Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0630

    Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006

    /* KUMM/2005/0630 finali - CNS 2005/0249 */

    52005PC0630

    Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006 /* KUMM/2005/0630 finali - CNS 2005/0249 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 7.12.2005

    KUMM(2005) 630 finali

    2005/0249 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006

    .

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-protokoll mehmuż mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe skada fil-31 ta’ Mejju 2005. Dan l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill għandu l-għan li jġedded il-protokoll sal-31 ta’ Mejju 2006.

    It-tiġdid ta’ dan il-ftehim kien ġie miftiehem bejn il-partijiet fil-bidu tas-sena 2005, b’mod partikolari sabiex ikunu ttrattati ċerti problemi dwar l-implimentazjoni tal-protokoll 2002/2005 u sabiex il-Gvern tar-Repubblika Demokrataika ta’ Sao Tome u Prinċipe jkollu l-ħin jipprepara bl-aħjar mod għan-negozjati dwar ftehim ġdid ta’ sħubija u wkoll sabiex jitħaddem il-programm ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp meħtieġ fil-qasam tas-sajd. Fil-fatt, il-Gvern il-ġdid li ħa l-poter f’Marzu 2004 stenna sa l-aħħar mument sabiex janalizza l-għażla ta’ tiġdid minkejja diversi noti ta’ tfakkir f’Marzu, April, u Mejju 2005.

    Iż-żewġ partijiet fl-aħħar ftiehmu li jġeddu l-protokoll li kien wasal biex jiskadi għal perjodu ta’ sena mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006. Dan it-tiġdid, f’forma ta’ skambju ta’ ittri, kien inizjalat miż-żewġ partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2005 sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-vapuri tal-KE fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006.

    Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Kunsill jadotta r-regolament dwar il-ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll.

    Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll sakemm jidħol fis-seħħ b’mod finali għandha tkun ittrattata fi proċedura separata.

    2005/0249 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidra t-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 37, flimkien ma’ l-Artikolu 300, it-tieni u t-tielet paragrafu, l-ewwel punt,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    (1) Skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe[3], qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-protokoll mehmuż mal-ftehim, il-partijiet tal-kuntratt jintrabtu li jidħlu f’negozjati bil-għan li jiddeterminaw, bi ftehim, il-kontenut ta’ protokoll għall-perjodu sussegwenti u, jekk ikun meħtieġ, dwar it-tibdil jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness.

    (2) Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jġeddu l-protokoll attwali, approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru 301/2002[4], għal perjodu ta’ sena f’forma ta’ skambju ta’ ittri sakemm isiru n-negozjati dwar it-tibdil fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem;

    (3) Huwa fl-interess tal-Komunità li tapprova dan it-tiġdid;

    (4) Huwa importanti li jkun ifkkonfermat it-tqassim tad-drittijiet ta’ sajd fost l-Istati Membri tal-protokoll li wasal biex jiskadi.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006, huwa approvat f’isem il-Kummissjoni.

    It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll jitqassmu fost l-Istati Membri skond kif ġej:

    - bastimenti għas-sajb tat-tonn bit-tartarun | Franza: 18 Spanja: 18 |

    - bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief | Il-Portugall: 2 |

    - bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ | Spanja: 20 Il-Portugall: 5 |

    Jekk it-talba għal-liċenzji minn dawn l-Istati Membri ma teżawrixxix id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis talbiet għal-liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri li il-bastimenti tagħhom jistadu skond dan il-qafas ta' dan il-ftehim għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta’ kull stokk maqbud fiż-żona tas-sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe skond il-metodi pprovduti mir-Regolament (KE) Nru 500/2001 tal-Kummissjoni[5].

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih ikun ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Mill-Kunsill

    Il-President

    FTEHIM

    f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006

    A. L-Ittra tal-Komunità

    Sinjuri,

    Sabiex ikun żgurat it-tiġdid tal-protokoll attwalment fis-seħħ (l-1 ta’ Ġunju 2002 sa l-31 ta’ Mejju 2005) li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe, u sakemm jitlestew in-negozjati dwar it-tibdil li għandu jsir fil-protokoll, għandi l-pjaċir nikkonferma li naqblu dwar r-regoli temporanji li ġejjin:

    1. Mill-1 ta’ Ġunju 2005 u għal perjodu li jwassal sal-31 ta’ Mejju 2006, ir-regoli applikabbli għal dawn l-aħħar tliet snin jibqgħu japplikaw.

    Il-kumpens finanzjarju mill-Komunità taħt ir-regoli temporanji għandha tikkorrispondi mat-total stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll attwalment fis-seħħ (€637,500). Dan l-ammont jitħallas kollu bħala kumpens finanzjarju u l-ħlas għandu jsir sal-31 ta’ Jannar 2006.

    Barra minn hekk, il-Komunità għandha tiffinanzja, matul din is-sena, il-valutazzjoni ta’ l-istokk ta’ granċ aħmar tal-qiegħ sa l-ammont ta’ €50 000.

    2. Matul dan il-perjodu, il-liċenzji tas-sajd għandhom joħorġu sal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-protokoll attwalment fis-seħħ, permezz ta’ tariffi jew ħlas bil-quddiem li jikkorrispondu ma’ dawk stipulati fit-tieni punt ta’ l-anness mal-protokoll.

    Nitolbok li ġentilment tgħarrfuna bil-wasla ta’ din l-ittra u tindikaw il-qbil tagħkom mal-kontenut.

    Dejjem tiegħek,

    F’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

    B L-Ittra tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Sao Tome u Prinċipe

    Sinjuri,

    Għandi l-pjaċir ngħarrafkhom li irċevejt l-ittra tagħkom tal-lum, li tgħid hekk:

    “Sabiex ikun żgurat it-tiġdid tal-protokoll attwalment fis-seħħ (l-1 ta’ Ġunju 2002 sa l-31 ta’ Mejju 2005) li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe, u sakemm jitlestaw in-negozjati dwar it-tibdil li għandu jsir fil-protokoll, għandi l-pjaċir nikkonferma li naqblu dwar ir-regoli temporanji li ġejjin:

    1. Mill-1 ta’ Ġunju 2005 u għal perjodu li jwassal sal-31 ta’ Mejju 2006, ir-regoli applikabbli għal dawn l-aħħar tliet snin jibqgħu japplikaw.

    Il-kumpens finanzjarju mill-Komunità taħt ir-regoli temporanji għandu jikkorrispondi mat-total stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll attwalment fis-seħħ (€637,500). Dan l-ammont jitħallas kollu bħala kumpens finanzjarju u l-ħlas għandu jsir sal-31 ta’ Jannar 2006.

    Barra minn hekk, il-Komunità għandha tiffinanzja, matul din is-sena, il-valutazzjoni ta’ l-istokk ta’ granċ aħmar tal-qiegħ sa l-ammont ta’ €50 000.

    2. Matul dan il-perjodu, il-liċenzji tas-sajd għandhom joħorġu sal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-protokoll attwalment fis-seħħ, permezz ta’ tariffi jew ħlas bil-quddiem li jikkorrispondu ma’ dawk stipulati fit-tieni punt ta’ l-anness mal-protokoll.”

    Għandi l-pjaċir nikkonferma li l-kontenut ta’ l-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Sao Tome u Prinċipe u li l-ittra tagħkom kif ukoll din l-ittra jikkostitwixxu ftehim skond il-proposta tagħkom.

    Dejjem tiegħek,

    Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Sao Tome u Prinċipe.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Abbozz ta’ regolament tal-Kunsill dwar ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri dwar it-tiġdid tal-protokoll li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju pprovduti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe dwar is-sajd fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006.

    2. QAFAS ABM/EBA (ġESTJONI/STABBILIMENT TAL-BAġIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

    11. Sajd

    1103. Ftehim Internazzjonali dwar is-Sajd

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji tal-baġit:

    110301 : “Ftehim Internazzjonali relatati mas-sajd”

    11010404 : “Ftehim internazzjonali dwar is-sajd: spejjeż ta’ amministrazzjoni”

    3.2 Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

    Il-protokoll mehmuż mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u r-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe skada fil-31 ta’ Mejju 2005. Hemm ftehim li l-protokoll jiġġedded għal perjodu ta’ sena.

    Il-protokoll jistabbilixxi l-kumpens finanzjarju, il-kategoriji u l-kundizzjonijiet ta’ l-attivitajiet ta’ sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni ta’ sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe.

    It-tiġdid ta’ dan il-ftehim kien ġie propost fi Frar tas-sena 2005, b’mod partikolari sabiex ikunu ttrattati ċerti problemi dwar l-implimentazjoni ta’ dan il-protokoll u sabiex il-Gvern ta’ Sao Tome u Prinċipe jkollu l-ħin jipprepara bl-aħjar mod għan-negozjati dwar protokoll ġdid u wkoll sabiex jitħaddem il-programm ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp meħtieġ fil-qasam tas-sajd. Fil-fatt, il-Gvern il-ġdid li tela' fil-poter f’Marzu 2004 huwa fraġli ħafna. Vot ta’ sfiduċja fil-kamra tad-deputati fir-rigward tas-settur taż-żejt wasslu lill-Gvern ikun kawt ħafna. Minkejja ħafna noti ta’ tfakkir f’Marzu, April u Mejju 2005, il-Ministru tas-Sajd ma ffirmax it-tiġdid propost. Iż-żewġ partijiet iltaqgħu fl-aħħar, f’Sao Tome fit-3 ta’ Ġunju 2005 sabiex janalizzaw il-qagħda ta’ l-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Protokoll fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Sajd.

    Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jġeddu l-protokoll li kien wasal biex jiskadi għal perjodu ta’ sena mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006. Dan it-tiġdid, f’forma ta’ skambju ta’ ittri, kien għalhekk inizjalat miż-żewġ partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2005 sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006.

    3.3 Karatteristiċi ta’ baġit ( żid il-linji jekk ikun meħtieġ ):

    Linja ta’ baġit | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjoni minn pajjiżi kandidati | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    11.0301 | DO | AD[6] | LE | LE | LE | Nru 4 |

    11.010404 | DO | AMD[7] | LE | LE | LE | Nru 4 |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1 Riżorsi finanzjarji

    4.1.1 Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

    miljuni ta’ € (sar-raba’ punt deċimali)

    Tip ta' nefqa | Artikolu Nru | Sena n | n +1 | n +2 | n +3 | Total |

    Infiq operattiv[8] |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0.6375 | 0.6375 |

    Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 0.6375 | 0.6375 |

    Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[9] |

    Assistenza teknika u amministrattiva – ATA (AMD) | 8.2.4 | c | 0.05 | 0.05 |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0.6875 | 0.6875 |

    Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0.6875 | 0.6875 |

    Riżorsi umani u nfiq assoċjat (AMD) | 8.2.5 | d | 0.0594 | 0.0594 |

    Infiq amministrattiv, barra r-riżorsi umani u nfiq assoċjat, mhux inkluż fl-ammont ta' referenza (AMD) | 8.2.6 | e | 0.1015 | 0.1015 |

    Total indikattiv ta' kemm tiswa l-azzjoni

    AI TOTALI inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0.8484 | 0.8484 |

    AĦ TOTALI inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0.8484 | 0.8484 |

    Dettalji tal-kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament minn Stati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok isspeċifika liema), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandu jkun indikat fit-tabella hawn taħt (iżjed rigi jistgħu jinżdiedu jekk korpi differenti huma previsti għad-dispożizzjoni tal-kofinanzjament):

    miljuni ta’ € (sat-tielet punt deċimali)

    L-entitaà tal-kofinanzjament | Sena n | n +1 | n +2 | n +3 | Total |

    …………………… | F |

    AI TOTALI inkluz il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

    4.1.2 Kompatibbiltà mal-programmazzjoni finanzjarja

    X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti..

    ( Il-proposta ser tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-Proposta tista' teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim interistituzzjonali[10] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibilità jew revizjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3 Impatt finanzjarju fuq l-introjtu

    X Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq l-introjtu

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju– L-effett fuq l-introjtu huwa dan li ġej:

    Nota: id-dettalji u r-rimarki kollha dwar il-metodu ta’ kalkolu ta’ l-effett fuq l-introjtu għandhom jidhru f’anness għalih.

    miljuni ta’ € (sa l-ewwel punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni (Sena –1) | Il-qagħda wara l-azzjoni |

    Linja ta’ baġit | Introjtu | (Sena n) | (n+1) | (n+2) | (n+3) |

    a) Introjtu f’termini assoluti |

    b) Bdila fl-introjtu | ( |

    (Iddeskrivi kull linja ta’ baġit għall-introjtu kkonċernat, u żid in-numru meħtieġ ta’ linji fit-tabella jekk ikun hemm effett fuq numru ta’ linji ta’ baġit.)

    4.2. Riżorsi umani FTE ((inkluż il-personal uffiċjali, temporanju u estern)) – ara l-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti annwali | Sena n |

    Numru totali ta' riżorsi umani | 0.55 |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    Aktar dettalji dwar il-kuntest tal-proposta huma mitluba fin-nota ta’ spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għandha tinkludi l-elementi ta’ tagħrif komplimentari li ġejjin:

    5.1 Li għandhom jintlaħqu fiż-żmien qasir jew twil

    Il-protokoll mehmuż mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u r-Repubblika Demokratika ta’ Sao Tome u Prinċipe skada fil-31 ta’ Mejju 2005.

    L-għan ewlieni tat-tiġdid ta’ dan il-ftehim li kien ġie propost fi Frar tas-sena 2005, hu li jkunu ttrattati ċerti problemi dwar l-implimentazjoni ta’ dan il-protokoll u sabiex il-Gvern ta’ Sao Tome u Prinċipe jkollu l-ħin jipprepara bl-aħjar mod għan-negozjati dwar protokoll ġdid u wkoll sabiex jitħaddem il-programm ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ għall-iżvilupp meħtieġ fil-qasam tas-sajd.

    Fil-fatt, il-Gvern il-ġdid li ħa l-poter f’Marzu 2004 huwa fraġli ħafna. Vot ta’ sfiduċja fil-kamra tad-deputati fir-rigward tas-settur taż-żejt wasslu lill-Gvern li jkun kawt ħafna. Minkejja ħafna noti ta’ tfakkir f’Marzu, April u Mejju 2005, il-Ministru tas-Sajd ma ffirmax it-tiġdid propost. Iż-żewġ partijiet iltaqgħu fl-aħħar, f’Sao Tome fit-3 ta’ Ġunju 2005 sabiex janalizzaw il-qagħda ta’ l-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Protokoll fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Sajd.

    Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jġeddu l-protokoll li kien wasal biex jiskadi għal perjodu ta’ sena mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006. Dan it-tiġdid, f’forma ta’ skambju ta’ ittri, kien għalhekk inizjalat miż-żewġ partijiet fit-3 ta’ Ġunju 2005 sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2005 sa l-31 ta’ Mejju 2006.

    L-għan ta’ dan it-tiġdid huwa li jippermetti lis-sidien tal-bastimenti mill-Komunità li jkomplu l-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ( EEZ ) ta’ Sao Tome u Prinċipe sakemm iseħħu n-negozjati dwar it-tibdil li għandu jsir fil-protokoll.

    L- elementi ewlenin tal-protokoll imġedded jibqgħu l-istess:

    - Opportunitajiet ta’ sajd : 36 bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun bil-friżer, 2 bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief u 25 bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ

    Id-drittijiet ta’ sajd stabbiliti mill-protokoll jitqassmu fost l-Istati Membri skond kif stipulat fil-protokoll 2002/2005, jiġifieri:

    - bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun: Franza: 18, Spanja: 18

    - bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief: Il-Portugall: 2

    - bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ: Spanja: 20, Il-Portugall: 5

    - Tunnellaġġ ta’ referenza : tunellaġġ ta’ referenza pprovdut fil-protokoll attwalment fis-seħħ, jiġifieri 8,500 tunellata ta’ tonn maqbud matul il-perjodu ta’ tiġdid (1 ta’ Ġunju 2004 – 31 ta’ Mejju 2006).

    - Kumpens finanzjarju : total previst skond il-protokoll attwalment fis-seħħ, jiġifieri €637,500 għall-perjodu ta’ tiġdid (1 ta’ Ġunju 2004 – 31 ta’ Mejju 2006).

    - Avvanzi u ħlasijiet għas-sidien :

    - il-ħlasijiet mis-sidien huma ta’ €25 għal kull tunellata ta’ tonn maqbud fiż-żona tas-sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe, kif inhu stipulat f’kull ftehim magħmul mill-Komunità fir-reġjun:

    - l-avvanzi huma ta’ €3,750 fis-sena għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, €1,375 fis-sena għal kull bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ u €625 fis-sena għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief.

    Barra minn hekk, €50,000 huma pprovduti għall-finanzjament ta’ valutazzjoni tar-riżorsi tal-granċ tal-qiegħ. Din il-valutazzjoni kienet prevista li ssir fl-ewwel sena tal-protokoll 2002/2005 iżda ma kienx possibli li titwettaq f’dak iż-żmien.

    Il-kumpens finanzjarju għalhekk għandu jkun ta’ €687,500 għas-sena ta’ tiġdid.

    5.2 Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli.

    Il-Komunità bdiet twettaq dan it-tip ta’ ftehim dwar is-sajd fis-snin ‘70, wara li sar tibdil fid-dritt marittimu. F’dak iż-żmien l-Istati Membri iddeċidew li jgħaddu l-kompetenza tagħhom f’dan il-qasam lill-Komunità (Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1976) u, minn dak iż-żmien, il-ftehim dwar is-sajd sar parti mill-kompetenzi esklussivi tal-Komunità.

    Fejn jirrigwarda dan it-tiġdid, jekk il-Komunità tonqos li tintervjeni jkun hemm lok għal ftehim privat, li ma jiggarantix sajd sostenibbli, u l-bdil tal-bandiera tal-vapuri tal-Komunità (ta’ spiss ma’ bandiera ta’ konvenjenza) li jwassal għal tnaqqis fil-flotta tal-Komunità. Il-Komunità assumiet impenji internazzjonali fir-rigward tat-tmexxija sostenibbli tar-riżorsi u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, li ma jistgħux ikunu onorati ħlief permezz ta’ ftehim dwar is-sajd mill-Komunità.

    Il-Komunità tittama wkoll li, permezz ta’ dan it-tiġdid, Sao Tome u Prinċipe jkun lest li jagħti bidu għal negozjati dwar Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas (ABM)

    In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehim dwar is-sajd ma’ pajjiżi terzi, kif ukoll xi tiġdid li jista’ jseħħ, jikkorrispondu ma’ l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet ta’ sajd tradizzjonali tal-flotta tal-Komunità, inkluża l-flotta f’ibħra mbiegħda, u li tiżviluppa r-relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija sabiex issaħħaħ l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ibħra tal-Komunità u jingħata każ tal-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

    L-għan ta’ dan it-tiġdid, l-istess bħall-protokoll fis-seħħ ma’ Sao Tome u Prinċipe, huwa li jinżamm l-aċċess tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għaż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Sao Tome u Prinċipe skond il-kategoriji ta’ sajd previsti fil-ftehim:

    1) kategorija tal-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun: 36 bastiment għas-sajd tat-tonn tropikali,

    2) kategorija tal-bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief: 2 bastimenti għas-sajd tat-tonn tropikali

    3) kategorija tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ: 25 bastiment għas-sajd tat-tonn u speċi relatati;

    Il-kumpens finanzjarju għalhekk għandu jkun ta’ €687,500 għas-sena ta’ tiġdid.

    L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw fil-kuntest ta’ l-ABM sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-ftehim tkun sorveljata:

    ( Monitoraġġ ta’ l-użu tad-drittijiet ta’ sajd;

    ( Ġbir u analiżi tat-tagħrif tal-qbid u l-valur kummerċjali tal-ftehim;

    ( Kontribuzzjoni għall-impjiegi u l-valur miżjud fil-Komunità;

    ( Kontribuzzjoni għall-istabbilità tas-suq fil-Komunità;

    ( Kontribuzzjoni għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar f’Sao Tome u Prinċipe, inklużi l-kontribuzzjoni għall-impjiegi u l-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi u appoġġ għall-baġit ta’ l-Istat;

    ( Numru ta’ laqgħat tal-Kummissjoni konġunta;

    5.4 Metodi ta’ implimentazzjoni (indikattivi)

    Uri hawn taħt il-metodu/metodi[11] magħżul(a) għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni

    X Ġestjoni ċentralizzata

    X Direttament mill-Kummissjoni

    ( Indirettament b'delega lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi,

    ( Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet, skond kifimsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

    ( Korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpib’missjoni ta’ servizz pubbliku.

    ( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

    ( ma' l-Istati Membri

    ( ma' Pajjiżi terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( jekk jogħġbok isspeċifika )

    Kummenti relevanti:

    6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1 Sistema ta’ monitoraġġ

    Il-Kummissjoni (DĠ Sajd u Servizzi Marittimi, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni b’kompetenza reġjonali tal-Kummissjoni f’Libreville fil-Gabon) għandha tiżgura monitoraġġ regolari tat-tħaddim ta’ dan it-tiġdid, b’mod partikolari f’termini ta’ użu mill-operaturi u f’termini ta’ tagħrif dwar il-qabda.

    6.2 Evalwazzjoni

    Evalwazzjoni speċifika ex ante tal-proposta li għandha l-għan li ġġedded il-protokoll attwali b’mod temporanju ma saritx minħabba l-karattru temporanju limitat tal-proposta, jiġifieri t-tiġdid tal-protokoll preċedenti għal sena biss. Iżda evalwazzjoni bir-reqqa tal-protokoll attwalment fis-seħħ kienet saret f’Awissu 2004 bl-assistenza ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex tippermetti li eventwalment jingħata bidu għal negozjati dwar protokoll ġdid. Il-bidu tan-negozjati huwa pospost b’sena minħabba dan it-tiġdid. Dan għandu jagħti lill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe żmien addizzjonali sabiex jippreparaw ruħhom. L-istudju ta’ l-2004 jista’ jiġi aġġornat bit-tagħrif ta’ l-2005.

    6.2.1 Evalwazzjoni ex ante

    Dawn huma xi elementi ta’ l-evalwazzjoni tal-valur tal-protokoll attwalment fis-seħħ (2002-2005) estratti mill-istudju ta’ l-2004:

    Studju dwar il-ftehim “Sao Tome u Prinċipe”: Ex Post evaluation of the current protocol to the fisheries agreement between the European Community and the Republic of São Tomé e Príncipe, and analysis of the impact of the future protocol on sustainability, including ex ante evaluation” mill- Oceanic Developement u Poseidon Aquatic Ressource Management Ltd . Proġett Fish /2003/02, rapport finali, Awissu 2004.)

    Il-protokoll huwa s-seba’ wieħed mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim qafas bejn iż-żewġ partijiet fl-1984. Prinċipalment huwa ftehim dwar it-tonn (63 bastiment) bil-possibiltà ta’ sajd sperimentali għal granċijiet minn 3 bastimenti ta’ anqas minn 250 tunnellaġġ gross (għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Mejju biss). Huwa wieħed mill-ftehim dwar it-tonn konklużi mill-KE fiż-żoni ta’ l-Atlantiku l-aktar sinjuri fit-tonn u l-ħut relatat.

    Dan il-ftehim bilaterali dwar is-sajd jippermetti lill-Komunità li żżomm l-politika tagħha dwar is-sajd f’ibħra mbiegħda u lill-operaturi privati (is-sidien ikkonċernati) li jibqa’ jkollhom aċċess għaż-żona ta’ sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe u jkomplu, mingħajr interruzzjoni, is-sajd għat-tonn fl-Atlantiku. L-eżistenza ta’ ftehim dwar is-sajd tal-Komunità jiggarantixxi wkoll, permezz tal-qafas ta’ regoli li jorbtu ż-żewġ naħat, il-ġestjoni tajba ta’ l-istokks li mhux dejjem tkun żgurata minn ftehim privat. Fl-aħħarnett, il-ftehim joħloq impjiegi għall-baħrin mill-KE kif ukoll minn pajjiżi terzi.

    Id-drittijiet ta’ sajd totali inklużi fil-protokoll 2002-2005 jikkorrispondu ma’ 36 bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, 2 bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief (7 fil-protokoll preċedenti), 25 bastiment bil-konzijiet tal-wiċċ (33 fil-protokoll preċedenti). Dan ifisser tnaqqis, fin-numru ta’ bastimenti, meta mqabbel mal-protokoll preċedenti.

    Irriżulta li l-użu medju, f’termini ta’ ħruġ ta’ liċenzji, kien tajjeb ħafna fir-rigward tal-bastimenti bit-tartarun u tajba fir-rigward tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, iżda xejn fir-rigward tal-bastimenti bil-qasab u x-xlief u s-sajd sperimentali għall-granċijiet.

    Il-parti ta’ dan il-protokoll li tirrigwarda t-tonn hija parti integrali minn sensiela ta’ ftehim dwar it-tonn, li tkopri ż-żona ta’ l-Atlantiku, li tippermetti li l-flotta tal-Komunità ssegwi l-istokks imħallta tat-tonn u ħut relatat.

    Użu tal-ftehim dwar is-sajd KE/Sao Tome u Prinċipe (bħala numru ta’ vapuri)

    Tip ta’ vapur | Opportunitajiet ta’ sajd offruti | Użu 2002/2003 | Użu 2003/2004 | Użu 2004/2005[12] | Użu medju |

    Bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun | 36 vapur | 72% | 78% | 67% | 72% |

    Bastimenti għas-sajd tat-tonn bil-qasab u x-xlief | 2 vapuri | 0% | 0% | 0% | 0% |

    Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ | 25 vapur | 64% | 68% | 40% | 57% |

    Billi t-tonn huwa speċi li jpassi ħafna, il-qabda li attwalment issir f’żona determinata tista’ tvarja b’mod konsiderevoli minn staġun ta’ sajd għall-ieħor. Il-qbid li jsir mill-flotta tal-Komunità fl-ibħra ta’ Sao Tome u Prinċipe, għalhekk, ma jistax ikun magħruf minn qabel. Ġeneralment, il-qbid (2,000-8,000t/sena) kien anqas mit-tunellaġġ ta’ referenza (8,500 tunellata).

    M’hemmx dubju li l-ftehim huwa ta’ benefiċċju billi jidher ċar li l-valur tal-qabda huwa akbar mill-ispejjeż tal-protokoll. Il-valur kummerċjali tat-tonn huwa bejn €800 u €1,000 kull tunellata.

    Minbarra l-valur kummerċjali dirett tal-qabda għall-vapuri kkonċernati, il-ftehim jirrendi benefiċċji ċari kif elenkat hawn taħt:

    - jiggarantixxi l-impjieg fuq il-bastimenti tas-sajd;

    - effett ta’ multiplikazzjoni fuq l-impjiegi fil-portijiet, is-swieq, il-bejgħ tal-ħut bl-irkant, it-tarzni, l-intrapriżi ta’ servizzi, eċċ;

    - l-opportunità ta’ dan it-tip ta’ xogħol fejn ma teżisti l-ebda possibilità oħra;

    - kontribut għall-provvista tal-ħut lill-Komunità.

    Ta’ min jenfasizza li l-orjentament stipulat mill-Kunsill fir-rigward tal-ftehim dwar is-sajd mal-pajjiżi ACP tisħaq fuq il-ħtieġa li jingħata każ ta’ l-interess tal-Komunità li żżomm jew tistabbilixxi relazzjonijiet fil-qasam tas-sajd mal-pajjiżi kkonċernati.

    - Valur miżjud ta’ l-intervent tal-Komunità :

    Fejn jirrigwarda dan it-tiġdid, in-nuqqas ta' intervent Komunitarju jċedi favur ftehimiet privati, li ma jiggarantixxux sajd sostenibbli, u l-bdil tal-bandiera tal-bastimenti tal-Komunità (ħafna drabi ma’ bandiera ta’ konvenjenza) li jwassal għal tnaqqis fil-flotta tal-Komunità. Il-Komunità assumiet impenji internazzjonali fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, li ma tistax tonora ħlief permezz ta’ ftehim dwar is-sajd Komunitarju.

    - Riskji u għażliet alternattivi :

    L-implimentazzjoni ta’ protokoll ġdid dwar is-sajd inevitabilment jinvolvi ċertu numru ta’ riskji, pereżempju: l-ammonti maħsuba għall-finanzjament ta’ l-azzjonijiet magħżula u l-ħlasijiet tas-sidien ma jintużawx kif miftiehem (frodi), il-flotot barranin jinjoraw il-liċenzji u kontrolli oħrajn, nuqqas ta’ investiment u marġinalizzazzjoni tas-sajjieda lokali.

    Sabiex ikunu evitati dawn ir-riskji, għandu jkun hemm titjib fil-mod kif ikunu segwiti d-dħul u l-infiq, titjib fl-attivitajiet ta’ għassa jew ta’ sorveljanza bl-ajru u jissaħħaħ il-monitoraġġ bis-satellita (VMS – Vessel Monitoring System ), ikun hemm inkoraġġiment għall-flotot barranin sabiex jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-portijiet lokali, u miżuri ta’ finanzjament favur is-sajjied lokali, eċċ.

    6.2.2 Evalwazzjoni ex ante tal-valur ekonomiku tal-ftehim u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

    Il-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità fil-qafas ta’ dan it-tiġdid huwa pakkett uniku stabbilit fuq il-bażi ta’ tiġdid għal sena tal-pakkett finanzjarju tal-protokoll 2002/2005, jiġifieri €637,500 għad-drittijiet ta’ sajd tat-tonn u l-finanzjament ta’ l-istudju dwar il-granċ tal-qiegħ €50,000.

    6.2.3 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi preċedenti simili)

    Evalwazzjoni bir-reqqa tal-protokoll li kien wasal biex jiskadi fl-2005 kienet finalizzata f’Awissu ta’ l-2004. Dan l-istudju kellu jippermetti t-tħejjija għan-negozjar mill-ġdid tal-ftehim li kien ġie pospost għal sena sabiex jippermetti l-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe li jużaw il-fondi ta’ l-azzjonijiet magħżula u sabiex iħejju r-rapporti dwar it-twettiq tal-programm ta’ appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-qafas ta’ l-azzjonijiet magħżula, li ttieħdu tard.

    Fir-rigward ta’ l-azzjonijiet magħżula, li jirrappreżentaw parti importanti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, huma tħallsu darba biss, f’Lulju ta’ l-2005, minħabba n-nuqqas, sar-Rebbiegħa ta’ l-2005, tal-programmazzjoni annwali tagħhom stipulata fl-Artikolu 4 tal-protokoll. Ta’ min jinnota li l-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe huma obbligati li jibagħtu rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni kif stipulat fil-protokoll.

    Id-diffikultajiet tal-programmazzjoni annwali ta’ l-azzjonijiet magħżula, flimkien ma’ nuqqasijiet fil-Ministeru tas-Sajd ta’ Sao Tome u Prinċipe wasslu lil dan ta’ l-aħħar li jitlob li l-kumpens finanzjarju tal-Komunità skond it-tiġdid, li jikkorrispondi għall-ammont previst fl-Artikolu 2 tal-protokoll attwalment fis-seħħ (€637,500), jitħallas f’daqqa bħala kumpens finanzjarju.

    Fil-fatt, l-azzjonijiet ta’ appoġġ previsti mill-protokoll għall-perjodu mill-1/06/2002 sal-31/05/2003, jiġifieri €880,000, ma tħallsux qabel it-12/07/2005, minħabba n-nuqqas ta’ programmazzjoni mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Prinċipe. It-tiġdid jipprovdi għal ħlas waħdieni ta’ €637,500, ekwivalenti għal €255,000 ta’ azzjonijiet magħżula flimkien ma’ €382,000 kumpens finanzjarju li jitħallsu f’Jannar ta’ l-2006. Minħabba d-dewmien akkumulat għall-azzjonijiet magħżula 2002/2005, il-Gvern ta’ Sao Tome u Prinċipe jintrabat li jagħmel tajjeb għal dan id-dewmien, iżda qiegħed jitlob, ma’ dan it-tiġdid il-ħlas ta’ €255,000 fuq il-bażi ta’ programmazzjoni ġdida ta’ l-azzjonijiet magħżula. Madankollu, il-Gvern ta’ Sao Tome u Prinċipe ħabbar l-intenzjoni li jalloka ammont korrispondenti għas-setturi involuti mill-azzjonijiet magħżula.

    6.2.4 Kundizzjonijiet u frekwenza ta' l-evalwazzjonijiet fil-futur

    F’Awissu ta’ l-2004 kienet tlestiet evalwazzjoni ta’ parti kbira tal-perjodu kopert mill-protokoll fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2002 sa l-31 ta’ Mejju 2005 maħsuba biex tantiċipa n-negozjati antiċipati li ma setgħux isiru. L-aġġornament ta’ dan l-istudju dwar il-perjodu ta’ tiġdid jista’ jsir fuq il-bażi ta’ l-indikaturi li jippermettu l-kejl tar-riżultati (qabda, valur tal-qabda) u l-konsegwenzi (numru ta’ impjiegi maħluqa u miżmuma, relazzjoni bejn l-ispiża tal-protokoll u l-valur tal-qabda).

    Bħala kontinwazzjoni ta’ dan l-istudju u sabiex ikun żgurat is-sajd sostenibbli f’dan ir-reġjun, valutazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali għandu dejjem isir fil-futur qabel kull tiġdid ta’ protokoll. L-indikaturi elenkati fil-punt 5.3 għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni ex post .

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    L-użu tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Komunità fil-qafas tal-ftehim huwa r-responsabbiltà biss ta’ l-Istat terz sovran ikkonċernat.

    Madankollu, hu previst li, f’dan il-każ, il-programmazzjoni tal-parti tal-kumpens finanzjarju użata bħala appoġġ għall-politika dwar is-sajd ta’ l-Istat ikkonċernat, it-twettiq tal-programm u l-għoti ta’ tagħrif dwar ir-riżultati miksuba lill-Kummissjoni jibqgħu fil-kompetenza u r-responsabbiltà biss ta’ l-Istat terz. Il-Kummissjoni, madankollu, tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun f’qagħda li ttejjeb it-tmexxija tat-tiġdid tal-protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi.

    F’kull każ, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ ftehim dwar is-sajd għandu jkun sottomess għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan għandu jippermetti, b’mod partikolari, l-identifikazzjoni sħiħa tal-kontijiet bankarji ta l-Istati terzi fejn ikunu ddepożitati l-ammonti tal-kumpens finanzjarju.

    Bis-saħħa tal-prinċipju tas-sovranità nazzjonali, il-Kummissjoni tista’, madankollu, twettaq jew tara li jitwettaq, fuq inizjattiva tagħha, verifika finanzjarja tal-fondi tal-kumpens finanzjarju mħallas lill-Istati terzi.

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1 Għanijiet tal-proposta f’termini t an-nefqa finanzjarja tagħhom

    approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ € (sar-raba’ punt deċimali)

    Indika l-intestatura ta’ l-għanijiet, l-azzjonijiet u t-twettiq/outputs) | Tip ta’ twettiq/output | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | TOTAL |

    Azzjoni 1... ... ... |

    Azzjoni 2... ... ... |

    Sena n |

    Uffiċjali jew personal temporanju[14] (11 01 01) | A.*/AD | 0,25 |

    B*, C*/AST | 0,3 |

    Personal iffinanzjat[15] skond mill-Artikolu 11 01 02 |

    Personal iffinanzjat ieħor[16] mill-Artikolu 11 01 04 04 |

    TOTAL | 0.55 |

    8.2.2 Deskrizzjoni tax-xogħolijiet li ġejjin mill-azzjoni

    - Assistenza lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati dwar ftehim fil-qasam tas-sajd:

    - Partiċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar is-sajd;

    - Preparazzjoni ta’ proġetti, rapport ta’ evalwazzjoni u noti strateġiċi dwar in-negozjati għall-Kummissarju;

    - Preżentazzjoni u difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-Grupp ta’ Ħidma “Sajd Estern” tal-Kunsill;

    - Partiċipazzjoni fl-isforzi sabiex ikun hemm kompromess ma’ l-Istati Membri li jkun rifless fit-test finali tal-ftehim.

    - Kontroll ta’ l-implimentazzjoni (monitoraġġ) tal-ftehim:

    - Superviżjoni ta’ kuljum tal-ftehim dwar is-sajd;

    - Preparazzjoni u verifikazzjoni ta’ l-impenn u l-ħlas tal-kumpens finanzjarju u ta’ l-azzjonijiet magħżula kif ukoll tal-finanzjament għall-iżvilupp ta’ sajd responsabbli;

    - Preparazzjoni ta’ rapport regolari dwar l-implimentazjoni tal-ftehim;:

    - Evalwazzjoni tal-ftehim: aspetti xjentifiċi u tekniċi

    - Preparazzjoni ta’ l-abbozz tal-proposta ta’ regolament u tad-deċiżjoni tal-Kunsill u preparazzjoni tat-test tal-ftehim;

    - Bidu u monitoraġġ tal-proċedura ta’ adozzjoni.

    - Assistenza teknika:

    - Preparazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni għall-Kummisjoni konġunta.

    - Relazzjonijiet interistituzzjonali

    - Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess ta’ negozjar;

    - Preparazzjoni tar-risposti għall-mistoqsijiet bil-fomm u bil-miktub tal-Parlament Ewropew;

    - Konsultazzjoni u koordinament bejn is-servizzi:

    - Żgurar tal-komunikazzjoni mad-Direttorati Ġenerali l-oħra fil-kwistjonijiet li jirrigwardaw in-negozjati u l-monitoraġġ tal-ftehim;

    - Organizzazzjoni u reazzjoni għall-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

    - Evalwazzjoni

    - Parteċipazzjoni fl-aġġornament ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt;

    - Analiżi ta’ l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta’ valutazzjoni.

    8.2.3 Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

    (Meta iżjed minn sors wieħed huwa ddikjarat, jekk jogħġbok indika n-numru ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

    X Karigi attwalment allokati lill-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew estiżi

    ( Karigi pre-allokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena 2005

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jinqassmu bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern)

    ( Karigi meħtieġa għal sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena fil-kwistjoni.

    8.2.4 Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza

    (11 01 04/05 – Infiq ta’ ġestjoni ta’ amministrattiva)

    miljuni ta’ € (sat-tielet punt deċimali)

    Linja tal-baġit: 11010404 (Nru u intestatura) | Sena n | TOTAL |

    1. Assistenza teknika u amministrattiva (inkluża n-nefqa għall-personal relatat) |

    Aġenziji eżekuttivi[17] |

    Assistenza teknika jew amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros (studju dwar il-granċ tal-qiegħ) | 0.05 |

    Assistenza oħra teknika u amministrattiva | 0.05 | 0.05 |

    8.2.5 Nefqa finanzjarja tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta’ € (sar-raba’ punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena n |

    Uffiċjali u personal temporanju (11 01 01) | 0.0594 |

    Personal iffinanzjat mill-Artikolu 01 02 (awżiljaru, esperti nazzjonali ssekondati, personal interimarju eċċ.) (indika l-linja ta’ baġit) |

    Nefqa finanzjarja tar-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.0594 |

    Kalkulu – Uffiċjali u aġenti bil-kuntratt

    Għandha ssir referenza lill-Punt 8.2.1, jekk dan japplika

    - 1A = €108,000*0,25 = €27 000

    1B = €108,000*0,15 = €16,200

    1C = €108,000*0,15 = €16,200

    Total parzjali: €59,400 (0.0594 miljun € kull sena)

    Total: €59,400 (0.0594 miljun € kull sena)

    Kalkolu – Personal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02

    Għandha ssir referenza lill-Punt 8.2.1, jekk dan japplika

    8.2.6 Infiq amministrattiv ie]or mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta’ € (sat-tielet punt deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | TOTAL |

    11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.010 | 0.010 |

    11 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | 0.0015 | 0.0015 |

    XX 01 02 11 03 - Kumitati[18] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsulenzi |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

    2. Total ta’ l-Infiq ta’ ġestjoni ieħor (XX 01 02 11) |

    3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (isspeċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) Studji u assistenza teknika għall-VMS, qafas ġuridiku tal-VMS, taħriġ tat-tekniċi tal-VMS Linja tal-baġit 11 01 04 04 | 0.09 | 0.09 |

    Total ta’ l-infiq amministrattiv barra r-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.1015 | 0.1015 |

    [1] ĠU L […], […], p. […].

    [2] ĠU L […], […], p. […].

    [3] ĠU L 54 tal-25.2.1984, p. 1.

    [4] ĠU L 47 tad-19.2.2002, p. 2.

    [5] ĠU L 73 tal-15.3.2001, p. 8.

    [6] Approprjazzjonijiet differenzjati.

    [7] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [8] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitlu 11 01 01 tat-Titlu 11 ikkonċernat.

    [9] Infiq skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titlu xx.

    [10] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

    [11] Jekk ikunu indikati aktar minn metodu wieħed, għandhom jingħataw dettalji fil-parti “Kummenti relevanti” ta’ dan il-punt.

    [12] Liċenzji li nħarġu diġà sad-29 ta’ Settembru 2003, għall-perjodu 1.7.2003-30.6.2004.

    [13] Kif deskritt fil-parti 5.3.

    [14] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza.

    [15] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza.

    [16] In-nefqa hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

    [17] Għandu jkun hemm indikazzjoni tad-dikjarazzjoni leġiżlattiva li tirreferi speċifikament għall-aġenzija jew aġenziji eżekuttivi kkonċernati.

    [18] Indika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jagħmel parti minnu.

    Top