Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006AP0518

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku 'In-Nies' li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0442 - C6-0383/2005 - 2005/0187(CNS))

    ĠU C 316E, 22.12.2006, p. 252–265 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    52006AP0518

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku 'In-Nies' li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0442 - C6-0383/2005 - 2005/0187(CNS))

    Official Journal 316 E , 22/12/2006 P. 0252 - 0265


    P6_TA(2006)0518

    Il-programm speċifiku "In-Nies" (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ilprogramm speċifiku "In-Nies" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0442 — C6-0383/2005 — 2005/0187(CNS))

    (Proċedura ta' konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    - wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0442) [1] u l-proposta emendata (COM(2005)0442/2) [1],

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0383/2005),

    - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0360/2006),

    1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

    2. Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikattiva fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu tat-ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas- 17 ta' Mejju 2006 [2];

    3. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

    4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

    6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI | EMENDI TAL-PARLAMENT |

    Emenda 1

    Premessa 4

    (4) Il-Programm ta' Qafas jimxi id f'id ma' l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri, kif ukoll ma' azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali u għat-twettiq tal-miri ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, ittaħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u lambjent. | (4) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri, kif ukoll l-azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku generali għallimplimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikulari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikultura, l-edukazzjoni, it-taħriġ tul il-ħajja, il-kompetittivita? u l-innovazzjoni, l-impjiegi, l-opportunitajiet ugwali u t-trattament ugwali, il-kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, l-industrija, issaħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjieg, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent. |

    Emenda 2

    Premessa 7

    (7) Id-dimensjoni internazzjonali hija parti fundamentali tar-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għallparteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-fteħimiet meħtieġa għal dan l-iskop, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' fejda reċiproka, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għallkooperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għar-riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi. | (7) Il-koperazzjoni u l-esperjenza internazzjonali miksuba minn riċerkaturi huma fundamentalment importanti għar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat- Trattat, dan il-programm speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-fteħim meħtieġa għal dan l-għan, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-koperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għall-parteċipazzjoni, mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni, ta' riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi u ta' riċerkaturi Ewropej li jgħixu barra. Għal dan il-għan, għandhom isiru sforzi biex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali li nkisbu f'pajjiżi terzi. L-adozzjoni ta' politika li tipprovdi inċentivi m'għandhiex tkun ffukata biss fuq il-ħlas ta' riċerkaturi imma wkoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. |

    Emenda 3

    Premessa 8

    (8) L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. | (8) L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-integrita? tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-possibilta? li jkunu rikonċiljati lfamilja u l-ħajja professjonali, u għandhom jikkonfermaw mill-ġdid il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka, filwaqt li tkun rispettata d-diversita? etika u kulturali. |

    Emenda 4

    Premessa 9

    (9) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. | (9) Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. |

    Emenda 5

    Premessa 9a (ġdida)

    | (9a) Il-Programm ta' Qafas għandu jinkoraġġixxi lin-nies biex jistudjaw ix-xjenza, l-iktar billi jikkonvinċi lin-nisa biex jidħlu fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija. |

    Emenda 6

    Premessa 10a (ġdida)

    | (10a) Biex ikunu simplifikati s-sejħiet għal proposti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha twaqqaf "database" bħala rekwiżit minn qabel biex jiġu infurmati parteċipanti fis-sejħiet għal proposti. |

    Emenda 7

    Premessa 11

    (11) Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu sabiex ma jkunx hemm irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat- 23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat- 18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' linteressi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal- 11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u lispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF). | (11) Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu biex l-ewwelnett tiġi mmonitorjata l-effettivita? tal-finanzjament mogħti u ttieni l-effettivita? ta' l-użu ta' dawn il-fondi, sabiex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat- 23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat- 18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' linteressi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal- 11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u lispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF). |

    Emenda 8

    Premessa 13

    (13) Fl-implimentazzjoni tal-programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza talproċessi ta' reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt lazzjonijiet ta' dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza. | (13) Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni tas-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, għal miżuri biex ikunu rikonċiljati l-ħajja familjari u tax-xogħol, inklużi pereżempju "fellowships part-time", it-trasparenza tal-proċessi ta' reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi imjegati għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta' dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza. |

    Emenda 9

    Premessa 14

    (14) Il-programm huwa konformi ma' u jirfed l-iżvilupp u limplimentazzjoni ulterjuri ta' l-istrateġija integrata dwar irriżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta' "Strateġija ta' Mobilità għall-ERA""u"ir-Riċerkaturi fl-ERA/ŻRE: professjoni waħda, bosta karrieri, kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat- 18 ta' April 2005. | (14) Dan il-programm huwa f'konformita' ma' l-għanijiet li joħloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina kif stabbilit fl-istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta' "Strateġija ta' Mobilità għall-ERA""u"ir-Riċerkaturi fl-ERA: professjoni waħda, bosta karrieri, kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat- 18 ta' April 2005. |

    | L-Istati Membri huma mistiedna japplikaw il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi sabiex tinħoloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina. |

    Emenda 10

    Premessa 14a (ġdida)

    | (14a) Dan il-programm għandu l-għan li jżid ir-riċerka talbneidem u l-potenzjal ta' żvilupp fl-Ewropa kemm mil-lat ta' kwalita? kif ukoll ta' kwantita?, parzjalment billi tkun rikonoxxuta l-'professjoni' ta' riċerkatur. Din tiffavorixxi żżamma ta' eċċellenza fir-riċerka bażika u l-iżvilupp organiku tar-riċerka teknoloġika, u tinkoraġġixxi l-mobilita? ta' riċerkaturi Ewropej mill-Ewropa u madwar l-Ewropa kollha. Barra minn hekk, din tgħin biex tipprovdi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex tattira l-aħjar riċerkaturi barranin biex iwettqu r-riċerka tagħhom fl-Ewropa. |

    Emenda 11

    Artikolu 2, paragrafu 1

    Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa. Sejrin jissaħħu l-attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, li jissejħu azzjonijiet "Marie Curie", permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tisħiħ tal-konnessjonijiet mas-sistemi nazzjonali. | Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", u jinkoraġġixxi lin-nies biex jieħdu karriera bħala riċerkaturi filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman, u speċjalment dak femminili, fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa, filwaqt li jiżgura aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa u jagħti attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet ta' riċerkaturi b'diżabilita? Dawn lattivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, imsemmija bħala l-"azzjonijiet Marie Curie", se jissaħħu permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-karriera u t-tisħiħ tar-rabtiet mas-sistemi nazzjonali. |

    Emenda 12

    Artikolu 3, paragrafi 1 a, 1 b u 1 c (ġodda)

    | Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jiġu mwettqa b'mod effettiv u konformi mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. |

    | In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li se titwaqqaf, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet imwettqa skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi. |

    | Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond ilprinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità. |

    Emenda 13

    Artikolu 4, paragrafu 1

    1. L-attivitajiet kollha ta' riċerka eżegwiti taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitħaddmu f'konformità ma' prinċipji etiċi fundamentali. | 1. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. |

    Emenda 14

    Artikolu 4, paragrafu 3

    3. L-oqsma li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan ilprogramm: | 3. L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm: |

    —attivitajiet ta' riċerka li mhumiex ipprojbiti fl-Istati Membri kollha | —attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni ta' embrijoni umani, |

    —attivitajiet ta' riċerka li se jitwettqu fi Stat Membru fejn din ir-riċerka hija pprojbita. | —attività ta' riċerka maħsuba biex timmodifika l-wirt ġenetiku tal-bniedem li tista' twassal biex dawn il-bidliet ikunu jistgħu jintirtu, |

    | —attività ta' riċerka maħsuba biex toħloq embrijoni umani għal skopijiet ta' riċerka biss jew għall-iskop ta' akkwist ta' ċellula staminali u ta' attivita? ta' riċerka li tuża ċelluli minn dawn l-embrijoni. |

    Emenda 15

    Artikolu 5a (ġdid)

    | Artikolu 5a Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità tal-baġit kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u flanness tal-baġit annwali ta' l-Unjoni Ewropea. |

    Emenda 16

    Artikolu 6, paragrafu 1

    1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidmagħallimplimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri aktar fid-dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi kif jinsabu fl- Anness I, l-iskema tal-finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' l-implimentazzjoni. | 1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għallimplimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri f'aktar dettall lgħanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabbiliti fl- Anness, l-iskema ta' finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni. Dan il-programm ta' ħidma għandu jfittex li jissimplifika l-proċeduri tal-Programm ta' Qafas u jippromwovi t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet li qed isiru taħt il-Programm ta' Qafas. |

    Emenda 17

    Artikolu 6, paragrafu 2

    2. Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka pertinenti mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u lorganizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jkun aġġornat fejn ikun hemm bżonn. | 2. Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka relevanti, it-taħriġ tar-riċerkaturi u l-iżvilupp tal-karriera mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali, flimkien ma' kwalunkwe kontribuzzjoni antiċipata, f'termini ta' valur miżjud Ewropew, limpatt mistenni fuq il-kompetittivita? industrijali, u r-relazzjoni tal-programm ma' linji politiċi Komunitarji oħra. Dan għandu jkun aġġornat fejn xieraq. |

    Emenda 18

    Artikolu 6, paragrafu 3

    3. Il-programm ta' ġidma se jispeċifika l-kriterji li bihom se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt liskema ta' finanzjament u li bihom se jintgħażlu l-proġetti. Ilkriterji se jkunu dwak li jivvaltaw aspetti kwalitattivi ta' min qed jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress inkluż, fejn xieraq, il-kapaċità ta' l-implimentazzjoni tagħhom. il-kwalità ta' l-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew fit-trasferiment ta' termini ta' għarfien; il-valur miżjud Komunitarju u l-effett strutturanti ta' l-attività proposta f'termini ta' kontribuxxjoni lejn l-għanijiet tal-programm speċifiku u tal-Programm ta' Ħidma. Il-kriterji u kull piż jew limitu-għatba għall-kejl jistgħu jiġu speċifikati aktar jew ikkumplimentati fil-programm ta' ħidma. | 3. Se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt liskema ta' finanzjament u l-proġetti magħżula filwaqt li jitqiesu l-prinċipji li ġejjin: |

    | — eċċellenza xjentifiku u/jew teknoloġika; |

    | —kif il-proġett jirrelata ma' l-objettivi tal-Programm Speċifiku; |

    | —il-kalibru u l-kapaċità ta' implimentazzjoni ta' min jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress; |

    | —l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali u opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel; |

    | —il-kwalità ta' l-attività proposta f'termini ta' taħriġ xjentifiku u/jew objettivi ta' trasferiment ta' għarfien. |

    | F'dan ir-rigward, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika f'aktar dettall il-kriterji ta' l-evalwazzjoni u ta' l-għażla u jista' jżid aktar rekwiżiti, enfasi, u limiti. |

    Emenda 19

    Artikolu 7, paragrafu 2

    2. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6 (1). | 2. Il-proċedura ta' tmexxija stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1). |

    Emenda 20

    Artikolu 8, paragrafu 4

    4. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn. | 4. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn. |

    Emenda 21

    Artikolu 8, paragrafu 5

    5. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdih b'tagħrif dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm. | 5. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat, u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew, regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom bl-informazzjoni dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm. |

    Emenda 22

    Artikolu 8, paragrafu 5a (ġdid)

    | 5a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku ta' dan il-programm. |

    Emenda 23

    Artikolu 8a (ġdid)

    | Artikolu 8a Il-Kummissjoni għandha tissottometti din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lillkorpi kompetenti għal reviżjoni f'temp ta' żmien suffiċjenti sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tista' tintemm sa l-aħħar ta' l-2010. |

    Emenda 24

    Artikolu 8b (ġdid)

    | Artikolu 8b Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni indipendenti kif stipulati fl-Artikolu 7 tad- Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Qafas rigward l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-Programm Speċifiku. |

    Emenda 25

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 1

    Wieħed mill-vantaġġi ewlenin ta' kompetizzjoni fix-xjenza u tteknoloġija hija l-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi umani f'dan il-qasam. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea, l-għan globali ta' dan il-programm huwa li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għarriċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tar-riċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta' l-għarfien mar-riċerkaturi kollha bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u fuq il-parteċipazzjoni qawwija fir-riċerka u l-iżvilupp minnisa. | Ir-riżorsi umani huma ta' importanza kbira biex tiżdied ilkompetittivita? u l-iżvilupp ibbażati fuq l-għarfien fix-xjenza u t-teknoloġija. Il-fatt li hemm ħafna xjentisti ta' kalibru għoli jagħti lill-Ewropa xejra kompetittiva. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea, l-għan globali ta' dan il-programm huwa, inter alia, it-titjib kostanti ta' ċentri ta' riċerka ta' l-universita?, li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tarriċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta' l-għarfien bejn ir-riċerkaturi kollha u bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u jkunu mħeġġa prattiki li jinvolvu l-moviment mill-akkademja għall-industrija u fid-direzzjoni l-opposta, u fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, b'referenza partikulari għall-parteċipazzjoni min-nisa u riċerkaturi li għadhom żgħar fir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li tkun promossa r-rikonċiljazzjoni bejn ixxogħol u l-ħajja tal-familja. |

    Emenda 26

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 2

    Il-programm se jiġi implimentat permezz ta' investimenti sistematiċi fin-nies, prinċipalment permezz ta' sett koerenti ta' l-"Azzjonijiet Marie Curie", li jindirizza r-riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp tal-karriera u t-taħriġ għal ħajja kollha. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, ir-rikonoxximent ta' l-esperjenzi miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati huma l-elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie". | Ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-Karta Ewropea għar- Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi għandhom jitqiesu fil-programm li se jiġi implimentat permezz ta' investiment sistematiku fin-nies, prinċipalment permezz ta' sett koerenti ta' "Azzjonijiet Marie Curie", b'referenza partikulari għall-valur miżjud Ewropew li dawn se jiġġeneraw bħala effett ta' strutturazzjoni fuq iz-Zona Ewropea ta' Riċerka. Dawn l-azzjonijiet jindirizzaw riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju talkarriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja kollha fis-settur pubbliku u privat. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, li hija ċentrali għal dan il-programm, ir-rikonoxximent ta' esperjenza miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, f'termini kemm ta' l-indipendenza tar-riċerka, il-konformita? tal-ħlas ma' l-aqwa standards internazzjonali, u attenzjoni akbar għal benessri u l-assikurazzjoni, huma elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie". |

    | Fl-aħħarnett, sabiex il-mobilita? tar-riċerkaturi fl-Unjoni Ewropea tiġi promossa, huwa neċessarju li jibdew jittieħdu miżuri biex il-kundizzjonijiet tat-taxxa għar-riċerkaturi jiġu armonizzati. |

    Emenda 27

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 3a (ġdid)

    | Jista' jingħata wkoll appoġġ għal pożizzjonijiet ta' wara d-dottorati għal riċerkaturi mill-Istati Membri l-ġodda biex jipparteċipaw fit-twaqqif ta' gruppi ta' riċerka stabbiliti fi Stati Membri oħra. |

    Emenda 28

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4

    Parteċipazzjoni qawwija mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-kooperazzjoni bejn lindustrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta' l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta' l-industrija u l-akkademja. | Il-parteċipazzjoni mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-koperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta' l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta' l-industrija u l-akkademja. Huwa neċessarju li l-liberta? akkademika tal-ħaddiema tar-riċerka tkun preservata skond l-arranġamenti ta' koperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet. |

    Emenda 29

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4a (ġdid)

    | Fil-kuntest ta' "l-Azzjonijiet Marie Curie", għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-ħarsien u l-qsim ta' proprjeta? intellettwali, u dawn ikunu żgurati permezz ta' klawżoli ta' kuntratt adegwati li jipproteġu r-riċerkatur individwali, meta r-riċerka tirriżulta fi brevett biex tiġu prodotta merkanzija mqiegħda fis-suq. |

    Emenda 30

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 5

    Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata fit-termini ta' l-iżvilupp fil-karriera, ta' tisħiħ talkooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta' l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa. Iddimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" u ma' dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi. | Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata f'termini ta' l-iżvilupp fil-karriera, kemm għannisa kif ukoll għall-irġiel, kif ukoll għat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta' l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa, billi jiġu pprovduti inċentivi adegwati għal dan il-għan. Id-dimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" u ma' dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi. |

    Emenda 31

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 6

    Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza tassessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta' mill-inqas 40 % parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta' xogħol/ħajja u li jgħinu biex titħaffef it-tkomplija ta' karriera fir-riċerka wara pawża. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku. | Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl- "Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta' millinqas 40 % parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jneħħu l-ostakoli għall-mobilita? u biex jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta' xogħol/ħajja, billi jipprovdu inċentivi xierqa biex jassistu lillfamilji tagħhom u biex jgħinu lir-riċerkaturi jsibu xogħol permanenti jew li jkomplu karriera fir-riċerka wara waqfien. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjoekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku. |

    Emenda 32

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7

    Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma' l-azzjonijiet l-oħra kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. It-tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli nazzjonali u internazzjonali. | Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta' l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma' l-azzjonijiet kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, filwaqt li jkun żgurat li l-integrazzjoni tas-sessi jiġi inkluża f'oqsma bħall- edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. Tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, speċifikament bil-ħsieb li tinkiseb koeżjoni reġjonali filwaqt li jitqies il-bżonn għal reġjuni anqas żviluppati li jattiraw riċerkaturi sabiex jgħinuhom jilħqu l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp fit-tul jew f'perjodu medju. |

    Emenda 33

    Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7a (ġdid)

    | Se jkun essenzjali li jissaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka u rriforma ta' l-universita? u l-proċess ta' konverġenza (il-'Proċess ta' Bologna') sabiex tiġi mħeġġa l-mobilita? tal-ħaddiema ta' riċerka u jkun żgurat li din ma twassalx għal sistema mfassla biss biex tiżgura t-tlestija mgħaġġla ta' l-istudji ta' l-universita? a skapitu ta' esperjenza barra mill-pajjiż. |

    Emenda 34

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 1

    L-azzjoni tiffinanzja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, tipikament maħsuba għall-ewwel erba' snin fil-karrieri tar-riċerkaturi, u jekk tinħtieġ, sena addizzjonali, biex jitkompla it-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istruttura ta' parti sostanzjali mill-kapaċità fit-taħriġ ta' riċerka inizjali ta' kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk tikber l-attrazzjoni għar-riċerkaturi żgħar għal karrieri fir-riċerka. | L-azzjoni tappoġġja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, li tipikament huwa ta' erba' snin (ekwivalenti għal "full-time") tal-karrieri tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, sena addizzjonali, biex jitlesta ttaħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istrutturazzjoni ta' parti sostanzjali millkapaċità fit-taħriġ ta' riċerka inizjali ta' kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk ittejjeb l-attrazzjoni taż-żgħażagħ għal karrieri ta' riċerka. |

    Emenda 35

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 3

    Il-programm ta' taħriġ konġunt għandu jkun koerenti fit-termini ta' standards ta' kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta' taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta' diplomi u ċertifikati oħra mogħtija. | Il-programm ta' taħriġ konġunt għandu jkun koerenti f'termini ta' standards ta' kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta' taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta' diplomi u ċertifikati oħra mogħtija. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-problemi ta' madwar l-impjieg fittul tar-riċerkaturi. |

    Emenda 36

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulit 2a (ġdid)

    | —il-possibiltà li jitwaqqfu postijiet f'universitajiet għal perjodu limitat għal riċerkaturi li jaħdmu f'intrapriżi blintenzjoni li jissaħħu l-koperazzjoni bejn l-akkademju u n-negozju, u t-trasferiment ta' l-għarfien; |

    Emenda 37

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulits 3a u 3b (ġodda)

    | —attivitajiet li għandhom jintlaħqu b'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskop ta' taħriġ bikri ta' riċerkaturi; |

    | —il-provvista ta' assistenza biex ikunu promossi pubblikazzjonijiet, studji u kotba minn riċerkaturi bil-għan li jinxtered l-għarfien u jkun appoġġjat l-iżvilupp teoretiku u xjentifiku tar-riċerkaturi. |

    Emenda 38

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 2

    Ir-riċerkaturi li se jibbenefikaw minn din l-azzjoni għandhom jkollhom mill-inqas erba' snin ta' esperjenza fir-riċerka fulltime; minkejja li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ matul ilħajja jew l-iżvilupp fil-karriera, ġeneralment xorta waħda huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi għolja. | Ir-riċerkaturi indirizzati minn din l-azzjoni għandhom ikollhom mill-inqas erba' snin jew ekwivalenti, esperjenza fir-riċerka fulltime; minħabba li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp fil-karriera, madankollu huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi aktar għolja. |

    Emenda 39

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 4, bulit 2

    —Entitajiet oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta' riċerka, li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta' studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta' għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku, karitajiet eċċ.; | —Korpi oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta' riċerka, universitajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta' studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta' għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt illiġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku, karitajiet, intrapriżi b'koperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi eċċ.; |

    Emenda 40

    Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 6

    Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta' implimentazzjoni se jitmexxew parallelament. Waqt il-Programm ta' Qafas, evalwazzjoni ta' limpatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta' implimentazzjoni għall-bqija tal-programm. | Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta' implimentazzjoni se jitmexxew parallelament permezz ta' modalità ta' ko-finanzjament, li tipprovdi fażi inizzjali mfassla biex tippermetti li dawn jittwettqu. Waqt il-Programm ta' Qafas, evalwazzjoni ta' l-impatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta' implimentazzjoni għall-bqija tal-programm. |

    Emenda 41

    Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 1

    L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta' kooperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-taqsim ta' l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka tad-diversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta' kapaċità fiż-żewġ setturi. | L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta' koperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-tqassim ta' l-għerf u l-għarfien reċiproċi taddiversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta' kapaċità fiż-żewġ setturi. L-azzjoni se tkun imfassla sabiex ma tillimitax il-mobilita? tar-riċerkaturi li qed jipparteċipaw, permezz ta' restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni ta' riżultati tarriċerka jew fuq ħidma ta' intrapriża għal ċerti organizzazzjonijiet. |

    Emenda 42

    Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2 parti introduttorja

    Din l-azzjoni se tiġi implimentata f'mod flessibbli permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miżżewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti, b'finanzjament għall-interazzjonijiet flambitu tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista' tingħata f'waħda jew aktar minn waħda mill-forom li ġejjin: | Din l-azzjoni se tiġi implimentata b'mod flessibbli, u se tibbaża fuq l-esperjenza miksuba minn sħubijiet eżistenti bejn l-industrija u l-akkademja madwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta' programmi ta' koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew Stati assoċjati differenti, b'appoġġ għall-interazzjonijiet fil-qafas tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju jista' jingħata f'forma waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: |

    Emenda 43

    Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2, bulit 3a (ġdid)

    | —azzjonijiet biex jissaħħaħ l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali instigati mir-riċerka. |

    Emenda 44

    Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 1

    Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din iddimensjoni hija indirizzata permezz ta' azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta' żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini ta' tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi. | Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din iddimensjoni hija indirizzata permezz ta' azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta' żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini tat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi fuq livell nazzjonali jew reġjonali. |

    Emenda 45

    Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (i)

    i)boroż ta' studju ta' riċerka internazzjonali lil hinn mill- Ewropa, bl-obbligu li jirritornaw, għar-riċerkaturi esperti fi ħdan il-qafas ta' taħriġ matul il-ħajja u diversifikazzjoni talkompetenzi, għall-ksib ta' kapaċità u għarfien ġodda; | i)boroż ta' studju li għadhom sejrin li għandhom l-obbligu tarritorn lura lejn l-Unjoni Ewropea, għar-riċerkaturi b'esperjenza fi ħdan il-qafas ta' taħriġ tul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, u għal riċerkaturi li għadhom fil-bidu, sabiex jgħinuhom biex jiksbu ħiliet u għarfien ġodda. |

    Emenda 46

    Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (ii)

    ii)għotja għar-ritorn u r-reintegrazzjoni fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi esperti wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta' din l-azzjoni se jiġu ffinanzjati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta' Riċerka. | ii)għotjiet iffinanzjati b'mod adegwat għar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi b'esperjenza jew ta' dawk li għadhom fil-bidu wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta' din l-azzjoni se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u lpajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta' Riċerka, kif ukoll inċentivi għar-ritorn ta' riċerkaturi bbażata barra mill-Ewropa. |

    Emenda 47

    Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 3, punti (i)

    i)boroż ta' studju internazzjonali ta' riċerka sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja mill-pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta' l-għarfien u għall-iżvilupp ta' kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament għall-fażi tarritorn. Se jiġi ffinanzjat ukoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bilħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom marreġjuni ta' l-oriġini rispettivi. | i)boroż ta' studju internazzjonali sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u lpajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta' l-għerf u għall-iżvilupp ta' kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ għal fażi ta' ritorn. Se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta' l-oriġini rispettivi, u se jiġu offruti inċentivi lil riċerkaturi tajbin fiddinja kollha biex ikunu mħeġġa jgħixu fl-Ewropa. |

    Emenda 48

    Anness, Attivitajiet, Azzjonijiet Speċifiċi

    B'appoġġ għall-ħolqien ta' suq ta' xogħol Ewropew reali għarriċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta' sensiela ta' miżuri ta' akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għallmobilità u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. L-għan ta' dawn l-azzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta' l-Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità. | B'appoġġ għall-ħolqien ta' suq ta' xogħol Ewropew reali għarriċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta' sensiela ta' miżuri ta' akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għallmobilità professjonali, speċjalment dawk relatati mas-sigurta? soċjali u l-kwistjonijiet ta' taxxa, li ħafna drabi jkunu ta' detriment biex jidħlu fil-qasam tar-riċerka, u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa, sabiex tkun aktar faċli biex jiġu rikonċiljati x-xogħol u l-ħajja tal-familja, mhux ta' l-anqas billi jippermettilhom li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' finanzjament u salarju adegwati kif ukoll minn arranġamenti ta' sigurta? soċjali. L-għan ta' dawn lazzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, inkluż permezz ta' għotjiet"Marie Curie" biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta' l- Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità. Barra minn hekk, se jkun hemm dispożizzjoni għal inizjattivi Ewropej biex tkun faċilitata l-mobilita? ta' riċerkaturi u lfamiliji tagħhom, u l-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi ospitanti. L-inizjattivi kollha' Marie Curie' għandhom jiggarantixxu opportunitajiet ugwali u jeliminaw l-ostakoli kollha li jiffaċċjaw ħaddiema ta' riċerka b'diżabilita?. |

    [1] Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.

    [2] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top