Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0874

    Rapport mill-Kummissjoni - Il-5 Rapport mill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (2003 -2005) (artikolu 18, paragrafu 5, tar-regolament [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000)

    /* KUMM/2006/0874 finali */

    52006DC0874

    Rapport mill-Kummissjoni Il-5 Rapport mill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (2003 -2005) (artikolu 18, paragrafu 5, tar-regolament [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000) /* KUMM/2006/0874 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 9.1.2007

    KUMM(2006) 874 finali

    RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

    Il-5 Rapport mill-Kummissjoni dwar it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (2003 -2005) (artikolu 18, paragrafu 5, tar-regolament [KE, Euratom] Nru 1150/2000 tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000)

    1. DAħLA |

    It-tħaddim tas-sistema ta' kontroll tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) huwa s-suġġett, kull tliet snin, ta' Rapport tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1]. Ir-Regolamenti fuq liema huma bbażati l-kontroll tas-sistema RPT huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, EURATOM tad-29 ta' Settembru 2000[2], ir-Regolament Nru 1150/2000 tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000[3] u r-Regolament Nru 1026/1999 tal-Kunsill ta' l-10 ta' Mejju 1999[4]. Dan ir-rapport huwa l-5 rapport ta' dan it-tip[5]. Ir-rapport jippreżenta u janalizza t-tħaddim tas-sistema ta' kontroll ta' l-RPT għall-perjodu li jkopri s-snin 2003 sa 2005. Jagħti rendikont ta' l-attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni matul dan il-perodu, jagħmel evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet li saru u joħroġ il-konklużjonijiet[6]. Ir-rapport jagħti wkoll rapport ta' insegwimenti, notevolment finanzjarji, kontenzjużi u regolamentarji, riżervati għal dawn il-kontrolli. Fl-aħħarnett, dan ir-rapport jiġbor ir-riżultati ta' azzjonijiet oħra tal-Kummissjoni li għandhom l-għan notevolment li jtejbu l-irkupru u t-tħejjija tal-pajjiżi li se jissieħbu matul il-perjodu rilevanti. L-anness ta' dan ir-rapport jindika liema huma l-objettivi tal-kontrolli u kif taħdem is-sistema ta' kontroll fil-livell tal-Komunità. | Riżorsi proprji tradizzjonali: Id-dazji doganali u d-dazji agrikoli dovuti għall-importazzjoni ta' prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi kif ukoll it-taxxi imposti fuq iz-zokkor. |

    2. Attività ta' kontroll tal-Kummissjoni fl-2003-2005 Il-kontrolli mill-Kummissjoni li saru fuq il-post jużaw metodoloġija preċiża li għandha l-għan li tikkontrolla l-konformità tal-proċeduri ma' l-istandards tal-Komunità. Dawn huma ppjanati fil-qafas ta' programm annwali ta' kontrolli, li jittratta bosta temi ta' kontroll li jridu jsiru f'wieħed jew iktar Stati Membri. L-eżekuzzjoni u t-tħaddim tal-kontrolli jsiru fuq il-bażi ta' proċeduri komuni fill-kontrolli kollha u jinkludu l-użu ta' kwestjonarji li jingħataw lill-Istati Membri minn qabel, l-użu ta' listi ta' verifika fil-post sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-kontroll u t-tħejjija ta' rapport wara l-kontroll. |

    2.1. Riżultati ewlenin ta' l-attività ta' kontroll |

    Matul il-perjodu 2003-2005, il-Kummissjoni għamlet 73 kontroll (kontra 65 għall-perjodu 2000-2002) skond l-artikolu 18, paragrafu 2 u 3 tar-Regolament Nru 1150/2000, li jinqasmu f'70 kontroll assoċjati u 3 kontrolli awtonomi. Disgħa minn dawn il-kontrolli saru skond il-metodu ta' l-Arranġamenti tal-Verifiki Konġunti[7]. 297 anomaliji (kontra 304 anomaliji għall-perjodu 2000-2002) ġew innutati li jinqasmu f'130 anomaliji b'impatt finanzjarju (43,80 % ta' l-anomaliji), 101 anomalji b'impatt Regolamentari (34 %) u 66 oħra (22, 20 %). Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri utli rigward il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-anomaliji li ġew osservati. | 73 kontroll li rriżultaw f'297 anomaliji u jirrappreżentaw impattt finanzjarju ta' € 127 mijuni (minbarra l-interessi fuq ħlas tard). Arranġamenti ta' Verifika Konġunta: Modalità speċjali ta' kontroll assoċjat fejn is-servizzi ta' verifika interna ta' Stat Membru li jagħmlu kontroll (audit) skond metodoloġija awtorizzata mill-Kummissjoni. |

    2.1.1. Il-kontrolli li jsiru fuq temi marbutin mal-ġestjoni tal-proċeduri tad-dwana. | Il-proċeduri tad-dwana li ġejjin kienu s-suġġett ta' kontroll fil-post:- id-dikkjarazzjonijiet doganali elettroniċi,- l-ipproċessar tad-dħul,- it-tranżitu Komunitarju bl-ajru, - l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd, - l-imħażen tad-dwana u - xi temi speċifiċi ħafna. Proċessar tad-dħul: reġim doganali li jippermetti l-importazzjoni b'sospensjoni ta' dazji ta' importazzjoni ta' prodotti terzi biex jerġgħu jiġu esportati wara tibdil. Tranżitu Komunitarju bl-ajru simplifikat: Tranżiti bbażati fuq l-użu ta' dokumenti ta' l-ajru mill-kumpaniji ta' l-ajru minflok dikkjarazzjoni ta' tranżitu. Imħażen tad-dwana. reġim doganali li jippermetti l-ħażna ta' merkanziji terzi b'suspensjoni tad-dazji fl-importazzjoni. |

    Fl-2003 u l-2004, il-Kummissjoni bdiet azzjoni ta' kontroll fuq it-tema tal-ġestjoni tad-"dikjarazzjonijiet doganali ppreżentati b'mod elettroniku". Din saret fl-Istati Membri kollha li kienu membri ta' l-Unjoni Ewropea fl-2003, minbarra l-Olanda u l-Lussemburgu. Għadd ta' anomaliji ġew irrapportati imma s-sistemi li ġew implimentati fl-Istati Membri kienu ġeneralment sodisfaċenti. Il-Kummissjoni rrakkomandat żvilupp ta' strument informatiku biex titjieb il-ġestjoni tar-rilaxx mid-dwana' u l-ġbir tar-riżorsi proprji. Barra min hekk, azzjonijiet ta' kontroll fuq ir-reġim ta' l-ipproċessar tad-dħul, saru fl-2003 (NL), fl-2004 (FR, EI, IT, AT) u fl-2005 (DE, UK) u nstabu xi debbolizzi fil-ġestjoni u fil-kontroll ta' dan ir-reġim doganali, uħud minnhom b'konsegwenzi finanzjarji. L-Istati Membri involuti infurmaw lill-Kummissjoni li kienu ħadu l-miżuri meħtieġa. Fl-2004, azzjoni ta' kontroll fuq il-proċeduri simplifikati fil-qasam ta' tranżitu Komunitarju bl-ajru, li sar fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fir-Renju Unit, wera debbolizzi importanti fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontroll ta' dawn il-proċeduri. Minn dakinhar ittieħdu miżuri stretti fit-tliet Stati Membri involuti sabiex titjieb is-sitwazzjoni. Madanakollu, l-azzjonijiet ta' kontroll li saru fl-2004 wara l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità[8] u fl-2005 fuq l-imaħżen doganali[9] ma kellhomx anomaliji serji. Setgħu jiġu nnutati biss ċerti debbolizzi dwar, minn naħa, il-ħidma ta' ċerti proċeduri doganali speċifiċi dwar il-prodotti tas-sajd (proċessar tad-dħul, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-każ ta' destinazzjoni partikolari), u min-naħa l-oħra, il-kontroll ta' l-imħażen doganali. Fl-aħħarnett, ta' min jinnota li sar kontroll (awtonomu) fi Spanja fl-2004 fuq it-tema ta' l-esportazzjoni taz-zokkor C tal-Gżejjer Kanarji, kontroll fl-Awstrija fl-2005 fuq it-tema tal-proċeduri preferenzjali u kontroll fl-Olanda fl-2004 fuq it-tema tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-ġestjoni tal-proċeduri fl-Istati Membri kkontrollati ma rriżultatx f'osservazzjonijiet partikolari mill-Kummissjoni. |

    2.1.2. Il-kontrolli dwar it-temi ta' kontabilità. |

    Il-ġestjoni tal-kontabilità separata tikkostitwixxi tema rikorrenti fl-azzjoni ta' kontroll tal-Kummissjoni fl-Istati Membri kollha[10]. Din il-kontabilità hija sors rikk ta' informazzjoni fuq kif l-amministrazzjonijiet jeħilsu mir-responsabbiltajiet tagħhom rigward il-ġestjoni ta' l-RPT (l-intitolamenti, l-amministrazzjoni tal-garanziji, is-segwitu ta' l-irkupru, il-kanċellazzjonijiet, ir-rinunċja għal debiti irrevokabbli). Il-kontrolli li saru fil-perjodu 2003-2005 dwar din it-tema kkonfermaw l-eżistenza ta' żbalji fil-parti l-kbira speċifiċi. Madanakollu għad fadal żbalji sistematiċi f'ċerti Stati Membri li wasslu għat-tnedija ta' proċeduri ta' infrazzjoni (ara punt 2.2.2 li ġej). Fl-2004 u l-2005, twettqet tema ta' kontroll speċifiku għall-Istati Membri li ssieħbu ma' l-Unjoni fl-2004. Dan kien jikkonsisti f'prattika ta' evalwazzjoni tas-sistemi ta' ġbir tal-RPT f'dawn l-Istati. Mir-riżultati ta' kontrolli li saru ħarġet il-konklużjoni ġenerali li l-Istati Membri involuti kienu ppreparati sew u li s-sistemi ta' ġbir implimentati kienu xierqa, għalkemm kien hemm xi żbalji strutturali u speċifiċi, notevolment rigward id-dewmien ta' dħul fil-kontijiet tad-dazji, id-dewmien tad-dħul tad-dejn doganali fil-konatbilitajiet A u B jew id-dewmien biex ċerti ammonti isiru disponibbli għall-Kummissjoni. Madanakollu, ta' min jinnota li l-parti l-kbira ta' dawn l-iżbalji saru fl-ewwel xhur ta' adeżjoni u li, minn dakinhar 'l hawn, l-Istati involuti diġà wettqu bosta adattamenti tal-proċeduri tagħhom, tas-sistemi informatiċi tagħhom ta' rilaxx mid-dwana jew tas-sistemi ta' kontabilità tagħhom biex jirrimedjaw. | Il-kontabilità ta' l-RPT hija żgurata mill-Istati Membri skond żewġ modalitajiet:- il-kontabilità A għall-ammonti rkuprati jew garantiti (dawn l-ammonti huma mħallsa fil-baġit ta' l-Unjoni)- il-kontabilità B għall-ammonti mhux irkuprati u l-ammonti garantiti li ġew ikkuntestati. Sistema ta' ġbir ta' l-RPT: Is-sistemi u l-proċeduri kollha li ġew implimentati mill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-aċċertament, il-kontabilizzazzjoni, l-irkupru u l-ħlas ta' l-RPT. Id-dħui tad-dazji fil-kontijiet: id-dħul ta' l-ammont tad-dazji fir-reġistri ta' kontabilità doganali. |

    Barra minn hekk, ta' min jinnota li fl-2004 sar kontroll awtonomu fl-Olanda. Dan il-kontroll kellu l-għan li jivverifika fil-post id-data kkomunikata mill-istess Stat appoġġjat minn talbiet biec jinħeles mill-obbligu li jagħmel intitolament irrevokabbli wara li dawn ikunu rinunċjati. It-twettiq ta' dan il-kontroll ippermetta lill-Kummissjoni tirrifjuta, b'mod ċirkostanzjali, tnejn mit-tliet talbiet għal rinunzja. Fl-aħħarnett, kontroll awtonomu fid-Danimarka sar fl-2005 biex ikunu verifikati r-raġunijiet u n-natura ġusta ta' l-aġġustamenti kontinwi, li saru minn dawn l-Istati, ta' l-ammonti RPT li jridu jitħallsu lill-Kummissjoni minn Diċembru 2001. | Talba ta' ezenzjoni mill-obbligu li d-debiti irrevokabbli jsiru disponibbli wara li jkunu ġew irrinunzjati: il-proċedura li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-karattru irrevokabbli tat-talba hija minħabba l-Istat Membru jew le. F'każ ta' rifjutar, l-ammont għandu jitħallas lill-Kummissjoni. |

    2.2. Segwitu ta' l-azzjonijiet ta' kontroll tal-Kummissjoni 2.2.1 Aspetti regolamentarji Meta jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet regolamentarji jew amministrattivi nazzjonali waqt kontrolli li jsiru fl-Istati Membri, dawn huma mistiedna jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż ta' natura leġiżlattiva jew regolamentari, jekk ikun hemm bżonn, sabiex ikunu konformi ma' l-eżiġenzi tal-Komunità. Dawn ir-rettifiki, li jsiru fil-qasam doganali kif ukoll fil-qasam finanzjarju, jirrappreżentaw konsegwenza immedjata u mhux żgħira ta' l-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-anomaliji li nstabu huma sors essenzjali ta' informazzjoni kemm għall-problemi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regolamenti doganali u l-impatt tagħhom rigward ir-riżorsi proprji tagħhom. |

    2.2.2 Riżultat tat-tilwim |

    Ċerti punti fir-regoli huma sors ta' diverġenza bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Din ta' l-aħħar m'għandhiex għażla oħra, biex tittratta l-każijiet pendenti, ħlief li tirrikorri għall-proċedura ta' infrazzjoni kif maħsuba mill-Artikolu 226 tat-Trattat. Fil-31 ta' Diċembru 2005, 25 fajl minn 10 Stati Membri kienu miftuħa fil-fażijiet differenti tal-proċeduri (tqegħid fil-mora, opinjoni motivata, ftuħ ta' każ fil-Qorti tal-Ġustizzja). Il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-eżami tal-proċeduri ta' infrazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja għandhom iwasslu biex ikunu ċċarati l-kwistjonijiet ta' tilwim u jintemmu d-diverġenzi ta' l-interpretazzjoni. | 15-il fajl kontenzjuż mitfuħa fil-31.12.2005. |

    Fl-2005, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, wara proċeduri ta' infrazzjonijiet li bdew mill-Kummissjoni, ħadet bosta deċiżjonijiet importanti. Minn naħa, f'żewġ sentenzi ta' l-14 ta' April 2005[11] kontra l-Ġermanja u l-Olanda, hija kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u kkunsidrat li dawn iż-żewġ pajjiżi damu ma daħħlu fil-kontijiet u qegħdu għad-dispożizzjoni l-ammonti ta' dazji dovuti minħabba l-operazzjonijiet ta' trażitu mhux imħallsa fiż-żmien stipolat mir-Regolament. L-ammont ta' interessi fuq ħlas tard dovut u mitlub mill-Kummissjoni wara dawn id-deċiżjonijiet huwa ta' madwar 2,4 miljun euro għall-Olanda u 11,4 miljun euro għall-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, fis-sentenza tal-15 ta' Novembru 2005[12], il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni skond liema l-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati responsabbli rigward il-baġit tal-Komunità għall-iżbalji li jagħmlu meta jistabbilixxu d-dazji. Minn dakinhar, l-ammonti li ma ġewx stabbiliti (u b'konsegwenza li ma setgħux jiġu rkuprati), wara żball ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom jitħallsu lill-Kummissjoni mill-Istat Membru. | Fl-2005, tliet deċiżjonijiet tal-QEĠ, fil-qasam, min-naħa, tat-tranżitu Komunitarju u min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iżbalji ta' l-Istati Membri, ikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Tranżitu mħux imħallas: tranżiti għal liema l-merkanziji li jiċċirkolaw mingħajr dazju u taxxi ma wasulx fid-destinazzjoni tagħhom. F'dan il-każ, id-dazji u t-taxxi jridu jiddaħħlu fil-kontijiet u jiġu rkuprati. Fl-2006, sentenza fil-qasam tad-dewmien tad-dħul tad-dazji fil-kontijiet, ikkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Verifika a posteriori: kontrolli doganali ta' l-Istati Membri li ma sarux fil-mument tar-rilaxx mid-dwana tal-merkanziji imma wara. Konvenzjoni TIR: Dawn jippermettu ċ-ċikolazzjoni tal-merkanziji bla dazju u taxxi bejn il-pajjiżi diversi li jiffurmaw partl mill-Konvenzjoni TIR (Trasporti Internazzjonali tat-Triq). Fil-5/10/2006, il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'bosta każijiet, dwar l-ammonti garantit jew irkuprati, imma li ma tħallsux lill-baġit ta' l-Unjoni. |

    Fl-2006, f'sentenza tat-23 ta' Frar[13], il-Qorti kkonfermat ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-perjodu ta' żmien li fih id-dazji jridu jiddaħħlu fil-kontijiet meta l-Istati Membri jipproċedu għal kontrolli ex post. B'hekk, id-dazji għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fiż-żmien massimu ta' 14-il jum minn meta l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jikkalkulaw l-ammont tad-dazji u mhux iktar tard (notevolment wara li tkun saret proċedura maħsuba biex tiżgura d-drittijiet tad-difiża tad-debitur); id-dħul fil-kontijiet ma jimpedix fl-ebda każ l-implimentazzjoni ta' dawn id-drittijiet tad-difiża. Ta' min jinnota wkoll li l-5 ta' Ottubru 2006, il-Qorti kkonfermat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni u kkunsidrat li kien it-tort ta' ċerti Stati Membri li rrifjutaw li jħallsu lill-Baġit tal-Komunità ċerti kategoriji ta' ammonti, jiġifieri l-ammonti ta' l-RPT irkuprati b'mod parzjali fil-qafas ta' pjan ta' pagament bi skala (il-Belġju[14]) u l-ammonti ta' dazji garantiti u mhux ikkontestati fil-qafas ta' operazzjoni ta' tranżitu mhux imħallsa li saru bħala tranżiti Komunitarji (il-Belġju[15]) jew taħt l-iskema tal-Konvenzjoni TIR (il-Ġermanja[16] u l-Belġju[17]). Il-Qorti, fl-istess ġurnata, irrifjutat ir-rikors kontra l-Olanda għal raġjuni marbuta mal-piż tal-prova filwaqt li rrikonoxxiet li l-Istati Membri jridu jikkomunikaw infrazzjoni jew irregolarità malli jindunaw u allura, jekk ikun hemm bżonn, qabel ma jiskadu l-limiti taż-żmien (Art.11§1 tal-Konvenzjoni TIR). Dan japplika wkoll mutatis mutandis għat-talba ta' ħlas (Art. 11§2 tal-Konvenzjoni TIR). Il-Qorti tikkunsidra li din ta' l-aħħar għandha tkun meqjusa bħala n-"notifikazzjoni" fis-sens ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1150/2000[18]. Barra minn hekk, il-Qorti tirrikonoxxi l-obbligu ta' l-Istati Membri li jżommu d-dokumenti ta' prova dwar l-istabbiliment ta' perjodu ta' żmien li jippermetti r-rettifika u l-kontrolli ta' dawn ta' l-aħħar[19]. |

    2.2.3 Aspetti finanzjariji |

    Matul il-perjodu ta' referenza (2003-2005), l-ammonti supplimentari (ammonti mingħajr interessi minhabba ħlas tard) imħallsa lill-Kummissjoni, wara osservazzjonijiet li jidhru fir-rapporti tal-kontrolli awtonomi jew assoċjati tal-Kummissjoni, wara l-kontrolli tal-Qorti ta' l-Awdituri jew wara attivitajiet ta' kontroll tal-Kummissjoni li jammontaw għal iktar minn 127 miljun euro. Madanakollu, ġew imposti wkoll interessi minħabba ħlas tard, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000, minħabba li r-riżorsi proprji li ġew ikkonstatati tpoġġew għad-dispożizzjoni tard meta saru kontrolli mill-Kummissjoni jew mill-Qorti ta' l-Awdituri. Għall-perjodu 2003-2005, l-ammont totali ta' l-interessi minħabba dewmien, imħallsa mill-Istati Membri, jammonta għal iktar minn 77 miljun euro[20]. |

    2.3. Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ ta' l-irkupru tal-RPT |

    B'mod parallel mal-kontrolli li saru fil-post fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha bosta mezzi oħra li jippermettula li tissorvelja l-attività ta' rkupru ta' l-RPT. L-użu xieraq ta' dawn il-mezzi jippermetti b'dan il-mod li jissaħħaħ b'mod effikaċi l-irkupru msemmi. Qabel l-2005, l-azzjoni komunitarja fil-materja ta' sorveljanza ta' attivitajiet ta' rkupri kienet isserraħ notevolment fuq diversi analiżi speċifiki, li saru fuq bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6, paragrafu 5, tar-Regolament Nru 1150/2000, dwar il-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet fuq ammonti ta' iktar minn €10,000. Fuq il-bażi ta' dawn l-informazzjonijiet, il-Kummissjoni eżerċitat l-attività ta' sorveljanza ta' l-irkupru billi pproċediet għas-segwitu, fil-qafas ta' rapport, sar-rilaxx definitiv, ta' l-operazzjoni ta' l-irkupru relatati ma' ċertu għadd ta' każi repreżentativi (Kampjun B")[21]. L-aħħar rapport tal-Kummissjoni, li twaqqaf f'dan ir-rigward, ġie ppreżentat lill-Awtorità tal-Baġit fis-7 ta' Jannar 2005[22]. Madanakollu, hekk kif kien imniżżel fih, dan it-tip ta' rapport mhux ser jibqa jsir. Fil-fatt, mill-emenda tar-Regolament Nru 1150/2000 fl-2005, l-Istati Membri huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ammonti mhux irkuprati li jammontaw għal iktar minn €50,000, l-iktar tard ħames snin wara d-data li fiha d-dejn (wara evalwazzjoni, rieżaminazzjoni jew appell) jkun ikkonfermat bħala irrevokabbli. L-Istati Membri kollha b'hekk għandhom jirrappurtaw dawn il-każijiet biex b'hekk il-Kummissjoni jkollha ħarsa globali aħjar ta' l-attivitajiet ta' rkupru ta' l-Istati Membri. Matul il-perjodu 2003-2005, il-Kummissjoni setgħet issaħħaħ is-sorveljanza ta' l-attività ta' rkupru fl-Istati Membri permezz ta' l-introduzzjoni ta' database ġdida OWNERS, l-emendi tar-regoli dwar ir-rinunċja ta' l-intitolamenti irrevokabbli, il-ġurisprudenza tal-Qorti dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iżbalji ta' l-Istati Membri u l-azzjonijiet ta' monitoraġġ lill-pajjiżi li se jissieħbu. |

    2.3.1 L-eżami tar-rinunzja ta' debiti irrevokabbli |

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħmlu għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni l-RPT, ħlief fil-każijiet fejn l-irkupru tagħhom huwa impossibbli (ammonti definitivament irrevokabbli) għal raġunijiet ta' force majeure jew minħabba raġunijiet li ma jkunx tort tagħhom. Għall-perjodu 2003-2005, 176 każ ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni minn 13-il Stat Membru għal total ta' kważi 39 miljun euro. Matul l-istess perjodu l-Kummissjoni eżaminat 309 fajl (każijiet antiki li kienu għaddejjin u każijiet ġodda) li jammontaw għal iktar minn 166 miljun euro. In-numru ta' fajls irrifjutati (u għal liema l-ammonti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Baġit ta' l-Unjoni) huwa ta' 62, u jikkorrispondi għal iktar in 41 miljun euro. L-adozzjoni tar-Regolament Nru 2028/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 kellu l-għan li jippermetti lill-Istati Membri jifhmu aħjar l-idea ta' ammonti definitivament irrevokabbli. | L-eżami mill-Kummissjoni tal-każijiet ikkomunikati għandu l-għan li japprezza d-diliġenza murija mill-Istati Membri fl-eżekuzzjoni ta' l-irkupru. Dan il-mezz għandu l-effet li jħeġġiġhom iwettqu l-azzjonijiet tagħhom sew. F'każ ta' rifjut mill-Kummissjoni, l-ammont dovut għandu jingħata lill-baġit ta' l-Unjoni. Iniżjaliment l-eżami kien irriżervat biss għall-każijiet li l-ammont ikkonċernat kien ta' iktar minn €10000. Dan il-limitu żdied għal €50000 meta ġie adottat ir-Regolament Nru 2028/2004 tas-16 ta' Novembru 2004. |

    2.3.2 It-trattament ta' l-iżbalji fl-aċċertament li jagħtu lok għat telf ta' l-RPT. |

    Billi l-Istati Membri għandhom il-missjoni tal-ġbir ta' l-RPT fl-aħjar kundizzjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Istati Membri kellhom jassumu t-telf ta' l-RPT li jirriżulta mill-iżbalji tagħhom stess billi jikkumpensaw il-baġit ta' l-Unjoni. Dan l-approċċ ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-15 ta' Novembru 2005, "Il-Kummissjoni kontra d-Danimarka" msemmija qabel. Hija tagħraf espressament li l-obbligu ta' l-Istati Membri li jaċċertaw dritt tal-Komunitajiet dwar l-RPT (imbagħad ipoġġuh għad-dispożizzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni) tibda malli l-kundizzjonijiet maħsuba mir-regolamenti doganali jintlaħqu. Għalhekk fil-fatt m'huwiex meħtieġ li l-aċċertament ssir. Huwa biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet maħsuba mill-Artikolu 17, paragrafu 8, tar-Regolament Nru 1150/2000 (jiġifieri f'każ ta' force majeure jew jekk l-Istat Membru jista' jipprova li huwa impossibli li jipproċedi għall-irkupru għal raġunijiet li ma' jkunux tort tiegħu) li l-Istat Membru huwa meħlus mill-obbligu li jpoġġi għad-dispożizzjoni riżorsi proprji involuti. Jirriżulta b'mod ċar minn din il-ġurisprudenza li l-Istati Membri għandhom jassumu l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iżbalji tagħhom. Permezz ta' din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jirrifjutaw, bħalma kien spiss il-każ qabel, li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-baġit ta' l-Unjoni, l-ammonti ta' drittijiet li ma ġewx stabbiliti minħabba żball min-naħa tagħhom. | Il-Qorti kkonfermat li l-Istati Membri għandhom jassumu l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iżbalji tagħhom rigward l-aċċertament ta' l-intitolamenti. |

    2.3.3. Id-database l-ġdida OWNERS |

    Konformi mar-Regolament Nru 1150/2000, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi u irregolaritajiet dwar l-ammonti ta' l-intitolament ta' iktar minn €10000. Din l-informazzjoni hija kkomunikata permezz ta' OWNERS. Minħabba l-anomaliji osservati dwar il-komunikazzjoni tal-każijiet ta' frodi u irregolarità, il-Kummissjoni ħolqot database ġdida (OWNERS) li tinsab fuq l-Internet. L-Istati Membri issa għandhom strument aktar funzjonali li jippermettilhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni - u jaġġornaw - f'ħin reali - id-data relatata mal-frodi u l-irregolaritajiet. L-applikazzjoni ġdida bdiet topera f'Lulju 2003. Permezz tagħha, l-Istati Membri, bħala ġestjonarji ewlenin ta' l-istrument, huma minħabba f'hekk kompletament responsabbli mill-ġestjoni tajba tad-data. Din id-database tippermetti lill-Kummissjoni li jkollha l-informazzjoni meħtieġa biex tipproċedi għall-irkupru u għat-tħejjija tal-kontrolli tagħha fuq il-post. Id-data kkomunikata hija wkoll l-oġġett ta' analiżi mill-Uffiċju għall-ġlieda kontra l-frodi (OLAF). Minħabba li l-Kummissjoni kellha dubji dawn l-aħħar snin rigward l-affidabilità tad-data kkomunikata mill-Istati Membri, hija ddeċidiet li tipproċedi għal eżerċizzju komparattiv bejn l-ammonti ta' iktar minn €10,000 imniżżlin fil-kontabilità B ta' l-Istati Membri (EUR15) u l-ammonti korrispondenti fl-OWNERS. Deher li r-riżultati ma kienux sodisfaċenti. Fil-fatt, meta ttieħdu bħala kriterju d-dati tal-31/12/2001 u l-31/12/2003, ir-rata ta' korrispondenza kienet biss ta' 32% u 50% rispettivament. Wara li insistiet ma' l-Istati Membri biex itejjbu l-kwalità ta' l-informazzjoni pprovduta permezz ta' OWNERS, il-Kummissjoni pproċediet għal eżerċizzju komparattiv ġdid fl-2005 (EUR25). Din id-darba, ir-riżultati kienu ħafna iktar sodisfaċenti, ir-rata ta' qbil kienet ta' 90% fil-medja u iktar minn nofs l-Istati Membri għandhom rata ta' qbil ta' 100%. | Database OWNRES Database li tiġbor id-data mill-Istati Membri li tiġbor il-każijiet kollha ta' frodi u irregolaritajiet li jsiru mill-Istati Membri li jissuperaw l-ammont ta' €10,000. |

    2.4. L-azzjonijiet ta' monitoraġġ, li saru fl-Istati li ser jissieħbu. |

    Fil-każ tat-tħejjija għall-adeżjoni ta' l-għaxar Stati Membri ġodda, fl-2003 il-Kummissjoni għamlet, f'kull wieħed mill-għaxar pajjiżi, żjarat ta' monitoraġġ, speċifiċi għall-qasam ta' l-RPT. Dawn iż-żjarat ta' monitoraġġ kif ukoll is-simulazzjoni ta' l-eżerċizzji ta' kontabilità li saru mill-Istati Membri ppermettew lill-Kummissjoni li tikseb grad aċċettabli ta' assikurazzjoni rigward il-ħila amministrattiva tagħhom fl-applikazzjoni ta' l-acquis communautaire fil-qasam ta' l-RPT. Ir-riżultati tal-kontrolli fil-post, li saru fl-2004 u l-2005, urew li b'mod ġenerali, l-Istati Membri involuti kienu ppreparati sew u li s-sistemi ta' ġbir implimentati jaħdmu sew. L-assistenzi tekniċi differenti kif ukoll iż-żjarat ta' monitoraġġ tas-servizzi tal-Kummissjoni ikkontribwew b'mod inkontestabbli għal dawn ir-riżultati sodisfaċenti. Rigward ir-Rumanija u l-Bulgarija, programm ta' assistenza teknika u ta' monitoraġġ, simili għal dak applikat fl-Istati Membri li ssieħbu ma' l-Unjoni fl-2004, sar fl-2004 u l-2005, sabiex titħejja l-adeżjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli. Dan qed isir ukoll fl-2006. |

    3. VALUTAZZJONI TAS-SISTEMA TA' KONTROLL |

    L-anomaliji li ġew osservati fil-ħidma tas-sistema ta' kontroll tar-riżorsi proprji tradizzjonali matul il-perjodu 2003-2005 jikkonfermaw, bħall-eżerċizzji preċedenti, il-benefiċċju kollu li tista' tieħu l-Kummissjoni mill-kontrolli li tagħmel. Ir-rettifika mill-Istati Membri tal-proċeduri nazzjonali mhux konformi tagħhom, l-aġġustament tekniku tal-fajls (fil-limitu ta' żmien), il-korrezzjonijiet speċifiċi ta' l-anomaliji osservati, l-ispjegazzjoni tat-testi komunitarji, it-titjib kollettiv tar-Regolamenti tal-komunità f'każ ta' tħaddim ħażin persistenti, eċċ, jikkonstitwixxu strumenti tradizzjonali li bihom il-Kummissjoni tagħti segwitu għall-azzjonijiet ta' kontroll. L-impatti finanzjarji jikkonstitwixxu impatti viżibbli tal-verifiki li jsiru fuq il-post; Madanakollu, huma waħedhom ma jiġġustifikawx l-interess ta' dawn il-verifiki. Fil-fatt, il-kontroll speċifiku ta' l-uffiċjal li jawtorizza, permezz ta' l-informazzjoni kollha miġbura mill-Istati Membri, u wara analiżi, jista' jinfluwenza l-proċess ta' titjib tar-regoli b'tali mod li l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni jittieħdu f'kunsiderazzjoni. |

    4. KONKLUżJONI |

    Ir-riżultati rreġistrati fis-snin 2003 sa 2005 jikkonfermaw il-ħtieġa ta' kontrolli RPT li jsiru mill-Kummissjoni. Din l-azzjoni ta' kontroll tippermetti effettivament il-garanzija ta' ugwalijana fit-trattament bejn l-Istati Membri kemm fuq il-livell ta' applikazzjoni tar-regoli ta' natura doganali u ta' kontabilità kif ukoll fuq il-pjan tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni. Għall-futur, il-Kummisjoni trid: iżżomm ir-rwol klassiku tagħha fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post, filwaqt li ttejjeb it-tekniki ta' kontroll tagħha, (strumenti ta' verifika eċċ.); tkompli ssaħħaħ is-sorveljanza ta' l-attivitajiet ta' rkupru fl-Istati Membri, billi timplimenta notevolment strument informatiku li jippermetti t-trattament iffaċilitat tal-fajls li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni dwar ir-rinunċja għal debiti irrevokabbli. tkompli l-azzjoni ta' monitoraġġ fil-pajjiżi li ser jissieħbu, bil-għan li tikseb grad aċċettabbli ta' assikurazzjoni li s-sistemi ta' ġbir tar-riżorsi proprji tradizzjonali ta' dawn il-pajjiżi huma ekwivalenti għall-eżiġenzi tal-Komunità, u dan l-iktar tard fil-mument ta' adeżjoni tagħhom. | Jaqbel li jitkomplew l-attivitajiet ta' kontroll klassiċi u jkompli t-tisħiħ ta' sorveljanza ta' l-attivitajiet ta' rkupru fl-Istati Membri. |

    [1] L-Artikolu 18, paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 1150/2000.

    [2] ĠU L253, 7.10.2000, p. 0042-0046

    [3] ĠU L130, 31.5.2000, p. 1-9, emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2028/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 (ĠU L 352, 27.11.2004, p. 1.

    [4] ĠU L126, 20.5.1999, p. 1.

    [5] COM (93) 691 ta' l-4.1.1994 (l-ewwel rapport dwar is-snin 1989-1992), COM (97) 673 ta' l-1.12.1997 (it-2 rapport dwar is-snin 1993-1996), COM (01) 32 tal-5.2.2001 (it-3 rapport dwar is-snin 1997-1999), COM(03)345 tal- 11.6.2003 (ir-4 rapport dwar is-snin 2000-2002).

    [6] Ir-rapport huwa dwar il-kontrolli li saru mill-Istituzzjonijiet Komunitarji (Kummissjoni u Qorti ta' l-Awdituri). Ma jittrattax il-kontrolli li saru mill-Istati Membri li r-riżultati tagħhom huma ppublikati fir-rapport annwali stabbilit skond l-Artikolu 280 tat-Trattat.

    [7] Dawn huma kontrolli li saru fid-Danimarka, fl-Olanda u fl-Awstrija.

    [8] BE, DE, GR, ES, FR, IT, PT, UK, FI, SE.

    [9] BE, DK, DE, GR, ES, FR, IE, IT, PT, NL, UK, FI, SE

    [10] Kull missjoni ta' kontroll tinkludi din it-tema flimkien mat-tema prinċipali.

    [11] Il-Każ C-460/01 "Il-Kummissjoni kontra l-Olanda" u l-Każ C-104/02 "Il-Kummissjoni kontra l-Ġermanja".

    [12] Il-Każ C- 392/02 "Il-Kummissjoni kontra d-Danimarka".

    [13] Il-Kaz C-546/03 "Kummissjoni kontra Spanja".

    [14] Il-Kaz C-378/03 "il-Kummissjoni kontra l-Belġju".

    [15] Il-Kaz C-275/04 "il-Kummissjoni kontra l-Belġju".

    [16] Il-Kaz C-105/02 "il-Kummissjoni kontra l-Belġju".

    [17] Il-Kaz C-377/03 "il-Kummissjoni kontra l-Belġju".

    [18] Il-Każ C-312/04, "il-Kummissjoni kontra l-Olanda".

    [19] Il-Kaz C-275/04 "il-Kummissjoni kontra l-Belġju"

    [20] Dawn iċ-ċifri huma parzjali notevolment għas-sena 2005, billi l-irkupru ta' l-intitolamenti li sar wara kontrolli tal-Kummissjoni saru minħabba proċeduri nazzjonali ta' ġbir ta' informazzjoni ta' kontabilità meħtieġa għall-istabiliment ta' l-ordnijiet ta' rkupru.

    [21] Xi fajls speċifiki ta' rkupru (imsemmija "każijiet mhux kampjun") huma wkoll suġġet ta' tmexxija partikolari, minbarra l-kampjun rappreżentativ B.

    [22] COM(2004) 850 tas-7.1.2005.

    Top