konjuġi japplika għad-divorzju qabel ma’ l-konjuġi l-ieħor ikun għamel dan sabiex jiżgura li l-proċediment ikun ikkontrollat b’ liġi li tħares l-interessi tiegħu jew tagħha. Dan jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ liġi li l-konvenut ma jħossx li għandu rabtiet mill-qrib magħha jew li ma tiehux in konsiderazzjoni l-interessi tiegħu jew tagħha. Barra min hekk jista’ jfixkel in-negozjati ta’ rikonċiljazzjoni u jħalli ftit żmien għall-medjazzjoni. L-introduzjoni ta’ regoli tal-kunflitt tal-liġijiet armonizzati jistgħu jnaqqsu ħafna r-riskju ta’ “l-għaġla għall-qorti”, ladarba kull qorti li tingħata pussess fil-Komunità tapplika l-liġi magħżula skond regoli komuni. |

140 | Il-konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea bħala prinċipji ġenerali tal-Liġi tal-Komunità. B'mod speċifiku, jfittex li jassigura rispett sħiħ għad-dritt għal proċess ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-Kummissjoni ppreżentat Green Paper dwar il-liġi applikabbli u kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ divorzju fl-14 ta’ Marzu 2005. [6] Il-Green Paper identifikat numru ta’ nuqqasijiet fis-sitwazzjoni attwali u indikat numru ta’ għażliet politiċi differenti sabiex tindirizza l-problema. L-għażliet kienu jinkludu l-istatus quo, l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi, li jintroduċu possibiltà limitata għall-konjuġi sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli, li jirrevedu l-kompetenzi mniżżla f’Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, li jirrevedu l-Artikolu 7 dwar ġuriżdizzjoni residwa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, li jintroduċu possibiltà limitata għall-konjuġi li jagħżlu l-qorti kompetenti, li jintroduċu l-possibiltà limitata għat-trasferiment ta’ każ u fl-aħħarnett taħlita ta’ soluzzjonijiet differenti. Il-Kummissjoni rċeviet madwar 65 sottomissjoni b’rispons għall-Green Paper[7]. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fl-opinjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-Green Paper, laqa' l-inizjattiva li ttieħdet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni organizzat seduta pubblika fis-6 ta’ Diċembru 2005. Laqgħa ta’ esperti sussegwentement inżammet fl-14 ta’ Marzu 2006. Id-diskussjonijiet inżammu fuq il-bażi ta’ dokument ta’ diskussjoni imfassal mis-servizzi tal-Kummissjoni. |

212 | Il-biċċa l-kbira tar-risposti rrikonoxxew il-ħtieġa li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-prevedibbilità, sabiex tiġi ntrodotta awtonomija tal-partijiet limitata u għall-prevenzjoni ta’ “l-għaġla għall-qorti”. Xi partijiet interessati wrew tħassib li l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi tobbliga l-qrati japplikaw liġi barranija u li dan jista’ jwassal għal dewmien u żieda fl-ispejjeż fi proċedimenti matrimonjali. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati ttieħdet in konsiderazzjoni fit-tħejjija tal-Proposta. |

Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għall-parir espert estern. |

230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta’ l-impatt li hu mehmuż mal-Proposta. L-evalwazzjoni ta’ l-Impatt jipprevedi l-għażliet li ġejjin: (i) status quo, (ii) iktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; (iii) l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi li tinkludi possibiltà limitata għall-konjuġi sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli; (iv) ir- reviżjoni tar-regola dwar il-kompetenzi ġenerali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, (v) l-introduzzjoni tal-possibiltà limitata għall-konjuġi sabiex jagħżlu qorti kompetenti u (vi) ir-reviżjoni tar-regola tal-kompetenza residwa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003. Jirriżulta mill-evalwazzjoni ta’ l-impatt li taħlita ta’ azzjonijiet tal-Komunità huma meħtieġa sabiex id-diversi problemi jintgħelbu Ir-rapport jipproponi reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 inkluż armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi b’possibiltà limitata għall-konjuġi sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli, l-introduzzjoni ta’ proroga u reviżjoni tar-regola tal-kompetenza residwa f’ Artikolu 7. |

231 | Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta’ l-impatt iniżżel fil-Programm ta’ Ħidma, bir-rapport tiegħu disponibbli fuq http://europa.eu.int/comm/justice_home/news/consulting_public/news_consulting_public_en.htm. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 |

310 | Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika għal din il-Proposta huwa l-Artikolu 61 (ċ) tat-Trattat li jagħti poteri lill-Komunità sabiex tadotta miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili skond l-Artikolu 65. L-Artikolu 65 tat-Trattat tal-KE jagħti poteri leġislattivi lill-Komunità fir-rigward ta' kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kamp ċivili li għandhom implikazzjonijiet trans-konfinali sa fejn hu neċessarju għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. L-Artikolu 65 (b) espliċitament isemmi miżuri li jippromwovu l-kompatibbiltà tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi u regoli ġudizzjarji. Il-proposta tinvolvi dispożizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni u liġi applikabbli li jidħlu fis-seħħ biss f’sitwazzjonijiet internazzjonali, eż. Fejn konjuġi jgħixu fi Stati Membri differenti jew huma ta’ nazzjonalità differenti. Ir-rekwiżit trans-konfinali f’Artikolu 65 hu konsegwentement sodisfatt. L-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom ċertu marġni ta' diskrezzjoni fid-determinazzjoni jekk miżura tkunx meħtieġa għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. Il-proposta preżenti tiffaċilita t-tħaddim xieraq tas-suq intern billi ser telimina kull tfixkil fuq il-moviment ħieles tal-persuni li attwalment qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi minħabba d-differenzi li jibqgħu bejn il-liġijiet nazzjonali fir-rigward ta' liġijiet applikabbli u kompetenzi fi kwistjonijiet matrimonjali. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà L-għanijiet tal-Proposta ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri iżda jeħtieġu azzjoni fuq il-livell tal-Komunità fis-sura ta' regoli komuni fuq ġuriżdizzjoni u liġi applikabbli. Regoli ta’ ġuriżdizzjoni kif ukoll regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet iridu jkunu l-istess sabiex jiġi żgurat l-għan taċ-ċertezza legali u prevedibbiltà għaċ-ċittadini. Azzjoni unilaterali mill-Istati Membri għalhekk tmur kontra dan l-għan. M'hemm l-ebda konvenzjoni internazzjonali fis-seħħ bejn l-Istati Membri dwar il-kwistjoni tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali. Il-konsultazzjoni pubblika u l-evalwazzjoni ta’ l-impatt urew li l-iskala ta’ problemi indirizzati f’din il-proposta hija konsiderevoli u li tinvolvi eluf ta’ ċittadini kull sena. Fid-dawl tan-natura u l-iskala tal-problemi, l-għanijiet jistgħu jintlaħqu fuq il-livell tal-Komunità. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità |

331 | Il-Proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għall-fatt li hi strettament limitata għal dak meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Ir-regoli proposti dwar liġi applikabbli u proroga huma limitati għad-divorzju u s-separazzjoni legali u ma japplikawx għall-annullament taż-żwieġ. |

332 | Huwa mistenni li l-proposta preżenti mhix se tinvolvi piżijiet finanzjarji jew amministrattivi żejda fuq iċ-ċittadini u piż żejjed limitat biss fuq l-awtoritajiet nazzjonali. |

Għażla ta’ strumenti |

341 |

342 | Fir-rigward tat-tip ta’ strument leġislattiv, in-natura u l-għan tal-proposta jitolbu s-sura ta’ Regolament. Il-ħtieġa ta’ ċertezza legali u prevvedibiltà issejjaħ għal regoli ċari u uniformi. Ir-regoli proposti dwar il-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli huma fid-dettall u preċiżi u ma jirrekjedu l-ebda implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali. Li jitħalla lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezjoni għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli jista’ jipperikola l-għanijiet ta' ċertezza legali u prevedibbiltà. |

EFFETTI FUQ IL-BAġIT |

409 | Il-proposta m’għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. |

AKTAR TAGħRIF |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprovdi simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini kif ukoll għall-prattikanti. |

514 | B’mod partikolari l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-kunflitt tal-liġijiet tissimplifika b’mod konsiderevoli s-sitwazzjoni għal partijiet privati u prattikanti, li jkunu jistgħu jiddeterminaw il-liġi applikabbli skond sett ta’ regoli wieħed li ser jibdel l-erbgħa u għoxrin regola nazzjonali ta’ kunflitt tal-liġi |

516 | Il-proposta hija inkluża fil-programm li għaddej tal-Kummissjoni għall-aġġornament u t-tħaffif ta' l-acquis communautaire. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Kapitolu II - Ġuriżdizzjoni Artikolu 3a Id-dispożizzjoni tintroduċi possibilità limitata għall-konjuġi sabiex jagħżlu bi ftehim komuni il-qorti kompetenti (“proroga”) fi proċediment relatat ma’ divorzju u separazzjoni legali. Din taqbel ma’ Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, li jippermetti lill-partijiet li jiftiehmu dwar il-qorti kompetenti fi kwistjonijiet tar-responsabbiltà tal-ġenituri taħt xi kundizzjonijiet. Dan it-titjib ta’ l-awtonomija tal-partijiet ser iżid iċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà għall-konjuġi. Ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni attwali ma jippermettux li l-konjuġi japplikaw għad-divorzju fi Stat Membru ta’ fejn wieħed biss minnhom għandu ċ-ċittadinanza fin-nuqqas ta’ iktar rabtiet mill-qrib. Ir-regola l-ġdida b’mod partikolari ser ittejjeb l-aċċess għall-qorti għal konjuġi ta’ nazzjonalità differenti billi tippermettilhom jagħżlu bi ftehim komuni l-qorti jew il-qrati ta’ Stat Membru fejn wieħed mill-konjuġi hu ċittadin. Din il-possibilità tapplika għal konjuġi li jgħixu fi Stat Membru kif ukoll għal konjuġi li jgħixu fi Stat terz. Konjuġi li jagħżlu qori kompetenti jistgħu wkoll jagħmlu użu mill-possibilità li jagħżlu liġi applikabbli skond Artikolu 20a. Jeħtieġ li jiġu rispettati xi rekwiżiti formali sabiex ikun żgurat li ż-żewġ konjuġi jkunu jafu bil-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-possibiltà li tintgħażel qorti kompetenti ma tapplikax għal proċedimenti li jinvolvu annullament taż-żwieġ fejn parti awtonoma ma tkunx meqjusa adattata. L-Artikoli 4 u 5 huma emendati sabiex tiġi kkunisdrata r-regola l-ġdida dwar il-proroga. L-Artikolu 6 huwa mħassar. Il-konsultazzjoni pubblika wriet li din id-dispożizzjoni tista’ toħloq konfużjoni. Barra minn hekk huwa wkoll superfluwu billi Artikoli 3, 4 u 5 jiddeskrivu f’ liema ċirkustanzi qorti jkollha kompetenza esklussiva fejn wieħed mill-konjuġi jkun abitwalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, jew fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, jkollu d-“domiċilju” tiegħu jew tagħha fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati ta’ l-aħħar. Artikolu 7 L-Artikolu 7 attwalment jirreferi għar-regoli nazzjonali jew ġuriżdizzjoni internazzjonali f’sitwazzjonijiet fejn il-konjuġi ma jkunux residenti abitwali fit-territorju ta’ Stat Membru u ma jkollhomx l-istess nazzjonalità. Minkejja dan, ir-regoli nazzjonali huma bbażati fu kriterji differenti u mhux dejjem jiżguraw b’mod effettiv l-aċċess għal qorti għal konjuġi minkejja li jkollhom rabtiet mill-qrib ma’ l-Istat Membru involut. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet fejn l-ebda ġuriżdizzjoni fl-UE jew fi Stat terz ma jkollha l-ġuriżdizzjoni li tindiirizza applikazzjoni għad-divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ. Jista’ jwassal ukoll għal diffikultaijiet prattiċi għar-rikonoxximent tad-divorzju fi Stat Membru minħabba li deċiżjoni maħruġa fi Stat terz ma tkunx rikonoxxuta fi Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, iżda biss skond ir-regoli nazzjonali jew it-trattati internazzjonali applikabbli. Il-Proposta tinroduċi regola uniformi u komprensiva dwar ġuriżdizzjoni residwa li tibdel ir-regoli nazzjonali dwar ġuriżdizzjoni residwa u li tiżgura l-aċċess tal-qorti għall-konjuġi li jgħixu fi Stat terz iżda jżommu rabtiet b’ saħħithom ma’ xi Stat Membru ta’ liema għandhom in-nazzjonalità jew fejn għexu għal xi żmien. L-iskop ta’ din ir-regola tikkorrispondi mar-regola ġenerali tal-ġurisdizjoni f’ Artikolu 3 u tapplika għad-divorzju, għas-separazzjoni legali u għall-annullament taż-żwieġ. Artikolu 12 L-Artikolu 12 huwa emendat sabiex jiġi żgurat li qorti tad-divorzju magħżula mill-konjuġi skond l-Artikolu 3a jkollha wkoll ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet tar-responsabilità tal-ġenituri relatati ma' l-applikazzjoni tad-divorzju jekk il-kundizzjonijiet imniżżla f' Artikolu 12 jintlaħqu, b' mod partikolari li l-ġuriżdizzjoni tkun fl-aħjar interess tat-tfal. Kapitolu IIa Liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali Il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet armonizzati fi kwistjonijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali, ibbażati l-ewwel fuq l-għażla tal-konjuġi. L-għażla tgħodd biss għall-liġijiet li għandhom rabtiet mill-qrib mal-konjuġi minħabba l-aħħar post ta' residenza abitwali komuni jekk wieħed minnhom għadu jgħix hemm, in-nazzjonalità ta’ wieħed mill-konjugi, il-liġi ta’ l-Istat ta’ fejn kienu residenti abitwali qabel jew il-liġi tal-forum. Il-biċċa l-kbira ta’ min wieġeb il-Green Paper ikkunsidraw li regoli ta’ kunflitt tal-liġi komuni għandhom japplikaw għas-separazzjoni legali u d-divorzju, minħabba li separazzjoni legali hija f’ ħafna każi l-prekursur ta’ divorzju. L-Istati Membri li jirrikonoxxu s-separazzjoni legali japplikaw l-istess regoli ta’ kunflitt tal-liġi fuq id-divorzju u s-separazzjoni legali. B’ kuntrast, il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati ma qablux ma’ l-estensjoni ta’ dawn ir-regoli għall-annullament taż-żwieġ, li hu relatat mill-qrib mal-validità taż-żwieġ u li b' mod ġenerali hu kkontrollat bil-liġi ta’ l-Istat fejn inżamm iż-żwieġ (“lex loci celebrationis”) jew bil-liġi tan-nazzjonalità tal-konjuġi (“lex patriae”). Artikolu 20a Il-biċċa l-kbira tar-regoli tal-kunflitt tal-liġi nazzjonali jipprevedu soluzzjoni waħda biss f' ċirkustanza partikolari. Il-proposta tfittex li tkabbar il-flessibilità tal-konjuġi billi tippermettilhom li jagħzlu l-liġi applikabbli għal divorzju u separazzjoni legali. Il-liġijiet disponibbli huma biss għall-liġijiet li għandhom rabtiet mill-qirb mal-konjuġi. Ir-regola tinkludi xi rekwiżiti proċedurali sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jafu l-konsegwenzi ta' l-għażla tagħhom. Artikolu 20b Fin-nuqqas ta’ għażla mill-partijiet, il-liġi applikabbli tkun determinata fuq il-bażi ta’ skala relatati, ibbażata l-ewwel fuq ir-residenza abitwali tal-konjuġi. Ir-regola uniformi ser tiżgura ċertezza legali u prevedibbiltà. L-introduzjoni ta’ regoli tal-kunflitt tal-liġijiet armonizzati jistgħu jnaqqsu ħafna r-riskju ta’ “l-għaġla għall-qorti”, ladarba kull qorti li tingħata pussess fil-Komunità tapplika l-liġi magħżula skond regoli komuni. Il-fatt li r-regola hi bbażata l-ewwel fuq ir-residenza abitwali tal-konjuġi u, fin-nuqqas ta’ dan, fuq l-aħħar residenza abitwali jekk wieħed minnhom għadu jgħix hemm ser tirriżulta fl-applikazzjoni tal-liġi tal-forum fil-biċċa l-kbira tal-każi. Għalhekk ma tantx se jinħolqu problemi relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ liġi barranija. Artikolu 20ċ Għalkemm dan mhux espliċitament imsemmi fit-test, ir-Regolament propost hu intenzjonat għal applikazzjoni universali, li jfisser li r-regola tal-kunflitt tal-liġi tista' tagħżel il-liġi ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea jew il-liġi ta' Stat ieħor. Fejn il-liġi ta’ Stat Membru ieħor tkun magħżula, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali jista' jkollu rwol billi jassisti lill-qrati fuq il-kontenut tal-liġi barranija. Artikolu 20d Li jkun permess rikors jista' jfixkel l-għan taċ-ċertezza legali. L-għażla ta’ liġi bir-regoli tal-kunflitt tal-liġi uniformi konsegwentement tfisser l-għażla ta’ regoli sostantivi ta’ dik il-liġi u mhux ir-regola ta’ liġi privata internazzjonali tagħha. Artikolu 20e Il-mekkaniżmu ta’ l-eċċezzjoni tal-politika pubblika jippermetti li l-qorti tinjora r-regoli tal-liġi barranija magħżula permezz tar-regola tal-kunflitt tal-liġi fejn l-applikazzjoni tal-liġi barranija f'każ partikolari tmur kontra l-politika pubblika tal-forum. Il-kelma “manifestament” mhux kompatibbli tfisser li l-użu ta’ l-eċċezzjoni tal-politika pubblika trid tkun eċċezzjonali. Il-Pożizzjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka Ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jieħdux sehem f’kooperazzjoni fi kwistjonijiet koperti minn Titolu IV tat-Trattat sakemm ma jagħtux notifika tax-xewqa li jagħmlu dan skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta miegħu u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |

1. 2006/0135 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[8],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[9],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[10],

Billi:

(1) Il-Komunità tat lilha nnifisha l-għan illi żżomm u tiżviluppa l-Unjoni Ewropea bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Għall-istabbiliment gradwali ta' tali żona, il-Komunità għandha tadotta, fost oħrajn, il-miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili meħtieġa għat-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(2) Attwalment m’hemm l-ebda regoli tal-Komunità fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 jistipula regoli dwar ġuriżdizzjoni, rikonoxximent u nfurzar fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri, iżda ma jinkludix regoli dwar liġi applikabbli.

(3) Il-Kunsill Ewropew li seħħ fi Vjenna fil-11 u t-12 ta' Diċembru 1998 stieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-possibiltà li tfassal strument legali dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju. F’Novembru 2004, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta Green Paper dwar ir-regoli tal-kunflitt tal-liġi fi kwistjonijiet ta' divorzju.

(4) F'konformità mal-mandat politiku tagħha, il-Kummissjoni ippreżentat Green Paper dwar liġi applikabbli u ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju fl-14 ta' Marzu 2005. Il-Green Paper nediet konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar is-soluzzjonijiet possibbli għall-problemi li jistgħu jinħolqu fis-sitwazzjoni attwali.

(5) L-għan ġenerali ta’ din il-Proposta hi li jiġi provdut qafas legali ċar u komprensiv fi kwistjonijiet matrimonjali fl-Unjoni Ewropea u li jkunu żgurati soluzzjonijiet xierqa għaċ-cittadini f'termini ta' ċertezza legali, preveddibilità, flessibbiltà u aċċess għall-qorti.

(6) Bil-għan li żżid iċ-ċertezza legali, prevedibbiltà u flesibbiltà, dan ir-Regolament għandu jintroduċi l-possibiltà lill-konjuġi sabiex jiftehmu dwar qorti kompetenti fil-proċedimenti għad-divorzju u separazzjoni legali. Barra minn hekk għandha tagħti xi possibiltà lill-partijiet sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju u separazzjoni legali. Din il-possibilità ma għandhiex testendi għall-annullament taż-żwieġ, li għandha rabtiet mill-qrib mal-kundizzjonijiet għall-validità taż-żwieġ, u fejn l-awtonomija tal-partijiet mhix xierqa.

(7) Fin-nuqqas ta’ għażla ta’ liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli tal-kunflitt tal-liġi armonizzati fuq bażi ta’ kriterji relatati sabiex tiġi żgurata ċertezza legali u prevedibbiltà u l-prevenzjoni ta' l-"għaġla għall-qorti". Dawn il-kriterji relatati għandhom jingħażlu sabiex ikun żgurat li l-proċedimenti relatati ma’ divorzju u separazzjoni legali jkunu kkontrollati b’liġi b’rabtiet mill-qrib maż-żwieġ.

(8) Kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku għandhom jiġġustifikaw il-possibilità ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li tiġi injorata l-applikazzjoni tal-liġi barranija f’każ partikolari fejn dan manifestament imur kontra il-politika pubblika tal-forum.

(9) Ir-regola residwa dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi riveduta sabiex jittejbu l-prevedabilità u l-aċċess tal-qorti għal konjuġi ta’ nazzjonalità differenti li joqogħdu fi Stat ieħor. Għal dan il-għan, ir-Regolament għandu jistipula regola armonizzata dwar ġurisidizzjoni residwa li tippermetti koppji ta’ nazzjonalità differenti li jagħtu pussess lil qorti fi Stat Membru li miegħu għandhom rabtiet mill-qrib permezz tan-nazzjonalità tagħhom jew l-aħħar residenza abitwali komuni tagħhom.

(10) L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 għandu jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li qorti tad-divorzju magħżula skond Artikolu 3a ikollha ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet tar-responsabilità tal-ġenituri relatati ma' l-applikazzjoni tad-divorzju jekk il-kundizzjonijiet imniżżla f'Artikolu 12 ta’ l-istess Regolament jintlaħqu, b' mod partikolari li l-ġuriżdizzjoni tkun fl-aħjar interess tat-tfal.

(11) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 għandu jiġi emendat skond dan.

(12) Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni li se tittieħed, jiġifieri li jittejbu ċ-ċertezza legali, il-flessibbiltà u l-aċċess tal-qorti fi proċedimenti matrimonjali internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta’ Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stipulati f’Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak illi huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet.

(13) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità. B'mod speċifiku, jfittex li jassigura rispett sħiħ għad-dritt għal proċess ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta.

(14) [Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.]

(15) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'hekk mhix marbuta u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) it-titolu huwa mibdul b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta’ ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta’ responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali”

(2) L-Artikolu 3a li ġej huwa miżjud:

"Artikolu 3 a

L-għażla ta’ qorti mill-partijiet fil-proċedimenti relatati ma’ divorzju u separazzjoni legali

1. Il-konjuġi jistgħu jiftehmu li qorti jew il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi proċediment bejniethom relatat ma’ divorzju jew separazzjoni legali ġaladarba jkollhom rabtiet sostanzjali ma’ dak l-Istat Membru bis-saħħa tal-fatt li

2. kull kompetenza mniżżla f' Artikolu 3 japplika, jew

3. ikun il-post ta' l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, jew

4. wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri,

2. Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni ser ikun espress bil-miktub u ffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.

(3) Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini “Artikolu 3” tbiddlu mat-termini “Artikoli 3 u 3a”.”

(4) Artikolu 6 jiġi mħassar:

(5) L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 7

Il-Ġuriżdizzjoni residwa

Fejn l-ebda wieħed jew waħda mill-konjuġi ma jkun residenti abitwali fit-territorju ta’ Stat Membru u ma jkollhomx nazzjonalità komuni ta’ Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda ma jkollhomx “domiċilju” fit-territorju f’wieħed mill-Istati Membri ta’ l-aħħar, il-qrati ta’ Stat Membru huma kompetenti minħabba l-fatt li:

5. il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali ta' qabel fit-territorju ta' Stat Membru għal mill-inqas tliet snin; jew

6. wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri.”

(6) Fl-Artikolu 12 (1), it-termini “Artikolu 3” tbiddlu mat-termini “Artikoli 3 u 3a”.

(7) Jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej:

“KAPITOLU IIa

Il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta’ divorzju u separazzjoni legali

Artikolu 20a

L-għażla tal-liġi mill-partijiet

1. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:

7. il-liġi ta’ l-Istat ta’ l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi safejn wieħed jew waħda minnhom ghadhom jgħixu hemm;

8. il-liġi ta’ l-Istat tan-nazzjonalità ta’ wieħed jew waħda mill-konjuġi, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, id-“domiċilju” ta’ wieħed jew waħda mill-konjuġi;

9. il-liġi ta’ l-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-imqas ħames snin;

10. il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn tintefa’ l-applikazzjoni.

2. Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-pussess..

Artikolu 20b

Il-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla mill-partijiet

Fin-nuqqas ta’ għażla skond Artikolu 20a, divorzju u separazzjoni legali ser ikunu suġġetti għall-liġi ta' l-Istat:

11. fejn il-konjuġi għandhom ir-resdenza komuni abitwali, jew fin-nuqqas ta’ dan,

12. fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza komuni abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom għadu jgħix hemm, jew fin-nuqqas ta’ dan,

13. ta’ fejn iż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, it-tnejn li huma għandhom id-"domiċilju", jew fin-nuqqas ta' dan,

14. fejn tintefa’ l-applikazzjoni

Artikolu 20ċ

L-Applikazzjoni ta’ liġi barranija

Fejn liġi ta’ Stat Membru ieħor hija applikabbli, il-qorti tista’ tagħmel użu min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali sabiex tkun infurmata bil-kontenut tagħha.

Artikolu 20d

L-esklużjoni ta’ rikors

L-applikazzjoni ta’ liġi indikata skond dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli ta’ dik il-liġi għajr ir-regoli tagħha ta’ liġi privata internazzjonali.

Artikolu 20e

Politika Pubblika

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament tista’ titwarrab biss jekk din l-applikazzjoni hija b’mod ċar inkompatibbli mal-politika pubblika tal-forum.

Artikolu 2Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Jibda japplika mill-1 ta' Marzu 2008.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-elementi tiegħu kollha u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

[1] Il-Programm ta’ miżuri għall-implimentar tal-prinċipju tar-rikonoxximent konġunt ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, adottata fit-30.11.2000, ĠU C 12, 15.1.2000, p.1.

[2] Il-Pjan ta’ Ħidma ta’ Vjenna, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-3 ta’ Diċembru 1998, ĠU C19, 23.01.1999, p.1.

[3] Il-Programm ta’ l-Aja: li jsaħħaħ il-ħelsien, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4-5 ta’ Novembru 2004.

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji matrimonjali u f'materji ta' responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi, ĠU L 160, 30.06.2000, p .19.

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna l-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.

[6] KUMM (2005) 82 finali

[7] Ir-risposti huma ppubblikati fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/news_consulting_public_en.htm

[8] ĠU C [...], [...], p. [...].

[9] ĠU C [...], [...], p. [...].

[10] ĠU C [...], [...], p. [...].

Top