Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006AR0384

    Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett tat-tkabbir 2006 — Pajjiżi kandidati

    ĠU C 197, 24.8.2007, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 197/12


    Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il- Pakkett tat-tkabbir 2006 — Pajjiżi kandidati

    (2007/C 197/03)

    IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    ifakkar li t-tkabbir kien suċċess kbir għall-Unjoni Ewropea u għall-Ewropa kollha kemm hi u jinsisti fuq l-importanza ta' perspettiva reġjonali u lokali fir-rigward tal-proċess tat-tkabbir sabiex ikun hemm garanzija ta' stabilità interna, peress li d-demokrazija fil-livell l-aktar baxx hija element kruċjali f'dan ir-rigward;

    jenfasizza l-importanza ta' rispett kostanti tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen u b'mod partikolari jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-minoranzi u d-drittijiet tat-trade unions u l-bżonn għal titjib fil-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

    jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li ddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma dwar il-Kroazja u t-Turkija, li jinvolvi li jitħeġġeġ djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom;

    jilqa' l-progress miksub fir-rigward tal-kriterji politiċi u ekonomiċi fil-Kroazja, ta' l-acquis communautaire, kif ukoll ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jinnota b'sodisfazzjon li l-awtoritajiet Kroati qegħdin jirrispettaw b'mod kostanti l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen;

    jilqa' r-riformi konsiderevoli li ġew adottati mit-Turkija iżda jibqa' mħasseb minħabba li r-ritmu li bih kienu għaddejjin ir-riformi naqas u jerġa' jsostni li t-twaqqif ta' kumitat konsultattiv konġunt mat-Turkija jibqa' l-objettiv politiku tiegħu;

    jilqa' l-progress kontinwu tar-riformi u l-fatt li l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tinsab fit-triq it-tajba li tissoddisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, iżda jinnota li r-ritmu tar-riformi fl-2006 naqas.

    I.   Rakkomandazzjonijiet politiċi

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE biex tintegra fi ħdanha membri ġodda

    COM(2006) 649 finali

    IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rakkomandazzjonijiet ġenerali

    1.

    ifakkar li t-tkabbir suċċessiv mill-bidu kien ta' importanza ċentrali għall-proġett ta' kostruzzjoni Ewropea;

    2.

    jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-proċess tat-tkabbir għall-iżvilupp demokratiku u stabbli tal-pajjiżi fil-proċess ta' l-adeżjoni, għall-istabbilità tar-reġjun Ewropew u għas-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea.

    3.

    ifakkar li t-tkabbir kien suċċess kbir għall-Unjoni Ewropea u għall-Ewropa kollha kemm hi. Għen sabiex tingħeleb id-diviżjoni ta' l-Ewropa u kkontribwixxa għall-paċi u għall-istabbilità fil-kontinent kollu;

    4.

    jinsisti fuq l-importanza ta' perspettiva reġjonali u lokali fir-rigward tal-proċess tat-tkabbir u jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-politiki reġjonali u lokali sabiex ikun hemm garanzija ta' stabilità interna, peress li d-demokrazija fil-livell l-aktar baxx hija element kruċjali f'dan ir-rigward;

    5.

    jenfasizza li kull pajjiż li jixtieq jidħol membru fl-Unjoni Ewropea jrid jiġi evalwat skond il-merti proprji tiegħu u skond il-kapaċità tiegħu li jissoddisfa l-kriterji stretti li huma stabbiliti għall-adeżjoni;

    6.

    jenfasizza li gvernanza Ewropea tajba, ibbażata fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, tista' tinkiseb permezz ta' diċentralizzazzjoni mingħajr ma jiġi impost mudell uniformi;

    7.

    jindika li trasferiment ibbilanċjat tal-kompetenzi u tar-riżorsi finanzjarji lejn l-awtoritajiet diċentralizzati huwa essenzjali għall-eżerċizzju ta' demokrazija effettiva lokali u reġjonali;

    8.

    jitlob għal sforzi ta' kooperazzjoni u skambju ta' esperjenzi kif ukoll ta' prattiki tajbin miksuba fil-qafas tal-politika ta' qabel l-adeżjoni, li ġiet implimentata b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' l-Istati Membri ta' l-UE u tal-pajjiżi kandidati.

    Il-Kroazja

    9.

    jilqa' l-progress miksub fir-rigward tal-kriterji politiċi u ekonomiċi, ta' l-acquis communautaire, kif ukoll ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u jinnota b'sodisfazzjon li l-pajjiżi qegħdin jirrispettaw b'mod kostanti l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen;

    10.

    jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li l-Kumitat iddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma KtR/Kroazja, li jinvolvi li jitħeġġeġ djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom;

    11.

    jindika li permezz ta' dan il-grupp ta' ħidma, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi djalogu permanenti mar-rappreżentanti politiċi tal-Kroazja. Barra minn hekk ser jinkoraġġixxi u jappoġġja l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-proċess tat-tkabbir fl-ibliet u r-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kroazja;

    12.

    jenfasizza li kooperazzjoni transkonfinali attiva bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali tirrappreżenta wieħed mill-modi għall-iżvilupp tal-prosperità u ta' l-istabilità fil-Kroazja u fir-reġjuni tal-Balkani tal-Punent;

    13.

    japprova t-tħejjija ta' strateġija għar-riforma ta' l-amministrazzjoni pubblika u jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li jiġu indirizzati l-problemi ta' kapaċità fl-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali;

    14.

    jikkunsidra importanti li l-gvern beda jimplimenta strateġiji għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jilqa' l-fatt li l-Kroazja għamlet progress fil-kwistjonijiet tal-minoranzi u r-ritorn tar-rifuġjati; madankollu jenfasizza l-bżonn li l-pajjiż ikompli bl-isforzi tiegħu ta' riforma fl-oqsma kollha u jirrakkomanda li jiġi aċċellerat il-progress partikolarment għal dawn l-aħħar żewġ punti;

    15.

    jenfasizza l-importanza ta' gvernanza tajba demokratika u diċentralizzata meta jiġu indirizzati l-bżonnijiet taċ-ċittadini u jixħet dawl fuq ir-rwol sinjifikanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jitħaddmu politiki ta' riforma;

    16.

    jinnota b'sodisfazzjon li l-Kroazja kompliet tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) u jenfasizza li huwa neċessarju li jkun hemm aktar progress fit-tħaddim tal-proċessi kontra r-reati tal-gwerra, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni tax-xhieda;

    17.

    jirrakkomanda li l-Kroazja tagħmel progress fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mas-swieq pubbliċi sabiex tassigura li jkunu disponibbli proċeduri trasparenti fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni;

    18.

    jilqa' l-iżviluppi riċenti fil-qasam tal-politika reġjonali u tal-koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali iżda jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-finanzjament Ewropew.

    It-Turkija

    19.

    jilqa' r-riformi konsiderevoli li ġew adottati mit-Turkija iżda jibqa' mħasseb minħabba li r-ritmu li bih kienu għaddejjin ir-riformi naqas;

    20.

    jenfasizza li s-segwitu politiku tal-proċess tat-tkabbir fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali huwa sfida prinċipali minħabba l-importanza li għandha din il-kwistjoni għall-futur ta' l-Unjoni Ewropea; Huwa għalhekk li l-Kumitat iddeċieda li jwaqqaf grupp ta' ħidma dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija, li jinvolvi notevolment li jiġi żviluppat djalogu mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jiġu definiti l-pożizzjonijiet politiċi tagħhom;

    21.

    jerġa' jsostni li t-twaqqif ta' kumitat konsultattiv konġunt mat-Turkija jibqa' l-objettiv politiku tiegħu;

    22.

    jindika li permezz ta' dan il-grupp ta' ħidma, il-Kumitat jixtieq jinkoraġġixxi djalogu permanenti mar-rappreżentanti politiċi tat-Turkija. Barra minn hekk il-grupp ta' ħidma ser jinkoraġġixxi u jappoġġja l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-proċess tat-tkabbir fl-ibliet u r-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea u tat-Turkija;

    23.

    jenfasizza l-importanza ta' rispett kostanti tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen u b'mod partikolari jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-minoranzi u d-drittijiet tat-trade unions u l-bżonn għal titjib fil-qafas istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

    24.

    jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tad-demokrazija fl-aktar livell baxx u r-rwol prinċipali li għandu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki;

    25.

    jenfasizza l-importanza ta' l-amministrazzjonijiet lokali u r-rwol fundamentali tal-kunsilli muniċipali;

    26.

    jilqa' l-progress riċenti li seħħ fil-ħolqien ta' post ta' medjatur (ombudsman) responsabbli mit-tilwim fl-amministrazzjoni pubblika;

    27.

    jenfassiza li t-titjib tal-qafas legali li jirregola s-swieq pubbliċi huwa essenzjali sabiex tiġi assigurata gvernanza lokali trasparenti u responsabbli li tippermetti l-provvista tas-servizzi essenzjali liċ-ċittadini;

    28.

    jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-liġi li tistabbilixxi l-aġenziji ta' żvilupp reġjonali u jissuġġerixxi li jittejbu t-trasparenza u r-responsabilità fil-ġestjoni ta' l-aġenziji.

    Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    29.

    jilqa' l-progress kontinwu tar-riformi u l-fatt li l-ex Repubblika tal-Maċedonja tinsab fit-triq it-tajba li tissoddisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, iżda jinnota li r-ritmu tar-riformi fl-2006 naqas;

    30.

    jinnota b'sodisfazzjon li l-elezzjonijiet ta' Lulju 2006 tmexxew b'mod ġenerali skond l-istandards internazzjonali; madankollu jenfasizza li hemm bżonn ta' sforzi sinjifikanti sabiex jiġu indirizzati l-irregolaritajiet li fadal u sabiex ikun hemm konformità totali ma' dawn l-istandards matul l-elezzjonijiet li jmiss;

    31.

    jirrakkomanda li jsiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u sabiex jiġu assigurati t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fil-livelli kollha u li r-riformi tal-pulizija u tas-sistema ġudizzjarja jiġu implimentati;

    32.

    jenfasizza l-importanza ta' l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Ohrid;

    33.

    jinsisti fuq l-importanza tad-demokrazija fil-livell l-aktar baxx u jenfasizza r-rwol importanti li jistgħu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali speċjalment sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni korretta tal-liġijiet li jirregolaw il-protezzjoni tal-minoranzi u sabiex jippromovu l-eżistenza ta' relazzjonijiet tajbin bejn il-gruppi etniċi differenti;

    34.

    jilqa' l-implimentazzjoni tal-Liġi ta' l-2000 dwar l-Uffiċjali Pubbliċi u l-isforzi riċenti ta' diċentralizzazzjoni u jinkoraġġixxi l-awtoritajiet muniċipali sabiex ikunu proattivi ħalli jaċċertaw li d-drittijiet u l-kompetenzi tagħhom jiġu rispettati;

    35.

    jenfasizza li huwa neċessarju li jiġu garantiti l-indipendenza u l-professjonaliżmu ta' l-amministrazzjoni;

    36.

    isejjaħ lill-gvern sabiex jagħmel l-isforzi konsiderevoli li huma meħtieġa sabiex il-liġi dwar l-iżvilupp reġjonali tikkonforma ma' l-acquis communautaire u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva f'dan il-qasam bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni effikaċja tal-politika reġjonali;

    37.

    jilqa' t-tnedija tan-negozjati sabiex jitħaffu l-proċeduri ta' l-għotja tal-visas u dwar l-ammissjoni mill-ġdid mal-pajjiżi kollha tar-reġjun bil-għan li dawn in-negozjati jiġu konklużi kemm jista' jkun malajr. Il-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet ser tippromovi l-kuntatti interpersonali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u żżid il-possibilitajiet ta' l-ivvjaġġar, b'mod partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa;

    38.

    jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu l-passi neċessarji sabiex tistabbilixxi bażi ġuridika li permezz tagħha jkun jista' jitwaqqaf kumitat konsultattiv konġunt bejn il-KtR u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

    Brussell, 6 ta' Ġunju 2007.

    Il-President

    tal-Kumitat tar-Reġjuni

    Michel DELEBARRE

    II.   Proċedura

    Titolu

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Strateġija għat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2006 — 2007 li tinkludi rapport speċjali mehmuż dwar il-kapaċità ta' l-UE sabiex tintegra fi ħdanha membri ġodda

    Referenzi

    COM(2006) 649 finali

    Bażi legali

    L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 265 tat-Trattat tal-KE

    Bażi għal proċedura

     

    Data tar-referral tal-Kummissjoni

    8.11.2006

    Data tad-deċiżjoni tal-Bureau

    25.4.2006

    Kummissjoni kompetenti

    Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Kooperazzjoni Diċentralizzata (RELEX)

    Rapporteur

    Is-Sur Antti Liikkanen, (FI/PSE) — Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Rovaniemi

    Nota ta' analiżi

    7.12.2006

    Diskuss fil-kummissjoni

    25.1.2007

    Data ta' l-adozzjoni mill-kummissjoni

    29.3.2007

    Riżultat tal-votazzjoni fil-kummissjoni

    L-emenda ġiet adottata unanimament. Proċedura simplifikata Artikolu 26

    Data ta' l-adozzjoni fis-sessjoni plenarja

    6 ta' Ġunju 2007

    Opinjonijiet preċedenti tal-Kumitat

    CdR 50/2006 fin (1), Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Djalogu tas-Soċjetà Ċ ivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati COM (2005) 290 finali — rapporteur: Is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar is-27.4.2006.

    CdR 499/2004 fin (2), Opinjoni dwar il-Proposta għal deċ iżjoni tal-Kunsill dwar il-prin ċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea mal-Kroazja COM(2004) 275 finali — rapporteur: Is-Sur Isidoro Gottardo (IT/PPE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar it-13.10.2005.

    CdR 495/2004 fin (3), Opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni COM(2004) 656 finali — rapporteur: Is-Sinjura Helene Lund (DK/PSE) — adottata fis-sessjoni plenarja tal-KtR nhar is-6.7.2005.


    (1)  ĠU C 206, 29.8.2006, p. 23.

    (2)  ĠU C 81, 4.4.2006. p. 42.

    (3)  ĠU C 31, 7.2.2006, p. 11.


    Top