Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006IP0488

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar strateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu (2006/2083(INI))

    ĠU C 314E, 21.12.2006, p. 207–210 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    52006IP0488

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar strateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu (2006/2083(INI))

    Official Journal 314 E , 21/12/2006 P. 0207 - 0210


    P6_TA(2006)0488

    Strateġija ta' Qafas ġdida għall-multilingwiżmu

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar strateġija ta' qafas ġdida għall-multilingwiżmu (2006/2083(INI))

    Il-Parlament Ewropew,

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 192 (2) tat-Trattat KE,

    - wara li kkunsidra l-Artikoli 149, 151 u 308 tat-Trattat KE,

    - wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

    - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l- 14 ta' Jannar 2003 dwar l-irwol ta' l-awtoritajiet reġjunali u lokali fl-integrazzjoni Ewropea [1] u r-referenza li hemm fihom għad-diversità lingwistika fl-Ewropa,

    - wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1934/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Lulju 2000 dwar is-Sena Ewropea tal-Lingwi 2001 [2],

    - wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta' Frar 2002 dwar il-promozzjoni tad-diversità lingwistika u t-tagħlim tal-lingwi fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' l-objettivi tas-Sena Ewropea tal-Lingwi 2001 [3],

    - wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li daħlet fis-seħħ fl- 1 ta' Marzu 1998,

    - wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, li daħlet fis-seħħ fl- 1 ta' Frar 1998,

    - wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l- 4 ta' Settembru 2003 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ilsna Ewropej reġjonali u dawk użati inqas — l-ilsna tal-minoranzi fl-UE — fil-kuntest tattkabbir u tad-diversità kulturali [4],

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0372/2006),

    A. billi r-rispett għad-diversità lingwistika u kulturali huwa prinċipju bażiku ta' l-UE u huwa mħaddan fittermini li ġejjin fl-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea: "L-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika",

    B. billi l-multilingwiżmu huwa karatteristika speċjali ta' l-UE li tagħmilha eżempju ċar kif ukoll komponent bażiku tal-kultura Ewropea,

    C. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l- 14 ta' Jannar 2003, imsemmija hawn fuq, għamel sejħa biex l-Artikolu 151a ġdid li ġej jiddaħħal fit-Trattat KE: "Il-Komunità għandha, fl-ambitu tal-kompetenzi tagħha, tirrispetta u tippromwovi d-diversità lingwistika fl-Ewropa, inklużi l-lingwi reġjonali jew tal-minoranzi bħala espressjoni ta' dik id-diversità, billi tinkuraġġixxi koperazzjoni bejn l-Istati Membri u permezz ta' l-użu ta' strumenti xierqa oħra għall-avvanz ta' dan l-għan",

    D. billi l-promozzjoni tal-multilingwiżmu f'Ewropa pluralista hija fattur essenzjali fl-integrazzjoni kulturali, ekonomika u soċjali, li tkabbar il-kapaċitajiet taċ-ċittadini u tiffaċilita l-mobilità tagħhom,

    E. billi xi ilsna Ewropej huma mitkellma wkoll f'għadd kbir ta' pajjiżi li m'humiex membri u jikkostitwixxu rabta importanti bejn popli u nazzjonijiet ta' reġjuni differenti fid-dinja,

    F. billi teżisti abilità partikulari ta' wħud mill-ilsna Ewropej li jistabbilixxu komunikazzjoni diretta immedjata ma' bnadi oħra tad-dinja,

    G. billi d-diversità lingwistika tista' tkun element ta' koeżjoni soċjali u għajn ta' tolleranza, aċċettazzjoni tad-differenzi, identifikazzjoni u fehim reċiproku bejn il-popli,

    H. billi l-multilingwiżmu għandu jfittex ukoll li jippromwovi r-rispett għad-diversità u t-tolleranza bil-ħsieb li jitwaqqaf it-tfaċċar ta' kwalunkwe kunflitt attiv jew passiv bejn komunitajiet ta' ilsna differenti fl-Istati Membri,

    I. billi l-lingwi kollha, bħala mezz preminenti għall-aċċess għal kultura, huma mod distint kif tkun ipperċepita u deskritta r-realtà u għalhekk għandhom ikunu jistgħu jgawdu mill-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom,

    J. billi, sabiex jiġi nkuraġġut it-tagħlim ta' ilsna oħra u għalhekk sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' "ilsien l-omm +2", huwa importanti li wieħed ikun jaf bil-prinċipji li wieħed jitgħallem jitkellem kif ukoll li jifformula u jikseb kunċetti bażiċi fit-tfulija bikrija, li jsostnu l-kompetenza f'ilsien l-omm,

    K. billi l-lingwi reġjonali u tal-minoranzi huma teżor kulturali kbir u, meta wieħed iqis li dawn jikkostitwixxu wirt kulturali komuni, l-appoġġ biex ikunu ppreservati għandu jittejjeb,

    L. billi l-Parlament u l-Kumitat tar-Reġjuni indirizzaw il-kwistjoni ta' l-importanza ta' lingwi użati anqas f'ħafna okkażjonijiet u billi fil-preżent m'hemm l-ebda dispożizzjoni legali fil-livell ta' l-UE dwar lingwi Ewropej reġjonali u użati inqas,

    M. billi għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-promozzjoni ta' l-aċċess għat-tagħlim ta' l-ilsna għal persuni f'ċirkustanzi żvantaġġjati jew diffiċli jew dawk b'diżabbiltajiet,

    Kummenti Speċifiċi dwar l-Istrateġija ta' Qafas

    1. Jilqa' bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Istrateġija ta' Qafas ġdida, sabiex jittrawwem l-għerf ta' l-ilsna u sabiex tieħu vantaġġ kulturali u soċjoekonomiku minnu;

    2. Iqis li, sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti mill-istrateġija ta' Liżbona, huwa essenzjali li jittejbu l-kwalità, l-effettività u l-aċċessibilità tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-Unjoni Ewropea billi jiġi promoss it-tagħlim ta' ilsna barranin;

    3. Jagħraf l-importanza strateġika ta' l-Ilsna Ewropej Dinjija bħala mezz ta' komunikazzjoni u ta' solidarjetà, koperazzjoni u investiment ekonomiku u, għaldaqstant, bħala waħda mil-linji gwida politiċi ewlenin talpolitika Ewropea dwar il-multilingwiżmu;

    4. Jilqa' bi pjaċir l-objettiv fuq perjodu ta' żmien twil tal-Kummissjoni biex ittejjeb ħiliet lingwistiċi individwali, b'referenza għall-mira stabbilita fl-2002 fil-Kunsill Ewropew ta' Barċellona biex iċ-ċittadini jitgħallmu mill-inqas żewġ lingwi barranin minbarra l-lingwa nattiva tagħhom;

    5. Ifakkar lill-Istati Membri ta' l-UE, għal dak il-għan, li huwa neċessarju li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi promossa politika ġenwina dwar l-abilitajiet biex wieħed jitgħallem ilsna barranin; barra minn hekk, jafferma mill-ġdid li t-tagħlim ta' l-ilsna minn kmieni huwa ta' importanza konsiderevoli, u għandu jkun imsejjes fuq metodi effettivi skond l-aqwa tekniki disponibbli;

    6. Huwa tal-fehma li hemm nuqqas ta' dejta dettaljata u ta' min wieħed joqgħod fuqha u ta' indikaturi adegwati marbuta mas-sitwazzjoni attwali ta' kompetenza fil-lingwi barranin fl-Istati Membri u għalhekk jilqa' l-proposta għal Indikatur Ewropew tal-Kompetenza Lingwistika; dak l-indikatur għandu jinkludi l-ilsna uffiċjali kollha ta' l-UE u jista', jekk ikun fattibbli mill-aspett proċedurali, jiġi estiż lil hinn mill-ħames ilsna liktar mitkellma biex jinkludi l-ilsna l-oħra ta' l-UE, sabiex tinkiseb stampa vera tal-kompetenza lingwistika;

    7. Jemmen li proposti għall-multilingwiżmu m'għandhomx ikunu limitati għall-ilsna uffiċjali ewlenin / ta' l-Istati Membri;

    8. Jilqa' bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni biex tagħti liċ-ċittadini tagħha aċċess għal-leġiżlazzjoni, ilproċe uri u l-informazzjoni ta' l-UE fl-ilsna tagħhom stess; madanakollu dan għandu jinkludi kemm jista' jkun mill-ilsna ta' l-Istati Membri użati miċ-ċittadini ta' l-UE; b'dan il-mod id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ċ-ċittadini għandu jkollhom dritt ta' aċċess għall-UE fi lsienhom stess mingħajr l-ebda xkiel issir realtà; dan ikun pass importanti biex jitnaqqas id-distakk bejn l-UE u bosta miċ-ċittadini tagħha, li huwa l-għan ewlieni tal-Pjan D għad-Demokrazija, għad-Djalogu u għad-Dibattitu;

    9. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra biex jagħmlu l-aħjar użu possibbli millgħoddod diġitali u teknoloġiċi ġodda għat-traduzzjoni fis-siti tagħhom fuq l-Internet sabiex jippermettu liċċittadini Ewropej li jkollhom aċċess għal, u jiksbu mill-Internet, informazzjoni dwar l-Ewropa fl-ilsna tagħhom stess;

    10. Huwa tal-fehma li jkun xieraq li jiġu pprovduti l-aktar opportunitajiet wiesa' għall-migranti biex jitgħallmu l-ilsien jew l-ilsna tal-pajjiżi fejn ikunu qed joqogħdu, kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni ta' dawk ilpajjiżi, bil-ħsieb li jiġu integrati soċjalment u kulturalment sal-punt fejn dan ikun meħtieġ, bl-użu ta' metodi li nstab li kienu effettivi fit-tagħlim ta' l-ilsna u għall-integrazzjoni taċ-ċittadini migranti u sabiex jippermettilhom jiġu mgħallma b'ilsien l-omm tagħhom bħala mod kif jippreservaw ir-rabtiet tagħhom mal-pajjiż tannisel tagħhom;

    11. Jilqa' bi pjaċir l-idea li l-Istati Membri jkunu inkuraġġiti jistabbilixxu Pjanijiet Nazzjonali, għaliex jirrikonoxxi l-bżonn ta' ppjanar lingwistiku fil-livell ta' l-Istati Membri; dan se jwassal għat-tisħiħ ta' ħafna mil-lingwi użati anqas u biex jitrawwem għarfien dwar l-importanza tad-diversità lingwistika; jissuġġerixxi li l-Pjanijiet ta' l-Istati Membri jinkludu l-lingwi użati anqas f'kull Stat Membru u jeżaminaw il-possibilità li adulti interessati jitgħallmu dawn l-ilsna, u jinkludu dawn il-proġetti bħala eżempji ta' l-aħjar prattika;

    12. Jappoġġja azzjoni għal taħriġ aħjar ta' l-għalliema, anki għal għalliema mhux ta' l-ilsna u għal dawk vokazzjonali, u jżid li jkun xieraq li l-għadd ta' ilsna mgħallma kemm fl-iskejjel kif ukoll barra minnhom jiżdied sabiex jippermetti lill-għalliema tal-ġejjieni jitgħallmu, u sussegwentement jgħallmu, diversità akbar ta' ilsna taħt l-istess kundizzjonijiet, kemm-il darba jkun hemm espressjoni ta' interess f'din id-direzzjoni; ifakkar, f'dan ir-rigward, li t-taħriġ ta' l-ilsna huwa essenzjali għall-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-mobbilità mhux biss għall-istudenti iżda wkoll għall-ħaddiema kollha li jkunu qed ifittxu xogħol f'wieħed mill-Istati Membri;

    13. Iħeġġeġ biex tingħata attenzjoni partikulari lill-promozzjoni tat-tagħlim ta' l-ilsna għal persuni f'ċirkustanzi żvantaġġjati jew diffiċli u għal persuni b'diżabiltajiet;

    14. Jikkunsidra li t-tagħlim tal-lingwa għandu jkun element essenzjali fil-programm tat-tagħlim tul ilħajja;

    15. Jilqa' bi pjaċir l-użu akbar ta' Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (Content and Language Integrated Learning — CLIL), fejn l-istudenti jitgħallmu suġġett permezz ta' lingwa barranija, u jistieden lill-Istati Membri biex jiffurmaw netwerk ta' l-aħjar prattiki, b'mod partikolari billi janalizzaw ir-riżultati miksuba mill-korsijiet ta' immersjoni f'pajjiżi multilingwistiċi;

    16. Jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla għandhom sehem aktar attiv fil-promozzjoni tal-multilingwiżmu mhux biss fost l-istudenti u l-persunal, iżda wkoll fost il-komunità lokali iktar wiesgħa, u għalhekk jemmen li għandhom ikunu inkuraġġiti r-rabtiet bejn l-universitajiet u l-awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali;

    17. Jilqa' l-enfasi fuq attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku fir-rigward ta' teknoloġiji ta' l-informatika relatati mal-lingwi fl-ambitu tas-7 Programm ta' Qafas għar-Riċerka sabiex jittejjeb il-multilingwiżmu permezz tat-teknoloġija ta' l-informatika ġdida;

    18. Jappoġġja l-proposti għall-multilingwiżmu fis-soċjetà ta' l-informazzjoni u l-ħolqien u ċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut u għerf multilingwistiċi; hemm numru li qed jikber ta' teknoloġiji li se jiffavorixxu użu ikbar tal-lingwi kollha, inklużi dawk li mhux daqstant użati; it-teknoloġija toffri l-akbar potenzjal biex ikun żgurat spazju soċjali u lingwistiku għal-lingwi kollha ta' l-Ewropa;

    19. Jappoġġja l-proposti biex ikunu żviluppati professjonijiet u industriji marbuta mal-lingwi; il-lingwi Ewropej kollha se jkollhom bżonn ta' teknoloġiji ġodda bħall-ipproċessar tad-diskors, ir-rikonoxximent talvuċi eċċ., kif ukoll xogħol fuq it-terminoloġija, l-iżvilupp tat-tagħlim tal-lingwi, ċertifikazzjoni u ttestjar; inkella ilsna li jintużaw inqas se jitħallew lura u l-ispazju soċjali lingwistiku tagħhom jittieħed mil-lingwi aktar mitkellma — b'mod speċjali l-Ingliż;

    20. Jilqa' l-proposta għal aktar trasparenza fit-tagħlim, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-ilsna permezz talpubblikazzjoni ta' inventarju tas-sistemi attwalment disponibbli;

    Miżuri Proposti

    21. Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini fillingwi nazzjonali tagħhom stess, irrispettivament minn jekk il-lingwa inkwistjoni għandhiex stejtus uffiċjali fil-livell ta' l-Istat Membru jew ta' l-UE;

    22. Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi Ewropej sabiex jikkoperaw mill-qrib mal-Kunsill ta' l-Ewropa fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità lingwistika u tat-tagħlim tal-lingwi, u biex jibni fuq l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-politika lingwistika (bħall-Portafoll Lingwistiku Ewropew jew il-Karta Ewropea għall-Lingwi Reġjonali u tal-Minoranzi);

    23. Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tibqa' timplimenta l-proposti stabbiliti fir-riżoluzzjoni tagħha hawn fuq imsemmi ta' l- 4 ta' Settembru 2003 safejn huma fattibbli, u biex tgħarraf lill-Parlament regolarment dwar ir-riżultati;

    24. Jitlob lil Ombudsman Ewropew biex jagħti attenzjoni partikulari sabiex ikun garantit ir-rispett għaddrittijiet lingwistiċi taċ-ċittadini Ewropej, u biex jipprovdi aktar mezzi biex jiġu solvuti s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt fl-UE minħabba l-lingwa;

    25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tippromwovi l-aċċess għall-informazzjoni u għall-finanzjament għal korpi applikanti li jfittxu li jippromwovu l-multilingwiżmu permezz ta' netwerks u/jew proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni mill-2007 'l quddiem;

    *

    * *

    26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

    [1] ĠU C 38 E, 12.2.2004, p. 167.

    [2] ĠU L 232, 14.9.2000, p. 1.

    [3] ĠU C 50, 23.2.2002, p. 1.

    [4] ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 374.

    --------------------------------------------------

    Top