Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0900

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Memorandum ta' spjegazzjoni komuni għas-26 att li għandhom jiġu adottati b'urġenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni, kif emendata bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 {COM(2006) 901} {COM(2006) 902} {COM(2006) 903} {COM(2006) 904 } COM(2006) 905 } {COM(2006) 906 } {COM(2006) 907 } {COM(2006) 908} {COM(2006) 909} {COM(2006) 910 } {COM(2006) 911} {COM(2006) 912 } {COM(2006) 913 } {COM(2006) 914 } {COM(2006) 915} {COM(2006) 916} {COM(2006) 917} {COM(2006) 918} {COM(2006) 919} {COM(2006) 920} {COM(2006) 921} {COM(2006) 922} {COM(2006) 923}{COM(2006) 924} {COM(2006) 925} {COM(2006) 926}

/* KUMM/2006/0900 finali */

52006DC0900

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Memorandum ta' spjegazzjoni komuni għas-26 att li għandhom jiġu adottati b'urġenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 {COM(2006) 901} {COM(2006) 902} {COM(2006) 903} {COM(2006) 904 } COM(2006) 905 } {COM(2006) 906 } {COM(2006) 907 } {COM(2006) 908} {COM(2006) 909} {COM(2006) 910 } {COM(2006) 911} {COM(2006) 912 } {COM(2006) 913 } {COM(2006) 914 } {COM(2006) 915} {COM(2006) 916} {COM(2006) 917} {COM(2006) 918} {COM(2006) 919} {COM(2006) 920} {COM(2006) 921} {COM(2006) 922} {COM(2006) 923}{COM(2006) 924} {COM(2006) 925} {COM(2006) 926} /* KUMM/2006/0900 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 900 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI komuni għas-26 att li għandhom jiġu adottati b'urġenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 {COM(2006) 901} {COM(2006) 902} {COM(2006) 903} {COM(2006) 904 } {COM(2006) 905 } {COM(2006) 906 } {COM(2006) 907 } {COM(2006) 908} {COM(2006) 909} {COM(2006) 910 } {COM(2006) 911} {COM(2006) 912 } {COM(2006) 913 } {COM(2006) 914 } {COM(2006) 915} {COM(2006) 916} {COM(2006) 917} {COM(2006) 918} {COM(2006) 919} {COM(2006) 920} {COM(2006) 921} {COM(2006) 922} {COM(2006) 923} {COM(2006) 924} {COM(2006) 925} {COM(2006) 926}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Memorandum ta' Spjegazzjoni komuni għas-26 att li għandhom jiġu adottati b'urġenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 (Test b’relevanza għall–EEA)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE u l-proċedura ġdida ta' regolazzjoni bi skrutinju

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1], ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006[2].

L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni emendata jintroduċi proċedura ġdida ta' regolazzjoni bi skrutinju sabiex tiġi użata għall-miżuri b'ambitu ġenerali li jippruvaw jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku, adottat bil-proċedura tal-kodeċiżjoni, inkluż billi jiġu mħassra xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

F'dikjarazzjoni konġunta[3], it-tliet istituzzjonijiet qablu fuq lista ta' strumenti bażiċi li għandhom b'mod urġenti jiġu aġġustati għad-Deċiżjoni emendata, sabiex tiġi introdotta l- proċedura l-ġdida ta' regolazzjoni bi skrutinju , fejn xieraq. Il-Kummissjoni indikat ukoll li fi żmien qasir għandha tissottometti proposti sabiex tintroduċi l- proċedura regolatorja bi skrutinju f'dawn l-istrumenti. Il-Kummissjoni għalhekk eżaminat l-istrumenti bażiċi elenkati sabiex tiddeċiedi meta l-proċedura l-ġdida għandha tapplika. Kull każ ġie eżaminat fuq il-merti tiegħu, partikolarment minħabba n-natura tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni u l-ispeċifiċità ta' kull settur tal-politika.

Fid-dikjarazzjoni konġunta hawn fuq imsemmija, it-tliet istituzzjonijiet irrikonoxxew ukoll li l-prinċipji ta' leġiżlazzjoni tajba jeħtieġu li l-poteri ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni mingħajr limitu ta żmien. Għalhekk, id-dikjarazzjoni konġunta tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tieħu l-opportunità ta' dan l-allinjament ta' prijorità sabiex tirrevoka kwalunkwe dispożizzjonijiet ta' dawn l-istrumenti li jipprovdu limitu ta' żmien fuq id-delegazzjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Lista kompleta ta' l-atti ta' prijorità

Fi tliet każi, l-istrumenti elenkati adottati bil-proċedura tal-kodeċiżjoni mhux biss jimmodifikaw atti bażiċi diġà eżistenti iżda wkoll jagħmlu sempliċiment referenza għad-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija li għandhom jiġu allinjati f'dawk l-atti. F'dawn il-każi, għalhekk il-Kummissjoni pproponiet li taġġusta dawn ta' l-aħħar. B'mod partikolari:

Sabiex id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-9 ta' Marzu 2005 tiġi allinjata, il-Kummissjoni tipproponi li taġġusta:

- Id-Direttiva 91/675KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 li twaqqaf assigurazzjoni Ewropea u kumitat tal-pensjonijiet tax-xogħol

- Id-Direttiva 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)

- Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja

- Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

Sabiex id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ l-irtirar okkupazzjonali tiġi allinjata, il-Kummissjoni tipproponi li taġġusta:

- Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hawn fuq imsemmija.

Sabiex id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2002 tiġi allinjata, il-Kummissjoni tipproponi li taġġusta:

- Id-Direttiva 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)

Għal finijiet ta' kompletezza, il-lista ta' strumenti li għandhom bi prijorità jiġu aġġustati hija riprodotta hawn taħt:

1. Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwità tal-kapital ta' ditti ta' investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu

2. Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu

3. Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

4. Ir-Regolament 2006/562/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw iċ-ċaqliq ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

5. Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE

6. Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

7. Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta’ ħtiġijiet ta’ ecodesign għall-prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

8. Ir-Regolament 2005/396/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

9. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

10. Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

11. Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospektus li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

12. Ir-Regolament 2003/1829/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

13. Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)

14. Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

15. Id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku

16. Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' l-assigurazzjoni u ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

17. Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni tal-ħajja

18. Ir-Regolament 2002/1606/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità

19. Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

20. Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE

21. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

22. Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw

23. Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali

24. Id-Direttiva 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)

25. Id-Direttiva 01/675/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 li tistabbilixxi kumitat ta' assigurazzjoni

26. Id-Direttiva 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU C 203, 17.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[3] ĠU C 255, tal-21.10.2006, p. 1.

Top