Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0265

    Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti (verzjoni kkodifikata) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

    /* KUMM/2006/0265 finali - COD 2003/0058 */

    52006PC0265

    Proposta emendata għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti (verzjoni kkodifikata) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2006/0265 finali - COD 2003/0058 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 2.6.2006

    KUMM(2006) 265 finali

    2003/0058 (COD)

    Proposta emendata għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti

    (Verżjoni kkodifikata)

    (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fis-27 ta’ Marzu 2003 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti[1]

    Fil-opinjoni tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2003 il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, mwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta fuq imsemmija tabilħaqq tillimita ruħha għalsempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali għall-atti koperti minnha.

    2. Fid-dawl tax-xogħol li diġà sar fil-Kunsill fuq il-proposta msemmija fil-punt 1, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE- proposta emendata għall-kodifikazzjoni tad-Direttiva kkonċernata.

    Din il-proposta emendata tqies ukoll l-emendi purament formali jew editorjali proposti mill- Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, fejn dawn huma kkunsidrati ġustifikati[3]. Din il-proposta tinkludi ukoll korrigenda għad-Direttiva 93/32/KEE[4].

    3. Meta mqabbla mal-proposta inizjali, l-emendi magħmula f’din il-proposta huma dawn li ġejjin:

    L-ewwel premessa hi mibdula b’dan li ġej:

    “Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta’ l- 14 ta’ Ġunju 1993, fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ* roti stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri tagħhom. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/EC fir-rigward ta' kull tip ta' vettura. Id-Direttiva 93/32/KEE ġiet emendata b’mod sostanzjali**. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.”

    It-tieni, it-tielet u r-raba’ premessi huma mħassra.

    Il-ħames premessa hi mibdula b’dan li ġej:

    “Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/24/KE dwar sistemi tal-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.”

    Il-sitt premessa hi mibdula b’dan li ġej:

    “ Billi l-għan tal-miżura li ser tittieħed, jiġifiieri l-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward ta’ mqabad ta’ l-idejn għall-passigieri fuq tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt tal-miżura, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidarjetà, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex ikun jista’ jintlaħaq dan l-għan.”

    It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6 ġie miżjud, u jinqara kif ġej:

    “Din għandha tapplika mill [...].

    L-Anness I, punt 1.2, ir-raba sub-paragrafu: Il-korrigendum japplika biss għall-verżjoni Finnlandiża.

    L-Anness II, Parti B: Il-korrigendum japplika biss għall-verżjoni Ingliża u Svediża[5].

    4. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż.

    ê 93/32/KEE (adattat)

    2003/0058 (COD)

    Proposta emendata għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti

    (test b’rilevanza ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE[6],

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

    Billi:

    ê

    1. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta’ l- 14 ta’ Ġunju 1993, fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti[9] stabbiliet preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri tagħhom. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/EC tat-18 ta’ Marzu 2002 fir-rigward ta' kull tip ta' vettura. Id-Direttiva 93/32/KEE ġiet emendata b’mod sostanzjali[10]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    ê 93/32/KEE Premessa 4 (adattat)

    2. Ö Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati li ghandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2002/24/KE. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2002/24/KE dwar sistemi tal-vetturi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva. Õ

    ê 93/32/KEE Premessa 5 (adattat)

    3. Ö Billi l-għan tal-miżura li ser tittieħed, jiġifieri l-għoti ta' approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġieri fuq tip ta' vettura bil-mutur b’żewġ roti, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt tal-miżura, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex ikun jista' jintlaħaq dan l-għan. Õ

    ê

    4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

    ê 93/32/KEE

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    ê93/32/KEE (adattat)

    Artikolu 1

    Din id-Direttiva għandha tapplika għal imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri ta' kull tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment ħieles ta' l-imsemmija vetturi għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2002/24/KE.

    Artikolu 3

    Ö L-emendi Õ meħtieġa biex ikunu adattati il-ħtiġijiet ta' l-Anness I ma’ din id-Direttiva sabiex jitqies il-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura Ö msemmija fl-Artikolu [13 (3) tad-Direttiva tal-Kunsilll 70/156/KEE[11]]. Õ

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    ê

    Artikolu 5

    Id-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness II, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Din għandha tapplika mill [...]

    ê 93/32/KEE Art. 5

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    […] […]

    ê 93/32/KEE L-Anness

    ANNESS I

    1. ĦTIĠIET ĠENERALI

    Fejn issir dispożizzjoni għall-ġarr ta' passiġġier, il-vettura għandha jkollha sistema ta' maqbad għall-idejn tal-passiġġier. Din għandha tieħu l-forma ta' ċinga jew maqbad ta' l-idejn jew imqabad ta' l-idejn.

    ê 1999/24/KE Art. 1 (adattat)

    1.1. Iċ-ċinga

    Iċ-ċinga għandha titwaħħal mal-magħqad jew ma' partijiet oħra imqabbda ma' l-istruttura b'tali mod li tkun tista' tintuża faċilment mill-passiġġier. Iċ-ċinga u kif tkun imwaħħla jridu jkunu ddisinjati b'tali mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jitqaċċtu, forza ta' ġbid vertikali ta' 2 000 N applikata Ö statikament Õ fiċ-ċentru tal-wiċċ taċ-ċinga bi pressjoni massima ta' 2 MPa.

    ê 93/32/KEE L-Anness (adattat)

    1.2. Maqbad ta' l-idejn

    Jekk jintuża maqbad għandu jkun qrib il-magħqad u simetriku għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    Il-maqbad ta' l-idejn għandu jkun disinjat b'mod li jkun jiflaħ, mingħajr ma jinqata', forza vertikali ta' ġbid ta' 2 000 N applikata statikament fiċ-ċentru Ö tal-wiċċ Õ tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 2 MPa.

    Jekk żewġ imqabad ta' l-idejn ikunu użati, huma jridu jitwaħħlu wieħed kull naħa b’mod simmetriku

    Dawn l-imqabad ta' l-idejn iridu jkunu ddisinjati b'mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinqatgħu, forza vertikali ta' ġbid ta' 1 000 N, applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru Ö tal-wiċċ Õ tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 1 MPa.

    L-Appendiċi 1

    Dokument ta’ informazzjoni dwar imqabad ta’ l-idejn għall-passiġġieri fuq tip ta’ vettura bil-mutur b’żewġ roti

    (biex titwaħħal ma’ l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent jekk din tintbagħat separatament mill-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura )

    Nru ta' l-ordni (mogħti mill-applikant): …...................................................................................

    L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KE tal-komponent dwar imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vettura bil-mutur b'żewġ roti jrid ikun fiha l-informazzjoni mniżżla taħt il-punti li ġejjin fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE:

    - Il-Parti A, taqsimiet:

    - 0.1

    - 0.2

    - 0.4 sa 0.6;

    ê 1999/24/KE Art. 1

    - Il-Parti B, taqsimiet:

    - minn 1.4 sa 1.4.2 inklużi.

    ê 93/32/KEE

    [pic]

    é

    ANNESS II

    Parti A

    Direttiva mħ assra flimkien ma’ l-emendament tagħha (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE | (ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28) |

    Direttiva tal-Kummissjoni 1999/24/KE | (ĠU L 104, 21.4.1999, p. 16) |

    Parti B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 5)

    Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

    93/32/KEE | L-14 ta’ Diċembru 1994 | L-14 ta’ Ġunju 1995(*) |

    1999/24/KE | Il-31 ta’ Diċembru 1999 | L-1 ta’ Jannar 2000(**) |

    _____________

    (*) Skond it-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/32/KEE:

    “Mid-data msemmija fl-ewwel sub-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' l-imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri, jipprojbixxu d-dħul inizjali fis-servizz ta' vetturi li huma konformi ma' din id-Direttiva.”

    (**) Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/24/KE:

    “1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2002, l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet relatati ma' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri:

    - jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura b'żewġ roti jew ta' tip ta' maqbad ta' l-idejn għall-passiġġieri, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE,

    - jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri,

    jekk l-imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

    2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000 l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE għal kull tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti għal raġunijiet relatati ma' l-imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri jew kull tip ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/32/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.”

    ANNESS II

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Direttiva 93/32/KEE | Din id-Direttiva |

    Artikoli 1, 2 u 3 | Artikoli 1, 2 u 3 |

    Artikolu 4(1) | - |

    Artikolu 4(2) | Artikolu 4 |

    - | Artikolu 5 |

    - | Artikolu 6 |

    Artikolu 5 | Artikolu 7 |

    Anness | Anness I |

    Appendiċi 1 | Appendiċi 1 |

    Appendiċi 2 | Appendiċi 2 |

    - | Anness II |

    - | Anness III |

    _____________

    [1] KUMM(2003) 145 finali tas-27 ta’ Marzu 2003.

    [2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

    [3] Opinjoni mibgħuta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fit-30 ta’ Ġunju 2003.

    [4] Il-korrigenda japplikaw biss għall-verżjonijiet bl-Ingliż, il-Finnlandiż u l-Isvediż.

    [5] ĠU L 239, 9.7.2004, p. 36

    [6] ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).

    [7] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [8] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [9] ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28. Direttiva kif emendata mid- Direttiva tal-Kummissjoni 1999/24/KE (ĠU L 104, 21.4.1999, p. 16).

    [10] Vide l-Anness I, Parti A.

    [11] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    Top