This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0823
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee - Co-ordinating Member States' direct tax systems in the Internal Market
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - Il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti ta' l-Istati Membri fis-Suq Intern
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - Il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti ta' l-Istati Membri fis-Suq Intern
/* KUMM/2006/0823 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew - Il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti ta' l-Istati Membri fis-Suq Intern /* KUMM/2006/0823 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.12.2006 KUMM(2006) 823 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti ta' l-Istati Membri fis-Suq Intern WERREJ 1. Daħla 3 2. Il-Prinċipji ewlenin għas-sistemi fiskali koordinati 4 2.1. Prinċipji ewlenin 4 2.2. It-tneħħija tad-diskriminazzjoni u tat-tassazzjoni doppja 5 2.3. Il-prevenzjoni ta' l-abbuż u tan-nuqqas ta' tassazzjoni 6 2.4. It-tnaqqis ta' l-ispejjeż ta' konformità u s-simplifika tal-proċeduri 6 3. Lejn soluzzjonijiet koordinati 6 4. Konklużjoni 8 1. DAħLA L-Istati Membri għandhom jiffaċċjaw sfidi ġodda. L-għan ewlieni tas-sistemi fiskali nazzjonali huwa l-provvista ta' livell ta' dħul adegwat għall-ispiża finanzjarja pubblika. Il-globalizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta’ negozju u privati qed iqiegħdu l-kompetittività tan-negozju taħt pressjoni. Fl-istat attwali tal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jibqgħu l-biċċa l-kbira liberi li jfasslu s-sistemi fiskali diretti sabiex jilħqu l-għanijiet u l-ħtiġijiet tal-politika lokali tagħhom. It-trattament ta' l-interazzjoni tas-sistemi fiskali multipli jippreżenta sfida għas-suq intern. Is-sistemi fiskali jirrappreżentaw ukoll għażliet demokratiċi bażiċi dwar kif għandhom jinġabru l-fondi bħal dawn b’mod ekwu, u kif għandu jiġi distribwit id-dħul. Madankollu, ir-regoli fiskali nazzjonali huma mfassla biss u primarjament bil-ħsieb li s-sitwazzjoni domestika tista' twassal għal trattament fiskali inkonsistenti meta din tiġi applikata f'kuntest transnazzjonali. Kontribwent individwali jew korporattiv li jinsab f'sitwazzjoni transnazzjonali jista' jsofri minn diskriminazzjoni jew tassazzjoni doppja jew jiffaċċja spejjeż addizzjonali ta' konformità.[1] Dan joħloq diżinċentiv għall-dawk li jixtiequ jaħdmu jew jinvestu fl-Istati Membri l-oħra. Jikkostitwixxi wkoll ostakolu għall-istabbiliment ta' l-attività u l-investiment transnazzjonali mill-kumpaniji, li jżommhom milli jieħdu vantaġġ bis-sħiħ mis-Suq Intern.[2] Dawn il-problemi huma indirizzati parzjalment permezz ta' azzjoni unilaterali mill-Istati Membri jew permezz tat-trattati bilaterali eżistenti tagħhom dwar it-taxxi. L-ostakoli fiskali ta' l-attività u l-investiment transnazzjonali kienu u jibqgħu t-tema ta' ħafna litigazzjoni f'dawn l-aħħar ftit snin, minħabba li l-kontribwenti fittxew li jisfidaw ir-regoli ta' l-Istat Membri fuq il-bażi tal-libertajiet tat-Trattat[3]. Il-Kummissjoni temmen li mod sistematiku biex jiġu indirizzati l-ostakoli bażiċi tat-taxxa li jeżistu għal kontribwenti korporattivi li joperaw f'iktar minn Stat Membru wieħed huwa li l-gruppi multinazzjonali jingħataw bażi ta' taxxa korporattiva komuni kkonsolidata (CCCTB) għall-attivitajiet tagħhom madwar l-UE. Il-Kummissjoni għalhekk fl-2008 ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta leġiżlattiva komprensiva għas-CCCTB. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa għal miżuri iktar iffukati biex jiġu indirizzati l-problemi l-iktar urġenti fiż-żmien qasir sa dak mezzan. Barra minn hekk, se jibqgħu xi kwistjonijiet anke jekk ikun hemm introduzzjoni tas-CCCTB, pereżempju minħabba li s-CCCTB ma tkoprix il-kontribwenti individwali u ma tapplikax neċessarjament għal kull kontribwent korporattiv u/jew l-Istati Membri kollha u minħabba li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-interazzjoni bejn is-CCCTB u aspetti oħra tas-sistemi tat-taxxi diretti. Għalhekk għad baqa' ħtieġa li jkun żgurat li s-sistemi nazzjonali mhux armonizzati tat-taxxa jaħdmu sew flimkien, kemm sabiex jingħelbu l-ostakoli msemmija hawn fuq kif ukoll biex ma jittiklux il-bażijiet tat-taxxi ta' l-Istati Membri. Qed jidher dejjem iktar li meta jkun hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn is-sistemi tat-taxxi diretti dan jista jwassal ukoll, mingħajr intenzjoni, għal nuqqas ta' tassazzjoni jew abbuż, u għalhekk jittiekel id-dħul mit-taxxi, bi xkiel ta' l-abbiltà ta' l-Istati Membri li joperaw sistemi fiskali effiċjenti u bbilanċjati. Dan jista' jkollu impatt fuq il-finanzjament sostenibbli tal-mudelli soċjali ta' l-Istati Membri [4] Għalhekk, din il-Komunikazzjoni hija diretta lejn il-koordinazzjoni u t-titjib tal-prestazzjoni tas-sistemi mhux armonizzati tat-taxxi diretti. Billi l-armonizzazzjoni tirriżulta fil-ħolqien ta' korp komuni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja li jissupera l-liġijiet nazzjonali, il-koordinazzjoni għandha tibni fuq sistemi domestiċi biex isiru kompatibbli mat-Trattat u ma' xulxin. L-għan tal-koordinazzjoni mhuwiex li tissostitwixxi s-sistemi fiskali nazzjonali eżistenti permezz ta' sistema uniformi Komunitarja, iżda li tiżgura li sistemi nazzjonali bħal dawn jistgħu jaħdmu ħarir ma' xulxin. Hekk kif il-Kummissjoni enfasizzat fil-kontribut tagħha fis-samit ta' Hampton Court, hemm il-ħtieġa li nħarsu mill-qrib lejn kif nistgħu nagħmlu biex is-sistemi fiskali attwali joperaw aħjar madwar l-UE. Il-kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri u l-koordinazzjoni aħjar tar-regoli tagħhom għandhom itejbu b'mod sinifikanti l-prestazzjoni tas-sistemi fiskali tagħhom. L-Istati Membri jkunu f'qagħda aħjar biex jilħqu l-miri tal-politika fiskali tagħhom u jipproteġu l-bażi tat-taxxa tagħhom filwaqt li jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u tassazzjoni doppja, għall-benefiċċju ta' individwi u negozji. B'dan, is-sistemi fiskali għandhom jikkontribwixxu iktar effettivament għas-suċċess tas-Suq Intern, għal tkabbir u impieg aħjar, u għall-kompetittività aħjar tal-kummerċ ta' l-UE fil-livell globali f'konformità ma l-istrateġija mġedda ta' Liżbona[5]. 2. IL-PRINċIPJI EWLENIN GħAS-SISTEMI FISKALI KOORDINATI 2.1. Prinċipji ewlenin It-trattament koerenti u kkoordinat tat-taxxa jimplika: - It-tneħħija tad-diskriminazzjoni u tat-tassazzjoni doppja - Il-prevenzjoni tan-nuqqas ta' tassazzjoni u abbuż mhux intenzjonati, u - It-tnaqqis ta' spejjeż ta' konformità marbuta ma' li wieħed ikun suġġett għal iktar minn tassazzjoni waħda. Il-koordinazzjoni ta' l-inizjattivi tista' tieħu forom differenti li jvarjaw minn azzjoni unilaterali konċertata mill-Istati Membri f'tarf wieħed ta' l-ispektrum għal azzjoni kollettiva fil-forma ta' strument Komunitarju fit-tarf l-ieħor. F'xi każijiet jista' jkun biżżejjed għall-Istati Membri li jimplimentaw b'mod unilaterali soluzzjonijiet miftiehma b'mod komuni, eż. tibdil għar-regoli domestiċi sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni. F'każijiet oħra xi azzjonijiet unilaterali jistgħu ma jkunux biżżejjed, u jista' jkun hemm il-ħtieġa għal azzjoni bilaterali permezz ta' dispożizzjonijiet tat-trattat tat-taxxa jew azzjoni kollettiva permezz ta' strument Komunitarju. Dan ikun il-każ b'mod partikolari meta jkun hemm każi ta' tassazzjoni doppja jew nuqqas mhux intenzjonat tat-tassazzjoni ġejjin minn nuqqas ta' qbil bejn ir-regoli ta' l-Istati Membri. Hemm ukoll il-ħtieġa għal koordinazzjoni aħjar ta' arranġamenti bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi f'ċerti oqsma, partikolarment f'relazzjoni mal-miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa, sabiex jiġu protetti l-bażijiet tat-taxxa. Tħassib kbir għall-Istati Membri, partikolarment fid-dawl ta' żieda qawwija ta' litigazzjoni mill-kontribwenti f'dawn l-aħħar ftit snin, hija li tiżgura li r-regoli tagħhom tat-taxxa jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja. Permezz ta' l-għajnuna lill-Istati Membri biex jeliminaw id-diskriminazzjoni, inizjattivi bħal dawn għandhom jgħinu biex jiżguraw il-konformità ma' l-obbligi tagħhom tat-Trattat u jnaqqsu t-tfixkil li jista jirriżulta mil-litigazzjoni. 2.2. It-tneħħija tad-diskriminazzjoni u tat-tassazzjoni doppja It-tneħħija tad-diskriminazzjoni fiskali hija rekwiżit bażiku tal-liġi Komunitarja. Stat Membru jista' jittratta sitwazzjonijiet transnazzjonali b'mod differenti minn sitwazzjonijiet domestiċi biss jekk dan huwa ġġustifikat b'tibdil fiċ-ċirkostanzi tal-kontribwent. Matul is-snin qed jidher li hemm ħafna aspetti ta' regoli ta' l-Istati Membri li qegħdin f'kunflitt mat-Trattat, inklużi r-regoli dwar it-taxxa tad-dħul (eż. taxxi tal-ħruġ), tassazzjoni tad-dividendi (eż. taxxa f'ras il-għajn), tassazzjoni tal-grupp (eż. n-nuqqas ta’ tpattija għat-telf transnazzjonali), it-tassazzjoni tal-fergħat u r-regoli dwar l-evażjoni fiskali. Iżda, minkejja korp sostanzjali ta' ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ECJ), mhuwiex dejjem faċli li jinftiehem kif il-libertajiet espressi b'mod wiesa' japplikaw fil-qasam kumpless tal-liġi fiskali. Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza hija reċenti, qed tkompli tevolvi u ġeneralment tikkonċerna d-dispożizzjonijiet partikolari ta' l-Istati Membri individwali. Mhuwiex dejjem faċli għall-kontribwenti, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-qrati nazzjonali li jifhmu l-implikazzjonijiet kollha tad-deċiżjonijiet jew iqiegħduhom f'qafas usa'. Fil-fehma tal-Kummissjoni, tinħtieġ gwida fuq il-prinċipji bbażati fuq il-ġurisprudenza u kif dawn japplikaw fl-oqsma ewlenin tat-tassazzjoni diretta. Gwida bħal din tista' tippromwovi ċertezza legali ikbar għall-benefiċċju tal-kontribwenti, l-awtoritijiet tat-taxxa u l-qrati nazzjonali. Madankollu dak huwa biss il-punt tat-tluq. Jinħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet li jistgħu jiżguraw trattament transnazzjonali koerenti. L-esperjenza wriet li mhuwiex dejjem possibbli li jkun implimentat l-obbligu tal-ħelsein mid-diskriminazzjoni b'mod koerenti jew fl-aħjar mod permezz ta' miżuri unilaterali. L-Istati Membri, f'ċerti każijiet wieġbu b'mod unilaterali billi neħħew il-vantaġġi domestiċi tat-taxxa jew billi estendew ir-rekwiżiti għas-sitwazzjonijiet transnazzjonali għal sitwazzjonijiet domestiċi f'ċirkustanzi fejn dan ma kienx mixtieq f'termini ta' politika fiskali. Dan imur kontra l-interessi tas-Suq Intern u jdgħajjef il-kompetittività ta' l-ekonomiji ta' l-Istati Membri[6] Il-Kummissjoni tipproponi li tippreżenta għadd ta' inizjattivi biex tassisti l-Istati Membri sabiex isibu soluzzjonijiet koordinati li jippermettulhom li jiksbu l-għanijiet tal-politika fiskali tagħhom filwaqt li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja. It-tneħħija tat-tassazzjoni doppja fis-Suq Intern hija kkuntemplata espressament fl-Artikolu 293 tat-Trattat tal-KE. It-tassazzjoni doppja internazzjonali hija ostakolu kbir għall-attività transnazzjonali u l-investiment fi ħdan l-UE. It-tneħħija tagħha għalhekk hija għan bażiku u prinċipju ta' kwalunkwe soluzzjoni koordinata. Tassazzjoni internazzjonali doppja tinħoloq propja minħabba li l-kontribwent ikun suġġett għal iktar minn ġurisdizzjoni waħda ta' tassazzjoni. Eżempju wieħed klassiku ta' ostakolu għas-Suq Intern ġej min-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn is-sistemi fiskali nazzjonali li jistgħu jiġu solvuti biss permezz ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. 2.3. Il-prevenzjoni ta' l-abbuż u tan-nuqqas ta' tassazzjoni Id-distakk li hemm bejn is-sistemi tat-taxxa minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni tista' twassal ukoll għal nuqqas mhux intenzjonat ta' tassazzjoni u tipprovdi skop għall-abbuż. L-abbuż u n-nuqqas ta' tassazzjoni, it-tnejn l-istess, huma ta' detriment għall-interessi tas-Suq Intern minħabba li jnaqqsu l-imparzjalità u l-bilanċ tas-sistemi tat-taxxa ta' l-Istati Membri. Din il-problema tista' wkoll tiġi indirizzata permezz ta' koordinazzjoni aħjar tar-regoli ta' l-Istati Membri u kooperazzjoni mtejba fir-rigward ta' l-infurzar. Dan għandu jkun element essenzjali ta' l-inizjattivi tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni tipproponi li teżamina dan il-qasam flimkien ma' l-Istati Membri fi grupp ta' ħidma fil-futur qarib, skond il-progress tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 2.4. It-tnaqqis ta' l-ispejjeż ta' konformità u s-simplifika tal-proċeduri L-eżistenza ta' sistemi fiskali multipli tfisser settijiet multipli ta' rekwiżiti ta' konformità. Il-ħtieġa li l-kumpaniji multinazzjonali jitneħħilhom il-piż li jikkonformaw mas-sistemi ta' potenzjalment 25 Stat Membru, flimkien mar-regoli tat-trasferiment tal-prezzijiet li jallokaw il-bażi tat-taxxa bejniethom, kienet fattur ewlieni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni favur ħidma lejn CCCTB għall-kumpaniji. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni, permezz tax-xogħol li sar mill-Forum tat-Trasferiment tal-Prezzijiet, fittxet li tesplora l-ambitu għal tnaqqis tal-piżijiet tal-konformità fit-trasferiment tal-prezzijiet. Tajjeb li jiġi esplorat b'mod iktar ġenerali il-modi ta' kif jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità transnazzjonali u kif jistgħu jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-kontribwenti, inklużi l-SMEs u l-individwi, l-iktar permezz ta' kooperazzjoni amministrattiva aħjar fost l-Istati Membri. 3. LEJN SOLUZZJONIJIET KOORDINATI Il-Kummissjoni tikkunsidra li ħafna drabi, l-għanijiet msemmija iktar 'il fuq jistgħu jintlaħqu l-aħjar – u xi kultant biss - permezz tal-koordinazzjoni fost l-Istati Membri. Il-Kummissjoni illum ħarġet żewġ Komunikazzjonijiet f'oqsma speċifiċi li fihom jidhrilha li hemm ħtieġa għal azzjoni miftiehma. L-ewwel Komunikazzjoni tikkonċerna l-qasam tat-taxxi tal-ħruġ. Il-qasam tat-taxxa tal-ħruġ, li jinkludi t-taxxi fuq it-trasferimenti ta' l-assi għal ġurisdizzjoni oħra, juri l-ħtieġa għal koordinazzjoni xierqa tar-regoli fiskali ta' l-Istati Membri rrinforzati b'kooperazzjoni effettiva fuq l-infurzar. Dan isegwi mill-prinċipji tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni kif interpretati fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li s-sitwazzjonijiet transnazzjonali ma jistgħux jiġu ttrattati b'mod inqas favorevoli minn sitwazzjonijiet domestiċi komparabbli. Fil-każ tat-taxxi tal-ħruġ, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma qisitx il-possibilità tal-ġbir immedjat ta' taxxi bħal dawn fuq id-dħul li ma sarx f'sitwazzjonijiet transnazzjonali jekk mhemmx tassazzjoni bħal din f'sitwazzjonijiet domestiċi komparabbli[7]. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-differiment fiskali ma jistax isir suġġett għal ċerti kundizzjonijiet bħal pereżempju r-rekwiżiti ta' garanzija ta' bank jew il-ħatra ta' rappreżentant fiskali. Mingħajr koordinazzjoni xierqa u kooperazzjoni effettiva fuq l-infurzar hemm, madankollu, ir-riskju li kwalunkwe dħul li jkun sar fuq id-disponiment mill -assi jista' jevita t-tassazzjoni jew ikun suġġett għal tassazzjoni doppja minħabba n-nuqqas ta' qbil fid-drittijiet tat-taxxa previsti skond id-dispożizzjonijjiet domestiċi jew bilaterali fit-trattat tat-tassazzjoni, jew minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa jew mezzi ta' ġbir għall-infurzar xieraq tal-klejms fiskali. Fil-Komunikazzjoni dwar it-taxxi tal-ħruġ, il-Kummissjoni għamlet numru ta' proposti speċifiċi kif l-Istati membri jistgħu jikkoordinaw aħjar ir-regoli tagħhom f'dan il-qasam sabiex jeliminaw id-diskriminazzjoni illegali filwaqt li jevitaw it-tassazzjoni doppja jew in-nuqqas doppju tat-tassazzjoni. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll ċerti oqsma fejn jeħtieġ li jsir xogħol iktar iddettaljat. Il-Komunikazzjoni hija ta' importanza kemm għall-kontribwenti individwali kif ukoll korporattivi. It-tieni Komunikazzjoni tikkonċerna l-kumpens għat-telf transnazzjonali għall-kumpaniji u l-gruppi. Meta tonqos għajnuna bħal din ikun hemm ir-riskju li l-profitti u t-telf tal-kumpaniji fi grupp jew stabbilimenti differenti ta' kumpanija jitħallew għalihom f'ġurisdizzjonijiet differenti bil-konsegwenza li grupp jew kumpanija tħallas it-taxxa fuq ammont li jaqbeż ir-riżultati totali madwar l-UE. Huwa ċar li dan joħloq diżinċentiv għall-attività kummerċjali transnazzjonali u jdgħajjef il-kompetittività tal-kumpaniji u l-gruppi ta' l-UE. Jekk tiġi addottata s-CCCTB, għandha tipprovdi konsolidazzjoni tar-riżultati madwar l-UE kollha għall-gruppi koperti mis-sistema. Il-Komunikazzjoni hija mmirata lejn koordinazzjoni iktar immedjata tar-regoli ta' l-Istati Membri. Tibni fuq il-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, b'mod partikolari s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ ta' Marks and Spencer u tippromwovi standard minimu ta' kumpens għat-telf transnazzjonali li jinvolvi kumpens għat-telf tas-sussidjarji fil-livell tal-kumpanija omm. Bla dubju, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija essenzjali f'oqsma bħal dawn msemmija aktar 'il fuq, fejn in-nuqqas ta' qbil bejn is-sistemi ta' l-Istati Membri jwassal għal tassazzjoni doppja jew nuqqas doppju ta' tassazzjoni. Madankollu, anke f'każijiet fejn huwa possibbli għall-Istati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet permezz ta' miżuri unilaterali, jista' jkun preferibbli li jinstabu soluzzjonijiet komuni. Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli kontra l-evażjoni tat-taxxa, bħal pereżempju r-regoli tal-Kumpaniji Barranin Ikkontrollati (CFC)[8] Kif intwera mill-ġurisprudenza riċenti, dan huwa qasam delikat fejn hemm il-ħtieġa li jinżamm il-bilanċ xieraq bejn l-interess li l-abbuż ġewwa l-UE jiġi miġġieled b'mod effettiv u l-ħtieġa li jiġu evitati r-restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-attività transnazzjonali li huma kuntrarji għal-liġi Komunitarja. Hemm ukoll il-ħtieġa urġenti għal koordinazzjoni aħjar ta' l-applikazzjoni ta' regoli bħal dawn fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex jitħarsu l-bażijiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tippjana li toħroġ komunikazzjoni oħra s-sena d-dieħla dwar ir-regoli kontra l-abbuż. Kif ġie spjegat hawn fuq, f'dan il-qasam jinħtieġ b'mod urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jilħqu l-bżonnijiet ta' l-Istati Membri filwaqt li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja. Jista' jkun hemm ukoll nuqqas ta' korrispondenza, pereżempju, bejn kif Stati Membri differenti jikkwalifikaw id-dejn u l-ekwità. Stat Membru partikolari jista' jikkunsidra tranżazzjoni bħala kontribut ta' ekwità, iktar milli self, u għalhekk ma jittrattax id-dħul mill-kapital bħala taxxabbli, filwaqt li Stat Membru ieħor jista jittratta s-self bħala dejn u jħalli l-interessi li jkunu tħallsu bħala tnaqqis għall-kumpanija li qed tħallas l-interessi. Dan jista' jirriżulta f'deduzzjoni fi Stat Membru wieħed u nuqqas ta' tassazzjoni korrispondenti fi Stat Membru ieħor. Qasam ieħor jikkonċerna l-użu ta' entitajiet ibridi, i.e. entitajiet li jitqiesu bħala entità korporattiva (mhux trasparenti) minn Stat Membru wieħed u bħala entità mhux korporattiva (trasparenti) minn Stat Membru ieħor; din id-differenza ta' kwalifika mill-Istati Membri tista' twassal għal eżenzjonijiet doppji jew deduzzjonijiet doppji. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra b'mod attiv ukoll il-ħtieġa għal inizjattivi f'oqsma oħra bħal taxxi f'ras il-għajn, it-tassazzjoni tal-fergħat u t-taxxi fuq il-wirt. Hija ħerqana li tesplora, flimkien ma' l-Istati Membri, l-operaturi tas-suq u partijiet interessati oħra u fejn jixraq oqsma oħra, fejn hemm il-ħtieġa partikolari għal inizjattivi bħal dawn. Il-Kummissjoni tikkunsidra li flimkien ma' inizjattivi speċifiċi bħal dawn, il-komunikazzjoni aħjar tas-sistemi ta' l-Istati Membri tinvolvi l-ħtieġa li titfassal soluzzjoni iktar kollettiva għall-kontribwenti li jsibu rwieħhom suġġetti għal tassazzjoni doppja minħabba fil-kunflitti tad-drittijiet fiskali. Il-Konvenzjoni ta' l-Arbitraġġ, li l-Kummissjoni impenjat ruħha li ttejjeb l-operat tagħha, hija limitata għal tilwim marbut mat-trasferiment tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni tipproponi li, flimkien ma' l-Istati Membri, tesplora l-possibbiltajiet għal mekkaniżmu ta' reżoluzzjoni għat-tilwim ġenerali, effiċjenti u li jorbot biex jittratta b'mod iktar ġenerali l-problemi tat-tassazzjoni internazzjonali doppja ġewwa l-UE. Mekkaniżmu bħal dan għandu jkun ta' benefiċċju reali għall-kontribwenti f'sitwazzjonijiet transnazzjonali, partikolarment l-individwi u l-SMEs. 4. KONKLUżJONI Il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa bejn l-Istati Membri jistgħu jgħinuhom jaslu biex jiksbu l-għanijiet tal-politika fiskali tagħhom u jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa tagħhom, filwaqt li jiżguraw li titneħħa d-diskriminazzjoni u t-tassazzjoni doppja u t-tnaqqis ta' l-ispejjeż ta' konformità. Is-sistemi fiskali b'dan għandhom jikkontribwixxu aħjar għas-suċċess tas-Suq Intern, u jgħinu t-titjib tal-kompetittività tal-kummerċ ta' l-UE fil-livell globali f'konformità ma l-istrateġija mġedda ta' Liżbona. Il-Kummissjoni lesta li tgħin l-Istati Membri biex jiżviluppaw il-prinċipji għal soluzzjonijiet koordinati stabbiliti f'din il-komunikazzjoni u fit-titjib ta' arranġamenti għal kooperazzjoni fl-amministrazzjoni. B'mod speċifiku, tipproponi li tippreżenta għadd ta' inizjattivi li jkopru l-oqsma ewlenin tat-tassazzjoni diretta bħal dawk deskritti iktar 'il fuq, flimkien ma' inizjattiva iktar ġenerali mfassla biex tiżgura t-tneħħija effettiva tat-tassazzjoni doppja fi ħdan l-UE. Is-suċċess ta' dawn l-inizjattivi sejrin jiddependu biss fuq kemm l-Istati Membri lesti jikkoperaw u jinvestu f'soluzzjonijiet koordinati. In-nuqqas ta' azzjoni jista' jwassal biss li titnaqqas iktar l-abbiltà ta' l-Istati Membri biex jipproteġu d-dħul mit-taxxi tagħhom u jwassal għal iktar litigazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet individwali. Il-Kummissjoni għalhekk issejjaħ l-Istati Membri biex jeżaminaw il-proposti li saru f'din il-Komunikazzjoni u fiż-żewġ Komunikazzjonijiet dwar it-telf transnazzjonali u t-tassazzjoni tal-ħruġ, ippreżentati llum, u biex jaħdmu flimkien magħha biex jittrattaw b'mod rapidu u effettiv il-kwistjonijiet li jinqalgħu fi ħdanhom. Din l-inizjattiva hija mfassla biex tkun ta’ benefiċċju immedjat għall-kontribwenti kollha tat-taxxa f’sitwazzjonijiet transnazzjonali, u b’hekk tgħin biex jitkompla s-Suq Intern b’mod parallel ma l-inizjattivi diġà stabbiliti, b’mod partikolari x-xogħol biex tiġi stabbilita s-CCCTB. Il-Kummissjoni ssejjaħ l-Istati Membri, l-operaturi tas-suq u l-istituzzjonijiet ta' l-UE biex jilqgħu l-prospetti offruti minn din l-inizjattiva. Il-Kummissjoni tistieden il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-Komunikazzjoni. [1] L-ostakoli ewlenin tat-taxxa tal-kumpaniji għall-attività ekonomika transnazzjonali fis-Suq Intern huma deskritti fl-istudju “Tassazzjoni ta’ l-Impriżi fis-Suq Intern” (SEC(2001) 1681, 23.10.2001, parti III, paġni 223-305 . [2] Fi studju ddettaljat (SEC [2001] 1681, anness mal-Komunikazzjoni “Lejn Suq Intern mingħajr ostakoli fiskali”, COM [2001] 582), il-Kummissjoni identifikat bosta ostakoli fiskali għan-negozju transnazzjonali fis-Suq Intern u xi passi li jistgħu jittieħdu biex jitneħħew. Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, ġew identifikati ukoll ostakoli fiskali oħra mill-grupp ta’ esperti “FISCO” (ara l-Komunikazzjoni dwar il-Mogħdija u l-Ħlas fl-Unjoni Ewropea – It-triq ’il quddiem, COM [2004] 312) li tagħti parir dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli fiskali ta’ konformità għall-Mogħdija ( clearance ) u l-Ħlas tat-transazzjonijiet transnazzjonali tat-titoli fi ħdan l-UE. [3] Il-limiti attwali tal-politiki nazzjonali tat-taxxi f’Suq Intern integrat intwerew f’bosta deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ara, fl-2006 biss, is-sentenzi tal-Qorti fil-kawżi C-520/04 Turpeinen , C-196/04 Cadbury Schweppes , C-386/04 Centro di Musicologia Stauffer , C-290/04 Scorpio , C-346/04 Conjin , C-152/03, Ritter-Coulais , C-471/04 Keller Holding and C-365/04 Bouanich ). [4] COM(2005)525 finali, 3.11.2005, Valuri Ewropej fid-dinja globalizzata: Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għal-laqgħa ta' Ottubru tal-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet . [5] COM(2005)532 finali, 25.11.2005, Il-kontribut tal-politika tat-taxxa u dik doganali għall-istrateġija ta' Liżbona. [6] Ara §68 fl-Opinjoni ta' l-AG Geelhoed tad-29 ta' Ġunju 2006, C-524/04 Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation v. Il-Kummissarji tat-Taxxi Interni "Estensjoni bħal din tal-leġiżlazzjoni għal sitwazzjonijiet għal kollox lil hinn mir-raġuni fundamentali tal-liġi, għal skopijiet purament formalistiċi u li jikkawżaw piż amministrattiv żejjed konsiderevoli għall-kumpaniji domestiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa, hija għal kollox bla raġuni u saħansitra kontroproduttiva għall-effiċjenza ekonomika. Minħabba f'dan, hija anatema għas-suq intern" [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. [7] Il-kawża C-9/02 Hughes de Lasteyrie du Saillant v. Ministère de l'économie, des Finances et de l'Industrie, ĠU C 94, 17.04.2004, p.5. [8] L-għan ewlieni tar-regoli tas-CFC huwa li jipprevjeni l-kumpaniji residenti milli jevadu t-taxxa domestika billi jidderieġu d-dħul lejn sussidjarji f'pajjiżi b'livell (sinifikament) iktar baxx ta' tassazzjoni. Tipikament, ir-regoli tas-CFC jipprevedu li l-profitti li sussidjarju barrani kkontrollat jista' jiġi attribwit għall-kumpanija omm lokali u ntaxxati f'idejn din ta' l-aħħar fl-istess mod bħall-profitti tagħha.