This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0348
Communication from the Commission to the Council and to the representatives of the Governments of the Member States meeting within the Council to give orientation to the Commission for the revision of the Agreement on Trade, Development and Cooperation between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of South Africa, of the other part
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li Jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill biex tagħti orjentazzjoni lill-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, L-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li Jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill biex tagħti orjentazzjoni lill-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, L-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra
/* KUMM/2006/0348 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.6.2006 KUMM(2006) 348 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LIR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI LI JILTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL biex tagħti orjentazzjoni lill-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, L-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra (FKŻK) ġie ffirmat f'Ottubru 1999 u ilu japplika b'mod proviżorju u parzjali mill-1 ta' Jannar 2000. Wara ratifika mill-partijiet kollha, il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. L-Artikolu 103 tat-TDCA jitlob reviżjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ sabiex jindirizza l-implikazzjonijiet possibli ta’ arranġamenti oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-Ftehim. L-“arranġamenti l-oħrajn” li l-awturi tal-Ftehim kellhom f'moħħhom jinkludu bla dubju l-Ftehim ta’ Cotonou, li ġie rivedut. L-Artikolu 18 tad-TDCA jitlob għal aktar passi fil-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċ, b’mod partikolari, tad-dazji doganali applikabbli għal prodotti fil-“ waiting lists ” tat-TDCA, i.e. prodotti li għalihom ma hemmx stipulata liberalizzazzjoni tal-kummerċ jew inkella hija limitata. L-Artikolu 30 jitlob għal estensjoni tal-firxa tal-Ftehim għal-liberalizazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi. L-Artikolu 97 (3) jipprevedi li l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha koperti mit-TDCA u l-Artikolu 106 (1) jagħti lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni s-setgħa li jiddeċiedi dwar l-emendi mressqa minn kwalunke Parti. Din id-dispożizzjoni għandha tintuża għar-reviżjoni proposta. Matul l-2004 il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel għamlu reviżjoni tat-TDCA, li ffukat primarjament, iżda mhux b’mod esklussiv, fuq dawk it-taqsimiet tal-Ftehim li kienu qegħdin jiġu applikati b’mod proviżorju. Din ir-reviżjoni wasslet għall-adozzjoni mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tat-23 ta’ Novembru 2004 tal-“Konklużjonijiet Konġunti” li stabilixxew linji ta’ gwida ġenerali għar-reviżjoni tat-TDCA. Il-Konklużjonijiet Konġunti b’mod inter alia jitolbu għal djalogu politiku bejn il-partijiet biex “jinkludu skambji ta’ opinjonijiet dwar kwistjonijiet politiċi aktar riċenti bħal Armi tal-Qerda tal-Massa, il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u l-Qorti Internazzjonali tal-Kriminalità”, u jirrakomandaw li“l-liberalizzazzjoni reċiproka tal-kummerċ għandha tkompli u possibilment titħaffef aktar, għandhom jitqiesu s-sensitivitajiet taż-żewġ naħat, id-dimensjoni reġjunali u l-iskeda taż-żmien għan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika fl-Afrika t' Isfel". Fuq il-bażi ta’ dawn il-Konklużjonijiet Konġunti, l-istaff tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-AKP komplew jiddiskutu u jirfinaw il-firxa u l-għan għal reviżjoni tat-TDCA. L-analiżi ġenerali ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’termini ta’ emendi fit-TDCA li għamel l-istaff tal-Kummissjoni hija li ma hemmx bżonn ta’ bidla sħiħa tal-ftehim. Iżda, il-Ftehim irid jiġi aġġornat biex jirrifletti d-dispożizzjonijiet il-ġodda politiċi u ta' sigurtà tal-Ftehim rivedut ta’ Cotonou, aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ, u aġġornatment tal-frażijiet f’ xi wħud mill-artikli dwar oqsma ta’ kooperazzjoni ekonomiċi u oħrajn. Wara li nnegozjat ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Afrika t’ Isfel, il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill test aktar iffinalizzat fil-forma ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni skond l-Artikolu 300 (2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Kunsill joħroġ l-orjentazzjonijiet mehmuża għar-reviżjoni tat-TDCA. ORJENTAZZJONIJIET PROPOSTI GĦAR-REVIŻJONI TAT-TDCA 1. DAĦLA Il-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra (FK¯K) ġie ffirmat f'Ottubru 1999 u applika b'mod proviżorju u parzjalimill-1 ta' Jannar 2000. Wara ratifika mill-partijiet kollha, il-Ftehim daħal fis-seħħfl-1 ta’ Mejju 2004. L-Artikolu 103 tat-TDCA jitlob reviżjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ sabiex jindirizza l-implikazzjonijiet possibli ta’ arranġamenti oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-Ftehim. L-arranġamenti l-oħrajn li l-awturi tal-Ftehim kellhom f'moħħhom jinkludu bla dubju l-Ftehim ta’ Cotonou, li ġie rivedut. L-Artikolu 18 tad-TDCA jitlob għal aktar passi fil-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċ, B’mod partikolari tad-dazji doganali applikabbli għal prodotti fil-“ waiting lists ” tat-TDCA, i.e. prodotti li għalihom ma hemmx stipulata liberalizzazzjoni tal-kummerċ jew inkella din hija limitata. L-Artikolu 30.4 jiddikjara li l-għan ta’ ‘aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi’ għandu jkun suġġett għall-ewwel eżaminazzjoni mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni ta’ l-anqas ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Din ir-reviżjoni tat-TDCA li għamlu l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel matul l-2004 wasslet għall-adozzjoni mill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tat-23 ta’ Novembru 2004 tal-“Konklużjonijiet Konġunti” li stabilixxew linji ta’ gwida ġenerali għar-reviżjoni tat-TDCA. 2. GĦAN TAR-REVIŻJONI PROPOSTA Il-Ftehim ta’ Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni b'mod ġenerali għadu bażi tajba għal kooperazzjoni bejn il-partijiet firmatarji. F’dawn l-aħħar sitt snin l-ebda parti ma wriet intenzjoni li tagħmel bidliet fundamentali fit-test. Kif implikat fl-Artikoli 18, 30 u 103 tal-Ftehim, l-għan tar-reviżjoni għandu jkun li tiġi eżaminata l-possibilità ta’ aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ, inkluż il-Ftehim Rivedut ta’ Cotonou, il-Qorti Internazzjonali tal-Kriminalità u l-ġlieda globali kontra t-Terroriżmu. Ir-reviżjoni hija wkoll opportunità biex issaħħaħ id-dimensjoni ambjentali tal-Ftehim, inkluż l-impatt ambjentali li jirriżulta mill-kummerċ imsaħħaħ tal-merkanzija, u biex tiġi aġġornata l-lingwa f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet. 3. KWISTJONIJIET INVOLUTI Fid-dwal ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni identifikat dawn il-kwistjonijiet li ġejjin biex jiġu kkunsidrati għall-emendi: - Fil-Prijambolu, jeħtieġ li tiżdid referenza espliċita għall-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millennju. - Fit-Titolu I, f’dak li għandu x’jaqsam mad-dimesjoni politika, il-Ftehim għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni fil-ftehimiet internazzjonali tar-referenzi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Qorti Internazzjonali Kriminali, in-nonproliferazzjoni ta’ l-armi tal-qerda tal-massa u impenji internazzjonali oħrajn. - Fit-Titolu II dwar il-kummerċ, u l-anness tiegħu, trid titqies aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ f'konformità ma' l-Artikolu 18. Barra minn hekk, ir-reżoluzzjonijiet ta’ kwistjonijiet pendenti jitolbu bidliet minuri. - Fit-Titolu III, dwar il-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, ir-regoli ta’ l-oriġini, is-servizz fil-kummerċ u l-kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fil-kwistjonijiet doganali jridu jitqiesu. - Fit-Titolu IV dwar il-kooperazzjoni ekonomika, kliem aġġornat irid jitqies għal kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-enerġija, it-trasport, l-agrikultura u s-sanità u kwistjonijiet fitosanitarji. - It-Titolu V dwar il-kooperazjoni fl-iżvilupp, xi dispożizzjonijiet dwar il-bżonn l-implimentazzjoni jridu jinġiebu f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni. - Fit-Titolu VI dwar il-kooperazzjoni f’oqsma oħra, kliem aġġornat jew ġdid irid ikun ikkunsidrat għal kooperazzjoni kulturali, għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġustizzja, ħelsien u sigurtà u l-ġlieda kontra d-drogi, il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, trid tiżdied dispożizzjoni dwar kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-emigrazzjoni. - Fit-Titolu VIII, is-sistema ta’ soluzzjoni ta’ tilwim għandha tittejjeb fejn jidħol il-kummerċ u l-kwistjonijiet ta’ kummerċ, sabiex tiżdied l-effettività. 3.1. Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju Għan tal-bidla proposta Li jiġi affermat l-impenn ta' l-imsieħba għal dawn l-għanijiet u tiġi żgurata koerenza mal-preambolu fil-Ftehim rivedut ta’ Cotonou. Emendi Proposti Tiżdied premessa dwar l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millenju. Dispożizzjonijiet relevanti : Il-Preambolu. 3.2. Kwistjonijiet ta' sigurtà Għan tal-bidla proposta Biex tiġi żgurata l-koerenza ma’ l-impenji politiċi espressi mill-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza ta’ Sevilja, tal-21-22 ta’ Ġunju, 2002), kooperazzjoni biex jilqgħu għall-proliferazzjoni ta’ l-armi tal-qerda tal-massa (Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003) u appoġġ għall-Qorti Internazzjonali tal-Kriminalità (Pożizzjoni Komuni 2003/444/cfsp tas-16 ta' Ġunju 2003 u l-Konklużjonijiet tal-Presidenza ta' Tessalonika tad-19-20 ta’ Ġunju 2003). It-TDCA tinġieb f’konformità mal-Ftehim rivedut ta’ Cotonou. Emendi Proposti - impenn li jorbot legalment għal kooperazzjoni biex jilqa’ kontra l-proliferazzjoni ta’ l-armi tal-qerda tal-massa li tqies il-karta ta’ politika ta’ l-UE dwar il-klawżola tan-non-proliferazzjoni fir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-pajjiżi terzi; - impenn li jorbot legalment għall-ġlieda kontra t-terroriżmu; - referenza fil-preambolu għall-“impenn konġunt ta’ l-UE u l-imsieħba ta’ l-AKP għal ġustizzja internazzjonali u l-ġlieda kontra l-impunità” u għall-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Internazzjonal tal-Kriminalità, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2002 u impenn li jorbot legalment għall-kooperazzjoni f’dan il-qasam; - impenn li jorbot legalment għal kooperazzjoni fil-prevenzjoni ta’ l-attivitajiet merċenarji; Dispożizzjonijiet relevanti : Preambolu; dispożizzjonijiet ġodda li se jiġu inklużi fit-Titolu I. 3.3. Id-djalogu politiku Għan tal-bidla proposta Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 (nuqqas tat-twettiq) u 4 (djalogu politiku) tinġieb f'konformità mal-Ftehim rivedut ta' Cotonou. Emendi Proposti Fl-Artikolu 3(4), jiġi inkluż impenn għal djalogu politku sħiħ kif deskritt fl-Artikolu 4, qabel ma jittieħdu "miżuri xierqa". L-Artikolu 4 jinġieb f’aktar konformità mat-test rivedut ta' l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou. Dispożizzjonijiet relevanti : L-Artikoli 3 u 4. 3.4. Aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ Għan tal-bidla proposta Jiġu inklużi dispożizzjonijiet ġodda għal aktar kummerċ liberalizzat reċiproku jew aċċellerazzjoni ta’ l-iskedi ta’ liberalizzazzjoni eżistenti fl-oqsma tal-merkanzija (dazji doganali applikabbli għal prodotti inklużi fil- 'waiting lists' ), id-dispożizzjonijiet innegozjati jitqisu skond in-negozjati u s-sensittivitajiet miż-żewġ naħat tal-KE-SADC EPA Tiġi żgurata l-koerenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma’ dawk innegozjati taħt in-negozjati tal-KE-SADC EPA. Sfond/ Problema li wieħed irid isolvi Iż-żewġ naħat skambjaw dokumenti ddettaljati dwar il-livelli ta’ ambizzjoni rispettivi tagħhom fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċ li jridu jiġu riveduti. Dawn huma ta’ żewġ tipi: - l-ewwel waħda timmira li ttejjeb it-TDCA f’oqsma fejn l-impenji diġà jeżistu (prinċipalment kummerċ fil-merkanzija). Din tkun ukoll opportunità biex isiru l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa fl-Annessi. - it-tieni waħda timmira li testendi l-firxa tat-TDCA f’oqsma li attwalment mhux koperti jew biss parzjalment koperti bil-Ftehim u jista’ jinkludi l-impenji tad-WTO f’bosta oqsma ġodda regolatorji. Emendi Proposti Aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-merkanzija (reviżjoni ta’ prodotti esklużi u aċċelerazzjoni ta’ l-iskedi eżistenti ta’ liberalizzazzjoni li hemm fl-Artikoli 11 sa 15 u 17 kif ukoll l-Annessi relevanti). Impenji ġodda li jorbtu legalment dwar ir-reviżjoni tal-klawżola li tissalvagwardja (l-Artikolu 16 u 24-26). Dispożizzjonijiet relevanti : Titolu II u Annessi I sa VII, b’mod partikolari l- Artikoli 11-15 u 17, kif ukoll l-Artikoli 16 u 24-26. 3.5. Kwistjonijiet relatati mal-kummerċ Għan tal-bidla proposta Jiġu nklużi impenji ta’ rbit ġdid u kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma relatati mal-kummerċ. Tiġi żgurata l-koerenza ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma’ dawk innegozjati taħt in-negozjati tal-KE-SADC EPA. Sfond / Problema li wieħed irid isolvi Dawn l-impenji se jkunu inċentiv għar-regoli bbażati fuq aċċess tas-suq fi ħdan ir-reġjun. Se jiżguraw trasparenza addizzjonali u prevedibilità għall-operaturi u l-infurzar tar-regoli fir-reġjun u żvilupp ikkonsolidat. Emendi Proposti Jinkludu impenji li jorbtu f’oqsma bħas-servizzi (Artikoli 29-30), investiment (Artikoli 32-34), u impenji ġodda fuq ix-xiri tal-Gvern (Artikolu 45). Kooperazzjoni msaħħa u possibiliment impenji addizzjonali se jikkonċernaw oqsma bħal proprjetà intellettwali (Artikolu 46), kompetizzjoni (Artikoli 35-39), standardizzazzjoni u analiżi ta’ konformità u dwana (Artikoli 47-48). Dwar ir-regoli ta’ l-oriġini (Artikolu 28 u Protokoll 1), tista’ tintalab reviżjoni ta’ regoli ta' oriġini li huma speċifiċi għal prodott dwar numru limitat ta’ intestaturi tariffarji. Dispożizzjonijiet relevanti : Titolu III u Protokoll 1. 3.6. Soluzzjoni ta’ tilwim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ Għan tal-bidla proposta Is-sistema tas-soluzzjoni tat-tilwim tinġieb f’konformità mal-prassi aktar riċenti tal-KE, sabiex tiżdied l-effettività tagħha. Sfond / Problema li wieħed irid isolvi Id-dispożizzjonijiet għas-soluzzjoni ta’ tilwim tat-TDCA irrapreżentat pass ‘il quddiem waqt in-negozjati, iżda ma jilħqux l-istandards tal-ftehimiet aktar riċenti. Taħt is-sistema attwali, jibqgħu l-possibilitajiet għal twaqqif proċedurali, u aspetti importanti ta’ konformità mhumiex irregolati. Emendi Proposti Jiġu żviluppati aktar ir-regoli dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim, fejn jidħol il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, permezz ta’ Protokoll lit-TDCA li jkun jistipula fid-dettal il-prinċipji u l-proċeduri biex jissolva t-tilwim. Dispożizzjonijiet relevanti: Artikolu 104. 3.7. Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni ekonomika Għan tal-bidla proposta Il-kliem ta' ċerti dispożizzjonijiet jinġiebu f'konformità mal-ħsieb attwali tal-politika ta' l-UE. Sfond / Problema li wieħed irid isolvi It-TDCA kien innegozjat fl-aħħar tad-disgħinijiet. F’xi wħud mill-materji l-politka tal-KE u l-ħsieb ġenerali żviluppaw aktar. Bosta mill-bidliet proposti huma minuri jew tekniċi u normalment ma jkollhomx bżonn emenda għall-Ftehim. Iżda peress li l-emendi huma meħtieġa f’taqsimiet oħra, din hija opportunità biex jiġu aġġornati xi dispożizzjonijiet. Hija proposta bidla aktar sostanzjali li tikkonċerna l-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji, li rriżultaw li huma impediment importanti għal kummerċ u għalhekk għandhom bżonn kooperazzjoni msaħħa. Emendi Proposti L-emendi proposti jikkonċernaw materji sanitarji u fitosanitarji, enerġija, minjieri, trasport, kooperazzjoni postali u turiżmu. L-Artikolu 61 jitratta materji sanitarji u fito-sanitarji u b’kooperazzjoni dwar l-Agrikoltura. Il-proposta hija li l-Artikolu 61 jinqasam fi tnejn, b’lingwaġġ ambjentali aktar iebes għall-Artikolu 61 u bl-Artikolu 61A jitratta speċifikament il-kooperazzjoni f’materji sanitarji u fitosanitarji. Dwar it-trasport, ġie propost li l-Artikolu 59 jinqasam, bl-Artikolu 59A jitratta speċifikament il-kooperazzjoni dwar it-trasport marittimu. L-Artikolu 55 dwar “Soċjetà ta’ Informazzjoni – telekomunikazzjonijiet u teknoloġija ta’ l-informatika” għandu jiġi aġġornat biex jieħu f’kunsiderazzjoni inter alia l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji, is-sejbiet tas-Samit Dinji dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-interkonnessjoni mal-KE u n-netwerks ta’ riċerka ta’ l-Afrika t’Isfel. Bidliet anqas importanti jikkonċernaw kooperazzjoni msaħħa fuq l-enerġija, b’mod partikolari fil-promozzjoni tal-politika ta’ enerġija effiċjenti u t-teknoloġiji kif ukoll teknoloġiji tal-faħam favur l-ambjent, kooperazzjoni postali, minjieri u turiżmu. Barra minn hekk, l-impatt ambjentali ta’ bosta minn dawn id-dispożizzjonijiet irid jiġi indirizzat. Dispożizzjonijiet relevanti : l-Artikoli 56 sa 61. 3.8. Koperazzjoni Għall-Iżvilupp Għan tal-bidla proposta Xi dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni jridu jinġiebu f’konformità mar-Regolament Finanzjarju ġdid tal-Kunsill u mar-regolament propost għal kooperazzjoni ta’ l-iżvilupp[1] jew l-istrument ekwivalenti leġiżlattiv, la darba jiġi adottat. Sfond / Problemi li jridu jiġu solvuti It-TDCA fih xi dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li ġew issostitwiti mir-Regolament Finanzjarju tal-Komunità. Dawn de facto mhux applikati. Hemm każ għall-aġġustament ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, peress li r-regolament ġenerali finanzjarju japplika globalment. Emendi Proposti Reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li ġew issostitwiti bir-Regolament Finanzjarju. Dispożizzjonijiet relevanti : Titolu V. 3.9. Kooperazzjoni f'oqsma oħra Għan tal-bidla proposta Il-kliem ta' ċerti dispożizzjonijiet jinġiebu f'konformità mal-ħsieb attwali tal-politika ta' l-UE. Jissaħħu d-dispożizzjonijiet fuq kwistjonijiet bħal ġustizzja, ħelsien u sigurtà, ħasil tal-flus, drogi u emigrazzjoni. Sfond/ Problem li wieħed irid isolvi It-TDCA kien innegozjat fl-aħħar tad-disgħinijiet. F’xi wħud mill-kwistjonijiet il-politka tal-KE u l-ħsieb ġenerali żviluppaw aktar. Id-dispożizzjoni dwar il-kooperazzjoni kulturali tista’ tkun aġġornata fid-dawl ta' impenji multilaterali. Il-ġlieda kontra d-drogi u l-ħasil tal-flus huma trattati f’artikolu wieħed, li jirrifletti l-ħsieb ta' dak iż-żmien. Peress li ż-żewġ kwistjonijiet huma kkunsidrati li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin iżda pjuttost separati, id-dispożizzjoni setgħet tinqasam l-aħjar f’żewġ artikoli distinti bi kliem aġġornat li għandu jinkludi wkoll l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Dispożizzjonijiet ġodda jridu jiġu miżjuda dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u dwar kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-emigrazzjoni. Kliem aktar iebes u aġġornat irid jiġi adottat għad-dispożizzjonijiet dwar l-ambjent. Jistgħu jitqiesupossibilitajiet riveduti għal kooperazzjoni msaħħa dwar l-ambjent, kwistjonijiet soċjali, informazzjoni, mezzi tax-xandir u awdjoviżivi, protezzjoni tad- data u saħħa. Emendi Proposti Tiġi inkluża referenza fl-Artikolu 85 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-diversità ta’ espressjonijiet kulturali, partikolarment bil-ħsieb għar-ratifika u l-implimentazzjoni tiegħu. Jinqasam l-Artikolu 90 fi tnejn, bl-Artikolu 90A jitratta dwar il-ħasil ta’ flus. Jiżdiedu dispożizzjonijiet ġodda dwar is-suġġett t'hawn fuq. Tiġi aġġornata d-diċitura ta’ l-Artikoli 84, 86 sa 89, 91 u 92. Dispożizzjonijiet relevanti : Titolu VI, l-Artikoli 84 sa 92. [1] COM(2004) 629 finali