Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0523

    Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew (preżentata mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

    /* KUMM/2005/0523 finali */

    52005PC0523

    Proposta emendata għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew (preżentata mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2005/0523 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 17.10.2005

    KUMM(2005) 523 finali

    2004/0165 (COD)

    Proposta emendata għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-Fond Soċjali Ewropew

    (preżentata mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    INTRODUZZJONI

    1. Fl-14 ta' Lulju 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament ġdid tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew[1]. Din il-proposta ġiet mgħoddija lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Lulju 2004.

    2. Fid-9 ta' Marzu 2005, il-Kumitat tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni[2].

    3. Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta' Frar 2005[3].

    4. Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu waqt l-ewwel qari fis-6 ta’ Lulju 2005[4].

    L-GħAN TAL-PROPOSTA

    Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jikkontribwixxi għall-objettiv ekonomiku u soċjali stipulat fl-artikolu 158 tat-Trattat tal-KE, billi jappoġġa politiki u prijoritajiet li għandhom l-għan li jiksbu xogħol għal kulħadd, itejbu l-kwalità u l-produttività fix-xogħol u jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni, skond il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol (EES).

    Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, il-FSE għandu bżonn li jindirizza tliet sfidi ewlenin: differenzi fix-xogħol, inugwaljanzi soċjali, nuqqas ta' ħiliet u nuqqas ta’ ħaddiema f’Unjoni mkabbra; ristrutturar ekonomiku u soċjali minħabba l-globalizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq it-tagħrif; u bidliet demografiċi li rriżultaw f’numru ta’ ħaddiema li qed jonqsu u jikbru fiż-żmien.

    Il-Kummissjoni pproponiet mekkaniżmu ssimplifikat biex jagħti riżultat fil-politika ta’ koeżjoni filwaqt li żżomm il-prinċipji ewlenin ta’ programmar, sħubija, ko-finanzjar u evalwazzjoni. Element fundamentali ta’ din ir-riforma huwa li jkun inkuraġġut metodu aktar strateġiku għall-ipprogrammar, li għandu l-għan li jżid il-konċentrazzjoni u jiffoka fuq l-intervenzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew fil-kuntest ta’ l-aġenda ta’ Liżbona u l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol.

    Opinjoni tal-kummissjoni dwar l-emendi adottati

    Fis-6 ta’ Lulju 2005 il-Parlament Ewropew adotta 85 emenda. Il-Kummissjoni hi ppreparata li taċċetta, b’mod sħiħ jew parzjali, l-emendi stipulati hawn taħt.

    - Emenda nru 3 : (telenka l-oqsma ta’ politika) ara premessa 7;

    - Emenda nru 4 : (tenfasizza l-importanza ta’ l-isfidi ta’ l-Unjoni Ewropea tal-preżent u tal-futur); ara l-premessa l-ġdida 4;

    - Emenda nru 5 : (tenfasizza l-importanza u l-immodernizzar tal-mudell soċjali Ewropew); ara l-premessa l-ġdida 4;

    - Emenda nru 6 : (tenfasizza l-importanza tal-mainstreaming ta’ prinċipji differenti ta' l-inizjattiva tal-Komunità EQUAL); ara l-premessa l-ġdida 6;

    - Emenda nru 7 : (telenka l-azzjonijiet bil-għan biex tantiċipa u timmaniġġja aħjar il-bidla); ara premessa 9;

    - Emenda nru 8 : (metodu preventiv biex ikunu affrontati d-dimensjonijiet relevanti tal-bidla demografika); ara l-premessa l-ġdida 8;

    - Emenda nru 9 : (referenza għal persuni ekonomikament inattivi); ara premessa 9;

    - Emenda nru 10 : (referenza għar-reġjuni li qegħdin l-aktar fit-tarf); ara l-artikolu 4 paragrafu 2.

    - Emenda nru 11 : (azzjonijiet favur attivitajiet innovattivi); ara premessa 12;

    - Emenda nru 12 : (tenfasizza l-importanza li tkun integrata l-kooperazzjoni trans-nazzjonali bħala dimensjoni fundamentali fl-ambitu tal-FSE); ara premessa 12;

    - Emenda nru 84 : (konċentrazzjoni ta’ riżorsi limitati disponibbli sabiex l-ispiża tkun koerenti ma’ fondi u oqsma oħra ta’ politika); ara premessa 13;

    - Emenda nru 16 : (Appoġġ mill-FSE għal gruppi żvantaġġati); ara premessa 15;

    - Emenda nru 17 : (skambjar ta' esperjenza fil-qasam ta’ l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni); ara premessa 16;

    - Emenda nru 87 : (kjarifika tal-missjoni tal-Fond); ara l-artikolu 2, paragrafu 1;

    - Emenda nru 19 : (inklużjoni soċjali); ara l-artikolu 2, paragrafu 2;

    - Emenda nru 21 : (tirrinforza l-importanza ta’ l-appoġġ tal-FSE għal azzjonijiet innovattivi fl-Istati Membri u l-kooperazzjoni trans-nazzjonali); ara l-artikolu 3, paragrafu 4;

    - Emenda nru 23 : (tinkludi elementi addizzjonali bħat-tagħlim tul il-ħajja u bidu ta' negozju); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (a) (i);

    - Emenda nru 24 u 93 : (kjarifika tat-test); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (a) (ii);

    - Emenda nru 25 : (Appoġġ mill-FSE għal gruppi żvantaġġati); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b);

    - Emenda nru 26 : (isaħħaħ ir-rabta ma’ l-Istrateġija Ewropea għax-Xogħol); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b) (i);

    - Emenda nru 27 : (kjarifika tat-test); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (a) (i) u l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b) (ii);

    - Emenda nru 28 : (mainstreaming tas-sessi); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b) (iii);

    - Emenda nru 29 : (miżuri speċifiċi biex jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b) (ii);

    - Emenda nru 32 : (issaħħaħ il-bżonn sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali għal kull tip ta' diskriminazzjoni); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (c);

    - Emenda nru 33 : (Appoġġ mill-FSE għal gruppi żvantaġġati); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (c) (i);

    - Emenda nru 34: (miżuri speċifiċi biex tittejjeb l-inklużjoni soċjali ta’ l-immigranti); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (b) (iv);

    - Emenda nru 35: (miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (c) (ii);

    - Emenda nru 38: (azzjonijiet biex jiffaċilitaw id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta’ dawk li ġejjin minn gruppi żvantaġġati, persuni b'diżabbiltà u dawk li jieħdu ħsieb persuni dipendenti); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (c) (i);

    - Emenda nru 40: (viżibilità lir-rwol ta’ msieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet non-governattivi); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (e);

    - Emenda nru 88: (tagħmel it-tfassil u l-introduzzjoni tar-riformi fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ eliġibbli taħt l-għan tal-kompetittività reġjonali u x-xogħol); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (d) (i);

    - Emenda nru 89: (l-iskop ta’ l-assistenza japplika għat-territorju ta’ Pajjiżi ta’ Koeżjoni); ara l-artikolu 3, paragrafu 3;

    - Emenda nru 41: (tinkludi elementi addizzjonali bħat-tagħlim tul il-ħajja u bidu ta' negozju); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (a) (i) u ara l-artikolu 3, paragrafu 2, punt (a) (i);

    - Emenda nru 42: (prevenzjoni tas-segregazzjoni); ara l-artikolu 3, paragrafu 2, punt (a) (ii);

    - Emenda nru 46: (referenza għal taħriġ kontinwu u rappreżentanza ta’ organizzazzjonijiet professjonali); ara l-artikolu 3, paragrafu 2, punt (b) (ii);

    - Emenda nru 48: (miżuri ta’ informazzjoni u li jqajmu kuxjenza); dispożizzjonijiet rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u li jqajmu kuxjenza jkunu parti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

    - Emenda nru 49: (korrezzjoni teknika); ara l-artikolu 3, paragrafu 5;

    - Emenda nru 50: (rabta ma’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol u ma’ l-inklużjoni soċjali); ara l-artikolu 4, paragrafu 1;

    - Emenda nru 51: (kjarifika tat-tip ta’ żoni ġeografiċi li jrid jittieħed kont tagħhom fil-programmi operazzjonali); ara l-artikolu 4, paragrafu 2;

    - Emenda nru 52: (iżżid id-dimensjoni "non-diskriminazzjoni” u “ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel” għal objettivi u indikaturi kwantifikati); ara l-artikolu 4, paragrafu 4;

    - Emenda nru 53: (iżżid id-dimensjoni "non-diskriminazzjoni” u “ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel” għall-analiżi ta’ l-evalwazzjoni ) ara l-artikolu 4, paragrafu 5;

    - Emenda nru 54: (tagħti viżibilità lir-rwol ta’ msieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet non-governattivi); ara l-artikolu 5, paragrafu 2;

    - Emenda nru 55: (miżuri ta’ informazzjoni u li jqajmu kuxjenza); dispożizzjonijiet rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u li jqajmu kuxjenza jkunu parti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

    - Emenda nru 56: (korrezzjoni teknika); ara l-artikolu 5, paragrafu 1;

    - Emenda nru 62: (titolu elaborat – Ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs) l-artikolu 6, titolu;

    - Emenda nru 63: (issaħħaħ il-mainstreaming tas-sessi, inkluż fl-evalwazzjoni ex ante); ara l-artikolu 6;

    - Emenda nru 64: (issaħħaħ il-mainstreaming tas-sessi); ara l-artikolu 6;

    - Emenda nru 65: (parteċipazzjoni bilanċjata bejn is-sessi); ara l-artikolu 6;

    - Emenda nru 66: (dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni); ara l-artikolu 6 u premessa 15;

    - Emenda nru 71: (titolu - Rapporti ta’ progress u implimentazzjoni); ara l-artikolu 10, titolu;

    - Emenda nru 73: (dispożizzjonijiet għal rapporti annwali); ara l-artikolu 10 b’mod ġenerali u b’mod partikolari l-artikolu 10, paragrafu (d);

    - Emenda nru 74: (tirrapporta fuq l-emigranti u l-aċċess tagħhom għax-xogħol) ara l-artikolu 10, paragrafu (b);

    - Emenda nru 75: (tirrapporta fuq l-appoġġ għal gruppi żvantaġġati); ara l-artikolu 10, paragrafu (c) u (d);

    - Emenda nru 76: (tirrapporta fuq l-integrazzjoni soċjali); ara l-artikolu 10, paragrafu (d);

    - Emenda nru 81: (ħolqien ta’ impjiegi ta’ persuni għal rashom u bidu ta’ negozju); ara l-artikolu 3, paragrafu 1, punt (a);

    - Emenda nru 82: (koordinazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew u l-Istrateġija ta' Liżbona); ara l-artikolu 4, paragrafu 3;

    - Emenda nru 83: (esklużjoni soċjali); ara l-artikolu 10, paragrafu (d);

    - Emenda nru 92: (Il-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea kif trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali huma applikabbli); ara l-artikolu 11, paragrafu 1;

    KONKLUŻJONI

    Wara li kkunsidrat l-Artikolu 250(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni timmodifika l-proposti tagħha kif ġej.

    2004/0165 (COD)

    Proposta emendata għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

    dwar il-Fond Soċjali Ewropew

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [5] ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [6] ,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [7] ,

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [8] ,

    Billi:

    5. Ir-Regolament (KE) Nru […], li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew il-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni[9], iwaqqaf il-qafas għall-azzjoni mill-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni u jwaqqaf ukoll, b’mod speċjali, l-għanijiet, il-prinċipji u r-regoli li jikkonċernaw is-sħubija, l-ipprogrammar, il-valutazzjoni u t-tmexxija. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita l-missjoni li jkunu definiti l-ħidmiet tal-Fond Soċjali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-"FSE") f’rabta mal-ħidmiet preskritti taħt stabbiliti f l-Artikolu 146 tat-Trattat, u fil-kuntest tax-xogħol ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità biex tkun żviluppata strateġija kkoordinata għax-xogħol, kif imfisser taħt skond l-Artikolu 125 tat-Trattat. Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 fuq il-Fond Soċjali Ewropew[10] għandu jinbidel.

    6. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għamla ta’ ħidmiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-FSE taħt l-għanijiet iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru [...] [li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. il-Fond Soċjali Ewropew il-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni].

    7. Il-FSE għandu jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jtejjeb l-opportunitajiet ta’ xogħol fi ħdan il-qafas tal-ħidmiet afdati lilu bl-Artikolu 146 u l-Artikolu 159 tat-Trattat, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru [...] [li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni].

    8. Din l-istrateġija hi aktar sinifikanti fid-dawl ta’ l-isfidi li jfiġġu mit-tkabbir ta' l-Unjoni u l-fenomenu tal-globalizzazzjoni ekonomika. F’din il-konnessjoni, trid tingħaraf l-importanza tal-mudell soċjali Ewropew u l-modernizzazzjoni tiegħu.

    9. Skond l-Artikolu 99 u 128 tat-Trattat, u bil-għan li l-Istrateġija ta' Liżbona tiġi rrifokata fuq it-tkabbir u x-xogħol, il-Kunsill adotta pakkett integrat li jinkludi Linji Gwida ta’ Politika Wiesgħa Ekonomika u Linji Gwida dwar ix-Xogħol; din ta’ l-aħħar tistabbilixxi għanijiet, prijoritajiet u miri għax-xogħol. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew [tat-22 u 23 ta’ Marzu 2005] sejjaħ għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi kollha adatti nazzjonali u tal-Komunità inkluż il-politika ta’ Koeżjoni.

    10. Tagħlimiet ġodda ġew meħuda mill-programm ta’ inizjattiva tal-Komunità magħruf bħala EQUAL, speċjalment fir-rigward ta’ kombinazzjoni ta' azzjoni lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropea. Dawn it-tagħlimiet għandhom ikunu integrati fl-appoġġ kollu tal-Fond Soċjali Ewropew. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-parteċipazzjoni ta’ gruppi mmirati, l-identifikazzjoni ta’ tekniki ta’ innovazzjoni u sperimentali, metodoloġiji ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali, ilħuq ta’ gruppi marġinalizzati mis-suq tax-xogħol, l-impatt ta' kwistjonijiet soċjali fis-suq intern, u aċċess għal u immaniġġjar ta’ proġetti meħuda minn organizzazzjonijiet non-governattivi.

    (3)(7) Il-FSE għandu jappoġġa l-politikapolitika ta' l-Istati Membri li qed isegwu mill-qrib il-linjigwidilinjigwidi u r-rakkomandazzjonijiet li sarusaru taħt l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u l-għanijiet maqbula tal-Komunità dwardwar l-inklużjoni soċjali, non-diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-edukazzjoni u t-taħriġ, biex jħin aktar fl-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u l-miri li dwarhom kien hemm ftehim fil-Kunsilli Ewropej ta’ Lisbona u Goteborg .. F’dan ir-rigward, il-programm ta’ ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2010 li hu bbażat fuq strateġiji komprensivi u koerenti nazzjonali ta' tagħlim tul il-ħajja u japplika l-kunċett ta' tagħlim tul il-ħajja kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-post tax-xogħol b'attenzjoni speċjali lit-taħriġ inizjali, għandu jittieħed kont tiegħu. Barra minn hekk, Il-FSE għandu jikkontribwixxi fl-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u l-miri li hemm qbil dwar fil-Kunsilli Ewropej ta' Lisbona u Gotheburg, bil-għan li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet li jippermettu li jinkisbu livelli ogħla ta’ produttività u kompetittività, li tkun iġġenerata aktar koeżjoni soċjali u li jinħolqu impjiegi aħjar.

    (8) Il-FSE għandu jaġixxi wkoll b’mod preventiv billi jaffronta d-dimensjonijiet relevanti u l-konsegwenzi tal-bidliet demografiċi fil-popolazzjoni attiva tal-Komunità, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja.

    (4)(9) Bil-ħsieb li tkun antiċipata u mmexxija aħjar il-bidla taħt l-għan tal-kompetittività reġjonali u x-xogħol , l-għajnuna mill-FSE għandha tiffoka, l-aktar, fuq li tiżdied l- adattabbiltà tal-ħaddiema u l-impriżi, u l-imprendituri għall-effetti tal-globalizzazzjoni u ristrutturar tan-negozju, li jkunu estiżi l-kwalifiki tal-ħaddiema, li persuni ekonomikament inattivi jiġu nkuraġġiti biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jittieħdu miżuri proattivi, bħal klassifikazzjoni mill-ġdid u pariri personalizzati dwar il-karrieri skond il-kwalifiki ta’ l-individwu, u biex ikun evitat li meta jitnaqqsu n-nies dawn jispiċċaw qiegħda għal żmien twil , li jissaħħu l-aċċess għax-xogħol u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol bil-għan li jkun hemm xogħol għal kulħadd , li tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali ta’ persuni li huma żvantaġġati u l-aċċess tagħhom għax-xogħol , u li tkun li jkunu miġġielda l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni enumerati bl-Artikolu 13 tat-Trattat kif ukoll li jitmexxew ‘il quddiem sħubiji għar-riforma.

    (5)(10) F’żieda ma’ dawn il-prijoritajiet, fir-reġjuni u l-Istati Membri li huma l-anqas żviluppati, taħt l-għan tal-‘konverġenza’konverġenza’ u bil-ħsieb li jiżdiedu t-tkabbir ekonomiku, l-opportunitajiet tax-xogħol għan-nisa u l-irġiel kif ukoll il-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol, huwa meħtieġ li jitwessa’ u jitjieb l-investiment fil-kapital uman u li titjieb ukoll il-ħila istituzzjonali, amministrattiva u ġudizzjali, l-aktar biex jitħejjew u jkunu implimentati r-riformi, u biex jissaħħaħ ukoll l- acquis tissaħħaħ ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Komunità .

    (11) Fi ħdan il-firxa ta’ dawn il-prijoritajiet, l-għażla ta' interventi tal-FSE għandha tkun flessibbli sabiex ikunu indirizzati l-isfidi speċifiċi ta' kull Stat Membru u t-tipi ta' azzjoni prijorità ffinanzjata mill-FSE għandha tippermetti marġini ta’ flessibiltà biex tirrispondi għal dawk l-isfidi.

    (6)(12) It-tmexxija ‘l quddiemquddiem ta' ħidmiet ġodda u kooperazzjoni transnazzjonali huma dimensjoni importanti li għandha tiġi integrata fl-għangħan tal-FSE rigward kemm l-għan ta' ‘Konverġenza’ kif ukoll l-għan tal-‘Kompetittività Reġjonali u x-Xogħol’ . Ideat innovattivi għandhom ikunu promossi u ppruvati skond il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Istrateġija Ewropea tax-Xogħol, u l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam ta’ l-inklużjoni soċjali.

    (7)(13) Huwa meħtieġ li tkun żgurata l-koerenza ta’ l-azzjoni tal-FSE mal-politika pprovduta taħt l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u li l-appoġġ tal-FSE ikun ikkonċentrat fuq l-implimentazzjoni tal-linjilinjigwidi u r-rakkomandazzjonijiet fuq ix-xogħol, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l-għanijiet tal-Komunità u l-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni dwar l-inklużjoni soċjali. Il-FSE għandu jimmira wkoll li jikseb sinerġiji b’assistenza mill-Fondi l-oħra, sabiex isostni l-iżvilupp lokali, reġjonali u nazzjonali. L-Appoġġ tal-FSE huwa ta' importanza ewlenija biex jintlaħqu l-miri ta’ l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni u t-taħriġ.

    (8)(14) Implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ l-azzjoni appoġġjata mill-FSE tistrieħ fuq it-tmexxija tajba u s-sħubija bejn l-imsieħba territorjali u soċjo-ekonomiċi rilevanti kollha, l-aktar l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, inkluż dawk fuq livell reġjonali u lokali.

    (9)(15) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhomgħandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet iffinanzjati mill-FSE taħt l-Għanijiet tal-Konverġenza u tal-Kompetittività Reġjonali u l-Għanijiet dwar ix-Xogħol tgħin fit-tmexxija ‘l quddiem ta’ l-ugwaljanza u t-tneħħijatneħħija ta’ inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa ; avviċinament ta’ qsim ewlieni tal-ġeneru għandu jkun magħqud ma’ azzjoni speċifika biex jiżdiedu bl-użu ta’ mainstreaming tas-sessi flimkien ma’ azzjoni speċifika biex itejjeb l-aċċess għax-xogħol u j żżid il-parteċipazzjoni sostenibbli u l-progress tan-nisa li jaħdmu. Irid jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni partikolarment dawk li jkollhom jaffaċċjaw gruppi żvantaġġati inklużi nies bid-diżabiltajiet, emigranti u minoritajiet.

    (10)(16) Il-FSE għandu jappoġġja wkoll l-għajnuna teknika, b’attenzjoni speċjali fuq li jiġi inkuraġġit it-tagħlim reċiproku bit-tixrid tal-bdil ta’ esperjenzi, disseminazzjoni, it-trasferiment ta’ prattiċi tajba, kooperazzjoni trans-nazzjonali u inter-reġjonali , u b’hekk titkabbar il-kontribuzzjoni u fuq l- importanza ta’ l-għajnuna tal-FSE biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika u l-prijoritajiet tal-Komunità, fejn għandhom x’jaqsmu x-xogħol u l-inklużjoni soċjali u li tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni .

    (11)(17) Ir-Regolament (KE) Nru [...] [li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew tal-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni] jipprovdi li l-eliġibbiltà tan-nefqa għandha titwaqqaf fuq livell nazzjonali, b’xi ftit eċċezzjonijiet, li għal dawn ta’ l-aħħar huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi. L-eċċezzjonijiet dwar il-FSE għandhom, għalhekk, jiġu stabbiliti,

    (18) Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1999 fuq il-Fond Soċjali Ewropew[11] għandu jinbidel.

    ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-Suġġett

    Dan ir-Regolament iwaqqaf il-ħidmiet tal-Fond Soċjali Ewropew ("FSE") u l-għan ta’ l-għajnuna tiegħu b’rabta ma’ l-għan tal-"Konverġenza" u dak tal-"Kompetittività reġjonali u x-xogħol" kif iddefiniti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru [...], kif ukoll l-għamliet tan-nefqa eliġibbli għall-għajnuna.

    Artikolu 2

    Il-missjoni Il-Ħidmiet

    11. Il-FSE għandu jikkontribwixxi għall-prijoritajiet tal-Komunità rigward it-tisħiħ tal- jsaħħaħ il- koeżjoni ekonomika u soċjali, livel għoli ta’ xogħol u xogħlijiet aħjar billi jtejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol. Għandu jagħmel dan billi jappoġġja l-politika ta’ l-Istati Membri li jkunu qed jaħdmu biex jilħqu xogħol għal kulħadd, itejbu l- kwalità u l- produttività fuq ix-xogħol u li jmexxu ‘l quddiem l-inklużjoni soċjali, inkluż l-aċċess għax-xogħol ta’ persuni żvantaġġati, u t-tnaqqis fid-disparitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tax-xogħol.

    L-aktar, il-FSE għandu jappoġġja dik l-azzjoni li tkun skond il-linji gwidi u r-rakkomandazzjonijiet adottati taħt l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol.

    12. Fit-twettiq tal-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-FSE għandu jappoġġja l-prijoritajiet tal-Komunità dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali, waqt li għandu jsaħħaħ il-kompetittività u jmexxi ‘l quddiem tkabbir ekonomiku li jkun ambjentalment b’saħħtu.

    B'mod partikolari, Meta jagħmel dan, il-FSE għandu jieħu kont tal- prijoritajiet relevanti u għanijiet tal-Komunità fl-oqsma ta’ l- inklużjoni soċjali, edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żieda tal-parteċipazzjoni ta’ persuni li huma ekonomikament inattivi fis-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali – speċjalment dik ta’ gruppi żvantaġġati – u l-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-non-diskriminazzjoni .

    Artikolu 3

    L-Għan ta’ l-għajnuna

    13. Fil-qafas ta’ l-għanijiet ta’ “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u x-Xogħol, il-FSE għandu jappoġġja taħt dawn il-prijoritajiet li ġejjin:

    14. tiżidied l-adattabilità tal-ħaddiema, u intrapriżi u imprendituri u b’hekk tittejjeb l-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar pożittiv tal-bidla ekonomika, b’mod partikolari billi jkun promoss:

    (i) it-tagħlim tul il-ħajja u l-investiment miżjud fir-riżorsi umani mill-impriżi, l-aktar l-impriżi żgħar u medji (SMEs), u fil-ħaddiema, bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ tagħlim għal tul il-ħajja u strateġiji inkluż apprentistat, li jiżguraw l-aċċess imtejjeb biex jitħarrġu ħaddiema, b’mod partikolari, b’ħiliet baxxi u li għandhom età avvanzata, it-trasparenza tal-kwalifiki u l-ħiliet, it-tixrid ta’ l-ICT, tagħlim permezz ta’ l-internet u l-ħiliet tat-tmexxija kif ukoll it-tmexxija ‘l quddiem ta’ l-imprenditorjat u l-innovazzjoni u d-dħul fin-negozju;

    (ii) l-antiċipazzjoni u t-tmexxija pożittiva tal-bidla ekonomika, l-aktar b it-tfassil u t-tixrid ta’ għamliet ġodda ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol li jkunu aktar produttivi, inklużi saħħa u sigurtà aħjar fil-post tax-xogħol , l-għarfien ta’ kriterji okkupazzjonali u ta’ ħiliet tal-ġejjieni, u l-iżvilupp ta’ servizzi speċifiċi ta’ xogħol, taħriġ u appoġġ , kif ukoll klassifikazzjoni mill-ġdid, għall-ħaddiema fil-kuntest tal-kumpanija u r-ristrutturar tas-settur.

    15. issaħħaħ l-aċċess għax-xogħol u l-inklużjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol għal min qed ifittex impjieg u għal persuni qiegħda, li jkun evitat il-qgħad, b’mod partikolari qgħad taż-żgħażagħ u qgħad fit-tul, li jinkorraġġixxi li wieħed jikber u jibqa’ attiv u li titwal il-ħajja fuq il-post tax-xogħol u li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa kif ukoll ta’ dawk il-persuni li jiċċaqalqu minn post għal ieħor , l-aktar billi jitmexxew ‘il quddiem:

    (i) il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ ta’ l-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, l-aktar is-servizzi tax-xogħol u inizjattivi relevanti oħra fil-kuntest ta’ l-istrateġiji tal-Komunità u l-Istati Membri ta’ xogħol għal kulħadd ;

    (ii) l-implimentazzjoni ta’ miżuri attivi u preventivi li jkunu jiżguraw l-għarfien bikri tal-ħtiġiet ta’ pjanijiet ta’ azzjoni individwali u l-appoġġ personalizzat, it-tiftix, għal u il-mobbiltà tax-xogħol, l-impjieg indipendenti u l-ħolqien tan-negozji inkluż intrapriżi li jikkooperaw, inċentivi biex jinkuraġġixxu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, mekkaniżmi flessibbli biex iżommu ħaddiema avvanzati fl-età jaħdmu għal aktar żmien u miżuri biex jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-ħajja privata, bħal li jkun faċilitat l-aċċess għall-kura tat-tfal u kura għal persuni dipendenti ;

    (iii) mainstreaming u azzjoni speċifika biex jittejjeb l-aċċess għax-xogħol u tiżdied il-parteċipazzjoni sostenibbli u l-progress tan-nisa li jaħdmu , biex titnaqqas u tiġi eliminata il-firda diretta u indiretta fis-suq tax-xogħol ibbażata fuq is-sessi, inter alia anki billi jkunu ttrattati l-għeruq tal-kawżi tad-differenzi dwar kif jitħallsu n-nisa u l-irġiel; u biex tirrikonċilja l-ħajja tax-xogħol u dik privata anki billi jitħaffef l-aċċess għall-kura tat-tfal u l-kura ta’ persuni li jkunu dipendenti

    (iv) azzjoni speċifika biex tiżdied il-parteċipazzjoni fix-xogħol tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali ta’ dawk il-persuni li jiċċaqalqu minn post għal ieħor u biex tiżdied u b’hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali tagħhom, tkun faċilitata l-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali tal-ħaddiema u integrazzjoni tas-swieq tax-xogħol bejn il-fruntieri, inklużi permezz ta’ l- gwida u t- taħriġ fil-lingwa u l-validazzjoni tal-ħiliet u kompetenzi li jkunu nkisbu barra .

    16. li tissaħħaħtissaħħaħ l-inklużjoni soċjali ta’ nies żvantaġġati bil-għan li jkunu integrati b'mod sostenibbli fix-xogħol u li tkun miġġielda kull forma ta’ diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikulari billi jitmexxew ‘l quddiem:

    (i) toroq għall-integrazzjoni u dħul mill-ġdid fix-xogħol għal persuni żvantaġġati bħal , persuni li jkunu qed ibatu minn esklużjoni soċjali, persuni li jħallu kmieni l-iskola, minoritajiet u nies b’diżabbiltà u nies li jipprovdu kura lil persuni dipendenti , b’miżuri ta’ impjegar, inkluż fil-qasam ta’ l-ekonomija soċjali, aċċess għal edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ, u azzjonijiet u appoġġ soċjali rilevanti u servizzi ta’ kura għall-komunità li jtejbu l-opportunitajiet tax-xogħol ;

    (ii) li tkun aċċettata d- diversità fil-post tax-xogħol u l- ġlieda kontra d-diskriminazzjoni biex wieħed jikseb aċċess u jimxi ‘l quddiem fis-suq tax-xogħol , li jista’ jinkiseb inter alia billi jkun hemm l-għarfien u l-involviment ta’ komunitajiet u impriżi lokali u li jkunu promossi inizjattivi ta’ xogħol lokali .

    17. li jkun imsaħħaħ il-kapital uman, b'mod partikolari billi jkunu promossi :

    (i) it-tfassil u l-introduzzjoni ta’ riformi fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex tkun żviluppata l-possibilità ta’ tħaddim, tittejjeb ir-relevanza tas-suq tax-xogħol ma’ l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u li jkunu aġġornati kontinwament il-ħiliet tal-personell li jagħti t-taħriġ bil-għan li jkun hemm ekonomija bbażata fuq it-tagħrif ;

    (ii) attivitajiet ta’ netwerking bejn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, riċerka u ċentri ta’ teknoloġija u intrapriżi .

    (d)(e) li jkun hemm mobilizzazzjoni għar-riformi fl-oqsma tax-xogħol u l-inklużjoni, l-aktar billi jitmexx ew ‘il quddiem dħul fin-negozju u aktar l-i żvilupp u implimentazzjoni ta’ sħubiji, u patti u inizjattivi permezz tan- networking tal-partijiet interessati rilevanti bħalma huma msieħba soċjali u organizzazzjonijiet non-governattivi fuq livell nazzjonali, reġjonali, u lokali u trans-nazzjonali .

    18. Fil-qafas ta’ l-għan ta’ “Konverġenza”, il-FSE għandu jappoġġja azzjoni taħt dawn il-prijoritajiet li ġejjin:

    19. li jitwessa’ u jitjieb l-investiment fil-kapital uman, l-aktar billi jitmexxew ’il quddiem:

    (i) l-implimentazzjoni tar-riformi fl-edukazzjoni u fis-sistemi tat-taħriġ, l-aktar bil-ħsieb li tikber it-tweġiba ta’ dawn għall-ħtiġiet ta’ soċjetà bbażata fuq l-għerf u tagħlim tul il-ħajja billi titjieb ir-rilevanza tas-suq tax-xogħol fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bidu, u billi jiġu aġġornati kontinwament il-ħiliet ta’ l-għalliema u ħaddiema oħrajn ;

    (ii) il-parteċipazzjoni miżjuda fl-edukazzjoni u t-taħriġ permezz taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż b’azzjoni biex jinkisbu tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ tfal li jħallu l-iskola kmieni u fis-segregazzjoni, kif ukoll aċċess u kwalità akbar fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-bidu u f’dik terzjarji;

    (iii) l-iżvilupp tal-potenzjal tal-bniedem fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-aktar bi studji post-graduate u t-taħriġ ta’ riċerkaturi kif ukoll b’ħidmiet ta’ networking relatati bejn universitajiet, ċentri tar-riċerka u impriżi .

    20. li jissaħħew il-ħila istituzzjonali u l-effiċjenza ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi u servizzi pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali u, fejn relevanti, u l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet non-governattivi bil-għan ta’ biex ikunu jistgħu jitwettqu r- riformi, u l- kontroll tajjeb, u regolamentazzjoni aħjar, l-aktar fil-qasam ekonomiku, f’dak tax-xogħol, u fl-oqsma soċjali, ambjentali u ġudizzjali, speċjalment billi jitmexxew ‘il quddiem:

    (i) mekkaniżmi biex tittejjeb politika tajba u tfassil tajjeb ta’ programmi, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni, bi studji, statistiċi u pariri esperti, appoġġ lill-koordinazzjoni interdipartimentali u d-djalogu bejn l-entitajiet pubbliċi u privati rilevanti;

    (ii) il-bini tal-ħiliet fit-twassil ta’ politika u programmi fl-oqsma relevanti , inkluż dwar l-infurzar tal-leġislazzjoni, l-aktar bit-taħriġ maniġerjali kontinwu u tal-ħaddiema u b’appoġġ speċifiku lejn servizzi ewlenin, spettorati u msieħba soċjo-ekonomiċi, inklużi l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet professjonali.

    21. Il-FSE jista’ jappoġġa l-azzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) fit-territorju ta' l-Istati Membri eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja taħt il-Fond ta' Koeżjoni, kif definit fl-Artikolu 5(3) [Regolament Nru [...] [li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni].

    3.4. Fit-tħaddim ta’ l-għanijiet u l-prijoritajiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-FSE għandu jappoġġja t-tmexxija ‘l quddiem u l-qsim ewlieni ta’ ħidmiet ġodda fl-Istati Membri kif ukoll il-kooperazzjoni trans-nazzjonali u inter-reġjonali l-aktar billi jsir qsim tat-tagħrif, l-esperjenzi, ir-riżultati u prattiċi ġodda, u billi jkunu żviluppati avviċinamenti kumplementari u kkoordinati jew azzjoni konġunta.

    4.5. Fit-tħaddim tal-prijorità ta’ l-inklużjoni soċjali msemmija fil-paragrafu 2 1 (c) (i), l-iffinanzjar mill-FSE ta’ azzjonijiet fi ħdan l-iskop tar-Regolament (KE) Nru [..] [ERDF] jista’ jlaħħaq ammont massimu ta’ 10% ta’ l-assi tal-prijorità kkonċernata.

    Artikolu 4

    Il-Koerenza u l-konċentrazzjoni

    22. L-Istati Membri u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jiżguraw li l-azzjoni appoġġjata mill-FSE tkun konsistenti ma’ u ssaħħaħ l-implimentazzjoni tikkontribwixxi għal azzjonijiet meħuda fil-kisba ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol. L-aktar, dawn għandhom jiżguraw li l-azzjoni stabbilita fil-Qafas Nazzjonali ta’ Referenza Strateġika fil-qafas strateġiku ta’ referenza u fil-programmi ta’ l-operat tkun tmexxi ‘l quddiem il-prijoritajiet u l-miri ta’ l-Istrateġija f’kull Stat Membru fi ħdan il-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ riforma u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-inklużjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom ukoll u jikkonċentraw l-appoġġ b’mod partikolari fejn il-FSE jikkontribwixxi għall-politiki , l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tax-xogħol relevanti li saru taħt l-Artikolu 128(4) tat-Trattat kif ukoll ta’ l-għanijiet tax-xogħol rilevanti tal-Komunità fil-qasam ta’ l-inklużjoni soċjali, edukazzjoni u taħriġ.

    23. Fil-programmi ta’ l-operat, ir-riżorsi għandhom ikunu diretti lejn l-iktar ħtiġiet importanti u jiffukaw fuq dawk l-oqsma ta’ politika li għalihom l-appoġġ tal-FSE jista’ jġib effett sostanzjali minħabba li jintlaħqu l-għanijiet tal-programm. Biex jilħqu l-massimu ta’ l-effiċjenza ta’ l-appoġġ tal-FSE, il-programmi ta’ l-operat għandhom, fejn xieraq, iqisu sew ir-reġjuni u l-postijiet li jkunu qed jiffaċċjaw l-aktar problemi serji, bħalma huma żoni inklużi dawk l-inħawi urbani li huma neqsin minn ħtiġiet essenzjali, reġjuni li qegħdin fit-trufijiet, kif ukoll dawk rurali u li jiddependu fuq is-sajd li jinsabu sejrin lura u dawk iż-żoni li huma affettwati b’mod ħażin minn negozjanti li qed jirriallokaw ruħhom.

    24. L-elementi rilevanti tar-rapport annwali ta’ l-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 1966 tar-Regolament (KE) Nru [...] [li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni], għandhom jiġu integrati rispettivament fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għax-xogħol programm nazzjonali ta' riforma u fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-inklużjoni soċjali li jikkorrispondu.

    25. L-għanijiet ikkwantifikati u l-indikaturi magħżula biex isir il-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku Nazzjonali ta’ Referenza ddefinit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru [...] [li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni], għandhom ikunu dawk użati fl-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u fil-kuntest ta’ l-għanijiet maqbula rilevanti tal-Komunità fl-oqsma ta’ l-inklużjoni soċjali, non-diskriminazzjoni , u l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-promozzjoni ta' opportunitajiet ugwali bejn l-irġiel u n-nisa . L-indikaturi tal-monitoraġġ tal-programmi ta’ l-operat għandhom ikunu koerenti ma’ dawn l-għanijiet ikkwantifikati.

    26. Il-valutazzjonijiet li jkunu saru b’rabta ma’ l-azzjoni tal-FSE għandhom ikopru jistħarrġu l-għajnuna ta’ l-azzjoni appoġġjata mill-FSE għall-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u għall-għanijiet tal-Komunità fl-oqsma ta’ l-inklużjoni soċjali, in-non-diskriminazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ u il-promozzjoni ta’ l-opportunitajiet ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fl-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 5

    It-tmexxija tajba u s-sħubija

    27. Il-FSE għandu jmexxi ‘l quddiem il-kontroll tajjeb u s-sħubija. L-appoġġ tiegħu għandu jitfassal u jiġi implimentat fuq livell territorjali xieraq, b’attenzjoni kbira li qed tingħata lejn l il-livell reġjonali u lokali, skond l-arranġamenti istituzzjonali li jkunu speċifiċi għal kull Stat Membru.

    28. L-Istati Membri u l-awtorità tat-tmexxija ta’ kull programm ta’ l-operat għandhom jiżguraw l-involviment u l-aċċess adegwat ta’ l-imsieħba soċjali u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni adegwata tal-partijiet interessati mhux governattivi, fuq livell territorjali xieraq, fil-preparament , fl-ipprogrammar , l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-appoġġ tal-FSE.

    29. L-awtoritajiet tat-tmexxija ta’ kull programm ta’ operat għandhom jinkuraġġixxu l-parteċipazzjoni u l-aċċess adegwati ta’ l-imsieħba soċjali fil-ħidmiet li jiġu ffinanzjati taħt l-Artikolu 2 3 ta’ dan ir-Regolament.

    Taħt l-għan tal-"Konverġenza", mill-inqas 2% tar-riżorsi tal-FSE għandhom ikunu allokati għall-bini ta’ ħiliet u għal ħidmiet li jitwettqu b’mod konġunt mill-imsieħba soċjali, l-aktar dwar l-adattabbiltà tal-ħaddiema u l-impriżi msemmija fl-Artikolu 2 3 (1) (a).

    30. L-awtorità tat-tmexxija ta’ kull prgramm ta’ operat għandha tinkuraġġixxi l- parteċipazzjoni u l-aċċess adegwat i ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-ħidmiet li jiġu ffinanzjati, u l-parteċipazzjoni tagħhom fihom, l-aktar fl-isfera ta’ l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza ta’ bejn in-nisa u l-irġiel u n-nisa .

    31. Meta tiġi ddelegata r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni, l-appoġġ fil-qafas ta’ programm jista’ jkun permess jingħata permezz ta’ għotjiet globali.

    Artikolu 6

    L-Ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet ugwali

    L-Istati Membri u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jiżguraw li l-programmi ta’ l-operat ikun fihom deskrizzjoni fuq kif l-ugwaljanza ta’ bejn is-sessi u l-opportunitajiet ugwali se titmexxa ‘l jitmexxewjitmexxew ‘il quddiem fl-ipprogrammar , fil-preparament , fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ, inklużi indikaturi speċifiċi, kif ukoll fil-valutazzjoni tal-programmi . L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fl-immaniġġjar u fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali f’livell lokali, reġjonali u nazzjonali.

    Artikolu 7

    L-Innovazzjoni

    Fil-qafas ta’ kull programm ta’ operat, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jagħtu attenzjoni kbira lit-tmexxija ‘il quddiem u l-qsim ewlieni ta’ ħidmiet ġodda. Wara li tkun ikkonsultat il-Kumitat tal-Monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 4747 62 tar-Regolament (KE) Nru [...] [li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni], l-awtorità tat-tmexxija għandha tagħżel is-suġġetti għall-iffinanzjar ta' l-innovazzjoni fil-kuntest tas-sħubija u għandha wkoll tiddefinixxi l-arranġamenti l-modalitajiet xierqa ta’ l-implimentazzjoni.

    Artikolu 8

    Il-Kooperazzjoni transnazzjonali

    32. L-Istati Membri u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jiżguraw li l-ipprogrammar ta’ ħidmiet ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u inter-reġjonali jieħu l-għamla ta’ assi ta’ prijorità speċifika f’programm ta’ l-operat jew fi programm speċifiku ta’ l-operat.

    33. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koerenza u kumplementarjetà bejn l-azzjoni tal-FondFSE u l-azzjonijiet appoġġjati bi programmi trans-nazzjonali tal-Komunità, l-aktar fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mekkaniżmi xierqa ta’ koordinazzjoni, u li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi tal-Komunità biex ikunu appoġġjati l-edukazzjoni u t-tagħlim għal tul il-ħajja.

    Artikolu 9

    Għajnuna teknika

    Il-Kummissjoni għandha tmexxi ‘l quddiem l-aktar il-bdil ta’ esperjenzi, ħidmiet li jsaħħu l-għarfien, laqgħat, networking u r-reviżjonijiet fi gruppi li jservu biex ikunu magħrufa u jixxerdu l-prattiċi tajba u biex jitmexxa ‘l quddiem it-tagħlim reċiproku, kooperazzjoni transnazzjonali u inter-reġjonali bl-għan li jissaħħu d-dimensjoni tal-politika u l-kontribuzzjoni tal-FSE lejn l-għanijiet tal-Komunità fejn għandhom x’jaqsmu x-xogħol u l-inklużjoni soċjali.

    Artikolu 10

    Ir-Rapporti ta’ kull sena u ta’ l-aħħar ta' progress u ta’ implimentazzjoni

    Ir-rapporti ta’ l-implimentazzjoni ta’ kull sena u dawk ta’ l-aħħar msemmija fl-Artikolu 49 66 tar-Regolament (KE) Nru [...] [li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni], għandu jkun fihom ġabra dwar l-implimentazzjoni ta’ dan li ġej :

    (a) il-qsim ewlieni tal-ġeneru kif ukoll kull azzjoni speċifika dwar il-ġeneru;

    (b) azzjoni biex jissaħħujissaħħu l-integrazzjoni soċjali u x-xogħol ta’ persuni li jħallu posthom biex imorru jgħixu post ieħor tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ l-emigranti fix-xogħol u b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali tagħhom;

    (c) azzjoni biex jissaħħujissaħħu l-integrazzjoni soċjali u x-xogħol tal-minoritajiet tiżdied il-parteċipazzjoni tal-minoritajiet bil-għan li jintegraw b'mod sostenibbli fis-suq tax-xogħol;

    (d) azzjoni biex tissaħħaħ l-integrazzjoni soċjali fix-xogħol u l-inklużjoni soċjali ta’ gruppi żvantaġġati oħra inkluż l-aċċessibilità ta’ persuni b’diżabbilitajiet;

    (d)(e) (d) ħidmiet ġodda, inklużi ġustifikazzjoni tas-suġġetti magħżula għall-innovazzjoni, il-preżentazzjoni tar-riżultati tagħhom u t-tixrid u l-qsim ewlieni ta’ dawn;

    (e)(f) ħidmiet ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali u inter-reġjonali.

    Artikolu 11

    L-Eliġibbiltà

    34. Il-FSE għandu jappoġġja n-nefqa pubblika li tieħu l-għamla ta’ għotijiet individwali jew globali li ma jitħallsux lura, għotjiet li jridu jitħallsu lura, tnaqqis fl-interessi tas-self u mikro-krediti, kif ukoll ix-xiri ta’ affarijiet u servizzi f'konformità mar-regoli għall-appalti pubbliċi b’sejħat għall-offerti pubbliċi.

    35. In-nefqa li ġejja m’għandhiex tkun eliġibbli għall-appoġġ tal-FSE:

    36. il-VAT li tinġabar lura;

    37. interessi fuq id-dejn;

    38. ix-xiri ta’ infrastruttura, beni mobbli li jistgħu li jiddeprezzaw ruħhom, proprjetà u art.

    39. Minkejja l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ir-regoli ta’ l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 6 7 tar-Regolament (KE) Nru […] [fuq il-ERDF] għandhom jgħoddu għal azzjonijiet li jkunu ko-finanzjati mill-FSE u li jkunu jaqgħu fl-għan ta’ l-Artikolu [2] tar-[Regolament fuq il-ERDF].

    40. Minkejja r-regoli nazzjonali ta’ l-eliġibbiltà, in-nefqa ddikjarata taħt il-programmi ta’ l-operat ko-finanzjati mill-FSE għandha tinkludi:

    (a) benefiċċji jew salarji mħallsa minn parti terza għall-ġid tal-parteċipanti li jkunu ħadu sehem f’operat u li dawn ikunu ġew iċċertifikati lill-benefiċjarju, fuq kundizzjoni li dawn l-ispejjeż ikunu jsawru l-ko-finanzjar pubbliku nazzjonali għall-operat, skond ir-regoli nazzjonali li jkun hemm fis-seħħ.

    (b) l-ispejjeż indiretti ta’ l-operat stabbiliti fuq bażi ta’ rata fissa, sa 20% ta’ l-ispejjeż diretti ddikjarati għal dan l-operat, skond l-għamla ta’ l-operat, il-kuntest li fih dan ikun implimentat u fejn dan ikun seħħ.

    Artikolu 12

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa la l-implimentazzjoni ssuktata u lanqas il-modifikazzjoni, inkluż il-kanċellazzjoni parzjali jew totali, tal-miżuri li ġew approvati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1784/99, li kienu jgħodd qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

    L-applikazzjonijiet li jkunu saru taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1784/9499 għandhom jibqgħu validi.

    Artikolu 13

    It-Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 1784/99 qed jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1784/99 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 14

    Il-Klawsola tar-reviżjoni

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 15

    Id-Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] COM (2004)493 finali

    [2] ĠU C [...], [...], p. [...]

    [3] ĠU C [...], [...], p. [...]

    [4] ĠU C […], […], p. […]

    [5] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [6] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [8] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [9] ĠU C […], […], p. […].

    [10] ĠU L 213, it-13.8.1999, p. 5.

    [11] ĠU L 213, it-13.8.1999, p. 5.

    Top