EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0397

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE {KUMM(2006) 398 finali} (SEK(2006) 947}

/* KUMM/2006/0397 finali - COD 2006/0129 */

52006PC0397




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.7.2006

KUMM(2006) 397 finali

2006/0129 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE

(preżentata mill-Kummissjoni) {KUMM(2006) 398 finali}(SEK(2006) 947}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha It-tniġġis kimiku ta’ l-ilma tal-wiċċ jista’ jħarbat l-ekosistemi akkwatiċi u b’hekk jikkawża telf ta’ habitats u bijodiversità. Il-kontaminanti jistgħu jakkumulaw fil-katina alimentari u jagħmlu ħsara lill-predaturi li jikkonsmaw il-ħut ikkontaminat. Il-bnedmin huma esposti għall-kontaminanti mill-ambjent akkwatiku mill-konsum tal-ħut u l-frott tal-baħar, mill-konsum ta' l-ilma u jista' jkun minn xi attivitajiet rikreattivi. Il-kontaminanti jistgħu jinstabu fl-ambjent ħafna snin wara minn meta jkunu ġew ipprojbiti; uħud jistgħu jinġarru distanzi twal u jistgħu jinstabu f’żoni mbegħda. Il-kontaminanti fl-ambjent jistgħu jiġu minn sorsi varji (per eżempju, l-agrikoltura, l-industrija, l-inċinerazzjoni), bħala prodotti jew bħala prodotti sekondarji mhux maħsuba, jistgħu jkunu ta’ natura storika jew użati ta’ kuljum fi prodotti għall-użu fid-dar. L-Artikolu 16 tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE (WFD) tistipola strateġija biex titratta t-tniġġis kimiku ta’ l-ilma. Bħala l-ewwel pass ta’ din l-istrateġija, ġiet adottata lista ta' sustanzi prijoritarji li tidentifika 33 sustanza ta’ tħassib prijoritarju fuq livell Komunitarju (id-Deċiżjoni 2455/2001/KE). Il-proposta timmira li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni kontra r-riskji għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, li jinbtu minn dawn it-33 sustanza prijoritarja u ċerti kontaminanti oħra, billi tistipola standards ta’ kwalità ambjentali (EQS). F’dawn l-aħħar snin, diversi atti Komunitarji addottaw il-kontrolli meħtieġa ta’ l-emissjonijiet. |

120 | Il-kuntest ġenerali Il-Komunità adottat leġiżlazzjoni dwar it-tniġġis kimiku ta’ l-ilmijiet għall-ewwel darba fl-1976 (Direttiva 76/464/KEE dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità). Sussegwentement, bosta direttivi sekondarji ġew adottati bejn 1982 u l-1990 li jistipolaw il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet u l-objettivi ta' kwalità ambjentali għal 18-il kontaminant speċifiku (ara hawn taħt). Il-WFD introduċiet strateġija aġġornata, komprensiva u effettiva għat-tniġġis kimiku ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ. Skond il-WFD, id-Direttiva 76/464/KEE għandha tiġi rrevokata matul perjodu tranżitorju iżda ma saret l-ebda dispożizzjoni għar-revoka tad-direttivi sekondarji relatati. L-Artikolu 16 jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta proposta b’miżuri speċifiċi kontra t-tniġġis ta’ l-ilma minn kontaminanti individwali jew gruppi minnhom li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu. Bħala l-ewwel pass, kienet addottata d-Deċiżjoni 2455/2001/KE li tieħu post il-lista preċedenti kkomunikata mill-Kummissjoni fl-1982. Il-pass li jmiss irrikjeda li l-Kummissjoni tħejji EQS (ara l-Artikolu 16 (7)) u kontrolli ta’ l-emissjonijiet (ara l-Artikolu 16 (6) u (8)) għal dawk is-sustanzi prijoritarji. Din il-proposta timplimenta dan l-obbligu bl-eċċezzjoni ta’ l-introduzzjoni ta’ kontrolli addizzjonali ta’ l-emissjonijiet (għal iktar dettalji ara hawn taħt). Fl-istess waqt, din il-proposta tinkludi r-revoka tad-direttivi sekondarji eżistenti 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE kif emendat mid-Direttivi 88/347/KEE u 90/415/KEE. |

30 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-WFD tistipola l-qafas ġenerali għal strateġija kontra t-tniġġis ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ. Ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni preċedenti f’dan il-qasam, id-Direttiva 76/464/KEE u d-direttivi sekondarji relatati (ara hawn fuq) jirregolaw aspetti simili għal dawk speċifikati f’din il-proposta. Madankollu, il-kontaminanti koperti mhumiex identiċi u kien hemm bżonn jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. |

140 | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jidentifika l-miżuri għal sustanzi prijoritarji bħala azzjoni prinċipali (ara l-Artikolu 7(2)(e) tad-Deċiżjoni 1600/2002/KE). L-għan ta’ din il-proposta hu li tipproteġi u ssaħħaħ il-kwalità ta’ l-ambjent skond il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli. Fl-istess ħin, il-proposta għall-EQS tiżgura l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fis-suq intern peress li l-EQS nazzjonali jvarjaw konsiderevolment. Barra minn hekk, il-proposta u l-Komunikazzjoni li takkumpanjaha jqisu b’mod sħiħ l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, partikolarment il-politika dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi r-REACH u d-Direttiva dwar il-Pestiċidji, id-Direttiva ta’ l-IPPC u l-Istrateġiji Tematiċi, l-iktar dawk dwar il-politika marittima u l-użu sostenibbli tal-pestiċidji. Dawn kollha u atti Komunitarji oħra jipprovdu l-kontrolli ta' l-emissjonijiet fis-sens ta' l-Artikolu 16 (6) u 16 (8) WFD. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' min irrisponda Mill-2001, il-Kummissjoni kkonsultat forum rappreżentattiv tal-partijiet interessati – il-Forum Espert Konsultattiv dwar Sustanzi Prijoritarji – li kien jinkludi esperti minn l-Istati Membri, l-industrija u l-NGOs ambjentali dwar l-aspetti kollha tal-proposta. Il-Konsultazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 16 (5) tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma fejn dan it-tip ta’ konsultazzjoni jissemma b’mod espliċitu. Inkludiet sensiela ta’ 16-il laqgħa u bosta fażijiet ta’ konsultazzjoni bil-miktub. |

212 | Sommarju tar-risposti, u kif tqiesu Ir-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet flimkien mal-minuti tal-laqgħat jinsabu disponibbli f’bosta dokumenti li jservu ta' sfond: Il-metodoloġija biex ikunu stabbiliti l-EQS u skedi tad-dejta speċifiċi għal kull sustanza. Dokument speċifiku dwar il-kontrolli tat-tniġġis, inklużi s-skedi ta’ l-eżaminazzjoni tad-dejta u tabelli ta' miżuri Komunitarji għal kull sustanza. Rapport mill-Grupp Espert dwar l-Analiżi u l-Monitoraġġ. Rapport dwar l-Identifikazzjoni ta’ Sustanzi Perikolużi Prijoritarji. Rapport ta’ studju dwar l-impatti ekonomiċi potenzjali tal-miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis. Rapport ta’ studju dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali – ir-rata ta’ konformità tagħhom u l-benefiċċji jekk jintlaħqu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonsultat il-Forum Espert Konsultattiv dwar abbozz ta' Direttiva f'Ġunju 2004. Sommarju ta’ iktar dettalji dwar il-kummenti milqugħa u safejn dawn ġew ikkunsidrati jinsab fl-Evalwazzjoni ta' l-Impatt (SEK(2006) 947 ta’ 17.7.2006). |

Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

221 | Oqsma xjentifiċi/Oqsma ta’ għarfien espert kkonċernati L-Istati Membri u l-esperti xjentifiċi ta’ l-industrija kienu kkonsultati regolarment permezz tal-Forum Espert Konsultattiv. Barra minn hekk, kien ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) biex jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) (bl-opinjoni finali adottata mis-SCTEE matul it-43 laqgħa plenarja tat-28 ta’ Mejju 2004). Din l-opinjoni tqieset fil-finalizzazzjoni tal-valuri ta’ l-EQS, u informazzjoni ddetaljata tinsab disponibbli fir-rapport dwar l-EQS u l-iskedi tad-dejta individwali. |

222 | Il-metodoloġija użata Saru laqgħat regolari tal-Forum Espert Konsultattiv mill-2001 sa l-2004. Barra minn hekk, saret konsultazzjoni iktar wiesgħa bil-miktub. Fl-aħħar nett, intalbgħet l-opinjoni tas-SCTEE skond il-proċeduri formali. |

223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin kkonsultati Kienu kkonsultati b’mod regolari diversi esperti xjentifiċi u tekniċi dwar it-tniġġis kimiku in ġenerali, dwar analiżi u monitoraġġ, dwar kontrolli ta’ l-emissjonijiet, dwar l-istandards ta’ kwalità ambjentali, dwar kimiċi eżistenti (skond ir-Regolament 793/93) u dwar il-prodotti ta' protezzjoni għall-pjanti (skond 91/414/KEE) mill-25 Stat Membru ta’ l-UE, il-pajjiżi kandidati u n-Norveġja. Fi ħdan l-istess proċess, kienu kkonsultati wkoll xjentisti u esperti ta' l-industrija inklużi EUREAU, CEFIC, Eurochlor, ECPA, Eurometaux, UNICE u esperti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) Ambjentali mill-WWF u l-EEB. Kwestjonarju dwar l-impatti ekonomiċi potenzjali tal-proposti tqassam fi 43 organizzazzjoni Ewropea ewlenija ta’ l-industrija. |

2243 | Sommarju tal-pariri li ngħataw u li ntużaw Hemm kunsens wiesa’ dwar l-eżistenza ta’ riskji serji potenzjali b’konsegwenzi irreversibbli ġejjin minn sustanzi perikolużi. |

225 | Ġew żviluppati EQS ibbażati fuq il-konċentrazzjoni massima permessibbli sabiex ikunu evitati konsegwenzi serji irreversibbli għall-ekosistemi minħabba l-espożizzjoni akuta fuq perjodu ta’ żmien qasir, u l-medja annwali ta’ EQS biex ikunu evitati konsegwenzi irreversibbli fuq perjodu ta' żmien twil, għalkemm l-SCTEE jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-espożizzjoni akuta jista’ jkollha konsegwenzi fit-tul ukoll. Parir ieħor mill-SCTEE kien jikkonċerna l-fatt li jkun żgurat li tintuża l-iktar dejta xjentifika riċenti disponibbli, il-koerenza ma' metodoloġiji oħrajn ta' l-evalwazzjoni tar-riskju, u l-parir speċifiku fir-rigward tas-sustanzi individwali. Barra minn hekk, il-konsultazzjoni pubblika estensiva dwar l-abbozz tad-Direttiva f’Ġunju 2004 wasslet għal reviżjonijiet ta’ proposti għal kontrolli addizzjonali ta' l-emissjonijiet, l-iktar għal raġunijiet ta' spejjeż. Il-konsultazzjoni wriet li l-iktar mod effettiv fejn jidħlu spejjeż biex jintlaħqu l-għanijiet għal sustanzi prijoritarji huwa li jkunu l-Istati Membri li jiddeċiedu l-livell u l-kumbinazzjoni ta’ miżuri, essenzjalment ibbażati fuq leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-UE. |

226 | Il-mezzi użati biex il-pariri ta' l-esperti jkunu disponibbli għall-pubbliku Id-dokumenti kollha msemmijin hawn fuq jinsabu disponibbli fis-sit: europa.eu.int/comm/environment/water/water-dangersub/pri_substances.htm L-opinjoni ta’ l-SCTEE tinsab disponibbli fis-sit: http://europa.eu.int/comm/health/ph_risk/committees/sct/sct_en.htm |

230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Tqiesu tliet għażliet ewlenin in ġenerali. L-ewwel, li ma jkun hemm l-ebda proposta ġdida li tħalli regolament ieħor lill-Istati Membri; it-tieni li l-isfond ta’ l-EQS jiġi indirizzat biss fuq livell Komunitarju; u fl-aħħar nett, li kemm il-miżuri addizzjonali ta’ kontroll ta’ l-EQS kif ukoll dawk speċifiċi jiġu trattati fil-proposta. Għall-istandards ta’ kwalità ambjentali ġie deċiż minn kmieni li dawn għandhom ikunu stipolati fuq livell Komunitarju minħabba r-rekwiżiti speċifiċi tal-WFD għall-armonizzazzjoni u l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. Minn hemm ‘il quddiem, numru ta’ għażliet sekondarji ġew ikkunsidrati fil-proċess preparatorju (ara r-rapport ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt). Għall-miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis intgħażel li l-Istati Membri jieħdu ħsieb il-miżuri speċifiċi addizzjonali peress li dan il-metodu kien identifikat bħala l-iktar wieħed effettiv fejn jidħlu spejjeż u proporzjonat. Barra minn hekk, diġà hemm lest (jew mistenni) korp sinifikanti ta’ leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar l-emissjonijiet li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kisba ta’ l-għanijiet tal-WFD għas-sustanzi prijoritarji. Ir-rapport ta’ l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt jippreżenta f'iktar dettall is-sejbiet fir-rigward ta’ l-impatti soċjoekonomiċi u l-benefiċċji ambjentali relattivi ta’ kull waħda mill-għażliet ta’ hawn fuq. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-komponenti ewlenin tad-Direttiva proposta fi ftit kliem huma: - li jkunu stabbiliti standards ta’ kwalità ambjentali kif meħtieġ mill-Artikolu 16.7 tal-WFD inkluż l-introduzzjoni ta’ żona tranżitorja ta’ qbiż ta’ limiti, - li jkun stabbilit inventarju ta’ ħruġ, emissjonijiet u telf sabiex ikun iċċekkjat jekk humiex jintlaħqu l-għanijiet ta' tnaqqis jew waqfien; - revoka tad-Direttivi sekondarji eżistenti u dispożizzjonijiet tranżizzjonali għalihom imniżżla fl-Anness IX tad-WFD kif issuġġerit fl-Artikolu 16.10 tal-WFD, - li jkunu identifikati sustanzi perikolużi prijoritarji (SĦP) mill-14-il sustanza taħt analiżi kif meħtieġ mid-Deċiżjoni 2455/2001/KE. |

310 | Il-bażi ġuridika Id-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ l-ambjent, u konsegwentement il-bażi ġuridika magħżula hija l-Artikolu 175(1) tat-Trattat, f’konformità mal-WFD. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fil-grad li l-proposta ma taqax fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet ta' din il-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri li qed jaġixxu b’mod nazzjonali għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

321 | Attwalment, il-biċċa l-kbira tas-sustanzi huma regolati mill-istandards ta’ kwalità ambjentali nazzjonali li jvarjaw b’mod konsiderevoli. Sabiex ikun żgurat l-istess livell ta' protezzjoni ambjentali fl-Istati Membri kollha, u sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi, l-EQS għandhom ikunu stabbiliti fuq livell Komunitarju. Bl-EQS li jkopru l-Komunità kollha, l-Istati Membri jkollhom jistabbilixxu EQS nazzjonali sa l-aħħar ta’ Ġunju 2006. Il-Kummissjoni tiffavorixxi l-azzjoni Komunitarja u għalhekk se tistenna r-riżultat tal-proċess ta’ ko-deċiżjoni għal din il-proposta qabel ma tkompli bl-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu mill-Istati Membri. |

324 | Jekk jiġu stabbiliti EQS fuq livell Komunitarju, dan jiżgura iktar li l-isforzi amministrattivi għall-Istati Membri jkunu inqas. Iktar minn hekk, it-tniġġis kimiku ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ transkonfinali jista’ jiġi indirizzat biss b’azzjoni konġunta transkonfinali. |

327 | Din il-proposta hija limitata li tistabbilixxi EQS fuq livell Komunitarju. Miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis speċifiċi u addizzjonali jitħallew f’idejn l-Istati Membri peress li ħafna atti Komunitarji eżistenti għandhom ikunu applikati biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 16 (6) u 16 (8) tal-WFD. |

Il-proposta għaldaqstant tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità |

331 | L-istrument propost huwa Direttiva li tistabbilixxi miri għall-kwalità ambjentali li jridu jintlaħqu sa l-2015. Biex tkun żgurata proporzjonalità fil-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis, il-parti l-kbira ta’ dan l-ambitu tħalliet f’idejn l-Istati Membri biex jidentifikaw it-taħlita ta’ miżuri speċifika l-iktar addattata. Dan il-mod jippermetti li jitqiesu sitwazzjonijiet reġjonali u lokali. |

332 | Minħabba l-qafas ta’ implimentazzjoni estensiv stabbilit taħt il-WFD, kif ukoll il-klawsola ta’ salvagwardja inkluża fil-każ tan-nuqqas ta’ addozzjoni ta’ din il-proposta (cf. l-Artikolu 16.8 tal-WFD), huwa maħsub li l-piż finanzjarju u amministrattiv addizzjonali huwa minimu. |

L-għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: Id-Direttiva. |

342 | Il-Kummissjoni tipproponi att legali waħdieni li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ l-Artikolu 16 (WFD) biex tiżgura strument wieħed mibni b’dan il-mod. Direttiva tintgħażel bħala l-istrument legali. Id-Direttiva 2000/60/KE hija l-istrument ewlieni tagħha u l-miżuri jeħtieġu transpożizzjoni. |

IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT |

401 | M’huma mistennija l-ebda implikazzjonijiet fuq il-baġit. |

AKTAR TAGħRIF |

Is-simulazzjoni, il-fażi sperimentali u l-perjodu tranżitorju |

507 | Se jkun hemm perjodu tranżitorju għall-proposta. |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

512 | Il-ħames Direttivi speċifiċi (82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE kif emendat mid-Direttivi 88/347/KEE u 90/415/KEE) huma rrevokati bid-Direttiva proposta. Din is-simplifikazzjoni se tfisser li parti sostanzjali ta’ l-obbligi ta' rappurtar skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/337/KEE mhux se tibqa’ valida. |

520 | Ir-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta għandha twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. |

Klawsola ta' eżami/reviżjoni/estinzjoni |

532 | Il-proposta tinkludi klawsola ta’ reviżjoni sabiex jiġu stabbiliti l-EQS. Barra minn hekk, l-Artikolu 19 (2) tal-WFD jipprevedi ħarsa ġenerali tad-Direttiva 2000/60/KE li tinkludi d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16 u konsegwentement din id-Direttiva. |

50 | Tabella ta' korrelazzjoni L-Istati Membri huma obbligati jinnotifikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea Din il-proposta tolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Artikolu 1 - Is-Suġġett: Id-Direttiva tistipola standards ta’ kwalità ambjentali. L-Artikolu 2 u l-Anness I – standards ta’ kwalità ambjentali: Qed jiġu stabbiliti u speċifikati standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u kontaminanti oħra magħżula, u dispożizzjonijiet għall-verifika tal-konformità fl-Anness I. L-EQS huma differenti għall-ilmijiet tal-wiċċ interni (xmajjar u għadajjar) u l-ilmijiet tal-wiċċ oħra (ilmijiet tranżitorji, kostali u territorjali). Żewġ tipi ta’ EQS ġew stipolati, konċentrazzjonijiet medji annwali u konċentrazzjonijiet massimi permissibbli, waħda għall-protezzjoni kontra l-effetti kroniċi fuq medda ta’ żmien twil, l-oħra għall-effetti ekotossiċi akuti u diretti, rispettivament. Għall-metalli, is-sistemi prevalenti ta’ konformità huma adattati billi jippermettu l-Istati Membri biex iqisu l-livelli ta’ l-isfond ambjentali u l-bijodisponibilità. L-Istati Membri se jkollhom jużaw metodi ta’ kalkolu obbligatorji jekk dawn jiġu stipulati mill-Kummissjoni. L-EQS huma stabbiliti wkoll għall-bijota ta' ċerti sustanzi magħżula. Jista' jkun meħtieġ li xi wħud mill-EQS jiġu riveduti fi żmien qasir fid-dawl tar-riżultat ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji li għaddejja bħalissa skond leġiżlazzjoni Komunitarja oħra. B’mod partikolari, hemm probabbiltà ta’ emenda ta’ l-EQS provviżorji għan-nikil u ċ-ċomb peress li attwalment il-Kummissjoni ma tistax tantiċipa r-riżultati rilevanti ta' l-evalwazzjoni tar-riskji li għaddejja bħalissa. L-Artikolu 3 – żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti: Żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti qed tiġi definita għall-ħruġ minn sors individwali fil-viċin għal dawk il-partijiet ta’ l-ilmijiet fejn ma jistgħux jintlaħqu l-EQS minħabba livelli għolja ta’ kontaminanti fl-effluwenti. L-Artikolu 4 - inventarju ta’ emissjonijiet, ħruġ u telf: Għandu jiġi stabbilit inventarju għall-baċiri tax-xmajjar sabiex ikunu jistgħu jitwettqu verifiki tal-konformità ta’ l-għanijiet fuq it-tnaqqis tal-ħruġ, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji, u l-waqfien f’daqqa jew gradwali tal-ħruġ, l-emissjonijiet u t-telf għall-sustanzi ta' ħsara prijoritarji. L-iskeda ta’ żmien li matulu wieħed għandu jikkonforma mal-mira tal-waqfien hi sa l-2025. L-Artikolu 5 u l-Anness II – l-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ ħsara prijoritarji (SĦP): Il-WFD (Art. 16.3) tirrikjedi l-identifikazzjoni tas-SĦP fost is-sustanzi prijoritarji. Fid-Deċiżjoni 2455/2001/KE, 14-il sustanza prijoritarja ġew poposti għal reviżjoni fir-rigward ta' l-istatus finali bħala sustanzi prijoritarji jew sustanzi ta’ ħsara prijoritarji. Minn dawn l-14-il sustanza, issa 2 ġew proposti bħala SĦP u l-bqija ġew ikkonfermati bħala sustanzi prijoritarji bħala l-klassifikazzjoni finali tagħhom. Artikoli 6, 7 u 8: L-emenda u r-revoka tad-Direttivi sekondarji eżistenti. L-istandards ta’ kwalità stabbiliti minn dawn id-Direttivi qed jiġu inkorportati f’din il-proposta u b’hekk jiġu rrevokati bid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Artikoli 9, 10 u 11: Dispożizzjonijiet dwar it-traspożizzjoni, id-dħul fis-seħħ u d-destinatarji. |

1. 2006/0129 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (Test b'relevanza għall-EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

2. It-tniġġis kimiku ta’ l-ilma tal-wiċċ huwa ta’ theddida għall-ambjent akkwatiku b’effetti bħalma huma t-tossiċità akuta u kronika ta' l-organiżmi akkwatiċi, l-akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf ta’ l-ambjent naturali u l-bijodiversità, kif ukoll theddidiet għas-saħħa tal-bniedem.

3. Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali[5] tistipola li l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja huma prijoritajiet ambjentali ewlenin tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità, li tenfasizza, b’mod partikolati fl-Artikolu 7(2)(e) il-ħtieġa li tkun stabbilita leġiżlazzjoni iktar speċifika fil-qasam tal-politika dwar l-ilma.

4. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma[6] tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis ta' l-ilma, u l-Artikolu 16 jirrikjedi miżuri iktar speċifiċi għall-kontroll tat-tniġġis u l-istandards ta' kwalità ambjentali (EQS).

5. Ġew adottati diversi atti Komunitarji mis-sena 2000 li jistabbilixxu miżuri ta' kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent jaqgħu fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-istrumenti eżistenti iktar milli biex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda li jistgħu jirduppjaw dawk eżistenti.

6. Rigward il-kontrolli ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda kif jirreferi għalihom l-Artikolu 16(6) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun iktar effettiv f’termini ta’ nfiq u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri ta’ kontroll adegwati fil-programm ta' miżuri li għandhom jiġu żviluppati għal kull baċir tax-xmara skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.

7. Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE[7] tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew ipprijoritizzati għall-azzjoni fuq livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji, ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi ta’ ħsara prijoritarji li l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf tagħhom huma suġġetti għal waqfien gradwali jew tmiem immedjat. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu analizzati u għandhom jiġu kklassifikati.

8. Mil-lat ta’ l-interess Komunitarju u għal regolamentazzjoni iktar effettiva tal-ħarsien ta' l-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jitħejjew l-EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fuq livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistipolaw, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fuq livell nazzjonali bil-kundizzjoni li japplikaw r-regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE[8] u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalih għandu jintlaħaq status kimiku tajjeb sa l-2015, ma kinux inklużi fil-lista ta' sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa xieraq li tinżamm regolamentazzjoni ta' l-istandards tagħhom fuq livell Komunitarju.

9. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi attwali ta’ kwalità ambjentali, stipolati fid-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija ta’ l-elettrosi tal-kloruri alkalini[9], id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta’ Settembru 1983 dwar il-limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalità għall-iskariku tal-kadmju[10], id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta’ Marzu 1984 dwar il-valuri ta' limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta' l-industrija ta’ l-elettroliżi tal-chlor-alkali[11], id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-skarikar ta’ hexachlorocyclohexane[12] u d-Direttiva 86/280/KEE, se jsiru superfluwi u għandhom jitħassru.

10. L-ambjent akkwatiku jista’ jbati minn tniġġis kimiku kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil u għalhekk kemm id-dejta dwar l-effetti akuti kif ukoll dik dwar l-effetti kroniċi għandha tintuża bħala bażi biex jiġu stabbiliti l- EQS . Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu mħarsa b’mod xieraq, għandha tiġi stabbilita medja annwali ta’ standards ta’ kwalità fuq livell li jipprovdi ħarsien kontra l-espożizzjoni fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-ħarsien kontra l-espożizzjoni fil-qosor.

11. Fin-nuqqas ta’ tagħrif estensiv u ta’ min joqgħod fuqu dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji fil-bijota u s-sedimenti fuq livell Komunitarju u fid-dawl tal-fatt li t-tagħrif dwar l-ilma tal-wiċċ donnu jipprovdi bażi suffiċjenti biex ikun żgurat ħarsien komprensiv u kontroll tat-tniġġis effettiv, il-valuri ta' l- EQS li għandhom jiġu stabbiliti għandhom ikunu limitati għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal- hexachlorobenzene , l- hexachlorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li jkun assigurat ħarsien kontra l-effetti indiretti u avvelenament sekondarju b’sempliċi EQS għall-ilma tal-wiċċ fuq livell Komunitarju. Għalhekk, f’dawk il-każijiet, għandhom jitniedu l- EQS għall-bijota. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità jew li jimmonitorjaw dawk l- EQS u jiċċekkjaw il-konformità tal-bijota magħhom jew li jaqilbuhom f' EQS għall-ilma tal-wiċċ sabiex huma jkollhom iktar flessibilità skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom. Barra minn hekk, għandhom ikunu l-Istati Membri li jistipolaw EQS għas-sediment u l-bijota fejn hu meħtieġ u xieraq, biex jikkumplimentaw l- EQS stipolati fuq livell Komunitarju. Flimkien ma’ dan, peress li s-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-Istati Membri biex jimmonitorjaw ċerti sustanzi sabiex jevalwaw l-impatti fit-tul ta' l-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma tiżdiedx.

12. Fil-każ taċ-ċomb, in-nikil u l-kompożizzjonijiet tagħhom, għadhom ma ġewx konklużi d-diskussjonijiet dwar l-evalwazzjoni tar-riskju fi ħdan l-Uffiċċju Ewropew tal-Kimika ( European Chemicals Bureau ) / iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka ( Joint Research Centre ), u għalhekk, mhuwiex possibbli li jkunu stipolati standards ta' kwalità definittivi għal dawk l-elementi. Għalhekk, huwa xieraq li jkun indikat il-karattru provviżorju tagħhom.

13. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem[13] u jimmaniġġjaw korpi fl-ilma tal-wiċċ użati għall-estrazzjoni ta’ l-ilma għax-xorb skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tiġi implimentata mingħajr preġudizzju għal dawk ir-rekwiżiti li jistgħu jeħtieġu standards iktar stretti.

14. Jista’ jkun possibbli li l- EQS ma jistgħux jintlaħqu viċin il-ħruġ minn sorsi individwali minħabba li l-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti fil-ħruġ normalment ikunu ogħla mill-konċentrazzjonijiet ambjentali fl-ilma. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibilità li jqisu dan il-fatt meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità ma’ l- EQS billi tkun identifikata żona tranżitorja ta’ qbiż għal kull ħruġ rilevanti. Sabiex ikun żgurat li dawk iż-żoni huma limitati, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE u dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-liġi Komunitarja għandhom japplikaw għall-identifikazzjoni tagħhom. Peress li żviluppi fit-tekniki għat-trattament u l-innovazzjoni teknoloġika, bħall-aħjar tekniki disponibbli possibbli, jistgħu jippermettu li tonqos il-konċentrazzjoni tal-kontaminanti fil-viċin ta' sorsi ta' ħruġ fil-ġejjieni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni tranżitorji ta’ qbiż jiġu mnaqqsa skond dan.

15. Huwa meħtieġ li l-konformità ma’ l-objettivi għal waqfien totali jew gradwali, u t-tnaqqis, kif speċifikat fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE tiġi ċċekkjata, u li l-valutazzjoni tal-konformità ma' dawn l-obbligi jsir b’mod trasparenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsiderazzjoni ta’ l-emissjonijiet, ħruġ u telf sinifikanti u mhux sinifikanti mill-attivitajiet tal-bniedem. Barra minn hekk, skeda ta’ żmien għal waqfien totali jew gradwali tista’ tkun relatata biss ma’ inventarju. Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(4) sa (7) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jkun possibbli wkoll. Bl-istess mod, hija meħtieġa għodda addattata għall-kwantifikazzjoni ta’ telf ta’ sustanzi li jseħħ b’mod naturali, jew li jkun ikkawżat permezz ta' proċess naturali, fejn il-waqfien totali jew gradwali komplut mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Sabiex jissodisfa dawk il-ħtiġiet, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju ta’ emissjonijiet, ħruġ u telf għal kull baċir tax-xmara fit-territorju tiegħu.

16. Sabiex ikun evitat xogħol doppju biex dawk l-inventarji jkunu stabbiliti u biex tkun żgurata koerenza ta’ dawk l-inventarji ma’ għodda oħra eżistenti fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jużaw it-tagħrif miġbur skond id-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE[14].

17. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu perjodu ta' referenza ta' sena addattat biex jitkejjlu l-entrati bażiċi fl-inventarju sabiex jirrifletti aħjar il-ħtiġiet tagħhom. Madankollu, għandu jitqies il-fatt li t-telf mill-applikazzjoni tal-pestiċidji jista’ jvarja b’mod konsiderevoli minn sena għal oħra minħabba rati ta' applikazzjoni differenti, per eżempju minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi differenti. Għalhekk, fil-każ ta’ ċerti sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti[15], l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu perjodu ta’ referenza ta' 3 snin.

18. Sabiex isir l-aħjar użu mill-inventarju, huwa xieraq li tkun stabbilita data ta’ skadenza għall-Kummissjoni biex tivverifika jekk l-Istati Membri jkunux ħadu l-miżuri kollha biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE.

19. Kriterji għall-identifikazzjoni tas-sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulativi u tossiċi, kif ukoll sustanzi oħra ta’ tħassib ekwivalenti, partikolarment persistenti ħafna u bijoakkumulativi ħafna, kif tirreferi għalihom id-Direttiva 2000/60/KE, huma stabbiliti fid-Dokument Tekniku ta' Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju bħala appoġġ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-prinċipji għall-istimi ta’ riskju għall-bniedem u l-ambjent tas-sustanzi nnotifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE[16], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93[17], u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali[18]. Biex tkun żgurata konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja differenti, dawn il-kriterji biss għandhom ikunu applikati għas-sustanzi taħt analiżi skond id-Deċiżjoni 2455/2001, u l-anness X tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi emendat u mibdul skond dan.

20. L-obbligi stipolati fid-Direttivi elenkati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE diġà jinsabu inkorporati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis[19] u fl-Artikoli 8, 10, l-Artikolu 11(3)(g) u (h) u dispożizzjonijiet oħra fid-Direttiva 2000/60/KE u, ta’ l-inqas, l-istess livell ta’ protezzjoni huwa ggarantit jekk l-istandards ta’ kwalità ambjentali jinżammu jew jiġu riveduti. Biex tkun żgurata metodoloġija konsistenti għat-tniġġis kimiku ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ u biex il-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dak il-qasam tkun issimplifikata u ċċarata, huwa xieraq li ssir revoka skond l-Artikolu 16(10) tad-Direttiva 2000/60/KE li għandha tidħol fis-seħħ fl-2012, tad-Direttiva 82/176/KEE, id-Direttiva 83/513/KEE, id-Direttiva 84/156/KEE, id-Direttiva 84/491/KEE u d-Direttiva 86/280/KEE.

21. Tqiesu r-rakkomandazzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2000/60/KE b’mod partikolari dawk tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent.

22. Billi l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-addozzjoni ta’ standards ta’ kwalità ambjentali għall-ilma, u għalhekk minħabba iż-żamma ta’ l-istess livell ta’ protezzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ fil-Komunità kollha, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

23. Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu addottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[20].

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistipola standards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħra.

Artikolu 2

Standards ta' kwalità ambjentali

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompożizzjoni ta’ l-ilma tal-wiċċ tagħhom tikkonforma ma’ l-istandards ta’ kwalità għas-sustanzi prijoritarji, espressi bħala medja annwali u bħala konċentrazzjoni massima permissibbli, kif stipolat fil-Parti A ta’ l-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għall-kontaminanti elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali skond ir-rekwiżiti stipolati fil-Parti C ta’ l-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, abbażi tal-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma mwettaq skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness I ma jiżdidux għas-sediment u l-bijota.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konċentrazzjonijiet li ġejjin tal- hexachlorobenzene , il- hexachlorobutadiene u l-merkurju ma jinqabżux mit-tessut (piż bil-likwidu) tal-ħut, molluski, krustaċej u bijota oħra.

a) 10 µg/kg għall- hexachlorobenzene ,

b) 55 µg/kg għall- hexachlorobutadiene ,

c) 20 µg/kg għall-metil-merkurju.

Għall-skopijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità ma’ l-istandards ta’ kwalità ambjentali tas-sustanzi mniżżla fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jew jintroduċi standard għall-ilma iktar strett li jieħu post dak imniżżel fil-Parti A ta’ l-Anness I, jew jistipola standard addizzjonali għall-bijota.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku inklużi l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 16 (2) tad-Direttiva 2000/60/KE u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni ta' l-istandards ta' kwalità ambjentali stipolati fil-Partijiet A u B fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista’ tħejji metodi tal-kalkolu obbligatorji msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3 tal-Parti C ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni tranżitorji ta' qbiż tal-limit, fejn il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminant jew ieħor jista' jaqbeż l-istandards ta' kwalità ambjentali sakemm ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-wiċċ ta' l-ilma ma’ dawk l-istandards.

2. F’kull każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-limiti sa fejn il-partijiet ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ ħdejn il-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu kklassifikati bħala żoni tranżitorji ta’ qbiż waqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kull limitu li jagħmlu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tagħhom tal-baċir tax-xmara msemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 96/61/KE jew tar-regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE bil-għan li titnaqqas b’mod progressiv il-firxa ta’ kull żona tranżitorja ta’ qbiż tal-limiti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, identifikati fl-ilmijiet affettwati mill-ħruġ ta’ sustanzi prijoritarji.

4. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri għall-identifikazzjoni taż-żona tranżitorja ta' qbiż tal-limiti.

Artikolu 4

Inventarju ta’ emissjonijiet, ħruġ u telf

1. Abbażi tat-tagħrif miġbur skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju ta’ l-emmissjonijiet, il-ħruġ u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha mniżżla fil-Parti A u B ta’ l-Anness I għal kull baċir tax-xmara jew il-parti minnu fi ħdan it-territorju tagħhom.

2. Il-perjodu ta’ referenza biex jitkejjlu l-valuri tal-kontaminanti li għandhom jitniżżlu fl-inventarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ sena bejn 2007 u 2009.

Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-valuri jistgħu jiġu kkalkulati bħala medja tas-snin 2007, 2008 u 2009.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji stabbiliti skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-perjodi ta’ referenza rispettivi, lill-Kummissjoni flimkien mal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara rrapurtat skond l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

4. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-reviżjonijiet ta' l-analiżi speċifikata fl-Artikolu 5 (2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Il-perjodu ta’ referenza li fih għandhom jiġu stabbiliti l-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jitlesta s-sena ta’ qabel ma titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkulati bħala l-medja tat-tliet snin ta’ qabel it-tlestija ta’ dik l-analiżi.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-inventarji aġġornati fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċir tax-xmara aġġornati tagħhom kif jistipola l-Artikolu 13 (7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li sa l-2025, l-emissjonijiet, il-ħruġ u t-telf kif ippreżentati fl-inventarju jikkonformaw ma' l-obbligi ta’ tnaqqis jew tmiem stipolati fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE.

6. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni tista' tħejji metodu li għandu jintuża mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji.

Artikolu 5

Emenda tad-Direttiva 2000/60/KE

L-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jinbidel bit-test fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 6

L-emendi tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE u 84/491/KEE

L-Anness II tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE u 84/491/KEE rispettivament ġie mħassar.

Artikolu 7

Emenda tad-Direttiva 86/280/KEE

L-Intestaturi B fit-Taqsimiet I sa XI tad-Direttiva 86/280/KEE ġew imħassra.

Artikolu 8

Revoki

1. Id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE huma b'dan revokati b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012.

2. Qabel it-22 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar skond l-Artikoli 5, 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE minflok ma jwettquhom skond id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

It-traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn [18–il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkompanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 11

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

L-ANNESS I: STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAS-SUSTANZI PRIJORITARJI U ĊERTI KONTAMINANTI OĦRA

PARTI A : L-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali ( EQS ) għas-Sustanzi Prijoritarji fl-ilma tal-wiċċ

AA : medja annwali;

MAC : konċentrazzjoni massima permissibbli

Unità: [µg/l].

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) |

Nru | Isem is-sustanza | In-numru CAS | AA-EQS[21] L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta, | AA-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra | MAC-EQS[22] L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta, | MAC-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra |

(1) | Alachlor | 15972-60-8 | 0.3 | 0.3 | 0.7 | 0.7 |

(2) | Anthracene | 120-12-7 | 0.1 | 0.1 | 0.4 | 0.4 |

(3) | Atrazine | 1912-24-9 | 0.6 | 0.6 | 2.0 | 2.0 |

(4) | Benżina | 71-43-2 | 10 | 8 | 50 | 50 |

(5) | Pentabromodiphenylether[23] | 32534-81-9 | 0.0005 | 0.0002 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(6) | Il-kadmju u l-komposti tiegħu (jiddependi mil-livell ta’ minerali f l-ilma)[24] | 7440-43-9 | ≤ 0.08 (Klassi 1) 0.08 (Klassi 2) 0.09 (Klassi 3) 0.15 (Klassi 4) 0.25 (Klassi 5) | 0.2 | ≤ 0.45 (Klassi 1) 0.45 (Klassi 2) 0.6 (Klassi 3) 0.9 (Klassi 4) 1.5 (Klassi 5) |

(7) | C10-13 Chloroalkanes | 85535-84-8 | 0.4 | 0.4 | 1.4 | 1.4 |

(8) | Chlorfenvinphos | 470-90-6 | 0.1 | 0.1 | 0.3 | 0.3 |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) |

N° | Isem is-sustanza | In-numru CAS | AA-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | AA-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra | MAC-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | MAC-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra |

(9) | Chlorpyrifos | 2921-88-2 | 0.03 | 0.03 | 0.1 | 0.1 |

(10) | 1,2-Dichloroethane | 107-06-2 | 10 | 10 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(11) | Dichloromethane | 75-09-2 | 20 | 20 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(12) | Di(2-ethylhexyl)phthalate (DEHP) | 117-81-7 | 1.3 | 1.3 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(13) | Diuron | 330-54-1 | 0.2 | 0.2 | 1.8 | 1.8 |

(14) | Endosulfan | 115-29-7 | 0.005 | 0.0005 | 0.01 | 0.004 |

(15) | Fluoranthene | 206-44-0 | 0.1 | 0.1 | 1 | 1 |

(16) | Hexachlorobenzene | 118-74-1 | 0.01 | 0.01 | 0.05 | 0.05 |

(17) | Hexachlorobutadiene | 87-68-3 | 0.1 | 0.1 | 0.6 | 0.6 |

(18) | Hexachlorocyclohexane | 608-73-1 | 0.02 | 0.002 | 0.04 | 0.02 |

(19) | Isoproturon | 34123-59-6 | 0.3 | 0.3 | 1.0 | 1.0 |

(20) | Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu | 7439-92-1 | 7.2 | 7.2 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(21) | Il-merkurju u l-komposti tiegħu | 7439-97-6 | 0.05 | 0.05 | 0.07 | 0.07 |

(22) | In-naftalina | 91-20-3 | 2.4 | 1.2 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(23) | In-nikil u l-komposti tiegħu | 7440-02-0 | 20 | 20 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(24) | Nonylphenol | 25154-52-3 | 0.3 | 0.3 | 2.0 | 2.0 |

(25) | Octylphenol | 1806-26-4 | 0.1 | 0.01 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(1) | (2) | (3)i | (4) | (5) | (6) | (7) |

N° | Isem is-sustanza | In-numru CAS | AA-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | AA-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra | MAC-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | MAC-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra |

(26) | Pentachlorobenzene | 608-93-5 | 0.007 | 0.0007 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(27) | Il-pentaklorofenol | 87-86-5 | 0.4 | 0.4 | 1 | 1 |

(28) | Polyaromatic hydrocarbons (PAH)[25] | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

Benz(a)pyrene | 50-32-8 | 0.05 | 0.05 | 0.1 | 0.1 |

Benzo(b)fluoranthene | 205-99-2 | Σ=0.03 | Σ=0.03 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

Benzo(k)fluoranthene | 207-08-9 |

Benzo(g,h,i)perylene | 191-24-2 | Σ=0.002 | Σ=0.002 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

Indeno(1,2,3-cd)pyrene | 193-39-5 |

(29) | Simazine | 122-34-9 | 1 | 1 | 4 | 4 |

(30) | Komposti tat-Tributylin | 688-73-3 | 0.0002 | 0.0002 | 0.0015 | 0.0015 |

(31) | Trichlorobenzenes (l-isomeri kollha) | 12002-48-1 | 0.4 | 0.4 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(32) | Trichloromethane | 67-66-3 | 2.5 | 2.5 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(33) | Trifluralin | 1582-09-8 | 0.03 | 0.03 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

PARTI B: Standards ta' Kwalità Ambjentali ( EQS ) għall-kontaminanti oħra

AA : medja annwali;

MAC: konċentrazzjoni massima permissibbli

Unità: [µg/l].

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) |

Nru | Isem is-sustanza | In-numru CAS | AA-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | AA-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra | MAC-EQS L-ilma tal-wiċċ ‘l ġewwa mill-kosta | MAC-EQS Ilmijiet tal-wiċċ oħra |

(1) | Total ta’ DTT[26] | mhux applikabbli | 0.025 | 0.025 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

para-para-DDT | 50-29-3 | 0.01 | 0.01 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(2) | Aldrin | 309-00-2 | Σ=0.010 | Σ=0.005 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(3) | Dieldrin | 60-57-1 |

(4) | Endrin | 72-20-8 |

(5) | Isodrin | 465-73-6 |

(6) | Carbontetrachloride | 56-23-5 | 12 | 12 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(7) | Tetrachloroethylene | 127-18-4 | 10 | 10 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

(8) | Trichloroethylene | 79-01-6 | 10 | 10 | mhux applikabbli | mhux applikabbli |

PARTI C: Konformità ma’ l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali

1. Kolonni 4 u 5: Għal kull ilma tal-wiċċ partikolari, il-konformità ma’ l- EQS-AA teħtieġ li għal kull punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fi ħdan l-ilma, il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena huwa taħt l-istandard.

2. Kolonni 6 u 7: Għal kull ilma tal-wiċċ, il-konformità ma’ l- EQS-MAC fisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fi ħdan l-ilma m’għandhiex taqbeż l-istandard.

3. Bl-eċċezzjoni tal-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “metalli”), l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali ( EQS ) stipolati f’dan l-Anness huma espressi bħala t-total ta’ konċentrazzjonijiet fil-kampjun ta’ l-ilma sħiħ. Fil-każ tal-metalli, l- EQS jirreferi għall-konċentrazzjoni maħlula, jiġifieri l-fażi maħlula tal-kampjun ta’ l-ilma li tinkiseb permezz tal-filtrazzjoni minn filtru ta’ 0.45 µm jew kwalunkwe trattament ta’ qabel ieħor.

Jekk il-konċentrazzjonijiet naturali fl-isfond tal-metalli huma ogħla mill-valut ta' l-EQS jew jekk il-livell ta' minerali, il-pH jew parametri oħra ta' kwalità ta' l-ilma jaffettwaw il-bijodisponibilità tal-metalli, l-Istati Membri jistgħu jqisu dan meta jivvalutaw ir-riżultati tal-monitoraġġ ma' l- EQS . Jekk jagħżlu li jagħmlu dan, l-użu tal-metodi ta' kalkolu stipolati skond l-Artikolu 2(5) huma obbligatorji.

ANNESS II: EMENDA TA’ L-ANNESS X TAD-DIRETTIVA 2000/60/KE

L-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jinbidel b’dan li ġej:

‘ANNESS XLISTA TA’ SUSTANZI PRIJORITARJI FIL-QASAM TAL-POLITIKA TA’ L-ILMA (*)

Numru | Numru CAS | Numru ta’ l-UE2 | Isem is-sustanza prijoritarja | Sustanza identifikata bħala sustanza ta’ ħsara prijoritarja |

(1) | 15972-60-8 | 240-110-8 | Alachlor |

(2) | 120-12-7 | 204-371-1 | Anthracene | X |

(3) | 1912-24-9 | 217-617-8 | Atrazine |

(4) | 71-43-2 | 200-753-7 | Benżina |

(5) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Brominated diphenylether (**) | X (***) |

(6) | 7440-43-9 | 231-152-8 | Il-kadmju u l-komposti tiegħu | X |

(7) | 85535-84-8 | 287-476-5 | Chloroalkanes, C10-13 (**) | X |

(8) | 470-90-6 | 207-432-0 | Chlorfenvinphos |

(9) | 2921-88-2 | 220-864-4 | Chlorpyrifos |

(10) | 107-06-2 | 203-458-1 | 1,2-dichloroethane |

(11) | 75-09-2 | 200-838-9 | Dichloromethane |

(12) | 117-81-7 | 204-211-0 | Di(2-ethylhexyl)phthalate (DEHP) |

(13) | 330-54-1 | 206-354-4 | Diuron |

(14) | 115-29-7 | 204-079-4 | Endosulfan | X |

959-98-8 | mhux applikabbli | (Alpha-endosulfan) |

(15) | 206-44-0 | 205-912-4 | Fluoranthene (****) |

(16) | 118-74-1 | 204-273-9 | Hexachlorobenzene | X |

(17) | 87-68-3 | 201-765-5 | Hexachlorobutadiene | X |

(18) | 608-73-1 | 210-158-9 | Hexachlorocyclohexane | X |

58-89-9 | 200-401-2 | (gamma-isomer, Lindane) |

(19) | 34123-59-6 | 251-835-4 | Isoproturon |

(20) | 7439-92-1 | 231-100-4 | Iċ-ċomb u l-komposti tiegħu |

(21) | 7439-97-6 | 231-106-7 | Il-merkurju u l-komposti tiegħu | X |

(22) | 91-20-3 | 202-049-5 | In-naftalina |

(23) | 7440-02-0 | 231-111-14 | In-nikil u l-komposti tiegħu |

(24) | 25154-52-3 | 246-672-0 | Nonylphenol | X |

104-40-5 | 203-199-4 | 4-(para)nonylphenol |

(25) | 1806-26-4 | 217-302-5 | Octylphenol |

140-66-9 | mhux applikabbli | (Para-tert-octylphenol) |

(26) | 608-93-5 | 210-172-5 | Pentachlorobenzene | X |

(27) | 87-86-5 | 231-152-8 | Il-pentaklorofenol |

(28) | mhux applikabbli | mhux applikabbli | Polyaromatic hydrocarbons | X |

50-32-8 | 200-028-5 | (Benzo(a)pyrene) |

205-99-2 | 205-911-9 | (Benzo(b)fluoranthene) |

191-24-2 | 205-883-8 | (benzo(g,h,i)perylene) |

207-08-9 | 205-916-6 | (Benzo(k)fluoranthene) |

193-39-5 | 205-893-2 | (Indeno(1,2,3-cd)pyrene) |

(29) | 122-34-9 | 204-535-2 | Simazine |

(30) | 688-73-3 | 211-704-4 | Komposti tat-Tributylin | X |

36643-28-4 | mhux applikabbli | Tributyltin-cation |

(31) | 12002-48-1 | 234-413-4 | Trichlorobenzenes |

120-82-1 | 204-428-0 | (1,2,4-trichlorobenzene) |

(32) | 67-66-3 | 200-663-8 | Trichloromethane (chloroform) |

(33) | 1582-09-8 | 216-428-8 | Trifluralin |

1 CAS: Chemical Abstract Services (Servizzi ta' l-Astratt tal-Kimika)

2 Numru ta’ l-EU: European Inventory of Existing Commercial Chemical Substances (EINECS) (Inventarju Ewropew ta’ Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti) jew European List of Notified Chemical Substances (ELNICS) (Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati).

(*) Fejn intgħażlu gruppi ta’ sustanzi, ir-rappreżentanti individwali tipiċi huma elenkati bħala parametri indikattivi (fil-parenteżi u mingħajr numru).

(**) Normalment dawn il-gruppi ta’ sustanzi jinkludu numru konsiderevoli ta’ komposti individwali. Attwalment, ma jistgħux jingħataw parametri indikattivi.

(***) Il- Pentabromobiphenylether biss (numru CAS 32534-81-9)

(****) Il- Fluoranthene jinsab fuq il-lista bħala indikatur ta’ Idrokarburi Poliaromatiċi ( Polyaromatic Hydrocarbons) oħra iktar perikolużi.

.

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU L 242, 10.9.2003, p.81.

[6] ĠU L 327, 22.12.2000, p.1. Id-Direttiva emendata bid-Deċiżjoni 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

[7] ĠU L 331, 15.12.2001, p.1.

[8] ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L. 377, 31.12.1991, p. 48).

[9] ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KE.

[10] ĠU L 291, 21.10.1983, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE.

[11] ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE.

[12] ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/692/KEE.

[13] ĠU L 330, 5.12.1998, p.32.

[14] ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

[15] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE (ĠU L 44, 15. 2. 2006, p. 15).

[16] ĠU L 227, 8.9.1993, p. 9-18.

[17] ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

[18] ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

[19] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26

[20] ĠU L 184, 17. 7.1999, p.23.

[21] Dan il-parametru huwa l-Istandard ta’ Kwalità Ambjentali f’valur medju annwali ( EQS-AA ).

[22] Dan il-parametru huwa l-Istandard ta’ Kwalità Ambjentali f’konċentrazzjoni massima permissibbli ( EQS-MAC ). Fejn il- MAC-EQS huma mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA-EQS jipproteġu wkoll kontra tniġġis għoli fuq perjodu qasir ta’ żmien peress li huma pjuttost inqas mill-valuri bbażati fuq it-tossiċità akuta.

[23] Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji koperti mill- brominated diphenylethers (No. 5) imniżżla fid-Deċiżjoni 2455/2001/KE, ġew stabbiliti EQS għall- pentabromodiphenylether biss.

[24] Għall-Kadmju u l-komposti tiegħu (Nru. 6) il-valuri ta’ l-EQS ivarjaw skond il-livell ta’ minerali fl-ilma kif speċifikat f’ħames kategoriji (Klassi 1: <40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to <50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 to <100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 to <200 mg CaCO3/l, u Klassi 5: ≥200 mg CaCO3/l).

[25] Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji tal- polyaromatic hydrocarbons (PAH) (Nru 28), wieħed għandu jikkonforma ma’ kull EQS individwali, jiġifieri, l- EQS għall- Benzo(a)pyrene u l- EQS għat-total ta’ Benzo(b)fluoranthene u Benzo(k)fluoranthene u l- EQS għas-somma ta’ Benzo(g,h,i)perylene u Indeno(1,2,3-cd)pyrene għandhom jintlaħqu.

[26] It-total ta’ DDT jikkonsisti mit-total ta’ l-isomeri 1,1,1- trichloro -2,2 bis ( p - chlorophenyl) ethane (numru CAS 50-29-3); 1,1,1 -trichloro-2 (o-chlorophenyl)-2-(p-chlorophenyl) ethane (numru CAS 789-02-6); 1,1- dichloro- 2,2 bis (p-chlorophenyl) ethylene (numru CAS 72-55-9); u 1,1- dichloro -2,2 bis (p-chlorophenyl) ethylene (numru CAS 72-54-8).

Top