EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0536

Proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li tistabbilixxi Programm tal-Komunità għall-Imjieg u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

/* KUMM/2005/0536 finali - COD 2004/0158 */

52005PC0536

Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li tistabbilixxi Programm tal-Komunità għall-Imjieg u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2005/0536 finali - COD 2004/0158 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.10.2005

KUMM(2005) 536 finali

2004/0158 (COD)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li tistabbilixxi Programm tal-Komunità għall-Imjieg u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

SFOND

1. Fl-14 ta’ Lulju 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm għall-impjieg u s-solidarjetà soċjali (PROGRESS)[1] Din il-proposta tressqet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-15 ta’ Lulju 2004.

2. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fil-15 ta' Marzu 2005[2].

3. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta' Frar 2005[3].

4. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-6 ta' Settembru 2005[4].

L-GħAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan ġenerali tal-programm tal-komunità għall-impjieg u s-solidarjetà soċjali huwa li jappoġġja finanzjarjament l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta’ l-impjiegi u l-affarijiet soċjali u b’hekk, fil-kuntest ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona, jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-Aġenda Soċjali.

Għal dan il-għan, il-Programm se jipprovdi appoġġ finanzjarju għar-rwol tal-Kummissjoni ta’ inizjattiva fil-proposta ta’ strateġiji ta’ l-UE. l-implimentazzjoni u s-segwitu ta’ għanijiet ta’ l-UE u t-traduzzjoni tagħhom fi strateġiji ta’ politika nazzjonali; l-appoġġ u l-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE; il-promozzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili.

Opinjoni tal-kummissjoni dwar l-Emendi adottati mill-Parlament Ewropew

Fis-6 ta’ Settembru 2005, il-Parlament Ewropew adotta 72 emenda. Il-Kummissjoni tqis li għadd kbir ta’ emendi tal-Parlament Ewropew huma aċċettabbli kompletament fil-prinċipju jew parzjalment, billi jtejbu l-proposta tagħha u jżommu l-għanijiet u l-vjabilità politika tal-proposta. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta, kompletament jew parzjalment, l-emendi li ġejjin:

- Emenda nru. 1 (L-inklużjoni tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex iġib ’il quddiem għaqdiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa): ara l-Premessa 2

- Emenda nru. 2 (Aktar enfażi fuq l-importanza ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjieg): ara l-Premessa 3

- Emenda nru. 3 (Tenfasizza l-fatt li l-Kunsill issa ddeċieda juża l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali): ara l-Premessa 5

- Emenda nru. 4 (Għandha tinġibed l-attenzjoni dwar il-qagħda speċifika ta’ l-immigranti): ara l-Premessa 5a (ġdida)

- Emenda nru. 5 (Tenfasizza l-importanza tal-ħtieġa li tkun rikonċiljata l-ħajja familjari u dik professjonali): ara l-Premessa 6

- Emenda nru. 6 (Inklużjoni ta’ referenza għall-Artikolu 13 u l-forom ta’ diskriminazzjoni li jkopri u l-ħtieġa li jinbena fuq l-esperjenza miksuba. Referenza għall-kompensazzjoni ta’ spejjeż addizzjonali li jisfaw fihom nies b’diżabilità “li jirriżultaw mid-diżabilità tagħhom”): ara l-Premessa 7

- Emenda nru. 7 (Inklużjoni ta’ referenza għad-Direttiva dwar it-trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa): ara l-Premessa 8

- Emenda nru. 8 (Inklużjoni ta’ referenza għal trattament indaqs bejn nisa u rġiel u l-prinċipju ta’ l-inklużjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi): ara l-Premessa 9

- Emenda nru. 10 (Inklużjoni ta’ għanijiet): ara l-Premessa 10

- Emenda nru. 11 (Inklużjoni ta’ referenza għall-Aġenda Soċjali): ara l-Artikolu 1

- Emenda nru. 12 (Jissemma l-użu ta’ statistika u indikaturi analizzati skond is-sess u l-età tal-grupp): ara l-Artikolu 2, punt 2

- Emenda nru. 13 (Evalwazzjoni ta’ l-effikaċja tal-liġi tal-Komunità u l-għanijiet ta’ strateġija politika): ara l-Artikolu 2, punt 3

- Emenda nru. 14 (Tissemma l-promozzjoni tan-netwerking, tagħlim reċiproku u tixrid ta’ strateġiji innovattivi): ara l-Artikolu 2, punt 4

- Emenda nru. 15 (Inklużjoni ta’ għanijiet): ara l-Artikolu 2, punt 5

- Emenda nru. 17 (Tissemma l-inklużjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-programm kollu): ara l-Artikolu 2, paragrafu 1a (ġdid)

- Emenda nru. 18 (Tissemma l-obbligazzjoni ta’ tixrid u pubblikazzjoni ta’ riżultati u ta’ skambju regolari ta’ fehmiet mal-partijiet interessati): ara l-Artikolu 2, paragrafu 1b (ġdid)

- Emenda nru. 19 (Indikaturi “komuni” għandhom jiġu żviluppati, peress li l-indikaturi miftiehma b’mod komuni biss jipprovdu l-komparabilità meħtieġa): ara l-Artikolu 4, punt 1

- Emenda nru. 20 (Sejħiet għal aktar koerenza bejn l-EES (Strateġija ta’ l-Impjieg Ewropea) u l-politika ġenerali ekonomika): ara l-Artikolu 4, punt 2

- Emenda nru. 21 (Jissemmew strateġiji ġodda u innovattivi li jridu jiġu żviluppati): ara l-Artikolu 4, punt 3

- Emenda nru. 22 (Tissemma l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riforma nazzjonali): ara l-Artikolu 4, punt 4

- Emenda nru. 24 (Inklużjoni tal-kliem “esklużjoni soċjali” li tiġi wara l-kelmiet tal-programm ta’ azzjoni kurrenti u ta’ indikaturi “komuni” li jridu jiġu żviluppati, peress li indikaturi miftiehma b’mod komuni biss jipprovdu l-komparabilità meħtieġa): ara l-Artikolu 5, il-punt 1

- Emenda nru. 25 (Inklużjoni ta’ l-impatt ta’ l-OMC (Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni) fuq livell nazzjonali u dak tal-Komunità): ara l-Artikolu 5, il-punt 2

- Emenda nru. 26 (Jissemmew strateġiji ġodda u innovattivi li jridu jiġu żviluppati): ara l-Artikolu 5, punt 3

- Emenda nru. 27 (Ir-rwol tan-netwerks UE jissaħħaħ minħabba l-għarfien speċjalizzat partikolari tagħhom): ara l-Artikolu 5, il-punt 5

- Emenda nru. 28 (Tenfasizza l-importanza tal-ħtieġa li tkun rikonċiljata l-ħajja familjari u dik professjonali): ara l-Artikolu 6, taqsima introduttiva

- Emenda nru. 29 (Jissemma’ l-użu ta’ statistika u indikaturi analizzati skond is-sess u l-età tal-grupp): ara l-Artikolu 6, il-punt 1

- Emenda nru. 30 (Appoġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-liġi tax-xogħol UE permezz ta’ seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam): ara l-Artikolu 6, il-punt 2

- Emenda nru. 31 (Tiġi evitata d-duplikazzjoni ma’ l-Aġenzija għas-Sigurtà u s-Saħħa Ewropea fuq il-post tax-xogħol): ara l-Artikolu 6, il-punt 3

- Emenda nru. 32 (Tenfasizza r-rwol prinċipali ta’ l-imsieħba soċjali): ara l-Artikolu 6, il-punt 4

- Emenda nru. 34 (Taqsima 4 tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni u ġġib ’il quddiem l-inklużjoni tiegħu fl-istrateġiji “kollha” ta’ politika ta’ l-UE): ara l-Artikolu 7, taqsima introduttiva

- Emenda nru. 35 (Inklużjoni ta’ l-obbligazzjoni li tiġi evalwata l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni eżistenti): ara l-Artikolu 7, il-punt 1

- Emenda nru. 36 (Appoġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni UE permezz ta’ seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam): ara l-Artikolu 7, il-punt 2

- Emenda nru. 37 (Tenfasizza r-rwol prinċipali ta’ l-NGOs fil-qasam ta’ kontra d-diskriminazzjoni): ara l-Artikolu 7, il-punt 3

- Emenda nru. 39 (Taqsima 5 tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tas-sessi u ġġib ’il quddiem l-inklużjoni tiegħu fl-istrateġiji “kollha”ta’ politika ta’ l-UE): ara l-Artikolu 8, taqsima introduttiva

- Artikolu 8, il-paragrafu 1: inklużjoni mill-Kummissjoni tal-kelma “effikaċja” f’isem il-koerenza

- Emenda nru. 40 (Appoġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza tas-sessi ta’ l-UE permezz ta’ seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam): ara l-Artikolu 8, il-punt 2

- Emenda nru. 41 (Tenfasizza l-importanza tal-ħtieġa li tkun rikonċiljata l-ħajja familjari u dik professjonali): ara l-Artikolu 8, il-punt 3

- Emenda nru. 42 (Tenfasizza r-rwol prinċipali tan-netwerks UE fil-qasam ta’ l-ugwaljanza tas-sessi): ara l-Artikolu 8, il-punt 4

- Emenda nru. 43 (PROGRESS għandu jopera wkoll fuq livell transnazzjonali): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, taqsima introduttiva

- Emenda nru. 44 (Tenfasizza l-importanza tal-pubblikazzjoni ta’ materjal edukattiv permezz ta’ l-internet jew mezzi oħra): ara l-Artikolu 9, paragrafu 1, il-punt (a), l-inċiż 5

- Emenda nru. 45 (PROGRESS għandu wkoll irawwem it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta’ prassi tajba u strateġiji innovattivi): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt (b), l-inċiż 1

- Emenda nru. 46 (PROGRESS għandu jopera wkoll fuq livell transnazzjonali): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1,il- punt (b), l-inċiż 1

- Emenda nru. 47 (Inklużjoni ta’ l-organizzazzjoni ta’ forum ta’ kull sena għall-atturi kollha involuti li għandu jgħinu biex jinġab ’il quddiem id-djalogu, jiġu pubbliċizzati r-riżultati tal-programm u diskussi l-prijoritajiet tal-ġejjieni): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt (b), l-inċiż 3a (ġdid)

- Emenda nru. 48 (Tenfasizza l-importanza li għandha tingħata aktar attenzjoni liċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull Stat Membru, minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet li jeżistu fl-Unjoni): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt (b), l-inċiż 1

- Emenda nru. 49 (Dawk li jaħdmu fil-qasam ikkonċernat għandu jkollhom aċċess għall-attivitajiet ta’ taħriġ): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 1, il-punt (c), l-inċiż 3

- Emenda nru. 52 (Referenza għall-Artikolu 3): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 2a (ġdid)

- Emenda nru. 53 (Il-programm m’għandux jiffinanzja miżuri għat-tħejjija u implimentazzjoni ta’ Snin Ewropej): ara l-Artikolu 9, il-paragrafu 2b (ġdid)

- Emenda nru. 54 (Jissemmew l-aġenziji ta’ l-impjieg): ara l-Artikolu 10, il-paragrafu 1, l-inċiż 2

- Emenda nru. 58 (Twessiegħ tal-lista ta’ affarijiet li jridu jiġu ttrattati mill-Kumitat li jassisti l-Kummissjoni): ara l-Artikolu 12

- Emenda nru. 61 (Obbligazzjoni li jkunu infurmati wkoll il-kumitati l-oħra rilevanti dwar l-azzjoni meħuda skond il-ħames taqsimiet tal-Programm): ara l-Artikolu 14, il-paragrafu 1a (ġdid)

- Emenda nru. 62 (Il-programm għandu jkun konsistenti mal-politika reġjonali u l-politika ekonomika ġenerali kif ukoll ma’ l-oqsma l-oħra msemmija, peress illi t-tnejn jistgħu jkollhom implikazzjonijiet importanti għas-suċċess ta’ l-għanijiet tal-programm): ara l-Artikolu 15, il-paragrafu 1

- Emenda nru. 63 (Tevita duplikazzjoni ta’ responsabbiltajiet ta’ azzjonijiet oħra rilevanti ta’ l-Unjoni u l-Komunità): ara l-Artikolu 15, il-paragrafu 2

- Emenda nru. 64 (Tiżgura konsistenza u komplimentarjetà. Li tiġi evitata d-duplikazzjoni huwa għalhekk essenzjali): ara l-Artikolu 15, il-paragrafu 2

- Emenda nru. 65 (Inklużjoni tar-referenza għall-Aġenda Soċjali): ara l-Artikolu 15, il-paragrafu 4

- Emenda nru. 68 (Tiżgura l-fatt li l-allokazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet tat-taqsimiet individwali tal-programm tkun trasparenti u ddeterminata mill-Awtorità tal-Baġit): ara l-Artikolu 17, il-paragrafu 4

- Emenda nru. 69 (Il-Parlament Ewropew jrid jikkontrolla l-implimentazzjoni ta’ PROGRESS): ara l-Artikolu 19, paragrafu 1

- Emenda nru. 70 (Il-Parlament Ewropew jrid jikkontrolla l-implimentazzjoni ta’ PROGRESS): ara l-Artikolu 19, il-paragrafu 1

- Emenda nru. 71 (Il-parlament għandu jkun infurmat kif xieraq dwar l-implimentazzjoni tal-programm): ara l-Artikolu 19, il-paragrafu 3

KONKLUżJONI

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 250 (2) tat-trattat KE, il-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha kif ġej:

2004/0158 (COD)

Proposta emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li tistabbilixxi Programm tal-Komunità għall-Imjieg u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2), 129 u 137(2) a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 inkorpora bħala intrinsiku għall-istrateġija ġenerali ta' l-Unjoni l-promozzjoni ta' l-impjieg u l-inklużjoni soċjali sabiex jinkseb l-għan strateġiku għad-deċennju li ġej li ssir l-iktar ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għerf fid-dinja, kapaċi għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, b'xogħol iktar u aħjar u koeżjoni soċjali ikbar. Dan iwaqqaf għanijiet u miri ambizzjużi għall-UE biex din tikseb mill-ġdid il-kundizzjonijiet għal xogħol għal kulħadd, ittejjeb il-kwalità u l-produttività tax-xogħol, tmexxi ’l quddiem il-koeżjoni soċjali kif ukoll suq tax-xogħol inklussiv..

(2) Fi qbil ma’ l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni biex issaħħaħ u tirrazzjonalizza l-istrumenti ta’ l-iffinanzjar ta’ l-UE, din id-Deċiżjoni għandha twaqqaf Programm wieħed u mtejjeb filwaqt li tipprovdi għall-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-ħidmiet li ngħataw bidu fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/750/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li twaqqaf programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni (2001 sa 2006)[8], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2000 li twaqqaf Programm dwar l-istrateġija ta’ qafas tal-Komunità fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi[9], kif ukoll id-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 50/2002/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li jwaqqfu programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex jinkuraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali[10] u 1145/2002/KE ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 fuq il-miżuri ta’ inċentivi tal-Komunità fil-qasam tax-xogħol[11], u d-Deċiżjoni 848/2004/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li twaqqaf programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex iġib ’il quddiem għaqdiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa [12], kif ukoll dawk il-ħidmiet meħuda fuq livell ta’ Komunità b’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

(3) Il-Kunsill Straordinarju Ewropew dwar ix-Xogħol li kien iltaqa’ fil-Lussemburgu fl-1997 kien ta bidu għall-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol, li tinkludi fiha l-koordinazzjoni tal-politika tax-xogħol ta’ l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar ix-xogħol li dwarhom kien hemm ftehim komuni. L-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol issa hija għandha r-rwol ewlieni fi l- aktar għodda importanti għall- implimentazzjoni ta’ l-għanijiet tax-xogħol u tas-suq tax-xogħol ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona.

(4) Il-Kunsill Ewropew ta’ Lisbona kien wasal għall-konklużjoni li n-numru ta’ nies li għadhom jgħixu taħt il-linja tal-faqar u f’esklużjoni soċjali fl-Unjoni kien inaċċettabbli u għalhekk jeħtieġ jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex isir impatt deċiżiv fuq il-qerda tal-faqar billi jitwaqqfu għanijiet adegwati. Dawn l-għanijiet kien hemm ftehim dwarhom fil-Kunsill Ewropew ta’ Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta’ Diċembru 2000. Dan kien qabel ukoll li l-politika biex tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali għandha tkun ibbażata fuq metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni li jkun jgħaqqad il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-kooperazzjoni.

(5) Il-bidla demografika tirrappreżenta sfida kbira fuq medda twila ta’ żmien għall-ħila tas-sistemi ta’ ħarsien soċjali li joffru pensjonijiet adegwati u kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja fuq medda twila ta’ żmien li jkunu aċċessibbli għal kulħadd u jistgħu jkunu finanzjati fuq medda twila ta’ żmien . Huwa importanti li titmexxa ’l quddiem politika li tista’ tikseb kemm ħarsien soċjali tajjeb kif ukoll sostenibbiltà finanzjarja ta’ sistemi ta’ ħarsien soċjali. Il-Kunsill iddeċieda li l-kooperazzjoni f’dan il-qasam għandha tkun ibbażata fuq Dan il-bilanċ jinkiseb skond il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni.

(5a) Għandha tinġibed l-attenzjoni għal-qagħda speċifika ta’ l-immigranti f’dan il-kuntest u għall-importanza li tittieħed azzjoni biex ix-xogħol mhux dikjarat jiġi trasformat għal xogħol regolari.

(6) Li jkunu żgurati standards minimi u t-titjib kostanti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-UE huwa fattur ewlieni tal-politika soċjali Ewropea u dan jikkorrispondi għal għan ġenerali importanti ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Komunità għandha rwol importanti x’taqdi biex tappoġġja u tikkumplementa l-ħidmiet ta’ l-Istati Membri fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-ħtieġa ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja familjari u dik professjonali, il-ħarsien tal-ħaddiema fejn il-kuntratt tax-xogħol tagħhom jintemm, it-tagħrif il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, ir-rappreżentazzjoni u d-difiża kollettiva ta’ l-interessi tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

(7) Li ma jkunx hemm diskriminazzjoni huwa prinċipju ewlieni fl-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jappella għal azzjoni biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. In-non-diskriminazzjoni hija wkoll minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba varjeta ta’ raġunijiet . Għandhom jiġu akkomodati l-fatturi speċifiċi ta’ l-għamliet differenti ta’ diskriminazzjoni, u tiġi żviluppata azzjoni xierqa b’mod parallel biex titwaqqaf minn qabel u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fuq xi bażi waħda jew aktar. Għalhekk, filwaqt li jitqiesu l-aċċessibilità u r-riżultati tal-programm il-ħtiġiet speċjali ta’ nies b’diżabilità għandhom jitqiesu fis-sens ta’ aċċessibilità li jkunu żgurati l-aċċess sħiħ u indaqs tagħhom għall-attivitajiet iffinanzjati b’dan il-Programm u r-riżultati u l-evalwazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, inkluż il-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali li fihom jisfaw il-persuni b’diżabilità bħala riżultat tad-diżabilità tagħhom. L-esperjenza miksuba fuq bosta snin ta’ ġlied kontra ċerti forom ta’ diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, tista’ tkun ta’ siwi fil-ġlieda kontra forom oħra ta’ diskriminazzjoni.

8) Fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 13 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, il-Kunsill adotta d-direttivi li ġejjin : id-Direttiva 2000/43 tad-29 ta’ Ġunju 2000 li tħaddem il-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn il-persuni, irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika[13] li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq oriġini razzjali jew etnika, inter alia , fix-xogħol, it-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni, prodotti u servizzi u ħarsien soċjali, id-Direttiva 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 li twaqqaf qafas ġenerali għal trattament indaqs fix-xogħol u l-okkupazzjoni,[14] li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni fix-xogħol u l-okkupazzjoni minħabba reliġjon jew twemmin, diżabilità, età u orjentazzjoni sesswali , u d -Direttiva 2004/113/EC tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament indaqs bejn irġiel u nisa fl-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista tagħhom[15].

(9) L-istess trattament għan-nisa u l-irġiel huwa prinċipju ewlieni tal-liġi tal-Komunità, skond l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u d-Direttivi u atti oħrajn adottati fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju kellhom għandhom sehem kbir ħafna biex titjieb is-sitwazzjoni tan-nisa. L-esperjenza ta’ azzjoni fuq livell ta’ Komunità wriet li t-tmexxija ‘l quddiem ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika ta’ l-UE u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-prattika jsejħu biex ikun hemm kumbinazzjoni ta’ strumenti li jinvolvu l-leġiżlazzjoni, l-għodod ta’ ffinanzjar u t-taqsim ewlieni li huma maħsuba biex isaħħu lil xulxin. Skond Fi qbil ma il-prinċipju ta’ l- inkluzjoni ta’ l-ugwaljanza tas-sessi ugwaljanza bejn irġiel u nisa nisa u rġiel, l-inklużjoni ta’ l-ugwaljanza tas-sessi għandha tiġi fuq quddiem fit-taqsimiet u l- attivitajiet kollha tal-Programm. F’dan il-programm, id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess hija ttrattata b'mod partikolari fit-Taqsima 5, l-ugwaljanza tas-sessi.

(9a) Ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi fuq livelli varji jistgħu jagħtu sehem importanti fuq livell Ewropew permezz ta’ netwerks prinċipali li jgħinu biex jinbidlu orjentazzjonijiet ta’ politika marbuta ma’ l-għanijiet ġenerali tal-programm.

(10) Minħabba li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti fil-livell ta’ l-Istati Membri minħabba l-ħtieġa għal bdil ta’ tagħrif fuq livell ta’ UE u t-tixrid ta’ prattika tajba fl-Unjoni kollha, u għalhekk peress li dawn l-għanijiet jistgħu , minħabba d-dimensjoni multilaterali ta’ l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Komunità jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(11) Din id-Deċiżjoni twaqqaf qafas finanzjarju għal perjodu kollu tal-programm, li għandu jkun il-punt ewlieni ta’ referenza għall-awtorità ta’ l-estmi, fil-ħsieb tal-punt 33 tal-ftehim interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq id-dixxiplina tal-bàġit u t-tijib tal-proċedura tal-baġit.[16]

(12) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li twaqqaf il-proċeduri għall-Kummissjoni biex din tkun tista’ tħaddem is-setgħat mogħtija[17].

(12a) Peress li l-programm huwa maqsum f’ħames taqsimiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għar-rotazzjoni tar-rappreżentanti nazzjonali tagħhom skond it-temi ndirizzati mill-Kumitat li jkun qed jgħin lill-Kummissjoni.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Twaqqif tal-Programm

Din id-Deċiżjoni twaqqaf il-Programm tal-Komunità għax-Xogħol u s-Solidarjetà Soċjali, li jġib l-isem PROGRESS, biex jappoġġja finanzjarjament l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-qasam tax-xogħol u l-affarijiet soċjali u b’hekk jgħin biex jinkisbu fil-kuntest ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona għanijiet f’dawn l-oqsma jgħin biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-Aġenda Soċjali (2006–2010)[18]. Dan għandu jdum mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali tal-Programm

1. Il-programm preżenti jrid jilħaq l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

5. li jtejjeb l-għerf u l-ftehim tas-sitwazzjoni li hemm fl-Istati Membri (u f’pajjiżi oħrajn li qed jieħdu sehem) bi stħarriġ, valutazzjoni u monitoraġġ mill-qrib tal-politika;

6. li jappoġġja l-iżvilupp ta’ l-għodod u l-metodi statistiċi u l-indikaturi komuni fejn ikun possibbli analizzati skond il-grupp ta’ sess u età fl-oqsma koperti mill-programm;

7. li jappoġġja u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Komunità, fejn applikabbli, u l-għanijiet tal- politika fl-Istati Membri u li jassessja l-effikaċja tagħhom u l-impatt;

8. li jmexxi ‘l quddiem il-ħolqien ta’ netwerks, tagħlim reċiproku, u l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattika tajba u strateġiji innovattivi fuq livell ta’ UE;

9. li jsaħħaħ l-għarfien tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali dwar il-politika ta’ l-UE u l-għanijiet li tkun issuktata taħt kull waħda mill-5 taqsimiet;

10. li jwessa’ l-ħila tan-netwerks ewlenin ta’ l-UE biex jitmexxew ’il quddiem, ikunu appoġġjati u żviluppati aktar l-politika u l-għanijiet ta’ UE, fejn applikabbli.

1a. L-inklużjoni tas-sessi għandha titmexxa ’l quddiem fit-taqsimiet u l-attivitajiet skond dan il-programm.

1b. Ir-riżultati miksuba fit-taqsimiet u l-attivitajiet tal-programm għandhom jinxterdu fost dawk involuti u l-pubbliku kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tmexxi skambji ta’ fehmiet mal-partijiet interessati ewlenin kif xieraq.

Artikolu 3

Struttura tal-Programm

Il-programm għandu jinqasam fil-5 taqsimiet li ġejjin:

11. Ix-xogħol

12. Il-Ħarsien u l-inklużjoni soċjali

13. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol

14. L-Antidiskriminazzjoni u d-diversità

15. L-ugwaljanza bejn is-sessi

Artikolu 4

TAQSIMA 1: Xogħol

It-Taqsima 1 għandha tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol (EES) billi:

(1) Jitjieb il-fehim tas-sitwazzjoni u l-prospetti tax-xogħol, l-aktar bi stħarriġ u studji u bl-iżvilupp ta’ statistiċi u indikaturi komuni fi ħdan il-qafas ta’ l-EES;

(2) Tkun immonitorjata u ssir valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida u r-Rakkomandazzjonijiet Ewropej dwar ix-Xogħol u l-impatt tagħhom, l-aktar permezz tar-Rapport Konġunt dwar ix-Xogħol, u billi tiġi analizzata l-interazzjoni bejn l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u l-politika ġenerali ekonomika u soċjali u oqsma oħra ta’ politika;

(3) Ikunu organizzati skambji dwar strateġiji politiċi, prassi tajba u strateġiji nnovattivi u li jitmexxa ‘l quddiem it-tagħlim reċiproku fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol;

(4) Jiżdied l-għarfien, jixxerred tagħrif u jitmexxa ‘l quddiem id-dibattitu fuq l-isfidi u l-politika tax-xogħol, u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ riforma, filwaqt li jiġu inklużi fost ir-reġjuni u l-atturi lokali, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħrajn.

Artikolu 5

TAQSIMA 2: Ħarsien u inklużjoni soċjali

It-Taqsima 2 għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (OMC) fil-qasam tal-ħarsien u l-inklużjoni soċjali billi:

16. Jitjieb il-fehim dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali, il-politika ta’ ħarsien u l-inklużjoni soċjali, l-aktar bi stħarriġ u studji u bl-iżvilupp ta’ statistiċi u indikaturi komuni , fi ħdan il-qafas tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni fil-qasam tal-ħarsien u l-inklużjoni soċjali:

17. Tkun immonitorjata u ssir valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l- OMC fil-qasam tal-ħarsien u l-inklużjoni soċjali u l-impatt tagħha fil-livell nazzjonali u tal-Komunità u billi tiġi analizzata l-interazzjoni ta’ dan l-OMC u oqsma oħra ta’ strateġija politika;

18. Ikunu organizzati skambji dwar politika u proċessi , prassi tajba u strateġiji innovattivi u li jitmexxa ’l quddiem it-tagħlim reċiproku fil-kuntest ta’ l-istrateġija tal-ħarsien u l-inklużjoni soċjali;

19. Ikun hemm għarfien, li jixxerred tagħrif u li jitmexxa ‘’ quddiem id-dibattitu fuq l-isfidi ewlenin u punti ta’ politika li tqajmu fil-kuntest tal-proċess ta’ koordinazzjoni ta’ l-UE fil-qasam tal-ħarsien u l-inklużjoni soċjali, inklużi fost l-NGO’s, l-atturi reġjonali u lokali , l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħrajn;

20. Tkun żviluppata l-kapaċità tan-netwerks ewlenin ta’ l-UE biex jagħtu appoġġ u jiżviluppaw aktar l-għanijiet tal-politika ta’ UE u l-istrateġiji dwar il-ħarsien u l-inkluzjoni soċjali.

Artikolu 6

TAQSIMA 3: Kundizzjonijiet tax-xogħol

It-Taqsima 3 għandha tappoġġja t-titjib ta’ l-ambjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja billi:

21. Jitjieb il-fehim tas-sitwazzjoni f’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aktar bi stħarriġ u studji u, fejn xieraq, l-iżvilupp ta’ statistika u indikaturi, kif ukoll bl-assessjar ta’ l-effikaċja u l-impatt tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji ta’ politika u l-prassi esistenti;

22. Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-liġi tax-xogħol ta’ l-UE b’monitoraġġ imsaħħaħ effettiv , taħriġ ta’ professjonisti billi jinżammu seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam, bl-iżvilupp tal-gwidi u l-ħolqien ta’ netwerks fost entitajiet speċjalizzati, inklużi l-imsieħba soċjali ;

23. Ikun hemm bidu għal azzjonijiet ta’ prevenzjoni u li jitkattru l-kultura tal-prevenzjoni fil-qasam ta s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

24. Ikun hemm għarfien, tixrid ta’ tagħrif u li jitmexxa ‘l quddiem id-dibattitu dwar l-isfidi ewlenin u punti ta’ politika b’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol, saħansitra fost l-imsieħba soċjali.

Artikolu 7

TAQSIMA 4:Antidiskriminazzjoni u diversità

It-Taqsima 4 għandha tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u li titmexxa ‘l quddiem l-inklużjoni tagħha fl-istrateġiji kollha ta’ politika ta’ l-UE billi:

25. Jitjieb il-fehim tas-sitwazzjoni f’rabta mad-diskriminazzjoni l-aktar bi stħarriġ u studji u, fejn xieraq, bl-iżvilupp ta’ statistiċi u indikaturi kif ukoll bl-assessjar ta’ l-effikaċja u l-impatt tal-leġiżlazzjoni, l-istrateġiji ta’ politika u l-prassi eżistenti;

26. Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ta’ l-UE ta’ kontra d-diskriminazzjoni billi jkun hemm monitoraġġ imsaħħaħ effettiv , taħriġ ta’ professjonisti jinżammu seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam u bil-ħolqien ta’ netwerks fost entitajiet speċjalizzati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-anti-diskriminazzjoni;

27. Ikun hemm għarfien, it-tixrid ta’ tagħrif u billi jitmexxa ‘l quddiem id-dibattitu dwar l-isfidi ewlenin u punti ta’ politika dwar id-diskriminazzjoni u l-inklużjoni ta’ l-anti-diskriminazzjoni fl-istrateġiji kollha ta’ politika ta’ l-UE saħansitra fost l-NGOs fil-qasam ta’ kontra d-diskriminazzjoni, l-atturi reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħrajn;

28. Tkun żviluppata l-kapaċità tan-netwerks ewlenin ta’ l-UE biex iġibu ’l quddiem u jiżviluppaw aktar l-għanijiet u l-istrateġiji tal-politika ta’ l-UE.

Artikolu 8

TAQSIMA 5: Ugwaljanza bejn is-sessi

It-Taqsima 5 għandha tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u li titmexxa ‘l quddiem l-inklużjoni tas-sessi fil-politika kollha ta’ l-UE billi:

29. Jitjieb il-fehim tas-sitwazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aktar bi stħarriġ u studji u bl-iżvilupp ta’ statistiċi u , fejn xieraq, indikaturi kif ukoll billi jkun assessjati l-effikaċja u l-impatt tal-leġiżlazzjoni, il-politika u l-prassi eżistenti;

30. Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ta’ l-UE ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jkun hemm monitoraġġ rinfurzat effettiv , it-taħriġ tal-ħaddiema jinżammu seminars għal dawk li jaħdmu fil-qasam u bil-ħolqien ta’ netwerks fost entitajiet ta’ ugwaljanza li jkunu speċjalizzati;

31. Ikun hemm għarfien, tixrid ta’ tagħrif u jitmexxa ‘l quddiem id-dibattitu fuq l-isfidi ewlenin u punti ta’ politika f’rabta ma’ l-ugwaljanza bejn is-sessi inkluża l-importanza ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja, u l-inklużjoni ugwali tas-sessi;

32. Tkun żviluppata l-kapaċità tan-netwerks ewlenin ta’ l-UE biex ikunu ssuktati appoġġjati u żviluppati aktar l-għanijiet tal-politika ta’ l-UE u l-istrateġiji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. .

Artikolu 9

Tipi ta’ azzjoni

33. Il-Programm għandu jiffinanzja t-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jiġu implimentati, fejn xieraq, fi ħdan qafas transnazzjonali::

34. Attivitajiet analitiċi

35. Il-ġbir, l-iżvilupp u t-tixrid ta’ data u statistiċi

36. L-iżvilupp u t-tixrid ta’ metodoloġiji komuni u , fejn xieraq, indikaturi/parametri ta’ referenza

37. It-twettiq ta’ studji, analiżi u stħarriġ u t-tixrid tar-riżultati tagħhom

38. It-twettiq ta’ valutazzjonijiet u valutazzjonijiet ta’ l-impatt u t-tixrid tar-riżultati tagħhom

39. L-elaborazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ gwidi u , rapporti u materjal edukattiv permezz ta’ l-internet u mezzi oħrajn

40. Attivitajiet ta’ Tagħlim reċiproku, Għarfien u Tixrid

41. L-identifikazzjoni ta’ u skambji dwar l-aħjar prattiċi tajbin, strateġiji u esperjenzi innovattivi u l-organizzazzjoni ta’ reviżjoni esperta u tagħlim reċiproku b’laqgħat/diskussjonijiet/seminars fuq livell ta’ l-UE , transnazzjonali jew nazzjonali , filwaqt li jitqiesu, fejn hu possibbli, iċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

42. L-organizzazzjoni ta’ konferenzi/seminars tal-Presidenza

43. L-organizzazzjoni ta’ konferenzi/seminars biex ikunu appoġġjati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-liġi u l-għanijiet tal-politika tal-Komunità

44. L-organizzazzjoni ta’ forum annwali għall-partijiet kollha interessati dwar l-evalwazzjoni tal-progress fil-kisba ta’ l-Aġenda Soċjali u dwar l-implimentazzjoni tat-taqsimiet individwali tal-programm, inkluża l-preżentazzjoni tar-riżultati u d-djalogu dwar prijoritajiet tal-ġejjieni.

45. L-organizzazzjoni ta’ kampanji u attivitajiet ta’ mezzi tax-xandir

46. Il-ġabra u l-pubblikazzjoni ta’ materjali biex jixxerrdu t-tagħrif kif ukoll ir-riżultati tal-programm

47. Appoġġ lill-atturi ewlenin

48. Appoġġ għall-ispejjeż kurrenti ta’ dawk n-netwerks ewlenin ta’ l-UE li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan il-programm

49. L-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma ta’ l-uffiċjali nazzjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-UE

50. L-iffinanzjar ta’ seminars ta’ taħriġ indirizzati lil persuni li jipprattikaw il-liġi , lill-dawk li jaħdmu fil-qasam, uffiċjali ewlenin u atturi rilevanti oħrajn

51. Il-ħolqien ta’ netwerks fost entitajiet speċjalizzati fuq livell ta’ l-UE

52. L-iffinanzjar tan-netwerks ta’ l-esperti

53. L-iffinanzjar ta’ osservatorji li jkunu ta’ livell ta’ l-UE

54. Il-bdil ta’ ħaddiema bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali

55. Il-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet internazzjonali

56. It-tipi ta’ azzjonijiet previsti taħt il-paragrafu ( 1 ) b għandu jkollhom dimensjoni b’saħħitha ta’ l-UE, skala xierqa biex ikun żgurat valur miżjud ta’ l-UE li jkun ta’ veru u jitwettqu mill-awtoritajiet (sotto)nazzjonali, minn entitajiet speċjalizzati previsti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunuità jew minn atturi li jitqiesu bħala l-esponenti ewlenin fil-qasam tagħhom.

2a. It-tipi ta’ azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 3, maħsuba biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-Aġenda Soċjali skond l-Istrateġija ta’ Liżbona.

2b. Il-programm m’għandux jiffinanzja xi miżuri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ Snin Ewropej.

Artikolu 10

Aċċess għall-programm

57. L-aċċess għal dan il-programm għandu jkun miftuħ għall-entitajiet pubbliċi u/jew privati kollha, atturi u istituzzjonijiet, l-aktar:

58. Stati Membri;

59. Servizzi pubbliċi ta’ impjieg u aġenziji tax-xogħol ;

60. Awtoritajiet lokali u reġjonali;

61. Entitajiet speċjalizzati previsiti taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità;

62. Imsieħba soċjali;

63. Organizzazzjonijiet mhux governattivi , b’mod partikolari dawk organizzati fuq livell ta’ l-UE;

64. Universitajiet Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u istituti ta’ riċerka;

65. Esperti fil-valutazzjoni

66. Uffiċċji nazzjonali ta’ l-istatistika;

67. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni.

68. Il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess dirett għall-programm safejn ikunu kkonċernati l-azzjonijiet previsiti taħt l-Artikolu 9 paragrafu 1 a) u b).

Artikolu 11

Metodu ta’ l-applikazzjoni għall-appoġġ

It-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 jistgħu jiġu ffinanzjati minn:

- kuntratt ta’ servizz wara li tkun saret sejħa għall-offerti. Għall-kooperazzjoni ma’ l-Uffiċċji nazzjonali ta’ l-Istatistika, għandhom jgħoddu l-proċeduri ta’ l-Eurostat.

- sussidju parzjali wara sejħa għal proposti. F’dan il-każ, il-kofinanzjament ta’ l-UE jista’ ma jkunx aktar, bħala regola ġenerali, minn 80% tan-nefqa totali li tkun saret minn min jirċevi s-sussidju. Kull sussidju li jkun iktar minn dan il-livell stabbilit jista’ jingħata biss taħt ċirkustanzi eċċezzjonali u wara skrutinju ddettaljat.

It-tipi ta’ azzjonijiet previsti taħt l-Artikolu 9 (1) b) jistgħu jiġu ssussidjati billi jkunu mwieġba talbiet għas-sussidji, per eżempju minn xi Stat Membru , skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju[19] u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu[20]

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni

69. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-materji li ġejjin għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ tmexxija msemmija fl-Artikolu 13 § ( 2 ) :

70. il-linji gwida ġenerali għall-implimentazzjoni tal-programm;

71. il-programm annwali ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm, maqsum f’taqsimiet separati ;

72. l-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata mill-Komunità;

73. il-baġit ta’ kull sena u l-firxa tal-fondi bejn it-taqsimiet differenti tal-programm ;

74. il-proċeduri għall-għażla ta’ l-azzjonijiet li għandhom ikunu appoġġjati mill-Komunità u l-abbozz tal-lista ta’ l-azzjonijiet li għandhom jirċievu dan l-appoġġ ippreżentata mill-Kummissjoni;

75. kriterji għall-evalwazzjoni tal-programm, inklużi kriterji marbuta mar-relazzjoni spiża-benefiċċju u r-regoli għat-tixrid u ta’ kif jiġu mgħoddija r-riżultati .

76. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-materji l-oħrajn kollha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13 § ( 3 ) .

Artikolu 13

Kumitat

77. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

78. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu , wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahrejn.

79. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu , wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

80. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 14

Kooperazzjoni ma’ kumitati oħrajn

81. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf ir-rabtiet meħtieġa mal-Kumitat tal-Ħarsien Soċjali u mal-Kumitat tax-Xogħol biex tiżgura li dawn ikunu mgħarrfa b’mod regolari u kif xieraq dwar l-implimentazzjoni tal-ħidmiet imsemmija f’din id-Deċiżjoni.

1a. Il-Kummissjoni għandha wkoll tinforma l-kumitati rilevanti l-oħrajn bl-azzjoni meħuda skond il-ħames taqsimiet tal-programm.

82. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha twaqqaf kooperazzjoni regolari u strutturata bejn dan il-Kumitat u l-kumitati ta’ monitoraġġ stabbiliti għal politika, strumenti u azzjonijiet rilevanti oħrajn.

Artikolu 15

Konsistenza u kumplementarjetà

83. Il-Kummissjoni għandha, flimkien ma’ l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza ġenerali mal-politika, strumenti u azzjonijiet oħrajn ta’ l-Unjoni u l-Komunità, l-aktar billi twaqqaf mekkaniżmi xierqa biex tikkoordina l-ħidmiet tal-programm ma’ ħidmiet rilevanti li għandhom x’jaqsmu mar-riċerka, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-kultura, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-politika dwar iż-żgħażagħ, u fl-oqsma tat-tkabbir u r-relazzjonijiet barranin tal-Komunità , u mal-politika reġjonali u l-politika ekonomika ġenerali. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għas-sinerġiji possibbli bejn il-programm preżenti u dawk fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ.

84. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza u kumplementarjetà u li ma jkunx hemm duplikazzjoni bejn l-azzjonijiet meħuda taħt il-programm u azzjonijiet oħra rilevanti ta’ l-Unjoni u l-Komunità, l-aktar taħt il-Fondi Strutturati u speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew.

85. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li n-nefqiet koperti u addebitati mill-programm ma jiġux addebitati lil xi strument finanzjarju ieħor tal-Komunità.

86. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 13 mgħarraf b’mod regolari dwar azzjonijiet oħra tal-Komunità li jkunu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ skond l-Istrateġija ta’ Liżbona fil-qasam tax-xogħol u l-politika soċjali li jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-Aġenda Soċjali.

87. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jiżguraw li jkun hemm konsistenza u komplementarjetà bejn il-ħidmiet taħt il-programm u dawk li jkunu saru fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Artikolu 16

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’:

- il-pajjiżi ta’ l-EFTA/ŻEE skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

- il-pajjiżi kandidati assoċjati ma’ l-UE, kif ukoll il-pajjiżi Balkaniċi tal-punent li huma inklużi fil-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni.

Artikolu 17

Iffinanzjar

88. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-ħidmiet tal-Komunità msemmija f’din id-Deċiżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ 628.8 miljun euro.

89. It-taqsim finanzjarju bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-aktar limiti baxxi li ġejjin:

Taqsima 1 | Xogħol | 21% |

Taqsima 2 | Ħarsien u inklużjoni soċjali | 28% |

Taqsima 3 | Kundizzjonijiet tax-xogħol | 8% |

Taqsima 4 | Antidiskriminazzjoni u diversità | 23% |

Taqsima 5 | Ugwaljanza bejn is-Sessi | 8% |

90. Massimu ta’ 2% ta’ l-għajnuna finanzjarja għanda tingħata għall-implimentazzjoni tal-programm biex ikopri, per eżempju, in-nefqa marbuta mat-tħaddim tal-Kumitat previst taħt l-Artikolu 13 jew il-valutazzjonijiet li għandhom isiru skond l-Artikolu 19.

91. L-approprijazzjonijiet ta’ kull sena u l-allokazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet fit-taqsimiet individwali tal-programm għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji. L-allokazzjoni ta’ l-approprijazzjonijiet annwali fit-taqsimiet individwali għandhom jiġu stabbiliti b’mod xieraq fil-Baġit.

92. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel rikors għal għajnuna teknika u/jew amminsitrattiva, għall-ġid reċiproku tal-Kummissjoni u tal-benefiċjarji, kif ukoll biex tappoġġja n-nefqa.

Artikolu 18

Ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità

93. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jkunu implimentati azzjonijiet li jkunu ffinanzjati taħt id-deċiżjoni preżenti, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull ħidmiet illegali oħrajn, b’verifiki effettivi u bl-irkupru ta’ l-ammonti li ma jkunux tħallsu kif suppost u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’penali li jkunu effettivi, ibbilanċjati u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

94. Għall-azzjonijiet tal-Komunità li jkunu ffinanzjati taħt din id-deċiżjoni, il-kunċett ta’ iregolarità msemmi fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Komunità jew kull ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jkun ġej minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika il-bàġit ġenerali tal-Komunitajiet jew il-bàġits immexxija minnhom, minħabba punt ta’ nefqa mhux iġġustifikat.

95. Il-kuntratti u l-ftehim ma’ pajjiżi terzi li jkunu qed jieħdu sehem, liema kuntratti jkunu ġejjin minn din id-deċiżjoni, għandhom jagħmlu spazju b’mod speċjali għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju min-naħa tal-Kummissjoni (jew ta’ kull rappreżentant awtorizzat minnha) kif ukoll għall-awditjar mill-Qorti ta’ l-Awdituri, jekk meħtieġ fuq il-post.

Artikolu 19

Monitoraġġ u valutazzjoni

96. Biex ikun żgurat monitoraġġ regolari tal-programm u biex ikunu jistgħu jsiru l-orjentazzjonijiet mill-ġdid li jkunu meħtieġa, il-Kummissjoni għandha telabora rapporti ta’ ħidma ta’ kull sena li jiffukaw fuq ir-riżultati miksuba permezz tal-programm u tibgħathom lill-Kumitat tal-programm isemmi fl-Artikolu 13 u lill-Parlament Ewropew. .

97. Il-programm għandu jkun ukoll is-suġġett ta’ valutazzjoni ta’ nofs is-sena fuq il-livell tat-taqsimiet differenti, b’ħarsa ġenerali lejn il-programm biex ikun jista’ jitkejjel il-progress li jkun sar dwar l-impatt ta’ l-għanijiet tal-programm , l-effiċjenza ta’ l-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tiegħu ta’ l-UE. Din il-valutazzjoni tista’ tkun appoġġjata b’valutazzjonijiet oħrajn li jkunu qed isiru. Dawn għandhom isiru mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti barranin. Meta jkunu disponibbli, ir-riżultati ta’ dawn għandhom ikunu rrappurtati fir-rapporti ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1.

98. Kull valutazzjoni ex-po st li tkun tkopri l-programm kollu għandha ssir, sal-31 ta’ Diċembru 2015 sena wara li dan jintemm , mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti barranin, biex jitkejjel l-impatt ta’ l-għanijiet tal-programm u l-valur miżjud tiegħu ta’ l-UE. Din għandha tingħata Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] COM (2004) 488 finali

[2] ĠU C [...], [...], p. [...]

[3] ĠU C 164, tal-5 ta’ Lulju 2005, p. 48

[4] ĠU C [...], [...], p. [...]

[5] ĠU C, , p. .

[6] ĠU C, , p. .

[7] ĠU C, , p. .

[8] ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 23

[9] ĠU L 17, tad-19.11.2001, p. 22

[10] ĠU L 10, tat-12.1.2002, p. 1

[11] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 1

[12] ĠU L 157, tat-30.4.2004, p.18. Ikkorreġut fil-ĠU L 195, tat-2.6.2004, p. 7

[13] ĠU L 180, tad-19.7.2000, p. 22

[14] ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 16

[15] ĠU L 373 tal-21.12.2004, p. 37

[16] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p.1

[17] ĠU L 184, taż-17.7.1999, p. 23

[18] KOM(2005) 33, tad-9.2.2005

[19] Cf. Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, ĠU L 248, p.1, speċjalment l-Art. 110

[20] Cf. Regolament tal-Kummissjoni Nru. 2342/2002, ĠU L 357, p.1, speċjalment l-Art. 168

Top