Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0016

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali

    /* KUMM/2006/0016 finali - COD 2006/0006 */

    52006PC0016




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 31.1.2006

    KUMM(2006) 16 finali

    2006/0006 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA 110 Motivazzjonijiet u għanijiet tal-proposta L-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 jipprevedi li regolament sussegwenti se jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament imsemmi. 120 Kuntest ġenerali Ir-regoli ta’ koordinazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali huma konformi fil-qafas tal-moviment ħieles ta’ l-individwi u għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-livell ta’ għixien u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għaċ-ċittadini Ewropej li jiċċaqalqu ġewwa l-UE. Attwalment, il-koordinazzjoni hija żgurata mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament ta’ applikazzjoni tiegħu (KEE) Nru 574/72. Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa maħsub biex jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 1408/71. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli ġodda tal-koordinazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ma tistax isseħħ ħlief meta r-Regolament ta’ applikazzjoni korrispondenti jiġi adottat, u b’hekk jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72. Bħala forma, il-mezz leġiżlattiv propost jikkorrispondi għal dak li jeżisti attwalment. Bħala bażi, għandu l-għan li jimmodernizza u jissemplifika r-regoli eżistenti. 130 Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, kif modifikat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005, ĠU L 117 ta’ l-4 ta’ Mejju 2005. Xebh: bħar-Regolament (KEE) Nru 574/72 il-proposta taħseb biex tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament li jikkoordina s-sistemi ta’ sigurtà soċjali. Differenza: il-proposta taħseb biex tissemplifika u biex timmodernizza d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 notevolment billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u billi ttejjeb il-metodi ta’ skambju ta’ tagħrif bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. 141 Koerenza mal-politiki l-oħrajn u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIżI TA’ IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 Metodi użati għal konsultazzjoni, setturi prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min wieġeb Il-proposta ta’ Regolament ta’ applikazzjoni essenzjalment taħseb biex tiddefinixxi b’mod konkret il-proċeduri meħtieġa għall-attwazzjoni tal-prinċipji tar-Regolament bażiku għal min juża r-Regolament, iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Per eżempju, fil-qasam tal-pensjonijiet ta’ xjuħija, irid jiġi ppreċiżat liema triq persuna assigurata trid issegwi biex titlob il-ħlas tal-pensjoni tagħha, lil liema istituzzjoni trid tagħmel it-talba tagħha meta tkun ħadmet f’għadd ta’ Stati Membri, kif l-istituzzjonijiet iridu jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom biex tiġi kkunsidrata l-karriera sħiħa ta’ l-interessat u kif huma se jikkalkulaw, kull waħda għal dak li għandu x’jaqsam magħha, il-pensjoni li jridu jħallsu. Biex jiġu elaborati proposti konkreti dwar l-organizzazzjoni l-aktar effikaċi tal-kooperazzjoni ta’ kuljum bejn l-istituzzjonijiet għall-vantaġġ tal-benefiċjarji tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, diġà saru bosta konsultazzjonijiet ma’ esperti fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri. Huma prinċipalment kellhom l-għan li jfittxu l-kompetenza fuq l-aktar livell adatt, notevolment dik ta’ l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Għal dan il-għan, inħolqu diversi gruppi ta’ ħidma li jikkorrispondu mar-riskji differenti koperti mis-sistemi ta’ sigurtà soċjali: mard, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, diżabbiltà, xjuħija, qgħad, benefiċċji tal-familja. Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni bħala Segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali tal-Ħaddiema Emigranti (CASSTM), kif ukoll tal-Kummissjoni Teknika u tal-Bord tal-Verifika tal-Kontijiet fi ħdan is-CASSTM, ikollhom kuntatt strett u permanenti ma’ l-esperti nnominati mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tar-regoli tal-koordinazzjoni. 212 Ġabra ta’ tweġibiet irċevuti u l-mod kif dawn ġew ikkunsidrati Iltaqgħu gruppi ta’ ħidma ta’ esperti. Grupp orizzontali aktar speċifikament inkarigat li joħroġ proposti dwar l-istruttura u t-ton ġenerali tar-Regolament ta’ applikazzjoni ppreżenta ġabra informali li tinkludi l-orjentazzjonijiet. Dawn l-orjentazzjonijiet kienu segwiti fil-parti l-kbira tagħhom fil-proposta. Kisba u użu ta’ kompetenza 221 Oqsma xjentifiċi / ta’ kompetenza kkonċernati Sigurtà soċjali. 222 Metodoloġija użata Gruppi ta’ ħidma magħmula minn esperti fis-sigurtà soċjali ta’ fergħat differenti: mard, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, diżabbiltà, xjuħija, qgħad, benefiċċji tal-familja. 223 Organizzazzjonijiet/esperti prinċipali kkonsultati Saru bosta konsultazzjonijiet ma’ esperti fil-qasam tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri. Huma prinċipalment kellhom l-għan li jfittxu l-kompetenza fuq il-livell l-aktar adatt, notevolment fuq il-livell ta’ l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Għal dan il-għan, inħolqu bosta gruppi ta’ ħidma li jikkorrispondu għar-riskji differenti koperti mis-sistemi ta’ sigurtà soċjali: mard, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, diżabbiltà, xjuħija, qgħad, benefiċċji tal-familja. 2249 Ġabra ta’ l-opinjonijiet irċevuti u użati L-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji u b’konsegwenzi irriversibbli ma kenitx imsemmija. 225 Jinħtieġ li jiġu ssemplifikati l-proċeduri għal min qiegħed juża r-Regolament, l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali, l-awtoritajiet kompetenti, min iħaddem u l-persuni assigurati, impjegati u self-employed u li jiġu ċċarati d-drittijiet u l-obbligi ta’ dawn il-kontributuri differenti fil-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali. 226 Mezzi użati sabiex ir-riżultati tar-rapporti ta’ l-esperti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku Minħabba n-natura teknika tal-materja u tal-karattru informali tal-kompetenza rċevuta, ir-rapporti ma jkunux imxandra lill-pubbliku. 230 Analiżi ta’ impatt Ir-Regolament ta’ applikazzjoni huwa dik il-parti li se tippermetti liċ-ċittadini jibbenefikaw mill-progress tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Hemm bżonn li wieħed jistenna li l-mezz leġiżlattiv magħmul mir-Regolament bażiku u mir-Regolament tiegħu ta’ applikazzjoni jkun adottat sabiex ir-regoli mibdula jistgħu jipproduċu l-effetti tagħhom f’termini ta’ modernizzazzjoni, ta’ semplifikazzjoni u ta’ titjib tad-drittijiet taċ-ċittadini. Ir-Regolamenti (KEE) Numri 1408/71 u 574/72 attwalment fis-seħħ għalhekk se jkunu sostitwiti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament tiegħu ta’ applikazzjoni. Dawn l-istrumenti m’għandhomx ikollhom impatt negattiv partikulari b’relazzjoni mas-sitwazzjoni attwali f’termini ta’ karigi ta’ ħidma u ta’ spejjeż għall-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u l-amministrazzjonijiet, il-ħaddiema jew min iħaddem. Għal kuntrarju, billi l-għan ta’ dawn ir-regoli ġodda huwa li jtejjeb it-tħaddim tal-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali u li jħaffef il-proċeduri għal benefiċċju ta’ dawk kollha li jużaw ir-Regolament, l-adozzjoni tagħhom tikkostitwixxi vantaġġ għal dawn b’relazzjoni mar-regoli attwalment applikabbli. F’dan l-istadju huwa diffiċli li jitkejjel il-qligħ ta’ produttività li se joħroġ minn dawn ir-regoli ġodda, għall-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għal min iħaddem, notevolment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME) u għall-persuni assigurati, l-impjegati u s-self-employed. Il-miżuri proposti jimmiraw li jtejbu s-servizz għaċ-ċittadini. B’mod partikulari, bil-ħsieb tal-miżuri biex jitqassar iż-żmien attwalment meħtieġ għall-kalkolu u għall-ħlas tal-pensjonijiet ta’ persuni li ħadmu f’bosta Stati Membri, din il-proposta timxi lejn titjib tal-kundizzjonijiet tal-moviment ħieles fl-Unjoni. Barra minn hekk, dawn il-proposti jidħlu fil-kuntest ta’ l-eGovernment billi l-użu tal-mezzi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali huwa aspett essenzjali għat-tħaffif tal-proċeduri. L-importanza ta’ l-użu ta’ l-għodod elettroniċi għall-iskambju ta’ fatti bejn l-istituzzjonijiet hija barra minn hekk rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni adottat reċentement mis-CASSTM. ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA 305 Ġabra tal-miżuri proposti Il-proposta tar-Regolament ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali hija maħsuba biex tilħaq il-modernizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-miżuri attwali, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament tiegħu ta’ applikazzjoni (KEE) Nru 574/72. Dan l-istrument huwa parti essenzjali għas-servizz tal-moviment ħieles ta’ l-individwi fl-Unjoni. Hija għandha bħala għan li tiddefinixxi l-proċeduri ta’ attwazzjoni konkreta tar-regoli tal-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-partijiet kollha kkonċernati: il-persuni assigurati, l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Il-proposta tkompli l-ħidma ta’ modernizzazzjoni mwettqa fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tfittex li ttejjeb il-proċeduri attwali billi tissemplifikahom u billi tiċċara l-miżuri eżistenti f’bosta oqsma. F’dan ir-rigward, permezz tal-proċeduri li jridu jsiru, il-proposta timmira li toħroġ b’mod aktar ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet interessati differenti. Din il-proposta taħseb ukoll biex toħroġ il-konsegwenzi kollha tat-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati differenti speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 883/2004 jikkonċerna minn issa ’l quddiem iċ-ċittadini Ewropej kollha, billi jkopri wkoll lil min ma jaħdimx, jimplika l-modernizzazzjoni tal-modi u tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Iridu jiġu ffaċilitati b’mod konkret ħafna l-proċeduri għall-persuni assigurati u jiġi mħaffef it-tul ta’ żmien għal tweġiba u għall-ipproċessar tas-sitwazzjonijiet transfruntieri mill-istituzzjonijiet fil-fergħat differenti tas-sigurtà soċjali: mard, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, diżabbiltà, pensjoni, qgħad, benefiċċji tal-familja. Dan il-għan jimplika li għandu jkun hemm aċċent partikulari dwar l-użu ta’ metodi moderni ta’ skambju ta’ informazzjoni. L-iskambji elettroniċi ta’ fatti bejn l-istituzzjonijiet jidhru indispensabbli biex jiffaċilitaw il-bdil ta’ tagħrif meħtieġ għat-tħaddim tal-koordinazzjoni u b’mod partikulari għad-deċiżjoni u għall-kalkolu tad-drittijiet tal-persuni assigurati. 310 Bażi ġuridika L-Artikoli 42 u 308 KE. 320 Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma tolqotx qasam rilevanti għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod sodisfaċenti mill-azzjoni ta’ l-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin. 321 L-għan immirat, jiġifieri l-adozzjoni tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni maħsuba biex jiżguraw il-miżuri ta’ koordinazzjoni ta’ sigurtà soċjali, ma jistax jinkiseb b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, kif kien diġà enfasizzat b’mod espliċitu mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (premessa 45). Fil-fatt, l-Artikolu 42 KE jipprevedi li fil-qasam tas-sigurtà soċjali l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa għat-twaqqif tal-moviment ħieles tal-ħaddiema. Dawn il-miżuri libsu mill-ġdid il-forma ta’ regolament ta’ koordinazzjoni li tiegħu l-ambitu ta’ applikazzjoni ġie estiż progressivament għal ħaddiema mhux b’salarju, għall-istudenti, għall-irtirati, għall-impjegati tal-gvern u minn issa ’l quddiem għall-persuni assigurati. Min-natura tiegħu, dan ir-Regolament huwa maħsub biss biex jiddefinixxi l-miżuri meħtieġa għall-individwi koperti biex jivvjaġġaw, joqogħdu jew jistabbilixxu residenza fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jitilfu d-drittijiet tagħhom għas-sigurtà soċjali. Biex tkun żgurata ż-żamma tad-drittijiet, ir-regolament jipprevedi modalitajiet differenti li jwieġbu għal bżonnijiet speċifiċi fil-fergħat differenti ta’ sigurtà soċjali. Madankollu, jinkludi prinċipji ġenerali li jippermettu li taħdem il-koordinazzjoni. Fost dawn il-prinċipji tidher l-uniċità tal-leġiżlazzjoni ta’ applikazzjoni, l-assimilazzjoni tal-fatti u l-ugwaljanza ta’ trattament. L-Istati Membri huma marbuta li jirrispettawhom, madankollu, huma biss kompetenti biex jiddefinixxu, jorganizzaw u jiffinanzjaw l-iskema nazzjonali tagħhom ta’ sigurtà soċjali. 323 Billi dawn huma sitwazzjonijiet transfruntieri, l-ebda Stat ma jista’ jaġixxi waħdu. Il-ftehimiet bilaterali eżistenti kienu sostitwiti mir-regolament ta’ koordinazzjoni li għalhekk ippermetta semplifikazzjoni u trattament ugwali għal persuni assigurati fir-rigward ta’ kull leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli ta’ sigurtà soċjali. L-għanijiet tal-proposta jistgħu jinkisbu aħjar permezz ta’ azzjoni tal-Komunità għar-raġunijiet li ġejjin. 324 Il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali m’għandhiex direzzjoni ħlief fuq il-livell tal-Komunità: hija għandha l-bażi tagħha u l-ġustifikazzjoni tagħha fil-moviment ħieles ta’ l-individwi fl-Unjoni. 325 Dawn ir-regolamenti jikkonċernaw kull ċittadin Ewropew li jiċċaqlaq fl-Unjoni għal kwalunkwe raġuni. 327 L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biss għad-deċiżjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ l-iskemi nazzjonali tagħhom ta’ sigurtà soċjali. Il-proposta hija għalhekk konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. 331 L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali jibqgħu responsabbli biss għall-organizzazzjoni u għall-finanzjament ta’ l-iskema nazzjonali tagħhom ta’ sigurtà soċjali. 332 It-titjib tal-proċeduri u l-kjarifika tad-drittijiet u l-obbligi tal-kontributuri differenti x’aktarx idaħħlu ekonomija f’termini ta’ spejjeż amministrattivi ta’ ipproċessar (rimborż tad-djun bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali) u tweġiba effikaċi għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini (titjib tat-tul ta’ żmien ta’ rimborż jew ta’ ħlas tal-benefiċċji). It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet huwa fattur importanti għall-ġlieda kontra l-frodi u l-abbużi. Għażla ta’ l-istrumenti 341 Strument(i) propost(i): regolament. 342 Strumenti oħrajn ma kinux ikunu adatti għar-raġunijiet li ġejjin. Modernizzazzjoni ta’ l-istrument leġiżlattiv eżistenti, jiġifieri r-Regolament (KEE) Nru 574/72, Regolament ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, li se jkun sostitwit mir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Ta’ min jinnota, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 huwa regolament ta’ koordinazzjoni u mhux regolament ta’ armonizzazzjoni, fejn l-Istati Membri kienu biss kompetenti għall-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ l-iskema tagħhom ta’ sigurtà soċjali. L-għażla ta’ regolament ta’ koordinazzjoni biex jitħarsu d-drittijiet ta’ sigurtà soċjali għall-persuni assigurati li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment ħieles ta’ individwi żgurat mit-Trattat, hija proporzjonali għall-għan immirat, kif definit mil-leġiżlatur fl-Artikolu 42 tat-Trattat. IMPATT FUQ IL-BAġIT 409 Il-proposta m’għandhiex impatt fuq il-baġit tal-Komunità. INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI Simulazzjoni, fażi preliminari u perjodu tranżitorju 507 Il-proposta kienet jew se tkun suġġetta għal perjodu tranżitorju. 510 Semplifikazzjoni 511 Il-proposta tintroduċi semplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv, semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej), semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-entitajiet privati jew individwi. 512 Tħaffif tal-proposta, tneħħija ta’ annessi. 513 Użu ta’ metodi elettroniċi ta’ skambji ta’ informazzjoni u ħidma fuq id-dokumenti elettroniċi biex ikunu ffaċilitati dawn l-iskambji. 514 Rinfurzar tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali biex ikun evitat li l-ewwelnett il-piż tal-proċeduri jaqa’ fuq il-kontributuri. Kjarifika tar-rwoli tal-persuni assigurati differenti. 560 Żona Ekonomika Ewropea Dan il-proġett ta’ att jirreferi għal qasam kopert mill-Ftehim ŻEE u għalhekk hemm lok li jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 570 Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta, skond il-Kapitolu jew skond l-Artikolu Il-proposta ta’ regolament ta’ applikazzjoni hija mfassla fuq l-istruttura tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, Titolu I: “Miżuri ġenerali”, Titolu II: “Deċiżjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli”: imbagħad Titolu III li jinkludi l-miżuri partikulari applikabbli għall-kategoriji differenti ta’ benefiċċji: benefiċċji ta’ mard, ta’ maternità u ta’ paternità assimilati; benefiċċji għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol; benefiċċju ta’ mewt; benefiċċji ta’ diżabbiltà, pensjonijiet ta’ xjuħija u ta’ min jibqa’ ħaj; benefiċċji ta’ qgħad; benefiċċji tal-familja; Titolu IV “Miżuri finanzjarji”, Titolu V “Miżuri diversi tranżitorji u finali”. Dan ir-Regolament ta’ applikazzjoni se jippermetti d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Madankollu, filwaqt minħabba l-ħtieġa li l-partijiet interessati għandhom ikunu infurmati biżżejjed dwar dan ir-Regolament u li ma jiġux ipprovokati diffikultajiet notevolment għall-waqfa tal-kontijiet bejn l-istituzzjonijiet, hemm maħsub perjodu minimu ta’ sitt xhur għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri ġodda relatati mal-koordinazzjoni Komunitarja ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali. |

    - 2006/0006 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

    wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004[1] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali[2], u notevolment l-Artikolu 89 tiegħu,

    wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3],

    wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

    waqt li ddikjaraw b’mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[5],

    billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimmodernizza r-regoli tal-koordinazzjoni ta’ l-iskemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri waqt li jiġu ppreċiżati l-miżuri u l-proċeduri meħtieġa għal attwazzjoni u waqt li jieħu ħsieb is-semplifikazzjoni ta’ dawn għall-benefiċċju tal-partijiet kollha kkonċernati. Hemm il-ħsieb li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta’ applikazzjoni.

    (2) L-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni aktar effikaċi u aktar stretta bejn l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali hija fattur essenzjali biex tippermetti lill-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fl-aħjar żmien u kundizzjonijiet possibbli.

    (3) L-użu ta’ mezzi elettroniċi huwa adattat għall-iskambju mgħaġġel u ta’ fiduċja ta’ fatti bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri. L-ipproċessar elettroniku ta’ dawn il-fatti għandu jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċeduri għall-persuni kkonċernati. Dawn għandhom jibbenefikaw barra minn hekk mill-garanziji kollha maħsuba mill-miżuri Komunitarji relatati mal-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ fatti ta’ natura personali u taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawn il-fatti.

    (4) Id-dettalji, inklużi dawk elettroniċi, ta’ l-entitajiet ta’ l-Istati Membri li x’aktarx jintervjenu fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004), taħt forma li tippermetti l-implimentazzjoni tagħhom fi żmien reali, ikunu disponibbli, u b’hekk ikunu faċilitati l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri. Dan il-metodu li jagħti importanza għar-rilevanza ta’ l-informazzjoni purament ibbażata fuq il-fatti kif ukoll id-disponibbiltà immedjata għaċ-ċittadini jikkostitwixxi semplifikazzjoni importanti li għandha tkun introdotta minn dan ir-Regolament.

    (5) Ir-rinfurzar ta’ ċerti proċeduri għandu jġib aktar sigurezza ġuridika u trasparenza għal min juża r-Regolament (KE) Nru 883/2004. Notevolment, l-iffissar ta’ żmien komuni għall-kisba ta’ ċerti obbligi u ta’ ċerti stadji amministrattivi għandu jikkontribwixxi għall-kjarifika u jibni r-relazzjonijiet bejn il-persuni assigurati u l-istituzzjonijiet.

    (6) L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-istituzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali jrid ikollhom il-possibbiltà li jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri eħfef u ftehimiet amministrattivi li huma jikkunsidraw aktar effikaċi u adatti aħjar għall-kuntest ta’ l-iskemi rispettivi tagħhom ta’ sigurtà soċjali. Madankollu tali ftehimiet m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    (7) Il-kumplessità inerenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali timponi li għandu jintalab li jsir sforz partikulari għal benefiċċju tal-persuni assigurati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri biex ma jintlaqtux il-persuni kkonċernati li ma kinux għaddew it-talba tagħhom jew ċerta informazzjoni lill-istituzzjoni inkarigata biex tieħu ħsieb din it-talba skond ir-regoli u l-proċeduri speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minn dan ir-Regolament.

    (8) Għad-deċiżjoni dwar l-istituzzjoni kompetenti, jiġifieri dik li tagħha l-leġiżlazzjoni hija applikabbli jew taħt liema taqa’ r-responsabbiltà tal-ħlas ta’ ċerti benefiċċji, is-sitwazzjoni objettiva tal-persuna assigurata u dik tal-membri tal-familja trid tkun studjata mill-istituzzjonijiet ta’ bosta Stati Membri. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuna kkonċernata waqt li jsiru dawn l-iskambji indispensabbli bejn l-istituzzjonijiet, hemm il-ħsieb ta’ l-affiljazzjoni tiegħu b’mod proviżorju għal leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali.

    (9) Bosta miżuri u proċeduri maħsuba f’dan ir-Regolament għandhom l-għan li jkun hemm aktar trasparenza tal-kriterji li l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn il-preċiżjonijiet huma riżultat tal-liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll ta’ l-esperjenza ta’ aktar minn tletin sena ta’ applikazzjoni tal-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat.

    (10) L-estensjoni ta’ l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-persuni assigurati kollha, inklużi dawk li ma jaħdmux, tirrekjedi ċerti regoli u proċeduri speċifiċi għal dawn il-persuni, notevolment sabiex tkun definita l-leġiżlazzjoni applikabbli biex jiġu kkunsidrati l-perjodi ddedikati għall-edukazzjoni tat-tfal minn persuni li qatt ma għamlu xogħol imħallas jew mhux imħallas fl-Istati Membri differenti li fihom kienu jgħixu.

    (11) Ċerti proċeduri xorta għad iridu jirriflettu l-esiġenza ta’ tqassim bilanċjat tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. B’mod partikulari, fil-qafas tal-fergħa tal-mard, dawn il-proċeduri jridu jikkunsidraw is-sitwazzjoni, min-naħa, ta’ l-Istati Membri li jerfgħu l-ispejjeż ta’ lqugħ ta’ persuni assigurati billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom l-iskema tagħhom tas-saħħa, u min-naħa l-oħra, ta’ l-Istati Membri ta’ liema l-istituzzjonijiet jerfgħu r-responsabbiltà finanzjarja ta’ benefiċċji simili rċevuti mill-persuni assigurati fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huma jgħixu.

    (12) Fil-qafas speċifiku tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iridu jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet ta’ kif tittieħed ir-responsabbiltà għall-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta’ mard mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali fil-qafas ta’ “kuri ppjanati”, jiġifieri kuri li persuna assigurata se tfittex fi Stat Membru ieħor li m’huwiex dak li fih hija assigurata jew tgħix. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba ta’ awtorizzazzjoni preliminari huma ppreċiżati, kif ukoll l-obbligi ta’ l-istituzzjoni fir-rigward tal-pazjent dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni. Hemm ukoll lok li jkunu definiti l-konsegwenzi għat-teħid ta’ responsabbiltà finanzjarja għall-kura meħuda fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni.

    (13) Proċeduri aktar restrittivi biex jitqassar id-dewmien ta’ ħlas ta’ dawn id-djun bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri jidhru essenzjali biex tinżamm il-fiduċja fl-iskambji u twieġeb għall-ordni ta’ tmexxija tajba li hija imposta fuq l-iskemi ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Jaqbel għalhekk li jiġu rrinfurzati l-proċeduri li jolqtu l-ipproċessar ta’ djun fil-kuntest tal-benefiċċji ta’ mard u ta’ qgħad.

    (14) Billi l-iskemi ta’ sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistrieħu fuq is-solidarjetà ta’ l-assigurati kollha, hemm lok li jiġu previsti mekkaniżmi għal irkuprar aktar effikaċi ta’ djun marbutin ma’ benefiċċji mħallsa bi żball jew għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa minn dawn. Il-proċeduri ta’ assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet iridu jiġu ppreċiżati billi jiġu ispirati mill-miżuri speċifikati mid-Direttiva 76/308/KEE[6] tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka fil-qasam ta’ irkuprar ta’ djun relatati ma’ ċerti kontribuzzjonijiet, drittijiet, taxxi u miżuri oħrajn biex jiġu mħarsa aħjar l-interessi finanzjarji ta’ l-Istati Membri billi tiġi organizzata l-kooperazzjoni, notevolment bejn l-amministrazzjonijiet fiskali.

    (15) L-informazzjoni tal-persuni assigurati fuq id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom hija element essenzjali ta’ relazzjoni ta’ fiduċja ma’ l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

    (16) Billi l-għan ta’ l-azzjoni mmirata, jiġifieri l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tal-moviment ħieles tal-persuni, ma tistax tiġi attwata b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u tista’ għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti ta’ din l-azzjoni, tiġi attwata aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi ma’ l-imsemmi prinċipju ta’ proporzjonalità kif speċifikat fl-imsemmi Artikolu, f’dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan.

    (17) Dan ir-Regolament irid jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 relatat ma’ l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għall-impjegati u għall-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità[7].

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Titolu I – Miżuri ġenerali

    Kapitolu I - Definizzjonijiet

    L-Artikolu 1Definizzjonijiet

    1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 japplikaw.

    2. Barra mid-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, wieħed jifhem b’:

    a) “punt ta’ aċċess”, l-entità nnominata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, li għandha l-funzjoni li tibgħat u li tirċievi b’mezzi elettroniċi l-fatti meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament permezz tan-netwerk komuni li fih dawn il-fatti jiġu skambjati bejn, min-naħa waħda, l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru u min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet kompetenti u/jew il-punt ta’ aċċess ta’ Stati Membri oħrajn;

    b) “organu ta’ kuntatt”, l-entità nnominata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għal fergħa jew bosta fergħat ta’ sigurtà soċjali speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li x’aktarx twieġeb għat-talbiet għal tagħrif u għal assistenza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri u li lilha dawn jistgħu jindirizzaw ruħhom fil-qafas, notevolment, tat-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament ;

    c) “dokument”, ġabra ta’ fatti, tkun xi tkun ir-referenza, identifikati mill-kummissjoni amministrattiva, li x’aktarx jistgħu jkunu skambjati b’mezzi elettroniċi u li tagħhom il-komunikazzjoni hija meħtieġa għat-tħaddim tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament ;

    d) “messaġġ elettroniku standardizzat”, kull dokument mibni skond il-format definit mill-kummissjoni amministrattiva għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri;

    e) “trażmissjoni b’mezz elettroniku”, it-trażmissjoni permezz ta’ tagħmir elettroniku ta’ ipproċessar tal-fatti (inkluża l-kompressjoni numerika), permezz ta’ wajer, radju, tekniki ottiċi jew kull teknika elettromanjetika oħra;

    f) “kummissjoni teknika”, il-kummissjoni speċifikata fl-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

    g) “kummissjoni tal-kontabilità”, il-kummissjoni speċifikata fl-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    Kapitolu II – Miżuri relatati mal-kooperazzjoni u ma’ l-iskambji ta’ fatti

    L-Artikolu 2 Ambitu u modalitajiet ta’ l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet

    1. L-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri jikkomunikaw bejniethom il-fatti kollha meħtieġa għat-twaqqif u d-determinazzjoni tad-drittijiet u ta’ l-obbligi tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004, u b’mod partikulari, għall-iffissar ta’ l-ammont korrett tal-benefiċċji kif ukoll tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali.

    2. Meta persuna assigurata tkun għaddiet bi żball informazzjoni, dokumenti jew talbiet lill-istituzzjoni li mhix dik l-istituzzjoni nnominata skond dan ir-Regolament, din l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet iridu jiġu mgħoddija mill-ġdid mingħajr dewmien mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni nnominata skond dan ir-Regolament, filwaqt li tiġi indikata d-data li fiha ġew mgħoddija fil-bidu. Din id-data tiġi imposta fuq l-istituzzjoni ta’ l-aħħar.

    3. Il-komunikazzjoni tal-fatti bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri ssir kemm bejniethom, kemm permezz ta’ intermedjarju tal-punt ta’ aċċess jew ta’ l-organu ta’ kuntatt.

    4. Meta l-komunikazzjoni tal-fatti ssir permezz ta’ l-intermedjarju tal-punt ta’ aċċess jew ta’ l-organu ta’ kuntatt, dan il-punt ta’ aċċess jew dan l-organu ta’ kuntatt huwa kkunsidrat li qiegħed jieħu r-rwol u l-funzjoni ta’ l-istituzzjoni meħtieġa f’dan l-Istat Membru f’dak li għandu x’jaqsam maż-żmien għal tweġiba tat-talbiet li jsiru lilu.

    L-Artikolu 3Ambitu u modalitajiet ta’ l-iskambji bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet

    1. Kull persuna koperta mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 hija marbuta li tikkomunika lill-istituzzjoni kompetenti kull informazzjoni jew xhieda dokumentata meħtieġa għall-istabbiliment tas-sitwazzjoni tagħha jew dik tal-familja tagħha u tad-drittijet tagħha u ta’ l-obbligi tagħha, tal-manteniment ta’ dawn, kif ukoll tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u ta’ l-obbligi tagħha fir-rigward ta’ din.

    B’mod partikulari, meta miżura ta’ leġiżlazzjoni tipprevedi li l-ammont tal-benefiċċji huwa stabbilit wara li tkun ikkunsidrata l-eżistenza ta’ membri tal-familja apparti t-tfal, il-persuna assigurata hija marbuta li tippreżenta dikjarazzjoni dwar il-membri tal-familja tagħha li jgħixu fuq it-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak fejn hemm l-istituzzjoni nnominata biex tħallas il-benefiċċji biex jiġu kkunsidrati dawn il-membri tal-familja.

    2. L-Istat Membru li jiġbor il-fatti f’isem il-leġiżlazzjoni tiegħu jew fis-sitwazzjoni speċifikata fl-Artikolu 52 jiżgura lill-persuni kkonċernati dritt ta’ aċċess u ta’ emenda ta’ dawn il-fatti, fir-rigward tal-miżuri Komunitarji fil-qasam ta’ protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ fatti ta’ natura personali u għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dawn il-fatti.

    3. L-istituzzjonijiet ta’ l-Istat Membru kompetenti jikkomunikaw l-informazzjoni u jwasslu d-dokumenti meħtieġa lill-persuni assigurati.

    4. L-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li tindirizza direttament dokument li jkollu deċiżjoni dwar id-drittijiet ta’ persuna residenti jew li toqgħod għal ftit żmien fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, titlob dikjarazzjoni ta’ riċevuta tkun xi tkun ir-referenza jew il-mod kif jintbagħtu. Id-dikjarazzjoni ta’ riċevuta tista’ tingħata fuq kull referenza jew b’kull mezz.

    5. Fin-nuqqas ta’ prova li ntbagħtet id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4, iż-żminijiet relatati mat-telf jew mal-preskrizzjoni tad-drittijiet mogħtija skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ma japplikawx għall-benefiċjarji.

    6. Meta d-data li ntbagħtet din id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4 tkun stabbilita kif għandu jkun, id-deċiżjoni ta’ l-istituzzjoni kompetenti hija kkunsidrata li tapplika għall-interessat fi żmien xahar wara din id-data. Madankollu, jekk il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru tipprevedi żmien itwal, dan iż-żmien japplika.

    7. F’kull stat ta’ kawża, il-persuna kkonċernata tiddisponi minn mezzi ta’ rikors u minn proċeduri speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li tieħu d-deċiżjoni.

    8. Il-kummissjoni amministrattiva tiddefinixxi l-modalitajiet prattiċi ta’ attwazzjoni ta’ din il-miżura għall-każijiet fejn id-deċiżjoni hija indirizzata lill-persuna kkonċernata b’mezz elettroniku.

    L-Artikolu 4Format u mod ta’ skambji ta’ fatti

    1. Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi l-kontenut ta’ dokumenti u l-istruttura ta’ messaġġi elettroniċi standardizzati.

    2. It-trażmissjoni ta’ fatti bejn l-istituzzjonijiet, il-punti ta’ aċċess jew l-organi ta’ kuntatt issir b’mezz elettroniku, f’qafas sigur komuni kapaċi li jiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta’ l-iskambji ta’ fatti.

    3. Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-benefiċjarji, l-istituzzjonijiet kompetenti jippreferu l-użu tat-tekniki elettroniċi.

    L-Artikolu 5Valur ġuridiku ta’ dokumenti u ta’ xhieda dokumentata stabbiliti fi Stat Membru ieħor

    1. Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru li jiċċertifika s-sitwazzjoni ta’ persuna għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll ix-xhieda dokumentati stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor, inklużi l-awtoritajiet fiskali, jiġu imposti għall-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn id-dokumenti jew dawn ix-xhieda ma jiġux irtirati jew dikjarati invalidi mill-awtorità jew l-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn huma ġew stabbiliti.

    2. F’każ ta’ dubju fuq il-leġittimità tad-dokument jew l-eżattezza tal-fatti li huma l-bażi tan-noti li jidhru fih, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li tirċievi d-dokument tindirizza lill-istituzzjoni li ħarġitu biex titlobha l-kjarifiki meħtieġa u, jekk jingħata l-każ, l-irtirar ta’ l-imsemmi dokument.

    3. F’nuqqas ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati fix-xahar ta’ wara d-data tat-talba ta’ l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument, il-kummissjoni amministrattiva tista’ titqabbad b’konformità ma’ l-Artikolu 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 biex tgħaqqad l-opinjonijiet fis-sitt xhur wara li titqabbad.

    L-Artikolu 6Applikazzjoni proviżorja ta’ leġiżlazzjoni u ħlas proviżorju ta’ benefiċċji

    1. Meta inċertezza dwar l-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli tinħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ jew bosta Stati Membri, il-persuna kkonċernata tkun suġġetta proviżorjament għal-leġiżlazzjoni li ġejja:

    a) dik ta’ l-Istat Membru ta’ residenza, meta hija teżerċita parti mill-attività jew mill-attivitajiet tagħha jew meta ma teżerċitax attività bil-paga jew self-employed ;

    b) dik ta’ l-Istat Membru fejn talba ta’ affiljazzjoni ġiet preżentata l-ewwel, fil-każijiet l-oħrajn.

    2. F’każ ta’ differenza f’opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti ta’ żewġ jew bosta Stati Membri dwar id-determinazzjoni ta’ l-istituzzjoni msejħa biex tagħti l-benefiċċji, l-interessat li jista’ jikklejmja benefiċċji jekk ma jkunx kuntestat, jibbenefika proviżorjament mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew, jekk l-interessat ma joqgħodx fuq it-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri inkawża, mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet ippreżentata t-talba l-ewwel.

    3. Meta jiġi stabbilit li l-leġiżlazzjoni applikabbli mhix dik ta’ l-Istat Membru li fih seħħet l-affiljazzjoni proviżorja jew jekk l-istituzzjoni li ħallset il-benefiċċji proviżorjament ma kenitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti hija kkunsidrata li hi hekk mid-data ta’ l-affiljazzjoni proviżorja jew mill-ewwel ħlas proviżorju tal-benefiċċji inkawża.

    4. Jekk meħtieġ, l-istituzzjoni kompetenti tirregola s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji skond il-modalitajiet speċifikati mill-Artikoli 71 u 72 u, jekk jingħata l-każ, l-Artikoli 73 sa 82.

    L-Artikolu 7Obbligu ta’ ħlas proviżorju

    1. L-istituzzjoni li m’għandhiex il-fatturi kollha li jippermettu l-kalkolu definittiv ta’ l-ammont ta’ benefiċċju jew ta’ kontribuzzjoni tipproċedi għall-ħlas proviżorju ta’ dan il-benefiċċju jew ta’ din il-kontribuzzjoni.

    2. Kalkolu ġdid tal-benefiċċju jew tal-kontribuzzjoni inkawża jrid jiġi stabbilit meta x-xhieda dokumentati jkunu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

    Kapitolu III – Miżuri ġenerali oħrajn ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    L-Artikolu 8Ftehimiet amministrattivi bejn żewġ jew bosta Stati Membri

    1. Il-miżuri ta’ dan ir-Regolament jiġu sostitwiti ma’ dawk tal-ftehimiet relatati ma’ l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ħlief għall-miżuri tal-ftehimiet relatati mal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sakemm il-miżuri tal-ftehimiet imsemmija ma jkunux imniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2. L-Istati Membri jistgħu jilħqu bejniethom, jekk meħtieġ, ftehimiet relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sakemm dawn il-ftehimiet ma jaffettwawx id-drittijiet tal-benefiċjarji.

    L-Artikolu 9Proċeduri oħrajn bejn istituzzjonijiet

    1. Żewġ jew bosta Stati Membri, jew l-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu b’proċeduri oħrajn li m’humiex dawk speċifikati mill-miżuri fit-Titoli II sa IV, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx id-drittijiet tal-benefiċjarji.

    2. Il-ftehimiet milħuqa għal dan il-għan jitwasslu għall-għarfien tal-kummissjoni amministrattiva u jkunu elenkati fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 10Prevenzjoni ta’ benefiċċji mtennija

    Meta l-benefiċċji dovuti taħt titolu tal-leġiżlazzjoni ta’ żewġ jew bosta Stati Membri jkunu mnaqqsa, sospiżi jew imneħħija reċiprokament, l-ammonti li ma jkunux tħallsu fil-każ ta’ applikazzjoni stretta tal-klawżoli ta’ tnaqqis, ta’ sospensjoni jew ta’ tneħħija speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri kkonċernati jiġu maqsuma bin-numru ta’ benefiċċji suġġetti għal tnaqqis, sospensjoni jew tneħħija.

    L-Artikolu 11Fatturi g ħad-determinazzjoni tar-residenza

    1. Biex jiġu solvuti d-diffikultajiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ bosta Stati Membri fir-rigward tad-determinazzjoni tar-residenza ta’ persuna koperta mir-Regolament (KE) Nru 883/2004, dawn l-istituzzjonijiet jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta’ interess tal-persuna kkonċernata filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi li ġejjin:

    a) id-dewmien u l-kontinwità ta’ żmien li qagħdet fil-post;

    b) is-sitwazzjoni tal-familja, notevolment il-post ta’ edukazzjoni tat-tfal u r-rabtiet tal-familja;

    c) meta hemm inkawża ħaddiem, il-fatt li għandu impjieg stabbli;

    d) il-volontà tal-persuna, kif tidher fiċ-ċirkostanzi kollha, notevolment ir-raġunijiet li wassluha biex tiċċaqlaq;

    e) l-Istat Membru li fih il-persuna hija suġġetta għat-taxxi fuq id-dħul kollu tagħha jkun xi jkun is-sors.

    2. Meta l-applikazzjoni ta’ kriterji differenti msemmija fil-paragrafu 1 ma jippermettux lill-istituzzjonijiet biex jiftiehmu, il-volontà espressa mill-persuna inkawża hija kkunsidrata bħala determinanti biex jiġi stabbilit il-post ta’ residenza tagħha.

    L-Artikolu 12L-għadd totali tal-perjodi

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni kompetenti tindirizza lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ liema leġiżlazzjoni l-persuna assigurata kienet qabel suġġetta biex tikseb il-komunikazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg, ta’ attività self-employed jew ta’ residenza mwettqa taħt din il-leġiżlazzjoni.

    2. Il-perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jingħaddu mal-perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru ieħor, sakemm huwa meħtieġ li ssir referenza għalihom minħabba l-kisba, il-manteniment jew l-irkuprar tad-dritt għall-benefiċċji, bil-kundizzjoni li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux.

    3. Meta perjodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettaq taħt assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jikkoinċidi ma’ perjodu ta’ assigurazzjoni mwettaq taħt assigurazzjoni kontinwa volontarja jew b’għażla taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu mwettaq taħt l-assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.

    4. Meta perjodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza ħlief għal perjodu simili mwettaq taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jikkoinċidi ma’ perjodu simili skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu ħlief għal perjodu simili li jiġi kkunsidrat.

    5. Kull perjodu simili skond il-leġiżlazzjonijiet ta’ żewġ jew bosta Stati Membri ma jiġix ikkunsidrat ħlief mill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta’ liema l-assigurat kien suġġett l-aħħar b’mod obbligatorju qabel il-perjodu msemmi. Fil-każ fejn l-assigurat ma kienx suġġett b’mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru qabel il-perjodu msemmi, dan jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta’ liema huwa kien suġġett b’mod obbligatorju għall-ewwel darba wara l-perjodu msemmi.

    6. Fil-każ fejn iż-żmien għal-liema ċerti perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza ġew imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma jistax ikun determinat b’mod preċiż, huwa presunt li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux ma’ perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor u jiġi kkunsidrat, sakemm huma jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod utli.

    L-Artikolu 13Regoli ta’ konverżjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni

    Meta l-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jkunu espressi f’unitajiet differenti minn dawk użati mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ l-għadd totali ssir skond ir-regoli li ġejjin:

    a) ġurnata hija ekwivalenti għal tmien sigħat u viċi-versa;

    b) ħamest ijiem huma ekwivalenti għal ġimgħa u viċi-versa;

    c) ħamsa u għoxrin ġurnata huma ekwivalenti għal xahar u viċi-versa;

    d) tliet xhur jew tlettax-il ġimgħa jew sitta u sittin ġurnata huma ekwivalenti għal kwart ta’ sena u viċi-versa;

    e) għall-konverżjoni ta’ ġimgħat f’xhur u viċi-versa, il-ġimgħat u x-xhur iridu jinbidlu fi ġranet;

    f) l-applikazzjoni tal-punti a) sa e) ma tistax b’riżultat ta’ dan ikollha, għall-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni mwettqa matul sena kalendarja, total akbar minn 264 ġurnata jew 52 ġimgħa jew tnax-il xahar jew erba’ kwarti ta’ sena.

    Meta l-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jkunu espressi f’xhur, il-ġranet li jikkorrispondu għal frazzjoni ta’ xahar, b’konformità mar-regoli ta’ konverżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, jiġu kkunsidrati bħala xahar sħiħ.

    Titolu II – Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli

    L-Artikolu 14Dettalji relatati ma’ l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-kriterju biex jiġi determinat jekk ix-xogħol li jmur jagħmel ħaddiem self-employed fi Stat Membru ieħor huwiex “simili” għax-xogħol self-employed li normalment kien jeżerċita huwa dak tan-natura reali tax-xogħol u mhux mill-kwalifika ta’ xogħol bil-paga jew self-employed mogħtija eventwalment għal dan ix-xogħol minn dan l-Istat Membru l-ieħor.

    2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, “parti sostanzjali ta’ attività bil-paga jew self-employed ” hija eżerċitata fi Stat Membru meta parti importanti b’mod kwantitattiv ta’ l-attivitajiet kollha tal-ħaddiem bil-paga jew self-employed hija eżerċitata hemmhekk, mingħajr ma din tkun bilfors il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet. Il-parti ta’ l-attività eżerċitata fi Stat Membru fl-ebda każ mhi sostanzjali meta din hija inqas minn 25% ta’ l-attivitajiet kollha eżerċitati mill-ħaddiem f’termini ta’ figuri ta’ negozju, ta’ ħin ta’ xogħol jew ta’ ħlasijiet jew dħul mill-attività.

    3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iċ-“ċentru ta’ interess” ta’ l-attivitajiet ta’ ħaddiem self-employed huwa determinat billi jiġu kkunsidrati l-fatturi kollha li jagħmlu l-attivitajiet professjonali tiegħu, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tax-xogħol ta’ l-interessat, il-karattru abitwali jew id-dewmien ta’ l-attivitajiet li jsiru, l-Istat Membru li fih l-interessat huwa suġġett għat-taxxi fuq id-dħul kollu tiegħu jkun xi jkun is-sors, kif ukoll il-volontà ta’ l-interessat kif tidher fiċ-ċirkostanzi kollha.

    4. Fil-każ fejn persuna teżerċita l-attività tagħha bil-paga f’żewġ jew bosta Stati Membri għal min iħaddimha li hu stabbilit barra mit-territorju ta’ l-Unjoni u meta din il-persuna tgħix fi Stat Membru mingħajr ma teżerċita hemmhekk attività sostanzjali, hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ residenza.

    L-Artikolu 15Proċedura għall-ap plikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    Meta impjegat ċivili jeżerċita l-attività tiegħu fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti, l-istituzzjoni kompetenti tinforma b’dan bil-quddiem lill-istituzzjoni nnominata ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor.

    L-Artikolu 16Proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. Persuna li tħaddem li, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taqla’ ħaddiem minn postu biex jagħmel xogħol f’isimha fi Stat Membru ieħor għandha tinforma b’dan, minn qabel, meta dan jista’ jsir, lill-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tagħha tibqa’ applikabbli l-leġiżlazzjoni. Din l-istituzzjoni tinforma lill-istituzzjoni nnominata mill-Istat Membru fejn il-ħaddiem huwa mibgħut.

    2. Il-ħaddiem self-employed li, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, imur jagħmel attività fi Stat Membru ieħor għandu jinforma b’dan, minn qabel, meta dan jista’ jsir, lill-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tagħha tibqa’ applikabbli l-leġiżlazzjoni. Din l-istituzzjoni tinforma lill-istituzzjoni nnominata mill-Istat Membru fejn il-ħaddiem self-employed imur jagħmel l-attività tiegħu.

    L-Artikolu 17Proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. Il-persuna li teżerċita attivitajiet f’żewġ jew bosta Stati Membri tinforma b’dan lill-istituzzjoni nnominata ta’ l-Istat Membru fejn hija tgħix. Din l-istituzzjoni tgħaddi din l-informazzjoni lill-istituzzjoni nnominata ta’ kull Stat Membru fejn qiegħda ssir attività.

    2. Fis-sitwazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjonijiet innominati ta’ l-Istati Membri kkonċernati jiddeterminaw bi ftehim komuni l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-interessat, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ l-Artikoli 13(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ l-Artikolu 14(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament.

    3. Id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli tidħol fix-xahar ta’ wara l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni lill-istituzzjoni nnominata tal-post ta’ residenza tal-persuna assigurata, b’konformità ma’ paragrafu 1. Sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli ma tkunx determinata, il-persuna kkonċernata hija suġġetta b’mod proviżorju għal-leġiżlazzjoni determinata b’konformità ma’ l-Artikolu 6(1).L-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija ddikjarata applikabbli mal-ħruġ tal-proċedura ta’ konsultazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati fil-qafas tal-paragrafu 2 tinforma b’dan immedjatament lill-interessat.

    L-Artikolu 18Proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    L-aġent awżiljari jeżerċita d-dritt ta’ għażla speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 fil-mument ta’ l-għeluq tal-kuntratt ta’ xogħol. L-awtorità li tista’ tagħlaq il-kuntratt tinforma lill-istituzzjoni nnominata ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-aġent awżiljari għażel il-leġiżlazzjoni.

    L-Artikolu 19 Informazzjoni tal-persuni assigurati

    1. L-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli tinforma lill-persuna kkonċernata kif ukoll, jekk jingħata l-każ, lil min iħaddimha, dwar l-obbligi li ġejjin minn din il-leġiżlazzjoni. Hija tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet imposti minn din il-leġiżlazzjoni.

    2. Fuq it-talba tal-persuna kkonċernata jew ta’ min iħaddimha, l-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli skond dispożizzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tiċċertifika li din il-leġiżlazzjoni hija applikabbli u tindika, jekk jingħata l-każ, sa liema data u taħt liema kundizzjonijiet.

    L-Artikolu 20Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

    1. L-istituzzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 17(1), jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli għal persuna kull informazzjoni meħtieġa għall-iffissar tal-kontribuzzjonijiet li tagħhom din jew min iħaddimha li jridu jitħallsu taħt din il-leġiżlazzjoni.

    2. L-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni ssir applikabbli għal persuna tinforma lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta’ liema l-persuna hija finalment suġġetta billi tindika d-data meta l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni tibda sseħħ.

    L-Artikolu 21Obbligi ta’ min iħaddem

    1. Il-persuna li tħaddem ħaddiem hija marbuta li twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli għal dan il-ħaddiem, notevolment l-obbligu li tħallas il-kontribuzzjonijiet speċifikati minn din il-leġiżlazzjoni.

    2. Il-persuna li tħaddem li m’għandhiex stabbiliment fl-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli, min-naħa waħda, u l-ħaddiem bil-paga, min-naħa l-oħra, jistgħu jiftiehmu li dan ta’ l-aħħar jesegwixxi l-obbligi tal-persuna li tħaddem f’isimha f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet. Il-persuna li tħaddem hija marbuta li tikkomunika tali ftehim lill-istituzzjoni kompetenti ta’ dan l-Istat Membru.

    Titolu III – Miżuri partikulari applikabbli għal kategoriji differenti ta’ benefiċċji

    Kapitolu I – Benefiċċji simili ta’ mard, ta’ maternità u ta’ paternità

    L-Artikolu 22Miżuri ġenerali ta’ applikazzjoni

    1. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu ħsieb li l-persuni assigurati jkunu infurmati bil-proċeduri u bil-kundizzjonijiet tat-teħid tar-responsabbiltà ta’ l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fuq it-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak ta’ l-istituzzjoni kompetenti jew tal-post ta’ residenza.

    2. L-Artikoli 25 u 26 ma jaffettwawx l-applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ Stat Membru li jippermettu teħid ta’ responsabbiltà finanzjarja aktar favorevoli minn dik li toħroġ mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ta’ l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali fis-sitwazzjonijiet speċifikati f’paragrafu 1.

    3. Żewġ jew bosta Stati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri u modalitajiet oħrajn għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 25, 26 u 27. Madankollu, il-ftehimiet milħuqa għal dan il-għan ma jistgħux jipproduċu effetti sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet u l-ammonti ta’ teħid ta’ responsabbiltà finanzjarja tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali tal-persuni kkonċernati bħalma kieku jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-ftehimiet jiġu mgħarrfa lill-kummissjoni amministrattiva

    4. Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta d-dritt għall-benefiċċji speċifikati minn dan il-Kapitolu għall-kwalità ta’ min għandu pensjoni, tiġi kkunsidrata b’mod esklussiv il-pensjoni dovuta mill-istituzzjoni ta’ dan l-Istat Membru.

    L-Artikolu 23Skema applikabbli fil-każ ta’ bosta skemi fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ żjara

    Jekk il-leġiżlazzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ żjara għandha bosta skemi ta’ assigurazzjoni ta’ mard, ta’ maternità jew ta’ paternità, il-miżuri applikabbli skond l-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1) u ta’ l-Artikoli 20, 22, 24, 26 u 27 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jkunu dawk tal-leġiżlazzjoni relatata ma’ l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga.

    L-Artikolu 24Residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha huma marbutin li jirreġistraw ma’ l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza billi jittrażmettu dokument li jiċċertifika d-dritt tagħhom għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali għar-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru kompetenti.Dan id-dokument huwa stabbilit mill-istituzzjoni kompetenti, jekk jinqala’ l-każ skond it-tagħrif ipprovdut minn min iħaddem. Jekk il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha ma jgħaddux l-imsemmi dokument, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

    2. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b’kull reġistrazzjoni li hija pproċessat b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1.

    3. Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-persuni speċifikati fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    L-Artikolu 25Żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

    A) Proċedura u ambitu tad-dritt

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, qabel ma titlaq mit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn toqgħod, il-persuna assigurata titlob lill-istituzzjoni kompetenti tagħha biex tgħaddilha d-dokument li jiċċertifika d-dritt tiegħu għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali.Dawk li għandhom pensjoni jew il-membri tal-familja tagħhom speċifikati fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jindirizzaw it-talba tagħhom lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tgħaddiha, jekk jinqala’ l-każ, lill-istituzzjoni li għandha r-responsabbiltà ta’ l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ min għandu l-pensjoni.

    2. B’konformità ma’ l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jekk benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali jinstabu li huma meħtieġa mill-aspett mediku għall-persuna assigurata waqt it-tul taż-żmien taż-żjara, din tippreżenta d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 lil min jipprovdi l-kura fl-Istat Membru ta’ żjara li japplikalha l-miżuri tal-leġiżlazzjoni li jkunu applikabbli għaliha jekk hija tieħu sehem fl-iskema speċifikata fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru ta’ żjara. Jekk il-persuna assigurata m’għandhiex id-dokument imsemmi, l-istituzzjoni tal-post ta’ fejn qiegħda għal żjara tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

    3. Il-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jispeċifikaw il-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali li jridu jingħataw fl-Istat Membru ta’ żjara, skond il-leġiżlazzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar, sabiex il-persuna assigurata ma tkunx imġiegħla, qabel it-tmiem maħsub taż-żjara tagħha, li tmur lura fil-post ta’ residenza biex tirċievi l-kura li saħħitha teħtieġ.

    4. Il-paragrafi 1 sa 3 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

    B) Proċedura u modalitajiet ta’ teħid ta’ responsabbiltà u/jew ta’ rimborż ta’ benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali

    5. Jekk il-persuna assigurata b’mod effettiv refgħet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija fil-qafas ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, hija tindirizza t-talba tagħha għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara. Din tagħtiha direttament rimborż ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u l-kundizzjonijiet tar-rata tal-leġiżlazzjoni tagħha.

    6. Jekk ir-rimborż ta’ dawn l-ispejjeż ma kienx mitlub direttament lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara, l-ispejjeż imsemmija jkunu rrimborżati lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti skond ir-rati ta’ rimborż applikati mill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara.L-istituzzjoni tal-post ta’ żjara hija marbuta li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti li titlobha l-informazzjoni meħtieġa dwar dawn ir-rati.Jekk il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ żjara ma tispeċifikax rati ta’ rimborż, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tipproċedi għal rimborż skond ir-rati li hija tapplika, mingħajr ma tinħtieġ il-kunsens tal-persuna assigurata.

    7. B’deroga tal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tipproċedi għar-rimborż ta’ l-ispejjeż imsemmija skond ir-rati ta’ rimborż li hija tapplika, bil-kundizzjoni li l-persuna assigurata tkun tat il-kunsens tagħha biex tara li tiġi applikata din id-dispożizzjoni u li l-leġiżlazzjoni tippermetti r-rimborż ta’ tali spejjeż.

    8. Meta hemm inkawża spejjeż importanti, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tħallas lill-persuna assigurata pagament bil-quddiem adattat sakemm din tippreżenta quddiemha t-talba ta’ rimborż.

    L-Artikolu 26Kuri ppjanati

    A) Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

    1. Għal min għandu pensjoni u l-membri tal-familja tiegħu ħlief dawk speċifikati fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li għandha r-responsabbiltà ta’ l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza hija kkunsidrata bħala l-istituzzjoni kompetenti għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni speċifikata fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 20(1) u 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, meta l-persuna ma toqgħodx fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru kompetenti, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 hija mitluba mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza lill-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tindika r-raġunijiet li wassluha biex titlob din l-awtorizzazzjoni għall-persuna inkawża, b’mod partikulari dawk imsemmija mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.Fin-nuqqas ta’ tweġiba fi żmien ħmistax-il “ġurnata kalendarja” mid-data ta’ meta ntbagħtet, l-awtorizzazzjoni hija kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħti l-awtorizzazzjoni f’isem l-istituzzjoni kompetenti lill-persuna kkonċernata.F’kull ħin matul il-proċedura ta’ għoti ta’ l-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti żżomm id-dritt li tikkontrolla l-persuna kkonċernata permezz ta’ mediċina ta’ l-għażla tagħha fl-Istat Membru ta’ żjara jew ta’ residenza.

    3. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 mhix applikabbli meta l-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali huma kuri ta’ karattru vitali. F’dan il-każ, l-awtorizzazzjoni preliminari msemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti li tiġi infurmata immedjatament mill-istituzzjoni ta’ l-Istat tal-post ta’ residenza.L-istituzzjoni kompetenti hija obbligata li taċċetta d-dikjarazzjonijiet u l-għażliet terapewtiċi relatati mal-bżonn ta’ kuri ta’ karattru vitali amministrati minn tobba rreġistrati ma’ l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni.

    4. Il-persuna kkonċernata tgħaddi l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara. Din hija obbligata li tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-persuna assigurata bl-iżvilupp ta’ l-istat ta’ saħħa ta’ din meta jidher li tinħtieġ b’mod mediku li titkompla l-kura. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tgħaddi immedjatament din l-informazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti.

    B) Teħid ta’ responsabbiltà finanzjarja ta’ benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali fil-qafas ta’ kuri ppjanati.

    5. Meta tingħata awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti tiżgura li terfa’ r-responsabbiltà għall-ispejjeż skond l-aktar rata għolja. Bħala riżultat ta’ dan, jekk għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali inkawża, r-rati ta’ l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara huma inqas minn dawk ta’ l-istituzzjoni kompetenti, il-persuna assigurata tista’ titlob lill-istituzzjoni kompetenti biex tħallasha d-differenza, fil-limitu ta’ dawn ir-rati.

    C) Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ żjara fil-kuntest ta’ kuri ppjanati.

    6. Fil-każijiet fejn l-istituzzjoni kompetenti tagħti awtorizzazzjoni, l-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ żjara inseparabbli mill-kura tal-persuna tittieħed ir-responsabbiltà finanzjarja tagħhom skond il-leġiżlazzjoni applikabbli mill-istituzzjoni kompetenti, għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għal persuna li trid takkumpanjaha.

    D) Membri tal-familja

    7. Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 6 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ persuna assigurata.

    L-Artikolu 27Benefiċċji fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti

    A) Proċedura li l-persuna assigurata trid issegwi

    1. Biex tibbenefika mill-benefiċċji fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-persuna assigurata titlob lit-tabib ta’ l-Istat Membru ta’ residenza li jkun iddikjara l-istat tas-saħħa tagħha biex jimla d-dokument intenzjonat biex jiċċertifika l-inkapaċità tagħha għax-xogħol.

    2. Il-persuna assigurata tgħaddi d-dokument komplut fit-tliet ġranet tax-xogħol ta’ wara l-konsultazzjoni medika:

    a) lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jekk il-persuna teżerċita attività professjonali hemmhekk;

    b) lill-istituzzjoni kompetenti fil-każijiet l-oħrajn.

    3. Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jeħlisx lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, b’mod partikulari fir-rigward ta’ min iħaddimha.

    4. Meta l-persuna assigurata terġa’ tibda taħdem, hija tinforma b’dan lill-istituzzjoni kompetenti, li tinforma jekk jinqala’ l-każ lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

    B) Proċedura li l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ residenza trid issegwi

    5. Fuq it-talba ta’ l-istituzzjoni kompetenti jew fil-każijiet imsemmija f’paragrafu 2(a) l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tmexxi, bħala bżonn, lill-persuna assigurata għall-eżami mediku daqs li kieku kienet assigurata magħha. Id-dettalji tar-rapport tat-tabib li jeżamina, li jindikaw notevolment it-tul ta’ żmien probabbli ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, jiġu trażmessi mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza lill-istituzzjoni kompetenti fi żmien tliet ġranet tax-xogħol ta’ wara d-data ta’ l-eżami.

    6. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza wara dan tipproċedi, bħala bżonn, għall-eżami amministrattiv jew mediku tal-persuna assigurata daqs li kieku kienet assigurata magħha. Minn meta tiddikjara li l-interessat huwa kapaċi li jerġa’ jibda jaħdem, hija tinformah b’dan mingħajr dewmien, kif ukoll lill-istituzzjoni kompetenti, filwaqt li tindika d-data li fiha tintemm l-inkapaċità għax-xogħol. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tal-paragrafu 10, in-notifika lill-interessat hija l-istess bħal deċiżjoni meħuda f’isem l-istituzzjoni kompetenti.

    7. Fuq it-talba ta’ l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza hija obbligata li teżamina l-persuna assigurata minn tabib magħżul mill-istituzzjoni kompetenti.

    C) Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi

    8. L-istituzzjoni kompetenti tħallas il-benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u tavża b’dan lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Madankollu, jekk il-benefiċċji fi flus jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti, din tinforma lill-interessat bid-drittijiet tiegħu. Hija tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza l-ammont ta’ benefiċċji fi flus, id-dati li fihom iridu jitħallsu u t-tul massimu ta’ żmien ta’ l-għotja tagħhom kif speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat kompetenti.

    9. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, id-dikjarazzjonijiet ta’ ċertifikat ta’ inkapaċità għax-xogħol ta’ persuna assigurata stabbilit fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet mediċi ta’ tabib li jikkura jkunu imposti fuq l-istituzzjoni kompetenti, bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm imġiba abbużiva.

    10. Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta l-benefiċċji fi flus minħabba li l-persuna assigurata ma qagħadx għall-formalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ residenza jew jekk hija tiddikjara permezz ta’ tabib ta’ l-għażla tagħha li l-persuna assigurata hija kapaċi li terġa’ tibda taħdem, hija tinnotifikaha bid-deċiżjoni tagħha u tavża b’dan fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

    D) Proċedura f’każ ta’ żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

    11. Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 10 japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata żżur Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

    L-Artikolu 28Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. L-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 japplika b’mod ugwali għall-benefiċjarji ta’ pensjoni ta’ diżabbiltà. Bi “tkomplija ta’ kura”, wieħed irid jifhem it-tkomplija tal-kura tal-marda sat-tmiem tagħha.

    2. Il-kelma “kura” tfisser kull servizz mediku effettwat bl-għan li titħares, tinżamm jew terġa’ tiġi stabbilita s-saħħa tal-persuni.

    3. L-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru883/2004 japplika mutatis mutandis għall-ħaddiem transfruntieri f’qgħad totali, kif ukoll għall-membri tal-familja tiegħu meta l-Istat Membru kompetenti ma jidhirx fil-lista ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    L-Artikolu 29Kontribuzzjonijiet ta’ min għandu pensjonijiet

    1. Meta l-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tieħu ħsieb, fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Regolament, pensjonijiet jew dħul skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew bosta Stati Membri oħrajn, hija ma tikkunsidrax l-ammonti tal-pensjonijiet jew tad-dħul li effettivament jitħallsu lill-persuna kkonċernata biex jiġi ddeterminat il-bażi ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet.

    2. Fl-ebda każ, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet maħruġ minn fuq il-pensjonijiet jew id-dħul inkwistjoni ma jista’ jkun akbar mill-ammont li jkun dovut minn persuna li għandha l-istess dħul miksub fl-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    L-Artikolu 30Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-benefiċċji għall-kuri fit-tul m’humiex kuri bħal dawk definiti fl-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament, iżda kuri ta’ manteniment jew ta’ għajnuna għall-ħajja ta’ kuljum tal-persuna kkonċernata bħala funzjoni għal-livell ta’ awtonomija tagħha.

    2. L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tinforma lill-persuna kkonċernata bl-eżistenza ta’ regola kontra l-koinċidenza u bil-kundizzjonijiet li fihom din tapplika għall-benefiċċji għall-kuri fit-tul inkawża. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ tali regoli għandha tiżgura lill-persuna li ma toqgħodx fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru kompetenti dritt għal ammont ta’ benefiċċju mill-inqas ugwali għal dak li hija tista’ tistenna kieku kienet toqgħod f’dan l-Istat Membru.

    3. Il-kummissjoni amministrattiva, jekk jinqala’ l-każ, tieħu l-miżuri ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

    L-Artikolu 31Miżuri partikulari ta’ applikazzjoni

    1. Il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu I, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali ma japplikax għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali b’mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili ta’ Stat Membru msemmija fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    2. Madankollu l-miżuri tal-paragrafu 1, l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 japplikaw għal kull persuna li tirċievi kemm pensjoni skond skema applikabbli għall-impjegati ċivili ta’ Stat Membru msemmi fl-Anness 2 u pensjoni skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

    3. Il-miżuri ta’ applikazzjoni prattika tal-paragrafi 1 u 2 jittieħdu mill-kummissjoni amministrattiva.

    Kapitolu II – Benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol

    L-Artikolu 32 Dritt għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali u fi flus f’każ ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

    Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-proċeduri definiti fl-Artikoli 24 sa 27 ta’ dan ir-Regolament japplikaw mutatis mutandis .

    L-Artikolu 33Kuri ppjanati

    L-awtorizzazzjoni speċifikata mill-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ma tistax tiġi rrifjutata mill-istituzzjoni kompetenti lil ħaddiem bil-paga jew self-employed vittma ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda kkawżata mix-xogħol imdaħħal biex jibbenefika minn benefiċċji għar-responsabbiltà ta’ din, meta l-kura adattata għall-istat tiegħu ma tistax tingħatalu fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru fejn joqgħod fi żmien aċċettabbli fuq il-pjan mediku filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istat attwali ta’ saħħtu u ta’ l-iżvilupp probabbli tal-marda.

    L-Artikolu 34Kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda kkawżata mix-xogħol li seħħew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

    1. Meta inċident fuq il-post tax-xogħol iseħħ jew meta l-marda kkawżata mix-xogħol hija stabbilita b’mod mediku għall-ewwel darba fuq it-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni ta’ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda kkawżata mix-xogħol trid issir b’konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat kompetenti, mingħajr preġudizzju, jekk jinqala’ l-każ, għal miżuri legali fis-seħħ fuq it-territorju ta’ l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, u li jibqgħu applikabbli f’tali każ. Din id-dikjarazzjoni hija indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti u kopja hija mibgħuta lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ żjara.

    2. L-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, tgħaddi lill-istituzzjoni kompetenti ċ-ċertifikati mediċi maħruġa fuq dan it-territorju u, fuq it-talba ta’ dan ta’ l-aħħar, kull informazzjoni adatta.

    3. Jekk, f’każ ta’ inċident matul il-vjaġġ li jseħħ fuq it-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, jaqbel li wieħed jipproċedi għal inkjesta fuq it-territorju ta’ l-ewwel Stat Membru, uffiċjali ta’ l-investigazzjoni jista’ jkun innominat għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li tinforma b’dan lill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru. Dawn l-awtoritajiet jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-uffiċjal ta’ l-investigazzjoni, billi jinnominaw notevolment persuna responsabbli biex tgħinu għall-konsultazzjoni tar-rapporti u ta’ kull dokument ieħor relatat ma’ l-inċident.

    4. Mal-ħruġ tat-trattament, rapport dettaljat akkumpanjat miċ-ċertifikati mediċi dwar il-konsegwenzi permanenti ta’ l-inċident jew tal-marda, b’mod partikulari l-istat attwali tal-vittma kif ukoll il-fejqan tal-feriti, jiġi trażmess lill-istituzzjoni kompetenti. L-onorarji rilevanti jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew mill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara, skond il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni kompetenti.

    5. Fuq it-talba ta’ l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara, skond il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data ta’ fejqan tal-feriti kif ukoll, jekk jinqala’ l-każ d-deċiżjoni relatata ma’ l-għoti ta’ pagament.

    L-Artikolu 35 Kwistjoni dwar il-karattru professjonali ta’ l-inċident jew tal-marda

    1. Meta l-istituzzjoni kompetenti targumenta li, fil-qafas ta’ l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-leġiżlazzjoni relatata ma’ l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mal-mard ikkawżati mix-xogħol hija applikabbli, hija tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali, li għalhekk huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-assigurazzjoni ta’ mard.

    2. Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali. Din tkompli tagħti l-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali skond l-assigurazzjoni ta’ mard, jekk il-ħaddiem bil-paga jew self-employed għandu dritt għalihom, fil-każ fejn ma jkunx inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda kkawżata mix-xogħol. Fil-każ kuntrarju, l-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali li bbenefika minnhom l-interessat skond l-assigurazzjoni ta’ mard ikunu kkunsidrati mill-ewwel konsultazzjoni medika ta’ l-inċident jew tal-marda bħala benefiċċji ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda kkawżata mix-xogħol.

    L-Artikolu 36 Proċedura f’każ ta’ espożizzjoni għar-riskju ta’ mard ikkawżat mix-xogħol f’bosta Stati Membri

    1. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, id-dikjarazzjoni tal-marda kkawżata mix-xogħol tiġi trażmessa kemm lill-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta’ mard ikkawżat mix-xogħol ta’ l-Istat li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li tgħaddi din id-dikjarazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti msemmija.

    Jekk din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar tiddikjara li attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, hija tgħaddi d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni li tmur magħha lill-istituzzjoni korrispondenti ta’ dan l-Istat Membru.

    2. Meta l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol tiddikjara li l-vittma jew min jibqa’ ħaj ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni, l-istituzzjoni msemmija tgħaddi mingħajr dewmien lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol, d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni kollha li tmur magħha, inklużi l-konsultazzjonijiet u r-rapporti ta’ l-esperti mediċi li fuqhom ipproċediet l-ewwel istituzzjoni, kif ukoll kopja tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

    Hija tinnotifika fl-istess ħin bid-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata, billi tindika notevolment ir-raġunijiet li wasslu għar-rifjut tal-benefiċċji, il-mezzi u t-tul ta’ żmien għal appell, kif ukoll id-data ta’ meta l-fajl ġie mgħoddi lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna assigurata eżerċita qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol.

    3. Jista’ jkun, jekk jinqala’ każ, li terġa’ tinbeda, skond l-istess proċedura, sa l-istituzzjoni korrispondenti ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-ewwel attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol.

    L-Artikolu 37 Skambju ta’ informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut

    1. F’każ ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut meħuda mill-istituzzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol, din l-istituzzjoni hija marbuta li tinforma b’dan lill-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 36(2), u li tavżaha wara dan bid-deċiżjoni definittiva meħuda.

    2. Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti skond il-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, din l-istituzzjoni tagħmel pagamenti bil-quddiem li l-ammonti tagħhom ikunu determinati, jekk jinqala’ l-każ, wara konsultazzjoni ma’ l-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell. Din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar trodd lura l-ammont ta’ pagamenti mħallsa bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont huwa mbagħad miżmum fuq l-ammont ta’ benefiċċji dovuti lill-interessat, b’konformità mal-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71.

    L-Artikolu 38 Aggravament ta’ marda kkawżata mix-xogħol

    Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-kwerelant huwa marbut li jipprovdi lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li quddiemha jargumenta d-drittijiet għal benefiċċji kull informazzjoni relatata mal-benefiċċji mogħtija qabel dan għall-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol. Din l-istituzzjoni tista’ tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb it-tagħrif li hija tħoss meħtieġ.

    L-Artikolu 39Evalwazzjoni tal-grad ta’ inkapaċità f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda kkawżata mix-xogħol li seħħu qabel jew wara.

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, meta inkapaċità għax-xogħol qabel jew wara kienet kaġun ta’ inċident li seħħ waqt li l-interessat kien suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma jagħmilx distinzjoni skond l-oriġini ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti għall-inkapaċità tax-xogħol qabel jew wara jew l-organu nnominat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru inkawża huma marbuta, fuq it-talba ta’ l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, li jipprovdu d-dettalji fuq il-grad ta’ l-inkapaċità tax-xogħol qabel u wara, kif ukoll, kemm jista’ jkun possibbli, it-tagħrif li jippermetti li jiġi determinat jekk l-inkapaċità hix il-konsegwenza ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tat-tieni Stat Membru.

    F’dan il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tikkunsidra, b’konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, għall-għotja tad-dritt u d-determinazzjoni ta’ l-ammont tal-benefiċċji, l-grad ta’ inkapaċità kkaġunata minn dawn il-każijiet ta’ qabel jew ta’ wara.

    L-Artikolu 40Introduzzjoni u direttivi tat-talbiet ta’ pensjonijiet jew ta’ sussidji supplimentari

    1. Biex jibbenefika minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, l-ħaddiem bil-paga jew self-employed jew dawk li jibqgħu ħajjin warajh li joqogħdu fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, huma marbutin li jindirizzaw talba kemm lill-istituzzjoni kompetenti, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li tittrażmettiha lill-istituzzjoni kompetenti. It-talba trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata mitluba u stabbilita skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni kompetenti.

    2. L-istituzzjoni kompetenti tinnotifika bid-deċiżjoni tagħha direttament lill-applikant jew permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-organu ta’ kuntatt ta’ l-Istat kompetenti; hija tibgħat kopja ta’ din id-deċiżjoni lill-organu ta’ kuntatt ta’ l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu joqgħod l-applikant.

    L-Artikolu 41Miżuri partikulari ta’ applikazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali ma japplikawx għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali b’mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili ta’ Stat Membru msemmi fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    Kapitolu III – Għotjiet għall-mewt

    L-Artikolu 42 Talba għal għotjiet għall-mewt

    Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, it-talba għal għotjiet għall-mewt trid tiġi indirizzata lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza ta’ l-applikant.

    Kapitolu IV – Benefiċċji ta’ diżabbiltà u pensjonijiet ta’ xjuħija u ta’ min jibqa’ ħaj

    L-Artikolu 43 Kalkolu tal-benefiċċju

    1. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ l-ammont teoretiku u ta’ l-ammont attwali tal-benefiċċju b’konformità ma’ l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ir-regoli speċifikati fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament japplikaw.

    2. Meta perjodi kontinwi ta’ assigurazzjoni volontarja jew ta’ għażla ma ġewx ikkunsidrati skond l-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu ġew imwettqa dawn il-perjodi tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi ma’ dawn il-perjodi skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li huwa japplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat skond l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, huwa miżjud bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodi ta’ assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta’ għażla.

    3. L-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru tikkalkula, skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perjodi ta’ assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta’ għażla li, skond l-Artikolu 53(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, m’huwiex suġġett għall-klawżoli ta’ irtirar, ta’ tnaqqis jew ta’ tneħħija ta’ Stat Membru ieħor.

    L-Artikolu 44 Kunsiderazzjoni tal-perjodi ta’ edukazzjoni tat-tfal

    Mingħajr preġudizzju tal-kompetenza ta’ l-Istat Membru ddeterminata skond il-miżuri tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li fih il-benefiċjarju tal-pensjoni kien jgħix matul l-itwal żmien matul it-tnax-il xahar mit-twelid tat-tarbija trid tikkunsidra l-perjodi ta’ edukazzjoni tat-tfal fi Stat Membru ieħor, sakemm il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor ma tiġix applikabbli għall-persuna kkonċernata minħabba li tagħmel xogħol jew attività ta’ self-employed .

    L-Artikolu 45Talba għal benefiċċji

    A) Bidu tat-talba għal benefiċċji skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. Biex jibbenefika minn benefiċċji skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-applikant jindirizza talba lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru taħt liema leġiżlazzjoni huwa kien suġġett fil-mument fejn seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn diżabbiltà jew l-aggravament ta’ din l-inkapaċità.

    2. Jekk il-benefiċċji ta’ mard fi flus kienu mogħtija, id-data ta’ tmiem tal-perjodi ta’ għoti ta’ dawn il-benefiċċji, jekk jinqala’ l-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data ta’ bidu tat-talba għal pensjoni.

    3. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni li magħha l-interessat kien irreġistrat l-aħħar tikkomunika lill-istituzzjoni li fil-bidu kienet qiegħda tagħti l-benefiċċji l-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Minn din id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament ta’ l-inkapaċità jiġu rtirati jew imnaqqsa sal-limitu tal-benefiċċju supplimentari msemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    B) Bidu ta’ talbiet oħrajn għal benefiċċji

    4. F’sitwazzjonijiet oħrajn li m’humiex dawk imsemmija fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-applikant jindirizza talba kemm lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tiegħu, jekk l-interessat kien suġġett f’mument speċifiku għal-leġiżlazzjoni li tapplika din l-istituzzjoni, kemm lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-interessat kien suġġett l-aħħar fil-każijiet l-oħrajn.

    5. Id-data tal-bidu tat-talba tgħodd fir-rigward ta’ l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.

    6. B’deroga tal-paragrafu 5, jekk, fit-talba tiegħu, l-applikant ma indikax il-perjodi kollha ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħrajn anke jekk kien mitlub li jagħmel dan b’mod espliċitu, id-data ta’ meta l-applikant jagħmel it-talba inizjali tiegħu jew jibda talba ġdida li għandha l-perjodi neqsin hija kkunsidrata bħala d-data ta’ bidu tat-talba għall-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni inkawża, suġġetta għal miżuri aktar favorevoli ta’ din il-leġiżlazzjoni.

    7. Talba għal benefiċċji indirizzata lill-istituzzjoni ta’ Stat Membru tfisser awtomatikament il-ħlas konkomitanti ta’ benefiċċji taħt il-leġiżlazzjonijiet ta’ l-Istati Membri kollha inkawża li tagħhom l-applikant issodisfa l-kundizzjonijiet.Madankollu, dan il-ħlas konkomitanti ma jseħħx fil-każ fejn, b’konformità ma’ l-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-applikant talab li jkun differit il-ħlas ta’ benefiċċji li se jinkisbu taħt il-leġiżlazzjoni ta’ wieħed jew bosta Stati Membri.

    L-Artikolu 46Dokumenti u dettalji li jridu jakkumpanjaw it-talba mill-applikant

    1. It-talba tinbeda mill-applikant skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) u (4), u trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata meħtieġa. L-applikant isemmi kemm l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni ta’ diżabbiltà, ta’ xjuħija jew ta’ mewt (pensjonijiet) ta’ kull Stat Membru li miegħu l-persuna assigurata kienet irreġistrata, kif ukoll, jekk hemm inkawża ħaddiem bil-paga, il-prinċipal jew prinċipali li kien jaħdem għalihom fuq it-territorju ta’ kull Stat Membru u jipproduċi ċ-ċertifikati rilevanti fil-pussess tiegħu.

    2. Jekk, b’konformità ma’ l-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-applikant jitlob li jkun differit mill-ħlas ta’ benefiċċji ta’ xjuħija li jkunu nkisbu taħt il-leġiżlazzjoni ta’ wieħed jew bosta Stati Membri, huwa jrid jippreċiża taħt liema leġiżlazzjoni qiegħed jitlob id-differiment mill-ħlas ta’ benefiċċji.

    L-Artikolu 47 Investigazzjoni għal talbiet mill-istituzzjonijiet

    A) Istituzzjoni ta’ investigazzjoni

    1. It-talba għal benefiċċji hija investigata mill-istituzzjoni għal liema ġiet indirizzata jew mgħoddija mill-ġdid b’konformità mal-miżuri ta’ l-Artikolu 45(1) jew (4). Din l-istituzzjoni tissejjaħ minn hawn ’il quddiem “l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni”.

    B) Investigazzjoni għal talbiet ta’ benefiċċji fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tgħaddi l-fatti kollha ta’ l-interessat lill-istituzzjoni li magħha dan kien irreġistrat qabel, li tipprepara l-fajl minn naħa tagħha.

    3. L-Artikoli 48 sa 52 m’humiex applikabbli għad-investigazzjoni għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    C) Investigazzjoni għal talbiet oħrajn ta’ benefiċċji

    4. Fis-sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tittrażmetti immedjatament it-talbiet ta’ benefiċċji lill-istituzzjonijiet kollha inkawża sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu ppreparati fl-istess ħin u mingħajr dewmien minn dawn l-istituzzjonijiet kollha. Hija tgħaddilhom il-perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, akkumpanjati, jekk jinqala’ l-każ, miċ-ċertifikati ppreżentati mill-applikant.

    5. Kull waħda mill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża tgħaddi lill-istituzzjoni ta’ investigazzjoni l-perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Ħlief fil-każ speċifikat mill-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament, kull istituzzjoni tindikalha ukoll l-ammont tal-benefiċċju supplimentari imsemmi fl-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jekk id-dritt għall-benefiċċji hux mogħti fil-kunsiderazzjoni tad-dritt nazzjonali biss.

    6. L-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tgħaddi lill-istituzzjonijiet kollha inkawża l-informazzjoni kollha li hija kisbet. Fuq din il-bażi, kull waħda mill-istituzzjonijiet inkawża tipproċedi għall-kalkolu ta’ l-ammonti teoretiċi u attwali tal-benefiċċji b’konformità ma’ l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tikkomunika dawn l-ammonti lill-istituzzjoni ta’ investigazzjoni.

    7. Minn meta l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 5, tiddikjara li hemm lok li jiġu applikati l-miżuri ta’ l-Artikolu 46(2), jew ta’ l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, hija tavża b’dan lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

    8. Biex tippermetti lill-applikant li jeżerċita d-dritt għad-differiment speċifikat fl-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tgħaddilu l-informazzjoni kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tippermettilu jsir jaf il-konsegwenzi tal-ħlas konkomitanti tal-benefiċċji li huwa qiegħed jistenna. L-applikant jindirizza kull talba eventwali għal differiment lill-istituzzjoni ta’ investigazzjoni, li tgħaddiha mingħajr dewmien lill-istituzzjoni inkawża.

    L-Artikolu 48Komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet lill-applikant

    1. Kull istituzzjoni tinnotifika lill-applikant, skond il-miżuri li hija tapplika, bid-deċiżjoni ta’ ħlas li hija ħadet. Kull deċiżjoni tippreċiża l-mezzi u t-tul ta’ żmien għal appell li japplikaw għaliha. Kopja ta’ kull deċiżjoni tiġi trażmessa lill-istituzzjoni ta’ investigazzjoni. Mar-riċevuta tal-kopja tad-deċiżjonijiet kollha, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tinnotifika lill-applikant, fil-lingwa tiegħu u skond il-modalitajiet ta’ l-Artikolu 3(4), b’nota ta’ rikapitulazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Hija tgħaddi ugwalment din in-nota ta’ rikapitulazzjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

    2. In-nota ta’ rikapitulazzjoni li ġiet notifikata lill-applikant b’konformità ma’ l-Artikolu 3(4), trid tiġi kkunsidrata bħal deċiżjoni ġdida li tista’ tiġi taħt appell.

    L-Artikolu 49Determinazzjoni tal-grad ta’ diżabbiltà

    1. Fil-każ fejn il-miżuri ta’ l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ikunu applikabbli, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni hija awtorizzata biss li tieħu d-deċiżjoni dwar l-istat ta’ diżabbiltà ta’ l-applikant. Hija tieħu din id-deċiżjoni minn meta hija f’pożizzjoni li tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet ta’ l-għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika humiex issodisfatti, waqt li jiġu kkunsidrati, jekk jinqala’ l-każ, il-miżuri ta’ l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Hija tinnotifika mingħajr dewmien b’din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

    Jekk il-kundizzjonijiet ta’ għoti tad-dritt, ħlief dawk relatati ma’ l-istat ta’ diżabbiltà, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, ma jkunux sodisfatti, waqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta’ l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tavża b’dan immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li għal leġiżlazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-aħħar. Din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar hija awtorizzata li tieħu d-deċiżjoni relatata ma’ l-istat ta’ diżabbiltà ta’ l-applikant jekk il-kundizzjonijiet ta’ għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika huma sodisfatti; hija tinnotifika mingħajr dewmien b’din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

    Jekk jinqala’ l-każ, ikun hemm lok li tmur lura, fl-istess kundizzjonijiet, għall-għoti tad-dritt, sa l-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta’ diżabbiltà ta’ l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta’ liema l-applikant kien suġġett l-ewwel.

    2. Fil-każ fejn il-miżuri ta’ l-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 m’humiex applikabbli, biex jiġi determinat il-grad ta’ diżabbiltà, kull istituzzjoni għandha d-dritt li teżamina l-applikant minn tabib ta’ l-għażla tagħha. Madankollu, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru tikkunsidra d-dokumenti u r-rapporti mediċi ta’ kull Stat membru ieħor daqs li kieku ġew stabbiliti fl-Istat Membru stess.

    3. Meta l-eżami mediku jsir fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta’ residenza ta’ l-interessat, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ żjara relatati ma’ dan jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni li wasslet għal dan l-eżami mediku.

    L-Artikolu 50Pagamenti proviżorji u ħlas bil-quddiem fuq benefiċċji

    1. Minkejja l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, kull istituzzjoni li tiddikjara, matul id-investigazzjoni ta’ talba għal benefiċċji, li l-applikant għandu dritt għal benefiċċju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, b’konformità ma’ l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tħallas immedjatament dan il-benefiċċju. Dan il-pagament huwa kkunsidrat bħala proviżorju jekk l-ammont mogħti jista’ jkun affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta’ investigazzjoni tat-talba.

    2. Jekk l-ebda benefiċċju b’mod proviżorju ma jista’ jitħallas lill-applikant skond il-paragrafu 1 iżda jirriżulta minn informazzjoni riċevuta li dritt huwa mogħti taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ investigazzjoni tagħtih ħlas bil-quddiem li jista’ jittieħed lura li l-ammont tiegħu huwa l-eqreb possibbli għal dak li x’aktarx ikun mogħti fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    3. L-istituzzjoni marbuta li tħallas benefiċċji proviżorji skond il-paragrafi 1 jew 2 tinforma b’dan immedjatament lill-applikant billi tiġbidlu l-attenzjoni b’mod espliċitu għan-natura proviżorja tal-miżura meħuda u għal-fatt li hija biss id-deċiżjoni ta’ ħlas li għadha ġejja li tkun tista’ tiġi appellata.

    L-Artikolu 51Kalkolu ġdid tal-benefiċċji

    1. F’każ ta’ kalkolu ġdid tal-benefiċċji fl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament huwa applikabbli mutatis mutandis .

    2. F’każ ta’ kalkolu ġdid, ta’ rtirar jew ta’ sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet din id-deċiżjoni tinnotifikaha mingħajr dewmien lill-interessat skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 3(4) sa (7), u tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ liema l-interessat għandu dritt.

    L-Artikolu 52Miżuri maħsuba biex iħaffu l-ħlas tal-benefiċċji

    1. Meta l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ssir applikabbli għal persuna, l-organu nnominat mill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tittrażmetti lill-organu nnominat mill-Istat Membru li tiegħu din il-persuna għandha n-nazzjonalità kull informazzjoni relatata ma’ l-identifikazzjoni ta’ din il-persuna, inkluż in-numru ta’ identifikazzjoni li jkun attribwit lilha mill-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta’ pensjoni ta’ l-ewwel Stat Membru, kif ukoll l-isem ta’ l-istituzzjoni kompetenti msemmija. Huwa jgħaddi wkoll lil dan l-organu kull informazzjoni oħra li x’aktarx tista’ tiffaċilita u tħaffef il-pagamenti l-oħrajn tal-pensjonijiet.

    2. Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-persuni mingħajr stat u r-rifuġjati kif ukoll il-persuni li qatt ma kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru li huma ċ-ċittadini tiegħu huma kkunsidrati bħala ċittadini ta’ l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu huma kienu suġġetti l-ewwel.

    3. L-istituzzjonijiet inkawża jipproċedu, fuq it-talba ta’ l-interessat jew ta’ l-istituzzjoni li magħha huwa rreġistrat f’dak il-mument, għad-dettalji tal-karriera tiegħu, sa mhux aktar tard mid-data ta’ sena qabel id-data li fiha huwa jilħaq l-età tal-pensjoni.

    4. Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri tal-paragrafi preċedenti.

    L-Artikolu 53Miżuri ta’ koordinazzjoni fi Stat Membru

    1. Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli biex tiddetermina l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-pensjoni, dawn ir-regoli japplikaw waqt li jiġu kkunsidrati unikament il-perjodi ta’ assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.

    2. Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli ta’ koordinazzjoni bejn l-iskemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili u l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga, dawn ir-regoli ma jintlaqtux mill-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament.

    Kapitolu V – Benefiċċji ta’ qgħad

    L-Artikolu 54 Kalkolu tal-benefiċċji

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata hija suġġetta matul l-aħħar attività tagħha bil-paga jew self-employed tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza u fuq it-talba ta’ din l-elementi kollha meħtieġa għal kalkolu tal-benefiċċji ta’ qgħad, notevolment l-ammont tas-salarju jew tad-dħul professjonali rċevut.

    2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, meta l-ħaddiem imsemmi fl-Artikolu 65(5) tar-Regolament imsemmi, li mhux ħaddiem transfruntieri, li qatt ma kellu l-kwalità ta’ ħaddiem bil-paga suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ residenza, il-benefiċċji ta’ qgħad jiġu kkalkulati fuq il-bażi tas-salarju normali korrispondenti, f’dan l-Istat Membru, għal impjieg ekwivalenti jew analogu għal dak li huwa eżerċita l-aħħar fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minkejja l-Artikolu 63 tar-Regolament imsemmi, l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja skond in-numru tal-membri tal-familja tikkunsidra ugwalment membri tal-familja ta’ l-interessat li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu joqogħdu fl-Istat Membru kompetenti. Din il-miżura ma tapplikax jekk, fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ membri tal-familja, persuna oħra għandha dritt għal benefiċċji ta’ qgħad għall-kalkolu ta’ liema dawn il-membri tal-familja jiġu kkunsidrati.

    L-Artikolu 55Kundizzjonijiet u limiti taż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji għal persuna qieg ħda li tmur fi Stat Membru ieħor

    1. Sabiex tibbenefika mill-miżuri ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor tinforma lill-istituzzjoni kompetenti qabel it-tluq tagħha u titlobha dokument li jiċċertifika li hija jibqa’ jkollha d-dritt għall-benefiċċji bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    Din l-istituzzjoni tinformaha bl-obbligi tagħha li huma r-responsabbiltà tagħha u tgħaddilha d-dokument imsemmi li jinkludi notevolment:

    a) id-data li fiha l-persuna qiegħda waqfet li tkun għad-dispożizzjoni tas-servizzi tax-xogħol ta’ l-Istat kompetenti;

    b) it-tul ta’ żmien mogħti b’konformità ma’ l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret;

    c) il-perjodu massimu li matulu d-dritt għall-benefiċċji jista’ jinżamm b’konformità ma’ l-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

    d) il-fatti li jistgħu jbiddlu d-dritt għall-benefiċċji.

    2. Il-persuna qiegħda tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tax-xogħol ta’ l-Istat Membru fejn hija tmur b’konformità mal-miżuri ta’ l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tgħaddi lill-istituzzjoni ta’ dan l-Istat Membru d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1. Fin-nuqqas ta’ dan, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

    3. Is-servizzi tax-xogħol ta’ l-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret biex tfittex impjieg tinforma lill-persuna qiegħda bl-obbligi tagħha.

    4. L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bid-data ta’ reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda mas-servizzi tax-xogħol u bl-indirizz ġdid tagħha.

    Kull xahar, matul il-perjodu li fih il-persuna qiegħda għandha d-dritt għaż-żamma tal-benefiċċji, hija tgħaddi lill-istituzzjoni kompetenti l-informazzjoni rilevanti dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda u notevolment jekk din hix dejjem irreġistrata mas-servizzi tax-xogħol u jekk hix qed timxi b’konformità mal-proċeduri organizzati ta’ kontroll.

    5. L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tipproċedi jew tqabbad il-proċediment għall-kontroll daqs li kieku din kienet persuna qiegħda li tibbenefika minn benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Hija tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bis-seħħ b’dak kollu msemmi f’paragrafu 1(d).

    6. L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ żewġ jew bosta Stati Membri jistgħu jiddefinixxu bejniethom ġabra ta’ miżuri maħsuba biex jiffavorixxu t-tfittxija għal xogħol tal-persuni qiegħda li jmorru f’wieħed minn dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    L-Artikolu 56Persuna qiegħda li kienet toqgħod fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

    1. Meta l-persuna qiegħda tiddeċiedi, b’konformità ma’ l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol kemm fl-Istat Membru ta’ residenza u fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, hija tinforma b’dan qabel kollox lill-istituzzjoni u s-servizzi tax-xogħol tal-post ta’ residenza tagħha.

    Fuq it-talba tas-servizzi tax-xogħol ta’ l-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, is-servizzi tax-xogħol tal-post ta’ residenza jgħaddu l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda.

    2. Meta d-dritt għall-benefiċċji huwa marbut mat-twettiq ta’ ċerti obbligi mill-persuna qiegħda skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ residenza, l-impenji eventwali tal-persuna qiegħda mas-servizzi tax-xogħol ta’ l-Istat Membru l-ieħor jiġu kkunsidrati. Hija r-responsabbiltà tal-persuna qiegħda li tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza dwar l-iskeda u n-natura ta’ dawn l-impenji.

    3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar tindika lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, fuq it-talba ta’ din, jekk il-ħaddiem għandux dritt għall-benefiċċji skond l-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

    Kapitolu VI – Benefiċċji tal-familja

    L-Artikolu 57 Regoli ta’ prijorità f’każ ta’ akkumulazzjoni

    Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 68(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, meta r-residenza tat-tfal ma tippermettix li tiġi determinata l-ordni ta’ prijorità, kull Stat Membru kkonċernat jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi dawk tat-tfal li ma joqogħdux fuq it-territorju tiegħu. L-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tispeċifika l-ammont l-aktar għoli ta’ benefiċċji tagħti s-somma sħiħa ta’ dan l-ammont. L-istituzzjoni kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor troddilha lura nofs l-ammont imsemmi, fil-limitu ta’ l-ammont speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar.

    L-Artikolu 58 Regoli applikabbli meta l-persuna hija suġġetta suċċessivament għal-leġiżlazzjoni ta’ bosta Stati Membri matul l-istess perjodu jew parti ta’ perjodu

    1 Jekk persuna kienet suġġetta suċċessivament għal-leġiżlazzjoni ta’ żewġ Stati Membri matul xahar kalendarju, ikunu xi jkunu d-dati ta’ tmiem għall-ħlas tal-benefiċċji tal-familja speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta’ dawn l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset dawn il-benefiċċji tal-familja fl-applikazzjoni ta’ l-ewwel leġiżlazzjoni applikata matul il-perjodu kkonċernat terfa’ din ir-responsabbiltà sa l-aħħar ta’ -xahar kurrenti.

    2 Hija tinforma lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru l-ieħor bid-data ta’ tmiem li fiha hija tieqaf milli tħallas il-benefiċċji tal-familja inkawża.

    L-Artikolu 59Proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    1. It-talba għal għoti ta’ benefiċċji tal-familja hija indirizzata bi prijorità:

    a) lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru ta’ xogħol meta jeżisti dritt għall-benefiċċji taħt attività bil-paga jew self-employed , u li l-konjuġi ta’ min qiegħed jagħmel it-talba ma għandux dritt għall-benefiċċji taħt attività bil-paga jew self-employed ta’ Stat Membru ieħor;

    b) fil-każijiet l-oħra, lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tat-tfal jew lil waħda minn dawn l-istituzzjonijiet jekk it-tfal joqogħdu fi Stati Membri differenti.

    2. L-istituzzjoni mqabbda b’konformità mal-paragrafu 1 teżamina t-talba fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni dettaljata pprovduta minn min qiegħed jagħmel it-talba u, kull darba li jkun hemm bżonn, tieħu deċiżjoni b’mod proviżorju fuq ir-regoli ta’ prijorità applikabbli waqt li jkunu kkunsidrati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ dritt li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-familja ta’ min qiegħed jagħmel it-talba. Hija tinforma b’dan lil min qiegħed jagħmel it-talba u tagħtih b’mod proviżorju l-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

    3. Id-deċiżjoni proviżorja fuq ir-regoli ta’ prijorità applikabbli fi flus hija indirizzata lil kull waħda mill-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membru jew l-Istati Membri l-oħrajn li l-leġiżlazzjonijiet tagħhom eventwalment jagħtu d-drittijiet għall-benefiċċji. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom xahar mid-data ta’ meta ntbagħtet id-deċiżjoni proviżorja biex jikkuntestawha jew jitolbu aktar informazzjoni.

    Fit-tmiem ta’ dan iż-żmien, id-deċiżjoni ta’ l-istituzzjoni mqabbda b’konformità mal-paragrafu 1 tista’ tiġi opposta mill-istituzzjonijiet kkonċernati. Fuq din il-bażi, kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tistabbilixxi tnaqqis ta’ l-ammont tal-benefiċċji dovuti lill-benefiċjarju u tgħaddih mill-aktar fis lill-istituzzjoni mqabbda.

    4. L-istituzzjoni mqabbda b’konformità mal-paragrafu 1 tibgħat lil min qiegħed jagħmel it-talba d-deċiżjoni relatata ma’ l-ordni tal-prijoritajiet tiegħu għall-għoti tal-benefiċċji flimkien mat-tnaqqis tagħhom kif stabbiliti mill-istituzzjonijiet ikkonċernati.

    5. L-istituzzjoni li pproċediet għall-ħlas ta’ benefiċċji b’mod proviżorju għal ammont li jaqbeż dak li hija fl-aħħar nett responsabbli għalih tibgħat lill-istituzz joni prijoritarja għall-irkupru tal-ħlas żejjed skond il-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71.

    L-Artikolu 60Proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jekk l-istituzzjoni kompetenti tiddikjara li d-dritt mhux mogħti skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, hija tgħaddi mingħajr dewmien din it-talba flimkien mad-dokumenti kollha u t-tagħrif me ħtieġ lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kienet l-aktar suġġetta. Jista’ jkun li tmur lura, jekk jingħata l-każ, fl-istess kundizzjonijiet, sa l-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-interessat wettaq l-iqsar perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza tiegħu.

    Titolu IV – Miżuri finanzjarji

    Kapitolu I – Rimborż tal-benefiċċji fl-appl ikazzjoni ta’ l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    Sezzjoni 1 – Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż attwali

    L-Artikolu 61 Prinċipji

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-ammont attwali tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija huwa rrimburżat mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni li tathom, bħal kif jirriżulta mill-kontabilità ta’ din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar, ħlief f’każ ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament.

    2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-membri tal-familja li joqogħdu fi Stat Membru ieħor li l-persuna assigurata, fil-każijiet imsemmija ta’ l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tal-pensjonant u tal-membri tal-familja tiegħu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, hija kkunsidrata bħala l-istituzzjoni kompetenti.

    3. Jekk parti minn jew l-ammont attwali kollu tal-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jirriżultax mill-kontabilità ta’ l-istituzzjoni li tathom, l-ammont li jrid jiġi rrimburżat huwa determinat fuq il-bażi ta’ rata fissa stabbilita mir-referenzi adattati kollha maħruġa mill-fatti disponibbli. Il-kummissjoni amministrattiva tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.

    4. Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għar-rimborż.

    5. Il-miżuri tal-paragrafu 1 huma applikabbli mutatis mutandis għar-rimborż tal-benefiċċji fi flus imħallsa b’konformità mal-miżuri ta’ l-Artikolu 27(8), it-tieni frażi.

    Sezzjoni 2 – Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta’ rati fissi

    L-Artikolu 62 Identifikazzjoni ta’ l-Istati Membri kkonċernati

    1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li tagħhom l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi jagħmlu r-rimborż inadegwat fuq il-bażi ta’ spejjeż reali, huma msemmija fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.

    2. Stat Membru jista’ jirrinunzja li juża l-metodu ta’ rimborż b’rata fissa bil-kundizzjoni li din ir-rinunzja tibda sseħħ mill-bidu tas-sena kalendarja. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat huwa marbut li jinforma lill-kummissjoni amministrattiva bil-bidla sa mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar ta’ Ġunju tas-sena li tiġi qabel dik li fiha il-bidla għandha tibda sseħħ.

    3. Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, l-ammont tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija lill-membri tal-familja li ma joqogħdux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom skond l-Artikoli 22, 24(1), 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 883/224 huwa rrimburżat mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li taw il-benefiċċji msemmija, fuq il-bażi ta’ rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. L-ammont ta’ din ir-rata fissa jrid ikun qrib kemm jista’ jkun għall-ispejjeż attwali.

    L-Artikolu 63Metodu ta’ kalkolu tar-rati fissi

    1. Għal kull Stat Membru debitur, ir-rata fissa għal sena kalendarja hija ugwali għas-somma tal-prodotti miksuba billi tiġi mmultiplikata l-ispiża annwali medja għal kull persuna skond il-klassifikazzjonijiet differenti ta’ età bin-numru ta’ persuni li jridu jiġu kkunsidrati f’kull klassifikazzjoni ta’ età u billi jiġi applikat tnaqqis għar-riżultat.

    RATA FISSA = | [pic] |

    F’din il-formola, it-tifsira tas-simboli hija li ġejja:

    - L-indiċi ta’ l-għadd i (il-valuri i = 1, 2 u 3) jirrappreżentaw it-tliet klassifikazzjonijiet ta’ età miżmuma għall-kalkolu tar-rata fissa:

    i = 1 : persuni ta’ taħt l-20 sena

    i = 2 : persuni ta’ bejn l-20 u l-64 sena

    i = 3 : persuni minn 65 sena u aktar.

    - Il-ko-effiċjent X (numru bejn 0 u 1) jirrappreżenta t-tnaqqis miżmum, bħalma huwa ddefinit fil-paragrafu 4.

    - Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali tal-persuni tal-klassifikazzjoni ta’ età i, bħalma hija ddefinita fil-paragrafu 2.

    - Zi jirrappreżenta n-numru medju ta’ persuni tal-klassifikazzjoni ta’ età i li jridu jiġu kkunsidrati, bħalma huwa ddefinit fil-paragrafu 3.

    2. L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-klassifikazzjoni ta’ età i tinkiseb billi jiġu diviżi l-ispejjeż annwali relatati mat-total tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali mogħtija mill-istituzzjonijiet ta’ l-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha tal-klassifikazzjoni ta’ età kkonċernata suġġetti għal-leġiżlazzjoni tiegħu u li joqogħdu fuq it-territorju tiegħu bin-numru medju annwali ta’ persuni ta’ din il-klassifikazzjoni ta’ età. Jiġu kkunsidrati f’dan il-kalkolu l-ispejjeż fil-qafas ta’ l-iskema msemmija fl-Artikolu 23.

    3. Għal kull Stat Membru debitur, in-numru medju ta’ persuni (Zi) tal-klassifikazzjoni ta’ età i huwa ugwali għan-numru ta’ persuni suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru u aċċettati biex jibbenefikaw f’ismu benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali ta’ l-Istat membru kreditur.

    In-numru ta’ persuni li jridu jiġu kkunsidrati huwa determinat minn inventarju miżmum għal dan il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, fuq il-bażi tax-xhieda dokumentata tad-drittijiet ta’ l-interessati pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.

    4. It-tnaqqis li jrid jiġi applikat għar-rata fissa huwa bi prinċipju ugwali għal 15% (X = 0.15). Huwa ugwali għal 20% (X = 0.20) meta l-Istat Membru kompetenti huwa msemmi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 .

    5. Il-kummissjoni amministrattiva tiffissa l-metodi u l-modalitajiet ta’ determinazzjoni ta’ l-elementi ta’ kalkolu tar-rata fissa msemmija fil-paragrafi preċedenti.

    L-Artikolu 64Notifika ta’ l-ispejjeż medji annwali

    L-ammont ta’ l-ispiża medja annwali għal kull persuna f’kull klassifikazzjoni ta’ età relatata ma’ sena determinata tiġi trażmessa lill-kummissjoni tal-kontabilità sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tat-tieni sena li tiġi wara s-sena inkwistjoni. F’nuqqas ta’ trażmissjoni f’dan iż-żmien, l-ammont ta’ l-ispiża medja annwali għal kull persuna tas-sena preċedenti jinżamm.

    L-ispejjeż medji annwali jkunu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Sezzjoni 3 – Miżuri komuni

    L-Artikolu 65 Proċedura ta’ rimborż bejn l-istituzzjonijiet

    Ir-rimborżi speċifikati mill-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri jsiru permezz ta’ l-intermedjarju ta’ l-organu ta’ kuntatt.

    L-Artikolu 66Perjodi ta’ bidu u ta’ pagament ta’ djun

    1. Id-djun stabbiliti fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż attwali jridu jiddaħħlu sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem ta’ nofs sena kalendarja li matulha ġew mogħtija l-benefiċċji.

    2. Id-djun stabbiliti fuq il-bażi ta’ rati fissi għal sena kalendarja jridu jiġu ppreżentati fis-sitt xhur ta’ wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata jkunu ġew ippubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    3. Id-djun imdaħħla wara l-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jiġux ikkunsidrati.

    4. Id-djun ikunu verifikati u mħallsa mill-istituzzjoni debitriċi qabel it-tmiem ta’ perjodu ta’ sitt xhur wara t-tmiem tan-nofs sena kalendarja li matulha ġew imdaħħla. Jekk jingħata l-każ, l-istituzzjoni debitriċi tikkomunika lill-istituzzjoni tal-kreditu, qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ sitt xhur, bid-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta ċerti spejjeż.

    5. It-tilwimiet relatati man-natura u ma’ l-ammont ta’ dejn iridu jiġu rregolati sa mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tan-nofs sena kalendarja li matulha ddaħħal id-dejn. Wara li jgħaddi dan iż-żmien, id-dejn inkawża huwa kkunsidrat li jrid jitħallas.

    L-Artikolu 67Interessi ta’ dewmien

    1. Sa mit-tmiem tal-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 66(4), id-djun mhux imħallsa jiżdiedu bl-interessi. Dawn l-interessi huma kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid. Ir-rata ta’ referenza applikabbli hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-pagament huwa dovut. Din ir-rata hija miżjuda b’żewġ punti ta’ persentaġġ mit-tmiem tal-perjodu ta’ sena msemmi fl-Artikolu 66(5).

    2. Il-kummissjoni amministrattiva tiffissa l-metodu u l-bażi ta’ kalkolu ta’ l-interessi.

    L-Artikolu 68 Ħlas ta’ kontijiet annwali

    1. Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi s-sitwazzjoni tad-djun għal kull sena kalendarja, b’konformità ma’ l-Artikolu 72, punt g) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, fuq ir-rapport tal-kummissjoni tal-kontabilità. Għal dan il-għan, l-organi ta’ kuntatt jinnotifikaw lill-kummissjoni tal-kontabilità, fil-perjodi u skond il-modalitajiet stabbiliti minnha, bl-ammont tad-djun imdaħħla, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta’ kreditur) min-naħa waħda, u bl-ammont tad-djun irċevuti, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta’ debitur) min-naħa l-oħra.

    2. Il-kummissjoni amministrattiva tista’ tmexxi għal proċediment għal kull verifika utli għall-kontroll tal-fatti statistiċi u kontabili li jservu biex jistabbilixxu s-sitwazzjoni annwali tad-djun speċifikata fil-paragrafu 1, notevolment biex tiżgura ruħha bil-konformità ta’ dawn il-fatti mar-regoli ffissati f’dan it-Titolu.

    Kapitolu II – Rimborż tal-benefiċċji ta’ qgħad fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

    L-Artikolu 69 Rimborż tal-benefiċċji ta’ qgħad

    Fin-nuqqas ta’ ftehim imsemmi fl-Artikolu 65(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tindirizza lill-istituzzjoni ta’ l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-benefiċjarju kien suġġett l-aħħar it-talba ta’ rimborż ta’ benefiċċji ta’ qgħad skond l-Artikolu 65(6) u (7), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, fi żmien sitt xhur mill-aħħar pagament tal-benefiċċji ta’ qgħad li tagħhom qed jintalab ir-rimborż. It-talba tindika l-ammont tal-benefiċċji mogħtija matul il-perjodi ta’ tliet jew ħames xhur imsemmija fil-paragrafi 6 jew 7 ta’ l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, il-perjodu għal liema dawn il-benefiċċji ġew mogħtija u d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-persuna qiegħda.

    Meta l-ammonti inkawża jkunu s-suġġett ta’ diskussjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati, il-miżuri ta’ l-Artikolu 66(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament huma applikabbli mutatis mutandis .

    Kapitolu III – Ripetizzjoni ta’ benefiċċji mħallsa żejda, irkupru tal-pagamenti proviżorji, kumpens, għajnuna fil-qasam ta’ rkupru.

    Sezzjoni 1 - Prinċipji

    L-Artikolu 70

    1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 84 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fil-qafas li huwa jiddefinixxi, kull darba li huwa possibbli, l-irkupru tad-djun isir bi prijorità permezz tal-kumpens kemm bejn l-istituzzjonijiet bi kreditu, minn issa ’l quddiem imsejħa “l-entitajiet applikanti”, u l-istituzzjonijiet bid-dejn, minn issa ’l quddiem imsejħa “l-entitajiet rikjesti”, kemm fir-rigward tal-persuna assigurata b’konformità ma’ l-Artikoli 71 u 72 ta’ dan ir-Regolament.

    Meta parti jew id-dejn kollu ma jkunx jista’ jiġi rkuprat permezz tal-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ammonti li jibqgħu dovuti mill-benefiċjarju jiġu rkuprati skond l-Artikoli 73 sa 82.

    2. L-organu ta’ kuntatt irid ikun ikkunsidrat bħala l-entità rikjesta għat-talbiet li huma indirizzati lilu.

    Sezzjoni 2 - Kumpens

    L-Artikolu 71 Benefiċċji fi flus mhux dovuti jew mħallsa żejda

    1. Jekk l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ħallset lil benefiċjarju benefiċċji ta’ somma li taqbeż dik li għaliha għandu dritt, din l-istituzzjoni, fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru ieħor debitur ta’ benefiċċji favur dan il-benefiċjarju, biex iżżomm l-ammont imħallas żejjed fuq l-ammonti li din għandha tagħti lill-benefiċjarju msemmi. Din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqs li kieku kienu ammonti mħallsa żejda minnha stess, u tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni kreditur.

    2. Fil-qafas ta’ l-Artikolu 6, sa mhux aktar minn xahrejn wara li l-leġiżlazzjoni applikabbli ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji identifikati, l-istituzzjoni li ħallset benefiċċji fi flus proviżorjament tistabbilixxi t-tnaqqis ta’ l-ammont li trid tagħtiha l-istituzzjoni kompetenti. Meta l-kontribuzzjonijiet kienu tħallsu proviżorjament mill-benefiċjarju u/jew minn min iħaddmu, dawn l-ammonti jiġu kkunsidrati biex jiġi stabbilit l-ammont imsemmi.

    L-istituzzjoni kompetenti debitriċi ta’ benefiċċji favur il-benefiċjarju żżomm l-ammont dovut taħt il-pagament proviżorju fuq l-ammonti li hija trid tagħti lill-interessat. L-istituzzjoni debitriċi tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.

    3. Meta persuna assigurata bbenefikat mill-assistenza soċjali fi Stat Membru matul perjodu li matulu hija kellha dritt għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-organu li pprovda l-assistenza jista’, jekk jiddisponi minn appell li jista’ jiġi aċċettat legalment fuq il-benefiċċji dovuti lill-persuna msemmija, jitlob lill-istituzzjoni ta’ kull Stat Membru ieħor debitur ta’ benefiċċji favur din il-persuna biex tnaqqas l-ammont minfuq għal din l-assistenza fuq l-ammonti li din tagħti lill-persuna msemmija.

    Din il-miżura tapplika mutatis mutandis għall-membru tal-familja ta’ persuna assigurata li bbenefika mill-assistenza fuq it-territorju ta’ Stat Membru matul perjodu li matulu l-persuna msemmija kellha dritt għal benefiċċji, mill-fatt tal-membru tal-familja kkonċernata, taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.L-istituzzjoni bid-dejn tgħaddi t-tnaqqis ta’ l-ammont li huwa dovut lilha lill-istituzzjoni debitriċi. Din tnaqqas l-ammont fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.

    4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-istituzzjoni kompetenti tindirizza lill-persuna kkonċernata nota tas-sitwazzjoni tagħha li turi l-ammonti li għadhom dovuti jew imħallsa żejda fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

    L-Artikolu 72Kontribuzzjonijiet mhux dovuti jew imħallsa żejda

    Fil-qafas ta’ l-Artikolu 6, l-istituzzjoni li ħallset kontribuzzjonijiet żejda b’mod proviżorju lill-persuna assigurata u/jew lil min iħaddimha ma tipproċedix għar-rimborż ta’ l-ammonti inkwistjoni favur il-persuni li ħallsuhom ħlief wara li tkun staqsiet lill-istituzzjoni kompetenti dwar l-ammonti li jkunu dovuti lilha fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(3).

    Sezzjoni 3 - Irkupru

    L-Artikolu 73 Talbiet għal tagħrif

    1. Fuq talba ta’ l-entità applikanti, l-entità rikjesta tikkomunikalha t-tagħrif li huwa utli għaliha għall-irkupru ta’ dejn.

    Biex iġġib dan it-tagħrif, l-entità rikjesta teżerċita l-poteri speċifikati mill-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta’ djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.

    2. It-talba għal tagħrif tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li l-entità applikanti normalment ikollha aċċess għalih tal-persuna li dwarha huwa mitlub it-tagħrif kif ukoll in-natura u l-ammont tad-dejn li għalih ġiet magħmula t-talba.

    3. L-entità rikjesta mhix marbuta li tittrażmetti tagħrif li hija ma tkunx f’pożizzjoni li tikseb għall-irkupru tad-djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.

    4. L-entità rikjesta tinforma lill-entità applikanti bir-raġunijiet li ma jħallux li titwassal l-informazzjoni meħtieġa.

    L-Artikolu 74Notifika

    1. Fuq talba ta’ l-entità applikanti, l-entità rikjesta tipproċedi għan-notifika lid-destinatarju, skond ir-regoli ta’ dritt fis-seħħ għan-notifika ta’ atti korrispondenti fl-Istat Membru tagħha stess, bl-atti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ġudizzjarji, relatati ma’ dejn jew ma’ l-irkupru tiegħu, li joħorġu mill-Istat Membru ta’ l-entità applikanti.

    2. It-talba għal notifika tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-entità applikanti jkollha aċċess normalment tad-destinatarju, in-natura u l-għan ta’ l-att jew tad-deċiżjoni li trid tiġi notifikata u, jekk jingħata l-każ, l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-entità applikanti jkollha aċċess normalment tad-debitur u d-dejn imsemmi fl-att jew fid-deċiżjoni, kif ukoll kull tagħrif utli ieħor.

    3. L-entità rikjesta tinforma mingħajr dewmien lill-entità applikanti bil-progress magħmul għat-talba ta’ notifika u b’mod partikulari ħafna bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-att ġie mibgħut lid-destinatarju.

    L-Artikolu 75Talba ta’ rkupru.

    1. It-talba għal irkupru ta’ kontribuzzjonijiet jew it-talba għal ripetizzjoni ta’ benefiċċji mhux dovuti jew imħallsa żejda, li l-entità applikanti tindirizza lill-entità rikjesta, trid tkun akkumpanjata minn kampjun uffiċjali jew minn kopja ċertifikata b’konformità mad-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru ta’ l-entità applikanti u, jekk jingħata l-każ, mill-oriġinal jew minn kopja ċertifikata b’konformità mad-dokumenti l-oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

    2. L-entità applikanti ma tistax tagħmel talba ta’ rkupru ħlief:

    a) jekk id-dejn jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni tiegħu ma jkunux ikkuntestati fl-Istat membru, ħlief fil-każ fejn l-Artikolu 78(2), it-tieni subparagrafu, jiġi applikat;

    b) meta hija timplimenta, fl-Istat Membru tagħha, il-proċeduri ta’ rkupru xierqa li jistgħu jiġu adattati fuq il-bażi tad-dokument msemmi fil-paragrafu 1, u li l-miżuri meħuda ma jwasslux għall-pagament sħiħ tad-dejn.

    3. It-talba għal irkupru tindika:

    a) l-isem, l-indirizz u kull tagħrif ieħor utli għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u/jew tal-persuni terzi li qegħdin iżommu l-beni tagħha;

    b) kull tagħrif utli għall-identifikazzjoni ta’ l-entità rikjesta;

    c) id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru ta’ l-entità applikanti;

    d) in-natura u l-ammont tad-dejn, inkluż is-somma kapitali, l-interessi u l-pieni l-oħrajn, multi u spejjeż dovuti, bl-ammont ikun indikat fil-munita ta’ l-Istati Membri taż-żewġ entitajiet;

    e) id-data ta’ notifika tad-dokument lid-destinatarju mill-entità applikanti u/jew l-entità rikjesta;

    f) id-data li minnha u l-perjodu li matulu l-attwazzjoni hija possibbli skond ir-regoli ta’ dritt fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità applikanti;

    g) kull tagħrif utli ieħor.

    4. It-talba għal irkupru tinkludi barra minn hekk dikjarazzjoni ta’ l-entità applikanti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 huma ssodisfatti.

    5. L-entità applikanti tindirizza lill-entità rikjesta, minn meta hija tkun mgħarrfa, bit-tagħrif utli kollu relatat mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru.

    L-Artikolu 76Dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ l-irkupru

    1. Id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ l-irkupru tad-dejn huwa direttament magħruf u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ dejn ta’ l-entità rikjesta.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru tad-dejn jista’, jekk jingħata l-każ u b’konformità mal-miżuri fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta, ikun omologat bħala, magħruf bħala, komplut minn jew sostitwit minn dokument li jawtorizza l-attwazzjoni fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

    Fit-tliet xhur ta’ wara d-data ta’ riċevuta tat-talba, l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu minn kollox biex iwettqu l-formalitajiet li jikkonsistu f’li d-dokument jiġi omologat, magħruf, komplut jew sostitwit, ħlief fil-każijiet fejn il-miżuri tat-tielet subparagrafu jiġu applikati. Dawn ma jistgħux ikunu r-raġuni għal rifjut, jekk id-dokument huwa miktub korrettament. Fil-każ li jgħaddi l-perjodu ta’ tliet xhur, l-entità rikjesta tinforma lill-entità applikanti bir-raġunijiet li wasslu għal din il-qabża ta’ żmien.

    Jekk waħda kwalunkwe minn dawn il-formalitajiet twassal għal tilwima dwar id-dejn u/jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru maħruġ mill-entità applikanti, l-Artikolu 78 japplika.

    L-Artikolu 77Modalitajiet u żminijiet għal pagament

    1. L-irkupru jsir bil-munita ta’ l-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta. L-entità rikjesta tittrasferixxi lill-entità applikanti l-ammont kollu tad-dejn li hija rkuprat.

    2. L-entità rikjesta tista’, jekk il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettulha, u wara li tkun ikkonsultat lill-entità applikanti, tagħti lil min għandu d-dejn tul ta’ żmien għal ħlas jew tawtorizza ħlas imqassam. L-interessi miġbura mill-entità rikjesta minħabba dan it-tul ta’ żmien għal ħlas huma ugwalment trasferiti l-entità applikanti.

    Mid-data li fiha d-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ l-irkupru tad-dejn ikun direttament magħruf jew omologat, magħruf, komplut jew sostitwit b’konformità ma’ l-Artikolu 76, jinġabru interessi għal kull dewmien ta’ ħlas skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta u jiġu ugwalment trasferiti l-entità applikanti.

    L-Artikolu 78Tilwima dwar id-dejn jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ l-irkupru

    1. Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, id-dejn jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta’ l-irkupru tiegħu maħruġ mill-Istat Membru ta’ l-entità applikanti jkunu kkuntestati mill-interessat, l-azzjoni tittieħed minn dan quddiem awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-entità applikanti, b’konformità mar-regoli ta’ dritt fis-seħħ f’dan l-Istat ta’ l-aħħar. Din l-azzjoni trid tkun notifikata mill-entità applikanti lill-entità rikjesta. Hija tista’ barra minn hekk tkun notifikata mill-interessat lill-entità rikjesta.

    2. Minn meta l-entità rikjesta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, kemm min-naħa ta’ l-entità applikanti, kemm min-naħa ta’ l-interessat, hija tissospendi l-proċedura ta’ attwazzjoni waqt li tistenna d-deċiżjoni ta’ l-awtorità kompetenti f’dan il-qasam, ħlief fuq talba kuntrarja magħmula mill-entità applikanti, b’konformità mat-tieni subparagrafu. Jekk hija taħseb li huwa neċessarju, hija tista’ tirrikorri għal miżuri protettivi biex tiżgura l-irkupru sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettu għal djun simili.

    Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-entità applikanti tista’, b’konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha, titlob lill-entità rikjesta biex tirkupra dejn ikkuntestat, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta jippermettu. Jekk it-tmiem tat-tilwima jkun favorevoli għad-debitur, l-entità applikanti hija marbuta li tirrimborża kull somma miġbura, kif ukoll kull kumpens dovut, b’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta.

    3. Meta t-tilwima tiffoka fuq il-miżuri ta’ attwazzjoni meħuda fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta, l-azzjoni tittella’ quddiem l-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru, b’konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari tagħha.

    4. Meta l-awtorità kompetenti li quddiemha ttellgħet l-azzjoni, b’konformità mal-paragrafu 1, hija qorti ġudizzjarja jew amministrattiva, id-deċiżjoni ta’ din il-qorti sakemm hija tkun favorevoli għall-entità applikanti u hija tippermetti l-irkupru tad-dejn fl-Istat Membru ta’ l-entità applikanti, tikkostitwixxi d-“dokument li jippermetti l-attwazzjoni” u l-irkupru tad-dejn isir fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni.

    L-Artikolu 79Limiti ta’ l-għajnuna

    1. L-entità rikjesta mhix marbuta:

    a) li tagħti l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 jekk l-irkupru tad-dejn huwa ta’ natura, minħabba s-sitwazzjoni ta’ min għandu d-dejn, li jikkaġuna diffikultajiet serji ta’ tip ekonomiku jew soċjali fl-Istat Membru tiegħu, sakemm il-liġijiet jew ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta jippermettu tali miżura fil-każ ta’ djun nazzjonali analogi;

    b) l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 meta t-talba inizjali taħt l-Artikoli 73 sa 75 tad-djun li ilhom aktar minn ħames snin, minn meta d-dokument li jippermetti l-irkupru huwa stabbilit b’konformità mal-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità applikanti, sad-data tat-talba. Madankollu, jekk id-dejn jew id-dokument huwa suġġett ta’ tilwima, it-tul ta’ żmien jibda minn meta l-Istat applikant jistabbilixxi li d-dejn jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru ma jistax ikun aktar suġġett ta’ tilwima.

    L-Artikolu 80Miżuri ta’ prevenzjoni

    Fuq talba magħmula mill-entità applikanti, l-entità rikjesta tieħu miżuri ta’ prevenzjoni biex tiżgura l-irkupru ta’ dejn sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta jippermettulha.

    Għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu, il-miżuri u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 73 sa 75 u 77 japplikaw mutatis mutandis .

    L-Artikolu 81Spejjeż

    1. Ma tintalab l-ebda spiża ta’ attwazzjoni meta d-dejn huwa rkuprat bil-metodu ta’ kumpens imsemmi fl-Artikoli 71 u 72.

    2. L-entità rikjesta tirkupra ugwalment mill-persuna kkonċernata l-ispejjeż kollha marbutin ma’ l-irkupru fil-qafas ta’ l-Artikoli 73 sa 77 u 81 u żżomm l-ammont tagħhom, b’konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari ta’ l-Istat Membru tiegħu, li huma applikabbli għal djun analogi.

    3. L-Istati Membri jċedu minn naħa u minn oħra kull restituzzjoni ta’ spejjeż li jirriżultaw mill-għajnuna reċiproka li huma jagħtu fl-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew ta’ dan ir-Regolament.

    4. Meta rkupri jippreżentaw diffikultà partikulari, li huma kkaratterizzati b’ammont għoli ħafna ta’ spejjeż, l-entitajiet applikanti u l-entitajiet rikjesti jistgħu jiftiehmu dwar modalitajiet speċifiċi ta’ rimborż għal każijiet bħal dawn.

    5. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-entità applikanti tibqa’ marbuta, fir-rigward ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-entità rikjesta, bl-ispejjeż kollha li saru u b’kull telf minħabba l-azzjonijiet meqjusa bħala mhux ġustifikati fir-rigward ta’ l-attwalità tad-dejn jew tal-validità tad-dokument maħruġ mill-entità applikanti.

    Titolu V – Miżuri diversi, tranżitorji u finali

    L-Artikolu 82 Kontroll amministrattiv u mediku

    1. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ l-Artikolu 27, meta benefiċjarju ta’ benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III jagħmel żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta’ Stat Membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku jsir, fuq it-talba ta’ din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni ta’ l-aħħar tapplika. F’dan il-każ, l-istituzzjoni debitriċi hija marbuta mill-konsultazzjonijiet magħmula mill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza.Jekk l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza tissejjaħ, skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, biex tagħmel xhieda medika, hija tipproċedi skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika. F’nuqqas ta’ tali modalitajiet, hija tindirizza ruħha lill-istituzzjoni debitriċi biex issir taf il-modalitajiet li għandhom jiġu applikati.L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib ta’ l-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju ma jistax ikun mistieden biex imur fl-Istat Membru ta’ l-istituzzjoni debitriċi ħlief bil-kundizzjoni li huwa jkun jiflaħ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ dannu għal saħħtu u li l-ispejjeż tal-vjaġġ u taż-żjara relatati ma’ dan ikunu r-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni debitriċi.

    2. Meta benefiċjarju ta’ benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III imur għal żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta’ Stat membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-kontroll amministrattiv isir, fuq it-talba ta’ din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju. L-istituzzjoni debitriċi tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza l-punti li fuqhom irid isir il-kontroll amministrattiv. F’nuqqas ta’ dan, l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza tipproċedi għall-kontroll skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjonitagħha.L-istituzzjoni tal-post ta’ żjara jew ta’ residenza hija marbuta li tagħmel rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet il-kontroll.

    L-Artikolu 83Notifiki

    1. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta’ l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (m), (q) u (r), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fl-Artikolu 1(a) u (b), ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll ta’ l-istituzzjonijiet innominati msemmija fit-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.

    2. L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 irid ikollhom identità elettronika fil-forma ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni u ta’ indirizz elettroniku.

    3. Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi l-modalitajiet, inklużi l-format komuni u l-eżempju, ta’ notifiki tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1.

    4. L-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament jifformula l-bażi tad-data aċċessibbli għall-pubbliku li tiġbor l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    5. L-Istati Membri jiżguraw l-aġġornament permanenti ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

    L-Artikolu 84 Dokumenti

    1. L-eżempji, il-forom u l-formati tad-dokumenti meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti mill-kummissjoni amministrattiva skond il-miżuri ta’ l-Artikolu 4.L-istituzzjonijiet kompetenti jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-persuni koperti b’dan ir-Regolament.

    2. Fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet ta’ żewġ jew bosta Stati Membri jistgħu jiftiehmu dwar dokumenti semplifikati jew dwar skambji eħfef ta’ dettalji. Dawn il-ftehimiet jitwasslu għall-għarfien tal-kummissjoni amministrattiva.

    L-Artikolu 85Informazzjoni

    1. Il-kummissjoni amministrattiva telabora l-informazzjoni meħtieġa biex tgħarraf lill-interessati bid-drittijiet tagħhom kif ukoll bil-formalitajiet amministrattivi li jridu jitwettqu biex jiġu evalwati. It-tqassim ta’ l-informazzjoni huwa żgurat b’mod privileġġjat b’mezz elettroniku billi titqiegħed fuq l-internet fuq siti aċċessibbli għall-pubbliku. Il-kummissjoni amministrattiva tieħu ħsieb li jkunu aġġornati regolarment.

    2. Il-kumitat konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jista’ joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta’ l-informazzjoni u tat-tqassim tagħha.

    3. L-Istati Membri jieħdu ħsieb li l-informazzjoni meħtieġa titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 biex turihom it-tibdiliet li saru fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u f’dan ir-Regolament b’tali mod li jippermettulhom li jaffermaw id-drittijiet tagħhom.

    4. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu ħsieb li l-istituzzjonijiet tagħhom ikunu infurmati u japplikaw il-miżuri Komunitarji kollha leġiżlattivi jew le, inklużi d-deċiżjonijiet tal-kummissjoni amministrattiva, fl-oqsma u l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 86Konverżjoni ta’ muniti

    Għall-applikazzjoni tal-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament, ir-rata tal-kambju bejn żewġ muniti hija r-rata tal-kambju ta’ referenza maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew.

    L-Artikolu 87 Statistiki

    L-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu u jittrażmettu l-istatistiki ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u ta’ dan ir-Regolament lis-segretarjat tal-kummissjoni amministrattiva. Dawn il-fatti huma miġbura u organizzati skond il-pjan u l-metodu definit mill-kummissjoni amministrattiva. Il-Kummissjoni tiżgura t-tqassim ta’ din l-informazzjoni.

    L-Artikolu 88Emenda ta’ l-Annessi

    L-Annessi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar interessati jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u wara ftehim unanimu tal-kummissjoni amministrattiva.

    L-Artikolu 89 Dispożizzjonijiet tranżitorji

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 japplikaw għas-sitwazzjonijiet koperti ta’ dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 90Revoka

    1. Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill huwa revokat mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 jibqa’ fis-seħħ u l-effetti ġuridiċi tiegħu jinżammu għall-finijiet:

    a) tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 bil-mira li jestendi l-miżuri tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti minn dawn il-miżuri unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom[8] sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;

    b) tar-Regolament (KEE) Nru 1661/85 tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1985 li jistabbilixxi l-adattamenti tekniċi tar-regolamentazzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ sigurtà soċjali tal-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x’jaqsam mal-Groenlandja[9], sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;

    c) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[10], tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewrope u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni[11] u ftehimiet oħrajn li jinkludu referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sakemm il-ftehimiet imsemmija ma jiġux emendati minħabba dan ir-Regolament.

    2. Skond id-Direttiva 98/49/KE tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1998 relatata mal-ħarsien tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari għal ħaddiema bil-paga jew self-employed li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità[12] r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 jinftiehmu daqs li kieku saru f’dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 91 Dispożizzjonijiet finali

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-jum ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS 1

    Dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni għal ftehimiet bilaterali miżmuma fis-seħħ u dispożizzjonijiet ġodda ta’ applikazzjoni għal ftehimiet bilaterali

    ( l-Artikoli 8(1) u 9(2))

    ANNESS 2

    Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili

    (l-Artikoli 31 u 41)

    A. Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali

    1. Il-Ġermanja

    Versorgungssystem für Beamte (skema ta’ mard għall-impjegati ċivili)

    2. Spanja

    Mutualismo administrativo (skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili, għall-forzi armati u għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja)

    B. Skemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f’servizzi ta’ valur ugwali

    1. Il-Ġermanja

    Unfallfürsorge für Beamte (skema ta’ inċidenti għall-impjegati ċivili)

    ANNESS 3

    Stati Membri li jirrimborżaw l-ispejjeż ta’ benefiċċji abbażi ta’ rati fissi

    (l-Artikolu 62 (1))

    ANNESS 4

    Awtoritajiet u istituzzjonijiet kompetenti, istituzzjonijiet tal-post ta’ residenza u ta’ żjara, punti ta’ aċċess, istituzzjonijiet u organi nnominati mill-awtoritajiet kompetenti.

    (l-Art ikolu 84(4))

    [1] Ir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi ta’ sigurtà soċjali, ĠU L 166 tat-30.4.2004, li jemenda l-ĠU L 200 tas-7.6.2004.

    [2] ĠU L 166 tat-30.4.2004, p. 1, corrigendum l-ĠU L 200 tas-7.6.2004, p. 1.

    [3] ĠU L , , p. .

    [4] ĠU L , , p. .

    [5] ĠU L , , p. .

    [6] ĠU L 73 tad-19.3.1976 p. 18, emendat l-aħħar mid-Direttiva 2001/44/KE tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 2001 ĠU L 175 tat-28.6.2001 p. 7.

    [7] ĠU L 74 tas-27.3.1972, p. 1 ir-Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 647/2005,ĠU L 28 tat-30.1.1997.

    [8] ĠU L 124 ta’ l-20.5.2003, p. 1.

    [9] ĠU L 160 ta’ l-20.6.1985, p. 7.

    [10] ĠU L 1 tal-31-1.1994, p.1.

    [11] ĠU L 114 tat-30.4.2002, p. 6. Ftehim emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 2 tal-Kumitat KonġuntUE-Żvizzera (ĠU L 187 tas-26.7.2003, p. 55).

    [12] ĠU L 209 tal-25.7.1998, p. 46.

    Top