EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0057

Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

/* KUMM/2006/0057 finali - COD 2004/0055 */

52006PC0057

Proposta emendata għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2006/0057 finali - COD 2004/0055 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.2.2006

KUMM(2006) 57 finali

2004/0055 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. SFOND

Fid-19 ta’ Marzu 2004 il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas[1]. Il-proposta kienet trażmessa lill-Parlament ul-Kunsill fid-19 ta' Marzu 2004. Fid-9 ta’ Frar 2005, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni[2]. Il-Parlament Ewropew irrefera l-proposta lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali tiegħu (responsabbli għar-rapport) u lill-Kumitat dwar il-Libertajiet Pubbliċi u d-Drittijiet taċ-Ċittadini tiegħu (għal opinjoni). Il-Kumitat dwar il-Libertajiet Pubbliċi u d-Drittijiet taċ-Ċittadini adotta l-opinjoni tiegħu fit-13 ta’ Ġunju 2005. Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali approva r-rapport tiegħu fl-14 ta’ Lulju 2005. Il-Kunsill laħaq ftehim ġenerali dwar it-test ta’ l-artikoli tar-Regolament fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2005. Fis-sessjoni plenarja tat-13 ta’ Diċembru 2005, il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu li tappprova l-proposta tal-Kummissjoni suġġetta għal numru ta' emendi. L-emendi adottati mill-Parlament Ewropew jikkorrispondu mat-test maqbul mill-Kunsill fit-2 ta’ Diċembru 2005. Bażikament jieħdu post l-artikoli tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA

Il-proposta emendata tadatta l-proposta oriġinali għal Regolament li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta' ħlas bi tweġiba għal emendi ivvutati mill-Parlament Ewropew.

3. L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI ADOTTATI MILL-PARLAMENT

3.1 Emendi aċċettati fl-intier tagħhom mill-Kummissjoni

L-emendi 26, 27, 28, 32, 34, 35, 36, 37, 38, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 48, 49, 50, 54, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67, u 73 jistgħu jkunu aċċettati kif preżentati mill-Parlament għaliex jissimplifikaw il-proċedura proposta, iżidu dimensjoni oħra relatata maċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-ordnijiet ta’ ħlas Ewropej, jew jagħmlu titjib relatat jew mal-kjarezza ta' l-att jew mal-kwistjonjiet ta' dettal, u jżidu materjal li potenzjalment ikun utli fl-implimentazzjoni tar-regolament propost.

L-inklużjoni ta' l-abolizzjoni ta' exequatur fir-Regolament teħtieġ l-inklużjoni ta' premessi addizzjonali li ġejjin, ħafna minnhom, mir-Regolament Nru (KE) 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq ordni ta’ infurzar Ewropea għal talbiet mhux kontestati.

3.2 Emendi li ġew aċċetati mill-Kummissjoni għal dik li hi sustanza, suġġetti għal riformulazzjoni.

L-emendi 30, 31, 33, 47, 51, 52, 53, 68, 69, 70, 72, 74, u 75 jistgħu jiġu aċċettati fil-prinċipju, suġġetti għall-abbozzar mill-ġdid:

L-Emenda 30 għandha l-għan li tikkjarifika r-Regolament Nru (KE/Euratom) 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien għal skopijiet ta’ komputar ta’ limiti taż-żmien. Huwa xieraq li jkun rivedut xi ftit il-lingwaġġ użat fil-premessa sabiex ma tkunx preġudikata l-interpretazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-Regolament 1182/71 fl-istrumenti eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja ċivili.

L-Emenda 31 tipproponi li fil-formola standard relevanti il-konvenut ikun infurmat dwar il-komputazzjoni tal-limiti taż-żmien skond ir-Regolament Nru (KEE/Euratom) 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien. Filwaqt li dan hu aċċettabbli fis-sustanza, m’hemmx bżonn li tkun inkluża premessa għal dan l-iskop; din il-modifika għandha ssir direttament fil-formola standard relevanti.

L-Emenda 33 tobbliga lill-qorti li tikkunsidra kull forma ta’ kontestazzjoni mill-konvenut jekk tkun espressa mod ċara. Fid-dawl tal-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża, huwa importanti li l-importanza ta’ dan l-obbligu tiġi enfasizzata. Għaldaqstant, il-lingwaġġ tal-premessa għandu jkun qawwi aktar.

Fl- Emenda 47 ir-referenza għandha tkun għall-Artikolu 4b minflok għall-Artikolu 4b(3) tat-test tal-Parlament.

Fil-paragrafu 2(b) ta’ l- Emenda 51 il-kelma “mibgħuta” hija nieqsa wara “qorti ta’ l-oriġini”.

L- Emendi 52 u 53 huma meħtieġa fid-dawl ta’ l-inklużjoni ta’ l-abolizzjoni ta’ exequatur għall-ordnijiet ta’ ħlas Ewropej. Dawn huma kopja eżatta ta’ l-istandards minimi korrispondenti dwar in-notifika fir-Regolament Nru (KE) 805/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropea ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati. Madankollu, tinħtieġ modifika teknika waħda, li toħroġ mid-definizzjoni ta’ “każijiet tranżnazzjonali” proposta fl-Emenda 39 (l-Artikolu 1a, paragrafu 1 tat-test tal-Parlament). Taħt din id-definizzjoni, huwa possibbli li l-konvenut ikun domiċiljat jew residenti abitwalment fi Stat li mhux Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea. F’dak il-każ, għan-notifika ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea lill-konvenut japplikaw ir-regoli dwar in-notifika ta’ dak l-Istat. L-Emendi 52 u 53 jridu jkun jirriflettu din il-possibbiltà u għalhekk għandhom jirreferu għar-regoli dwar in-notifika ta’ l-“Istat” u mhux ta' l-"Istat Membru".

Fl- Emenda 68 ir-referenza fil-paragrafu b għandha tkun għall-Artikoli 12(d) sa 12(f) tat-test tal-Parlament.

Fl- Emenda 69 ir-referenza fil-paragrafu 1(b) għandha tkun għall-Artikolu 12c tat-test tal-Parlament.

L- Emenda 70 għandha tirreferi għall-annessi (fil-plural) għaliex ir-Regolament ser ikun fih diversi annessi.

L- Emenda 72 iddaħħal klawsola ta' reviżjoni dettaljata li tikkonċerna t-tħaddim tar-Regolament fid-dawl ta' proċeduri ta' ordni ta' ħlas nazzjonali. Din ir-reviżjoni għandha ssir ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Fid-dawl tad-distinzjoni proposta fl-Emenda 73, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ u d-data meta jibda japplika r-Regolament, ikun aktar xieraq li fl-Emenda 72 r-riferiment ikun għad-data meta jibda japplika r-Regolament u mhux għad-data tad-dħul fis-seħħ. Dan ikun konformi wkoll mad-diskussjonijiet fil-Kunsill.

L- Emenda 74 għandha tkun verifikata sostanzjalment minn angolu tekniku u għandha terġa' tiġi abbozzata fuq il-bażi tas-softwer meħtieġ biex jiġi żgurat l-ipproċessar elettroniku ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea.

L- Emenda 75 tipproponi anness għall-formola tat-talba. Dan l-anness huwa teknikament parti mill-formola tat-talba nnifisha u għalhekk għandu jkun inkluż fl-Emenda 74.

3.3 Emendi aċċettati parzjalment mill-Kummissjoni

L-emendi 29, 39 u 76 jistgħu jiġu aċċettati parzjalment:

L- Emenda 29 hija maħsuba biex tikkjarifika l-għan tar-reviżjoni speċjali offerta lill-konvenut wara li jiskadi t-terminu għall-kontestazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea. Peress illi din ir-reviżjoni hija importanti fid-dawl tal-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża tal-konvenut, din għandha tkun aktar speċifika u tikkjarifika li t-terminu “ċirkostanzi eċċezzjonali oħrajn” jista’ jinkludi s-sitwazzjoni fejn ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ibbażata fuq informazzjoni falza pprovduta mir-rikorrent fil-formola tat-talba. Dan ikun konformi wkoll mad-diskussjonijiet fil-Kunsill.

L-Emenda 39 hija maħsuba biex tiddefinixxi l-kunċett ta’ “każ tranżnazzjonali” għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Filwaqt li l-Kummissjoni tista’ taċċetta r-restrizzjoni tar-Regolament għal każijiet tranżnazzjonali u fil-parti l-kbira taqbel mad-definizzjoni proposta, hija ma tistax taċċetta r-referenza għal “Stat Membru” fir-rigward tad-domiċilju jew ir-residenza abitwali tal-partijiet. Ir-referenza għal “Stat Membru” fir-rigward tal-partijiet għandha konsegwenzi legali u politiċi sinifikanti. Din ir-referenza tfisser li f’ċerti każijiet fejn il-qrati ta’ l-Unjoni Ewropea jkollhom ġuriżdizzjoni, il-proċedura ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea ma tistax tintuża minn rikorrenti domiċiljati barra mill-UE jew kontra konvenuti mhux domiċiljati fl-UE, b’mod partikolari taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali. Il-projbizzjoni ta’ l-użu tal-proċedura minn rikorrenti domiċiljati barra l-UE tqajjem dubji kbar fid-dawl ta’ l-obbligi internazzjonali eżistenti ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-obbligi li joħorġu mill-GATT 1994, il-GATS u l-Ftehim TRIPS. Ukoll, l-applikazzjoni magħquda ta’ l-att futur mal-Konvenzjoni ta’ Lugano 1988 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali toħloq sitwazzjonijiet xejn mixtieqa fir-rigward ta’ rikorrenti domiċiljati jew residenti abitwalment fi Stat mhux fl-UE parti f’dik il-Konvenzjoni. Fl-aħħarnett, id-definizzjoni tqajjem mistoqsijiet fuq il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

L- Emenda 76 tipproponi li jitħassru l-annessi 2 u 3 tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Fil-waqt li l-Anness 2 jista’ jitħassar, dan mhux il-każ għall-Anness 3. L-Anness 3, kif ukoll l-annessi l-oħrajn li jikkostitwixxu l-formoli standard, għandhom jerġgħu jiġu abbozzati sabiex ikunu konformi mal-proposta emendata, fuq il-bażi tas-softwer meħtieġ biex jiġi żgurat l-ipproċessar elettroniku ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea.

3.4 Emendi rifjutati

L-Emenda 71 ma tistax tiġi aċċettata għaliex il-modifika proposta mhix teknikament korretta. Ir-referenza magħmula f’dan il-paragrafu għandha tkun għall-artikolu kkonċernat kollu kemm hu, u mhux biss għall-paragrafu li jinkludi r-referenza.

4. KONKLUŻJONI

Filwaqt li ttikkunsidra l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni timmodifika l-abbozz kif ġej.

2004/0055 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(c) tiegħu u l-Artikolu 67 (5), it-tieni inċiż

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat;

Billi:

(1) Il-Komunità tat lilha nnifisha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk, il-Komunità għandha tadotta, fost oħrajn, miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li huma meħtieġa għall-ħidma kif xieraq tas-suq intern.

(2) Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 stiednet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħejju leġiżlazzjoni ġdida fuq kwistjonijet li huma ċentrali għall-kooperazzjoni ġudizzjarja mingħajr xkiel u għal aċċess aħjar għal-liġi u saret referenza speċifika, f’dak il-kuntest, għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ flus.

(3) Fit-30 ta’ Novembru 2000, il-Kunsill adotta programm konġunt tal-Kummissjoni u l-Kunsill ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ l-għarfien reċiproku ta' deċiżjonijiet f’affarijiet ċivili u kummerċjali[5]. Il-programm jipprevedi l-possibiltà ta’ proċedura speċifika, uniformi u armonizzata għall-ksib ta’ deċiżjoni ġudizzjarja stabbilita fi ħdan il-Komunità f’oqsma speċifiċi li jinkludu t-talbiet li mhumiex ikkontestati. Dan tmexxa ’l quddiem mill-Programm ta’ l-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-5 ta’ Novembru 2004 li jagħmel sejħa biex jitkompla b'mod attiv ix-xogħol fuq il-proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas.

(4) Il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas u dwar miżuri li jissimplifikaw u jħaffu l-litigazzjoni fuq talbiet żgħar fl-20 ta’ Diċembru 2002. Il- Green Paper varat konsultazzjoni dwar l-għanijiet u l- karatteristiċi possibbli ta’ proċedura uniformi jew armonizzata Ewropea għall-irkupru ta’ talbiet mhux kontestati.

(5) L-irkupru mħaffef u effiċjenti ta’ djun pendenti li dwarhom ma hemm l-ebda kontroversja legali huwa ta’ importanza prinċipali għall-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea peress illi l-arretrati huma raġuni prinċipali għall-falliment li jehddu s-sopravivenza ta’ l-impriżi, b’mod partikolari dawk żgħar u ta' daqs medju, li jirriżultaw f’għadd konsiderevoli ta’ telf ta' impjiegi.

(6) Waqt illi l-Istati Membri kollha jippruvaw jindirizzaw il-kwistjoni ta’ l-irkupru ġenerali ta’ talbiet mhux ikkontestati, il-biċċa l-kbira tagħhom permezz ta’ ordni simplifikata għal proċedura ta’ pagament, il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ukoll il-ħidma tal-proċeduri domestiċi jvarjaw b’mod sostanzjali. Aktar minn hekk, il-proċeduri li jeżistu bħalissa sikwit ikunu inammissibbli jew imprattikabbli f’sitwazzjonijiet tranżnazzjonali.

(7) L-impedimenti li jirriżultaw għal aċċess għall-ġustizzja effiċjenti, b’mod partikolari f’każijiet tranżnazzjonali, u t-tfixkil tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern minħabba l-iżbilanċ fir-rigward tal-ħidma tal-mezzi proċedurali għal kredituri fi Stati Membri differenti jeħtieġu l-bżonn ta' leġiżlazzjoni Komunitarja li tiggarantixxi ambjent ġust u ugwali għall-kredituri u d-debituri fl-Unjoni Ewropea kollha.

(8) L-iskop ta’ dan ir-Regolament hu li jissimplifika, iħaffef u jnaqqas l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-każijiet tranżnazzjonali li jikkonċernaw talbiet ta’ flus mhux kontestati billi tinħoloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas; u biex jippermetti ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-ordnijiet ta’ ħlas Ewropej fl-Istati Membri kollha billi jkunu stabbiliti standards minimi li l-osservanza tagħhom tneħħi l-bżonn ta’ kwalunkwe proċedimenti intermedjarji li jkollhom isiru fl-Istat Membru ta’ l-infurzar qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.

(9) Il-proċedura stabbilita permezz ta’ dan ir-regolament isservi bħala mezz addizzjonali u ta' għażla għar-rikorrent, li jibqa' ħieles li juża proċedura maħsuba fmil-liġi domestika. Kif inhu xieraq, dan ir-Regolament la jieħu l-post u lanqas jarmonizza l-mekkaniżmi eżistenti għall-irkupru ta’ talbiet mhux kontestati skond il-liġi nazzjonali.

(10) Il-proċedura għandha tkun ibbażata, sa fejn l-aktar possibbli, fuq l-użu tal-formoli standard fil-komunikazzjoni bejn il-qorti u l-partijiet sabiex l-amministrazzjoni tkun aktar faċli u biex tgħin l-użu ta' l-ipproċessar awtomatiku tad- data .

(11) Meta l-Istati Membri jiddeċiedu liema qrati għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni li joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea, għandhom jagħtu kas tal-bżonn li jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja.

(12) Fit-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea, ir-rikorrent huwa obbligat li jipprovdi tagħrif biżżejjed biex jidentifika t-talba u l-ġustifikazzjoni tagħha b’mod ċar biex ipoġġi lill-konvenut f’pożizzjoni li jkun jista’ jagħmel għażla infurmata tajjeb dwar jekk jopponix it-talba jew iħalliha mhux kontestata.

(13) F’dak il-kuntest, għandu jkun obbligatorju għar-rikorrent li jiddeskrivi xi evidenza li jista’ joqgħod fuqha sabiex jipprova l-korrettezza ta' l-allegazzjonijet tiegħu mingħajr ma jkollu bżonn jippreżenta evidenza dokumentata fil-qorti.

(14) Il-preżentazzjoni ta' talba għal ordni ta' ħlas Ewropea timplika l-ħlas tad-drittijiet applikabbli tal-qorti.

(15) Il-qorti għandha teżamina t-talba, inkluż il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni u d-deskrizzjoni ta' l-evidenza, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta fil-formola. Dan jippermetti lill-qorti li teżamina prima facie il-merti tat-talba u inter alia teskludi talbiet li b’mod ċar ikunu jidhru infondati u inammissibbli. Mhux neċessarju li l-eżami jsir minn imħallef.

(16) L-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tinforma lill-konvenut bl-għażliet tiegħu li jew iħallas id-dejn pendenti lir-rikorrent jew li jressaq dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni jekk jixtieq jikkontesta t-talba fi żmien 30 jum. Flimkien mat-tagħrif sħiħ dwar it-talba kif ikun ipprovdut mir-rikorrent, il-konvenut għandu jingħata parir dwar is-sinifikat legali tan-notifika u b' mod partikolari tal-konsegwenzi jekk hu ma jikkontestax it-talba.

(17) Filwaqt li mhux se jkun hemm reviżjoni wara ċaħda ta’ talba ordni ta’ ħlas Ewropea, dan ma jeskludix il-possibiltà ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni fl-istess livell tal-ġuriżdizzjoni.

(18) Minħabba differenzi fil-liġi domestika fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura ċivili u speċjalment dawk li jirregolaw in-notifika tad-dokumenti, hu neċessarju li tkun stabbilita definizzjoni speċifika u dettaljata ta’ dawn l-istandards minimi. Partikolarment, kwalunkwe metodu bbażat fuq finzjoni legali fir-rigward tas-sodisfazzjon ta’ dawk l-istandards ma jistx ikun ikkunsidrat biżżejjed għan-notifika ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea.

(19) Il-metodi kollha ta’ notifika elenkati fl-Artikoli 13 u 14 huma karatterizzati jew b’ċertezza sħiħa (l-Artikolu 13) jew bi grad għoli ħafna ta’ probabbiltà (l-Artikolu 14) li d-dokument mgħoddi wasal għand id-destinatarju tiegħu.

(20) In-notifika personali lil ċerti persuni barra l-konvenut innifsu skond l-Artikolu 14(1)(a) u (b) għandu jinftiehem li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' dawk id-dispożizzonijiet biss jekk dawk il-persuni attwalment aċċettaw/irċevew l-ordni tal-ħlas Ewropea.

(21) L-Artikolu 15 għandu japplika f’sitwazzjonijiet fejn il-kovenut ma jistax jirrappreżenta lilu nnifsu fil-qorti, bħal fil-każ ta’ persuna ġuridika, u fejn il-persuna li tirrappreżentah hi determinata bil-liġi kif ukoll f’sitwazzjonijiet fejn il-konvenut awtorizza persuna oħra, partikolarment avukat, biex jirrapreżentah fi proċedimenti speċifiċi tal-qorti in kwistjoni.

(22) Il-qorti għandha tiżgura l-osservanza sħiħa ta’ l-istandards proċedurali minimi u toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea standardizzata.

(23) Il-konvenut jista’ jissottometti dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni billi juża l-formola standard stabbilita fl-anness. Mandankollu, il-qrati għandhom iqisu kwalunkwe forma miktuba ta' kontestazzjoni jekk din tkun espressa b’mod ċar.

(24) Dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni rreġistrata fil-ħin għandha ttemm il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u għandha twassal għal trasferiment awtomatiku tal-każ għal proċedimenti ċivili ordinarji sakemm ir-rikorrent ma jitlobx b'mod espliċitu li f'dak il-każ itemm il-proċedimenti. Il-kunċett ta’ proċedimenti ċivili ordinarji f’dan ir-Regolament m’għandux jiġi interpretat neċessarjament fit-tifsira tal-liġi nazzjonali.

(25) F’każijiet eċċezzjonali il-konvenut għandu jkollu d-dritt li jitlob reviżjoni ta' ordni ta' ħlas Ewropea minkejja l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazjzoni tad-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni. Din ir-reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali ma tfissirx li l-konvenut jingħata it-tieni ċans biex jikkontesta t-talba. Waqt il-proċedura ta’ reviżjoni il-merti tat-talba m’għandhomx ikunu valutati lilhinn mir-raġunijiet li jitnisslu miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali invokati mill-konvenut. Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali l-oħra msemmija fl-Artikolu 20(2) jistgħu jinkludu s-sitwazzjoni fejn l-ordni ta’ ħlas Ewropea kienet ibbażata fuq informazzjoni falza pprovduta fil-formola tat-talba.

(26) Billi d-drittijiet tal-qorti ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u tal-proċedimenti ċivili ordninarji fl-eventwalità ta’ dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni flimkien m’għandhomx jaqbżu d-drittijiet li jitħallsu fi proċedimenti ċivili ordinarji mingħajr ordni ta’ ħlas Ewropea preċedenti, dawn id-drittijiet ma jinkludux, per eżempju, id-dritt ta’ l-avukat jew l-ispejjeż tan-notifika tad-dokumenti minn entità barra l-qorti.

(27) Ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa fi Stat Membru wieħed li ssir infurzabbli għandha titqies għall-iskopijiet ta’ infurzar bħallikieku nħarġet fl-Istat Membru fejn jitfittex l-infurzar. Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri tiġġustifika l-eżami tal-qorti ta’ Stat Membru wieħed li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha biex jippreżenta ordni ta’ ħlas Ewropea u li l-ordni tkun infurzata fl-Istati Membri kollha l-oħra mingħajr kontrol ġudizzjarju għall-applikazzjoni xierqa ta' standards proċedurali minimi fl-Istati Membri fejn l-ordni trid tkun infurzata. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, partikolarment l-Artikoli 22(1) u (2) u 23, ir-regoli ta' l-infurzar ta' ordni tal-ħlas Ewropea jibqgħu regolati mil-liġi nazzjonali.

(28) Ta’ min ifakkar li l-komputazzjoni tal-perjodi u limiti taż-żmien għandha tkun regolata mir-Regolament tal-Kunsill nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-perjodi, id-dati u l-limiti taż-żmien[6].

(29) Peress illi l-għanijiet ta’ dan il-programm ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-impatt ta’ l-inizjattiva, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(30) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità. B'mod speċifiku, jfittex li jassigura rispett sħiħ għad-dritt għal proċess ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta.

(31) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[7].

(32) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(33) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'hekk mhix marbuta u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Is-Suġġett

1. L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa:

- li jissimplifika, iħaffef u jnaqqas l-ispejjeż tal-litigazzjoni f’każijiet tranżnazzjonali rigward talbiet ta’ flus mhux kontestati billi joħloq proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas; u

- li jippermetti ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ l-ordnijiet Ewropej għall-pagament madwar l-Istati Membri billi jiġu stabbiliti standards minimi li l-osservanza tagħhom tneħħi l-ħtieġa ta' kull proċedimenti intermedji li jkollhom jittieħdu fl-Istati Membru ta' l-eżekuzzjoni qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.

2. Dan ir-Regolament m’għandux iżomm lil min jagħmel it-talba milli jipproċedi b’talba fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4 billi juża proċedura oħra disponibbli taħt il-liġi ta’ Stat Membru jew dik tal-Komunità.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika, f'każijiet tranżnazzjonali, għal kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal. M’għandux ikun estiż, b’mod partikolari, għal kwistjonijet ta’ dħul, dwana jew ħwejjeġ amministrattivi jew għar-responsabbiltà ta’ l-Istat għal atti u ommissjoni fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità ta’ l-Istat (“ acta iure imperii ”).

2. Dan ir-Regolament m' għandux japplika għal:

(a) dirttijiet fi proprjetà li joħorġu minn relazzjoni matrimonjali, testmenti u suċċessjoni;

(b) falliment, proċeduri li jikkonċernaw l-istralċ ta' kumpaniji fi stat ta' falliment jew ta' persuni ġuridiċi oħra, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċeduri analogi,

(c) is-sigurtà soċjali;

(d) talbiet li joħorġu minn obbligi mhux kuntrattwali, sakemm

(i) ma jkunux is-suġġett ta’ ftehim bejn il-partijiet jew kien hemm ammissjoni tad-debitu; jew

(ii) ma jkunux relatati ma’ krediti likwidati li joħorġu minn proprjetà konġunta tal-proprjetà.

3. F’dan ir-Regolament, l-espressjoni ‘Stat Membru’ għandha tfisser l-Istati Membru bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 3 Każijiet tranżnazzjonali

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, każ tranżnazzjonali huwa wieħed fejn għallanqas wieħed mill-partijiet huwa ikun domiċiljat jew residenti abitwalment fi Stat li ma jkunx l-Istat Membru tal-qorti li tisma’ t-talba.

2. Id-domiċilju għandu jkun determinat skond l-Artikoli 59 u 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[8].

3. Il-mument rilevanti biex ikun determinat jekk hemmx każ tranżnazzjonali huwa ż-żmien meta titressaq it-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea skond dan ir-Regolament.

Artikolu 4 Proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ ħlas

Il-proċedura Ewropea ta’ ordni ta’ pagament hija stabbilita għall-ġbir ta’ talbiet ta’ ammont speċifiku ta’ flus li jkun dovut fiż-żmien meta titressaq it-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

Artikolu 5 Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1. “Stat Membru ta' l-oriġini”: l-Istat Membru fejn tinħareġ ordni ta’ ħlas Ewropea;

2. “Stat Membru ta' l-infurzar”: l-Istat Membru fejn ikun qiegħed jitfittex l-infurzar ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea;

3. “qorti”: kull awtorità fl-Istati Membri li għandha kompetenza fir-rigward ta' l-ordni ta’ ħlas Ewropea jew kwistjonijiet relatati oħra,

4. “qorti ta’ l-oriġini”: il-qorti li toħroġ l-ordni ta’ ħlas Ewropea.

Artikolu 6 Ġuriżdizzjoni

1. Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi determinata skond ir-regoli rilevanti tal-liġi Komnitarja, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

2. Madankollu, jekk it-talba tkun relatata ma’ kuntratt li jkun sar minn persuna, il-konsumatur, għal raġuni li tista’ titqies lilhinn min-negozju jew professjoni tiegħu, u jekk il-konvenut huwa l-konsumatur, ikollhom ġuriżdizzjoni biss il-qrati fl-Istat Membru fejn huwa domiċiljat il-konvenut fit-tifsira ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.

Artikolu 7 It-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea

1. It-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha ssir permezz ta’ l-użu tal-formola standard fl-Anness 1.

2. It-talba għandha tiddikjara:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet u, fejn applikabbli, ir-rappreżentanti tagħhom, u l-qorti fejn issir it-talba;

(b) l-ammont tat-talba, inkluż is-somma prinċipali u, fejn hemm, l-interessi u l-penalitajiet kuntrattwali;

(c) jekk fuq it-talba jintalbu l-interessi, ir-rata ta’ l-interessi u l-perjodu ta’ żmien li fuqu jintalbu, sakemm ma jiżdiedux awtomatikament interessi statutorji mas-somma prinċipali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini;

(d) il-kawża ta’ l-azzjoni, li tinkludi deskrizzjoni qasira taċ-ċirkostanzi li ssejħu bħala bażi tat-talba u, fejn hemm, ta’ l-interessi mitluba;

(e) deskrizzjoni ta’ l-evidenza li tipprova t-talba;

(f) il-bażi tal-ġuriżdizzjoni; u

(g) in-natura tranżnazzjonali tal-każ skond l-Artikolu 3.

3. Fit-talba, ir-rikorrent għandu jiddikjara li sa fejn jaf u jemmen l-informazzjoni hija korretta u li jirrikonoxxi li kull dikjarazzjoni deliberatament falza tista’ twassal għas-sanzjonijiet xierqa taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

4. F’anness mat-talba, ir-rikorrent jista’ jindika lill-qorti li f'każ ta' kontestazzjoni mill-konvenut huwa jopponi t-trasferiment ta’ proċedimenti ordinarji fit-tifsira ta' l-Artikolu 17. Dan ma jżommux milli jinforma lill-qorti b’dan sussegwentement, iżda f’kull każ qabel tinħareġ l-ordni.

5. It-talba għandha titressaq fuq karta jew b’kull mezz ta' komunikazzjoni ieħor, inklużi mezzi elettroniċi, aċċettati mill-Istat Membru ta’ l-oriġini u disponibbli għall-qorti ta’ l-oriġini.

6. It-talba għandha tkun iffirmata mir-rikorrent jew, fejn applikabbli, mir-rappreżentant tiegħu. Fejn it-talba ssir f’forma elettronika skond il-paragrafu 5 hawn fuq, din għandha tkun iffirmata skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi[9]. Il-firma għandha tkun rikonoxxuta fl-Istat Membru ta' l-oriġini u ma tistax tkun suġġett għal rekwiżiti addizzjonali.

Madankollu, din il-firma elettronika m'għandhiex tkun meħtieġa jekk fil-qrati ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini teżisti sistema ta' komunikazzjoni elettronika alternattiva li tkun disponibbli għal grupp partikolari ta’ utenti awtentikati reġistrati minn qabel u li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ dawk l-utenti b’sikurezza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’sistemi ta’ komunikazzjoni bħal dawn.

Artikolu 8 Eżami tat-talba

Il-qorti li tisma’ t-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandha teżamina kemm jista’ jkun malajr u fuq il-bażi tal-formola tat-talba, jekk intlaħqux ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 u jekk it-talba tidhirx fondata u ammissibbli. Dan l-eżami jista’ jsir permezz ta’ proċedura awtomatizzata.

Artikolu 9 Kompletazzjoni u rettifika

1. Jekk ma jintlaħqux ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7 u sakemm it-talba ma tkunx kjarament infondata jew inammissibbli, il-qorti għandha tagħti l-opportunità lir-rikorrent li jikkompleta jew jirrettifika t-talba. Il-qorti għandha tuża l-formola standard li tinsab fl-Anness.

2. Fejn il-qorti titlob lir-rikorrent jikkompleta jew jirrettifika t-talba, hija għandha tispeċifika limitu ta’ żmien li jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi. Huwa fid-diskrezzjoni tal-qorti li testendi dan it-terminu.

Artikolu 10 Modifika tat-talba

1. Jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 jintlaħqu biss parzjalment, il-qorti għandha tinforma b’dan lir-rikorrent, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness. Ir-rikorrent għandu jiġi mistieden jaċċetta jew jirrifjuta proposta għal ordni ta’ ħlas Ewropea għall-ammont speċifikat mill-qorti u għandu jkun infurmat bil-konsegwenzi tad-deċiżjoni tiegħu. Ir-rikorrent għandu jwieġeb billi jirritorna l-formola standard mibgħuta mill-qorti fi żmien speċifikat mill-qorti skond l-Artikolu 9(2).

2. Jekk ir-rikorrent jaċċetta l-proposta tal-qorti, il-qorti għandha toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropea, skond l-Artikolu 12, għal dik il-parti tat-talba aċċettata mir-rikorrent. Il-konsegwenzi fir-rigward tal-bqija tat-talba inizjali għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali.

3. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jibgħat ir-risposta tiegħu fiż-żmien speċifikat mill-qorti jew jirrifjuta l-proposta tal-qorti, il-qorti għandha tiċħad it-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea fl-intier tagħha, skond l-Artikolu 11.

Artikolu 11 Iċ-ċaħda tat-talba

1. Il-qorti għandha tiċħad it-talba jekk

(a) ir-rikorrent jonqos milli jibgħat ir-risposta tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-qorti taħt l-Artikolu 9(2); jew

(b) ir-rikorrent jonqos milli jibgħat ir-risposta tiegħu fiż-żmien stabbilit mill-qorti jew jirrifjuta l-proposta tal-qorti, skond l-Artikolu 10; jew

(c) ma jintlaħqus ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7; jew

(d) it-talba hija kjarament infondata jew inamissibbli.

Ir-rikorrent għandu jkun infurmat dwar ir-raġunijiet tar-rifjut permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness.

2. M'għandu jkun hemm l-ebda appell kontra ċ-ċaħda tat-talba.

3. Iċ-ċaħda tat-talba m’għandhiex iżżomm lir-rikorrent milli jipproċedi bit-talba permezz ta’ applikazzjoni ġdida għal ordni ta’ ħlas Ewropea jew b’xi proċedura oħra disponibbli taħt il-liġi ta’ Stat Membru.

Artikolu 12 Il-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea

1. Jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, il-qorti għandha toħroġ kemm jista' jkun malajr, u normalment fi żmien 30 jum minn meta tiġi ppreżentata t-talba, ordni ta’ ħlas Ewropea, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness.

It-terminu ta’ 30 jum m’għandux jinkludi ż-żmien li jieħu r-rikorrent biex jikkompleta, jirrettifika jew jimmodifika t-talba.

2. L-ordni ta' ħlas Ewropea għandha tinħareġ flimkien ma’ kopja tal-formola tat-talba. M’għandhiex tinkludi l-informazzjoni mogħtija mir-rikorrent skond l-Artikolu 7(4).

3. Fl-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-konvenut għandu jingħata parir dwar l-għażliet tiegħu li

(a) iħallas lir-rikorrent l-ammont indikat fl-ordni; jew

(b) jopponi l-ordni billi jippreżenta dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni fil-qorti ta’ l-oriġini, mibgħuta fil-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 16(2).

4. Fl-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-konvenut għandu jkun notifikat

(a) li l-ordni nħarġet fuq il-bażi unika ta’ l-informazzjoni li ngħatat mir-rikorrent u li ma ġietx verifikata mill-qorti;

(b) li l-ordni ssir infurzabbli sakemm ma tiġix ippreżentata dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni fil-qorti skond l-Artikolu 16;

(c) li fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni, il-proċedimenti għandhom jissoktaw quddiem il-qrati kompetenti ta’ l-Istati Membru ta’ l-oriġini skond ir-regoli ta’ proċedura ċivili ordinarja sakemm ir-rikorrent ma jitlobx espressament li f'dak il-każ jittermina l-proċedimenti.

5. Il-qorti għandha tiżgura li l-ordni tiġi notifikata lill-konvenut skond il-liġi nazzjonali b’metodu li għandu jilħaq l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 15 hawn taħt.

Artikolu 13 Notifika bi prova tal-wasla għand il-konvenut

L-ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ tiġi notifikata lill-konvenuut skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat indirizzat, b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) notifika personali attestata b’rikonoxximent ta’ l-irċevuta, inkluża d-data tal-wasla, li tkun iffirmata mill-konvenut;

(b) notifika personali attestata b’dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li tkun wettqet in-notifika li tiddikjara li l-konvenut irċieva d-dokument jew irrifjutah mingħajr ġustifikazzjoni legali, kif ukoll id-data tan-notifika;

(c) notifika bilposta attestata b’rikonoxximent ta’ l-irċevuta, inkluża d-data tal-wasla, li tkun iffirmata u mibgħuta lura mill-konvenut;

(d) notifika b’mezz elettroniku bħal faks jew e-mail, attestata b’rikonoxximent ta’ l-irċevuta, inkluża d-data tal-wasla, li tkun iffirmata u mibgħuta lura mill-konvenut.

Artikolu 14 Notifika mingħajr prova tal-wasla għand il-konvenut

1. L-ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ wkoll tiġi notifikata lill-konvenut skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat indirizzat, b'wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) notifika personali fl-indirizz personali tal-konvenut lil persuni li jgħixu fl-istess dar tal-konvenut jew li jaħdmu hemm;

(b) fil-każ ta’ konvenut li jaħdem għal rasu jew persuna ġuridika, notifika fl-istabbiliment tan-negozju tal-konvenut lil persuni impjegati mill-konvenut;

(c) depożitu ta’ l-ordni fil-kaxxa ta’ l-ittri tal-konvenut;

(d) depożitu ta’ l-ordni f’uffiċċju postali jew ma’ awtoritajiet pubbliċi kompetenti u t-tqegħid ta’ notifika bil-miktub ta’ dak id-depożitu fil-kaxxa ta’ l-ittri tal-konvenut, sakemm in-notifika bil-miktub tkun tindika b’mod ċar in-natura tad-dokument bħala dokument tal-qorti jew l-effett legali tan-notifika fuq it-twettiq tan-notifika u fuq il-bidu tad-dekorriment taż-żmien fir-rigward tat-termini legali;

(e) fejn il-konvenut ikollu l-indirizz tiegħu fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, notifika bil-posta mingħajr prova skond il-paragrafu 3;

(f) mezz elettroniku attestat b’konferma tal-konsenja awtomatika, sakemm il-konvenut ikun aċċetta dan il-metodu ta’ notifika espressament minn qabel.

2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, in-notifika taħt il-paragrafu 1 mhix ammissibbli jekk l-indirizz tal-konvenut ma jkunx magħruf b’ċertezza.

3. In-notifika skond il-paragrau 1(a) sa (d) għandha tkun attestata permezz ta':

(a) dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li tkun wettqet in-notifika, li jindika:

(i) il-metodu ta’ notifika użat;

(ii) id-data tan-notfika;

(iii) fejn l-ordni tiġi notifikata lil persuna li mhix il-konvenut innifsu, l-isem ta' dik il-persuna u r-relazzjoni tagħha mal-konvenut;

jew

(b) rikonoxximent tal-wasla mill-persuna notifikata, għall-għanijiet tal-paragrafi 1(a) u (b).

Artikolu 15 Notifika lir-rappreżentant

In-notifika skond l-Artikoli 13 u 15 tista’ ssir ukoll lir-rappreżentant tal-konvenut.

Artikolu 16 Kontestazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea

1. Il-konvenut jista’ jressaq dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni kontra l-ordni ta’ ħlas Ewropea billi juża l-formola standard li tinsab fl-Anness li għandha tintbagħatlu flimkien ma’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha tintbagħat fi żmien 30 jum min-notifika ta’ l-ordni lill-konvenut.

3. Fid-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni l-konvenut għandu jindika li huwa jikkontesta t-talba, mingħajr m'għandu għalfejn jispeċifika r-raġunijiet għaliex.

4. Id-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni għandha titressaq fuq karta jew b’kull mezz ta' komunikazzjoni ieħor, inklużi mezzi elettroniċi, aċċettati mill-Istat Membru ta’ l-oriġini u disponibbli għall-qorti ta’ l-oriġini.

5. Id-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni għandha tkun iffirmata mill-konvenut jew, fejn applikabbli, mir-rappreżentant tiegħu. Fejn id-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni ssir f’forma elettronika skond il-paragrafu 4 hawn fuq, din għandha tkun iffirmata skond l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi. Il-firma għandha tkun rikonoxxuta fl-Istat Membru ta' l-oriġini u ma tistax tkun suġġett għal rekwiżiti addizzjonali.

Madankollu, din il-firma elettronika m'għandhiex tkun meħtieġa jekk fil-qrati ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini teżisti sistema ta' komunikazzjoni elettronika alternattiva li tkun disponibbli għal grupp partikolari ta’ utenti awtentikati reġistrati minn qabel u li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ dawk l-utenti b’sikurezza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’sistemi ta’ komunikazzjoni bħal dawn.

Artikolu 17 L-effetti ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni

1. Jekk tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 16(2), il-proċedimenti għandhom ikomplu quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini skond ir-regoli ta’ proċedura ċivili ordinarja sakemm ir-rikorrent ma jitlobx espressament li f'dak il-każ itemm il-proċedimenti skond l-Artikolu 7(4).

Fejn ir-rikorrent jipproċedi b’talba permezz ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, xejn fil-liġi nazzjonali m’għandu jippreġudika l-pożizzjoni tiegħu fi proċedimenti ordinarji susegwenti.

2. It-trasferiment għal proċedimenti fit-tifsira tal-paragrafu 1 għandha tkun regolata bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

3. Ir-rikorrent għandu jkun infurmat dwar jekk il-konvenut ippreżentax dikajrazzjoni ta’ kontestazzjoni u wkoll jekk ikun hemm xi trasferiment għal-proċedimenti ordinarji.

Artikolu 18 Infurzabbilità

1. Jekk fil-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 16(2), meta jitqies perjodu ta’ żmien xieraq għall-wasla ta' dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni ta' kontestazzjoni tibqa' ma tiġix ippreżentata, il-qorti ta’ l-oriġini għandha mingħajr dewmien tiddikjara l-ordni ta’ ħlas Ewropea infurzabbli, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness. Il-qorti ta’ l-oriġini għandha tivverifika d-data tan-notifika.

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ir-rekwiżiti formali għall-infurzabbilità għandhom ikunu regolati bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

3. Il-qorti għandha tibgħat l-ordni ta’ ħlas Ewropea infurzabbli lir-rikorrent.

Artikolu 19 L-abolizzjoni ta’ exequatur

Ordni ta’ ħlas Ewropea li tkun saret infurzabbli fl-Istat Membru ta’ l-oriġini għandha tkun rikonoxxuta u infurzata fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta’ infurzabbilità u mingħajr il-possibbiltà li r-rikonoxximent tagħha jkun kontestat.

Artikolu 20 Reviżjoni f’każijiet eċċezzjonali

1. Meta jiskadi t-terminu stipulat fl-Artikolu 16(2), il-konvenut huwa intitolat li jitlob reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini fejn:

(a) (i) l-ordni ta’ ħlas tkun ġiet notifikata b’wieħed mill-metodi msemmija fl-Artikolu 14; u

(ii) in-notifika ma saritx fi żmien biżżejjed biex ikun jista’ jħejji d-difiża tiegħu, mingħajr l-ebda nuqqas min-naħa tiegħu,

jew

(b) il-konvenut ma tħalliex joġġezzjona għat-talba għal raġuni ta' force majeure , jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr l-ebda nuqqas min-naħa tiegħu.

sakemm fi kwalunkwe każ huwa jaġixxi minnufih.

2. Meta jiskadi t-terminu stipulat fl-Artikolu 16(2), il-konvenut huwa intitolat ukoll li jitlob reviżjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini fejn l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat b’mod kjarament żbaljat, meta jitqiesu r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, jew fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali oħrajn.

3. Jekk il-qorti tiċħad it-talba fuq il-bażi li ma tissussisti l-ebda waħda mir-raġunijiet għar-reviżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-ordni ta' ħlas Ewropea għandha tibqa' fis-seħħ.

Jekk il-Qorti tiddeċiedi li r-reviżjoni hija ġustifikata għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tkun nulla.

Artikolu 21 L-infurzar

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-proċeduri ta' infurzar għandhom ikunu regolati bil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

Ordni ta’ ħlass Ewropea li tkun saret infurzabbli għandha tiġi infurzata taħt l-istess kondizzjonijiet bħal deċiżjoni infurzabbli maħruġa fl-Istat Membru ta’ l-infurzar.

2. Għall-infurzar fi Stat Membru ieħor, ir-rikorrent għandu jipprovdi lill-awtoritajiet ta’ l-infurzar kompetenti ta’ dak l-Istati Membru:

(a) kopja ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea, kif dikjarata infurzabbli mill-qorti ta’ l-oriġini, li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha; u

(b) fejn meħtieġ, traduzzjoni ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-infurzar jew, jekk f’dak l-Istat Membru hemm diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-proċedimenti tal-qorti tal-post fejn jitfittex l-infurzar, skond il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, jew f’lingwa uffiċjali oħra li l-Istat Membru ta' l-infurzar ikun indika li jaċċetta. Kull Stat Membru jista’ jindika li għall-ordni ta’ ħlas Ewropea barra l-lingwa tiegħu jaċċetta l-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea. It-traduzzjoni għandha tkun ċertifikata minn persuna kwalifikata biex tagħmel dan f’wieħed mill-Istati Membri.

3. Fil-każ ta’ rikorrent li jitlob l-infurzar fi Stat Membru ta' ordni ta' ħlas Ewropea maħruġa fi Stat Membru ieħor m’għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament minn kif ikunu deskritti, minħabba li jkun ta’ nazzjonalità barranija jew għaliex ma jkunx domiċiljat jew residenti fl-Istat Membru ta’ l-infurzar.

Artikolu 22 Ir-rifjut ta' l-infurzar

1. Fuq talba tal-konvenut, l-infurzar għandu jiġi rifjutat mill-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-infurzar jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea tmur kontra deċiżjoni jew ordni preċedenti li tkun ingħatat qabel fi kwalunkwe Stat Membru jew f’pajjiż terz, sakemm:

(a) id-deċiżjoni preċedenti tkun involviet l-istess kawża ta' azzjoni u kienet bejn l-istess partijiet; u

(b) id-deċiżjoni preċedenti tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tkun rikonoxxuta fl-Istat Membru ta’ l-infurzar; u

(c) il-fatt li l-ordni hija irrikonċiljabbli għad-deċiżjoni preċedenti ma setax jitqajjem bħala oġġezzjoni fil-qorti tal-proċedimenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini.

2. Fuq talba, l-infurzar għandu jiġi rifjutat ukoll jekk u sa fejn il-konvenut ikun ħallas lir-rikorrent l-ammont mogħti fl-ordni ta’ ħlas Ewropea.

3. L-ordni ta’ ħlas taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ tiġi riveduta fis-sustanza tagħha fl-Istat Membru ta’ l-infurzar.

Artikolu 23 It-twaqqif jew il-limitazzjoni ta’ l-infurzar

Fejn il-konvenut jitlob reviżjoni skond l-Artikolu 20, il-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta' l-infurzar tista' fuq talba tal-konvenut:

(a) tillimita l-proċedimenti ta' infurzar għal miżuri protettivi; jew

(b) tippermetti l-infurzar fuq il-kondizzjoni li tingħata garanzija li tiddetermina l-qorti; jew

(c) taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, twaqqaf il-proċedimenti ta' l-infurzar.

Artikolu 24 Rappreżentanza legali

Ir-rappreżentanza minn avukat jew professjonist legali ieħor m’għandhiex tkun obbligatorja.

(a) għar-rikorrent fir-rigward tat-talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea;

(b) għall-konvenut fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea.

Artikolu 25 Drittijiet tal-qorti

1. Id-drittijiet tal-qorti ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea flimkien ma’ dawk tal-proċeduri ċivili ordinarji li jsegwu fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ kontestazzjoni ta’ ordni ta' ħlas Ewropea m’għandhomx jaqbżu d-drittijiet tal-qorti fi proċeduri ċivili ordinarji mingħajr proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea preċedenti f’dak l-Istat Membru.

2. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-drittijiet tal-qorti għandhom jinkludu d-drittijiet u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-qorti, li l-ammont tagħhom huwa stabbilit skond il-liġi nazzjonali.

Artikolu 26 Relazzjoni mal-liġi proċedurali nazzjonali

Il-kwistjonijiet proċedurali kollha mhux trattati speċifikament f’dan ir-Regolament għandhom ikunu regolati mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 27 Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1348/2000

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.

Artikolu 28 Informazzjoni dwar l-ispejjeż tan-notifika u ta' l-infurzar

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċrieki professjonali informazzjoni dwar:

a) l-ispejjjeż tan-notifika ta’ dokumenti; u

b) liema awtoritajiet għandhom il-kompetenza fir-rigward ta’ l-infurzar għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 21 sa 23,

b’mod speċjali permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Meejju 2001.

Artikolu 29 Informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-proċeduri ta’ reviżjoni, il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-lingwi

1. Sal __ _______________, 200_, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni:

(a) liema qrati għandhom il-ġuriżdizzjoni li joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea;

(b) il-proċedura ta’ reviżjoni u l-qrati kompetenti għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20;

(c) il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-għanijiet tal-proċedura ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea u li huma disponibbli għall-qrati; u

(d) il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b).

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil sussegwenti f’dan it-tagħrif.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni notifikata skond il-paragrafu 1 disponibbli pubblikament permezz tal-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u permezz ta’ mezzi xierqa oħra.

Artikolu 30 Emendi ta’ l-Annessi

Il-formoli standard li jinsabu fl-Annessi għandhom ikunu aġġornati jew aġġustati teknikament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31, sabiex jiżguraw il-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 31 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat previst fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

2. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 32 Reviżjoni

Sa __ _________ 200_,[10] il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dettaljat li jagħti ħarsa lejn it-tħaddim tal-proċedura ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea. Dan ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-proċedura kif tkun tħaddmet u valutazzjoni ta’ l-impatt estiża għal kull Stat Membru.

Għal dan l-għanu biex jiġi żgurat li titqies l-aħjar prassi fl-Unjoni Ewropea u tirrifletti l-prinċipji ta’ leġiżlazzjoni aħjar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rigward it-tħaddim tranżnazzjonali ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropea. Din l-informazzjoni għandha tkopri d-drittijiet tal-qorti, il-ħeffa tal-proċeduri, l-effiċjenza, il-faċilità ta’ l-użu u l-proċeduri ta’ ordni ta’ ħlas interni ta’ l-Istati Membri.

Mar-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun hemm, fejn xieraq, proposti għall-adattament.

Artikolu 33 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi __ _______________ 200_.

Għandu japplika minn __ _________ 200_, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 29, 30 u 31, li għandhom japplikaw minn __ _________ 200_.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew,

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

[1] COM (2004) 173 finali, 19.03.2004 u COM(2004)173 finali/3 tal-25.05.2004.

[2] CESE/2005/133, ĠU C 221, 8.9.2005, p. 77.

[3] COM (2004) 173 finali, 19.03.2004 u COM(2004)173 finali/3 tal-25.05.2004.

[4] CESE/2005/133, ĠU C 221, 8.9.2005, p. 77.

[5] ĠU C 12, tal-15.1.2001, p. 1.

[6] ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

[7] ĠU L 184, 17. 7.1999, p.23.

[8] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[9] ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

[10] Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Top