Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005TA1228(08)

    Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Entitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

    ĠU C 332, 28.12.2005, p. 53–59 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    28.12.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/53


    RAPPORT

    dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Entitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mar-risposti taċ-Ċentru

    WERREJ

    1-2

    INTRODUZZJONI

    3-6

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    7-9

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-Risposti taċ-Ċentru

    INTRODUZZJONI

    1.

    Iċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Entitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “iċ-Ċentru”) kien imwaqqaf bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Ir-rwol taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lill-entitajiet ta’ l-UE u kwalunkwe istituzzjoni u entitajiet oħra ta’ l-UE li jistaqsu għas-servizzi tagħha, b’servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom. It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.

    2.

    Għal skopijiet ta’ informazzjoni, il-kontijiet annwali abbozzati miċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 2, 3 u 4.

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    3.

    Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija kienet abbozzata wara eżaminazzjoni tal-kontijiet taċ-Ċentru, kif meħtieġ mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004 (3) kienu abbozzati mid-Direttur tiegħu stess, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2965/94, u mibgħuta lill-Qorti, li hija meħtieġa tagħti l-opinjoni tagħha fuq l-affidabilità u fuq il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bażi.

    5.

    Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika tal-verifiki u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifika kienet ippjanata u mwettqa biex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-transazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari.

    6.

    Il-Qorti kisbet, bażi raġonevoli għall-opinjoni espressa hawn taħt.

    Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2004, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Legalità u regolarità tat-transazzjonijiet ta’ bażiIt-transazzjonijiet ta’ bażi tal-kontijiet annwali taċ-Ċentru, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li jsegwu ma jpoġġux in diskussjoni l-opinjoni tal-Qorti.

    OSSERVAZZJONIJIET

    7.

    Il-kwistjoni fuq il-kera bejn iċ-Ċentru u l-awtoritajiet Lussemburgiżi kienet deċiża fl-2004. Konsegwentement ma kienx hemm bżonn aktar għad-dispożizzjoni tal-karta ta’ bilanċ li kienet saret biex tkopri r-riskji li joħorġu minn din il-kwistjoni (4). Sabiex titneħħa din id-dispożizzjoni, iċ-Ċentru, permezz ta’ budget li jemenda, żied n-nefqa tiegħu bl-ammont tad-dispożizzjoni u fl-istess ħin solva dan billi daħħal ammont negattiv taħt it-titolu provvisti. Din l-operazzjoni titlob għaż-żewġ rimarki li ġejjin:

    a)

    id-dħul fil-budget ta’ ammonti li ma kienux jikkorrispondu mar-rekwiżiti tas-sena finanzjarja mhux konformi mal-prinċipju ta’ preċiżjoni tal-budget;

    b)

    ir-reġistrazzjoni taċ-Ċentru tal-provvista fil-kont ta’ dħul u nefqa tiegħu kien ikun biżżejjed mill-perspettiva tal-legalità u t-trasparenza tat-transazzjoni.

    8.

    Iċ-Ċentru kkanċella approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2000 li jammontaw għal 8,8 miljun euro. Anke jekk 4,1 miljun euro, ta’ dawn il-kanċellament kienu jikkonċernaw provvisti, l-importanza tal-bqija tal-kanċellamenti għadha għolja wisq (16 % tan-nefqa ta’ approprjazzjonijet).

    9.

    Dan il-kunflitt, li huwa diġa’ wieħed antik, fuq il-pagament miċ-Ċentru lill-Kummissjoni ta’ kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem fir-rigward tad-drittijiet għal pensjoni tal-ħaddiema tiegħu għadu ma ġiex deċiż. Sabiex iġesti l-inċertezza finanzjarja li tirriżulta minn dan il-kunflitt, iċ-Ċentru għamel dispożizzjonijet li, fl-aħħar tas-sena 2004, ammontaw għal 7,5 miljun euro, jew aktar minn kwart tat-total tal-karta ta’ bilanċ tiegħu. Kif l-Qorti kienet ġibdet l-attenzjoni fir-rapport preċedenti tagħha (4), iċ-Ċentru għandu jagħmel sforzi akbar biex isolvi din il-kwistjoni u b’hekk jillikwida din id-dispożizzjoni.

    Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta’ l-Awdituri fl-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Qorti ta’ l-Awdituri

    Hubert WEBER

    President


    (1)  ĠU L 314, tas-7.12.1994, p. 1.

    (2)  ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

    (3)  Dawn il-kontijiet kienu abbozzati fild-29 ta’ Awwissu 2005 u riċevuti mill-Qorti fis- 26 ta’ Settembru 2005.

    (4)  Ara l-paragrafu 8 tar-rapport tas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 324, tat-30.12.2004, p. 47).


    Tabella 1

    Ċentru ta’ Traduzzjoni għall-Entitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea (Lussemburgu)

    Oqsma ta’ responsabbilità

    Kompetenzi taċ-Ċentru

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta’ Novembru 1994

    Tmexxija

    Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru

    (informazzjoni għall- 2003)

    Prodotti u servizzi provduti matul is-sena finanzjarja 2004

    (informazzjoni għall-2003)

    Ir-Rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri bi ftehim reċiproku adottaw dikjarazzjoni, taħt l-awspiċi tad-dipartimenti ta’ traduzzjoni tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu, dwar il-ħolqien ta’ Ċentru ta’ traduzzjoni ta’ l-entitajiet ta’ l-Unjoni, li jkun jipprovdu servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-ħidma ta’ l-entitajiet u servizzi li l-kwartieri tagħhom kienu stabbiliti bid-deċiżjoni ta’ 29 ta’ Ottubru 1993. (Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 235 tat-Trattat).

    Miri

    Li jipprovdi s-servizzi neċessarji ta’ traduzzjoni għall-ħidma ta’ l-entitajiet li ġejjin:

    L-Aġenzija Ewropea ta’ L-Ambjent;

    Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

    Iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ Ewropew għad-drogi u t-tossiku dipendenza;

    L-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali;

    L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fix-Xogħol;

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (trademarks u disinji);

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-unità tad-drogi ta’ l-Europol.

    L-entitajiet mwaqqfin mill-Kunsill, apparti minn dawk ta’ hawn fuq, jistgħu jużaw is-servizzi taċ-Ċentru. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea li ġa għandhom is-Servizz ta’ Traduzzjoni tagħhom stess jistgħu, jekk hemm bżonn, isaqsu għas-servizzi taċ-Ċentru fuq bażi volontarja.

    Iċ-Ċentru huwa kompletament parti fix-xogħol tal-Kumitat ta’ Traduzzjoni Interistituzzjonali.

    Kompiti

    li jagħmel arranġamenti għall-kooperazzjoni ma’ l-entitajiet u l-istituzzjonijiet.

    Jieħu sehem fix-xogħol tal-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni

    1. Bord ta’ Tmexxija

    Kompożizzjoni

    rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

    żewg rappreżentanti mill-Kummissjoni,

    rappreżentant wieħed minn kull korp jew istituzzjoni li jsaqsi għas-servizzi taċ-Ċentru.

    Funzjoni

    adotta l-programm ta’ xogħol annwali taċ-Ċentru u r-rapport annwali.

    2. Direttur

    Nominat mill-Bord Maniġerjali fuq proposta mill-Kummissjoni.

    3. Kontroll estern

    Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri.

    4. Verifika interna

    L-awditur intern tal-Kummissjoni.

    5. Awtorità ta’ approvazzjoni

    Il-Parlament fuq rakkommandazzjoni mill-Kunsill.

    Budget finali

    29,8 miljun euro (29,0 miljun euro)

    Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2004:

    181 (158) postijiet imniżżla fil-pjan ta’ twaqqif

    Postijiet ġa meħuda 150 (132)

    +15(15) postijiet oħra

    Total tal-persunal 165 (147)

    Assenjati:

    dmirijiet operattivi: 109 (95)

    dmirijiet amministrativi: 52(48)

    dmirijiet varji 4 (4)

    Numru ta’ paġni tradotti

    374 106 (238 399)

    Numru ta’ paġni għal kull lingwa

    lingwi uffiċjali: 369 377(221 127)

    lingwi oħrajn:4 729(17 272)

    Numru ta’ paġni għal kull klijent

    entitajiet: 362 162(215 992)

    istituzzjonijiet:11 944 (22 407)

    Numru ta’ paġni tradotti freelance:146 350(94 355)

    Fonti: Informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru.


    Tabella 2

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea: l-implimetazzjoni tal-budget għas-sena finanzjarja 2004

    (1000euro)

    Dħul

    Nefqa

    Sors ta' dħul

    Dħul reġistrat fil-budget finali għas-sena finanzjarja

    Dħul riċevut

    Allokazzjoni ta' nefqa

    Approprjazzjonijiet fil-budget finali

    Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel

    Approprjazzjonijiet disponibbli (budget 2004 u s-sena finanzjarja 2003)

    reġistrati

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    impenji pendenti

    imħallsa

    kanċellati

    approprjazzjonijiet

    impenjati

    mħallsa

    trasferiti

    kanċellati

    Dħul imħallas mill-entitajiet u l-istituzzjonijiet

    25 169

    19 489

    Titolu I

    Persunal

    14 921

    11 937

    11 815

    122

    2 984

    104

    64

    40

    15 025

    12 041

    11 879

    122

    3 024

    Dħul finanzjarju

    250

    387

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    6 414

    2 990

    2 349

    641

    3 424

    619

    541

    78

    7 033

    3 609

    2 890

    641

    3 502

    Dħul ieħor

    p.m.

    23

    Titolu III

    Attivitajiet operattivi

    7 949

    6 074

    5 084

    990

    1 875

    493

    487

    6

    8 442

    6 567

    5 571

    990

    1 881

    Bilanċ għas-sena finanzjarja ta' qabel

    4 405

    Titolu X

    Riservi u provvisti

    540

    540

    540

    540

    Total

    29 824

    19 899

    Total

    29 824

    21 001

    19 248

    1 753

    8 823

    1 216

    1 092

    124

    31 040

    22 217

    20 340

    1 753

    8 947

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    Tabella 3

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Kont tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

    (1000euro)

     

    2004

    2003

    Dħul operattiv

    Ħruġ ta' fatturi għas-sena finanzjarja

    23 423

    22 075

    Dħul ieħor

    150

    223

    Total (a)

    23 573

    22 298

    Nefqa operattiva

    Persunal

    11 929

    10 347

    Bini, tagħmir u nfiq operattiv varju

    2 734

    2 095

    Nefqa operattiva

    5 919

    3 618

    Allokazzjoni għal provvisti

    1 410

    2 195

    Total (b)

    21 992

    18 255

    Riżultat operattiv (ċ = a – b)

    1 581

    4 043

    Dħul finanzjarju

    Imgħax tal-bank

    387

    387

    Gwadann mir-rati tal-kambju

    1

    1

    Total (d)

    388

    388

    Spejjeż finanzjarji

    Spejjeż bankarji

    7

    10

    Total (e)

    7

    10

    Riżultat finanzjarju(f = d – e)

    381

    378

    Riżultat għall-attivitajiet ordinarji (ġ = ċ + f)

    1 962

    4 421

    Dħul eċċezzjonali (h)

    2 230

    19

    Spejjeż eċċezzjonali (i)

    0

    9

    Riżultat eċċezzjonali (j = h – i)

    2 230

    10

    Riżultat għas-sena finanzjarja (ġ + j)

    4 192

    4 431

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru. Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    Tabella 4

    Iċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea — Karta ta' Bilanċ fil- 31 ta' Diċembru 2004 u fil-31 ta' Diċembru 2003

    (1000euro)

    Attiv

    2004

    2003

    Dejn

    2004

    2003

    Assi intanġibbli

    466

    760

    Kapital proprju

     

     

    Assi tanġibbli

     

     

    Riservi

    9 761

    8 330

    Għamara u vetturi

    155

    219

    Kwantitajiet maħduma mis-snin finanzjarji ta' qabel

    4 642

    1 642

    Tagħmir tal-kompjuter

    274

    398

    Kwantita' maħduma ekonomika

    4 192

    4 431

    Assi fissi taħt kostruzzjoni u avvanzi mħallsa

    0

    35

    Total parzjali

    18 595

    14 403

    Total parzjali

    429

    652

    Provvedimenti għar-riskji u l-passiv (1)

    7 481

    8 601

    Assi kurrenti

     

     

    Dejn kurrenti

     

     

    VAT mħallas u jrid jiġi rkuprat mill-Istati Membri

    3

    3

    Dejn tal-fornitur

    832

    784

    Ammonti li għandhom jagħtu l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji

    6 363

    2 676

    Kontijiet li jridu jitħallsu varji

    1

    162

    Kontijiet riċevibbli varji

    2

    10

    Dejn varju

    1

    5

    Total parzjali

    6 368

    2 689

    Avvanzi lill-klijenti

    256

    500

    Assi disponibbli

    19 903

    20 354

    Total parzjali

    1 090

    1 451

    Total

    27 166

    24 455

    Total

    27 166

    24 455

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    (1)  Għal 2004 dawn il-provvedimenti jkopru kwalunkwe pagament tas-sehem ta' min iħaddem għall-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għall-ħaddiema taċ-Ċentru.

    Sors: Informazzjoni miġbura miċ-Ċentru — Din it-tabella tiġbor fil-qosor l-informazzjoni mogħtija miċ-Ċentru fil-kontijiet annwali tiegħu.


    IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU

    7.

    F’kunsiderazzjoni ta’ l-importanza ta’ din il-kwistjoni, iċ-Ċentru daħħal din l-operazzjoni f’budget ta’ emenda sabiex ikun hemm iktar trasparenza u sabiex jinforma lill-Bord Amministrattiv mill-iktar fis possibli mingħajr ma jogħqod jistenna l-għeluq tal-kontijiet. Ta’ min wieħed jinnota li r-riżultat għas-sena finanzjarja ma ġiex affetwat minn din l-istrateġija.

    8.

    Iċ-Ċentru jieħu nota ta’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti u jfittex sabiex itejjeb l-estimi tiegħu tal-budget.

    9.

    Kif kien iddikjarat fit-tweġiba miċ-Ċentru fir-rigward ta’ l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-kontijiet għall-2003, iċ-Ċentru reġa’ kkuntattja lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Novembru ta’ l-2004. Id-Direttorat-Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni ddikjara l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ nota fis-17 ta’ Mejju 2005, u l-fajl sħiħ se jiġi sottomess għad-deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru waqt il-laqgħa tiegħu fl-20 ta’ Ottubru 2005.


    Top