Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0410

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji

    /* KUMM/2005/0410 finali - COD 2003/0242 */

    52005PC0410

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji /* KUMM/2005/0410 finali - COD 2003/0242 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 31.8.2005

    KUMM(2005) 410 finali

    2003/0242 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

    l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji

    2003/0242 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

    l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji

    1- SFOND

    Data ta' meta l-proposta tressqet lill-PE u lill-Kunsill(dokument COM(2003)622 finali – 2003/0242 (COD)): | l-24 ta' Ottubru 2003 |

    Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-29 ta' April 2004 |

    Data ta' l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | il-31 ta' Marzu 2004 |

    Data ta' l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | it-18 ta' Lulju 2005 |

    2- GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

    Il-proposta tal-Kummissjoni timmira għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (NU/ECE) (Aarhus) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali lill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji. Il-Konvenzjoni ġiet irratifikata mill-Komunità fis-17 ta’ Frar 2005 u bdiet torbotha bħala Parti 90 jum wara. Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, fl-Artikolu 2 (2)(d) tagħha – it-tifsira ta’ “awtorità pubblika” – espliċitament tinkludi fl-ambitu tal-Konvenzjoni “l-istituzzjonijiet ta’ kull organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika msemmija fl-Artikolu 17 li hija Parti ta’ din il-Konvenzjoni”. Meta jitqies li l-kunċett ta’ “awtorità pubblika” kif imfisser b’mod ġenerali fil-Konvenzjoni huwa wieħed wiesa’, dan ma jkunx jinkludi biss l-istituzzjonijiet Ewropej imsemmija fl-Artikolu 7 tat-Trattat tal-KE, iżda, bħala regola, il-korpi kollha stabbiliti minn, jew fuq il-bażi, tat-Trattat tal-KE u li jeżerċitaw funzjonijiet pubbliċi.

    Il-proposta tindirizza t-tliet pilastri tal-Konvenzjoni, u tagħmel dispożizzjoni speċifika fejn dawk huma ta’ relevanza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq livell Komunitarju.

    Fir-rigward ta' l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, hija tibni fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li l-applikazzjoni tiegħu hija estiża lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Komunità kif imfissra u regoli addizzjonali huma previsti partikolarment fir-rigward tat-tixrid attiv ta' informazzjoni dwar l-ambjent.

    Il-proposta tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fit-tħejjija ta’ pjanijiet u programmi relatati ma’ l-ambjent mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji. Filwaqt li l-Konvenzjoni Aarhus u l-leġiżlazzjoni li timplimentaha timmira wkoll għall-parteċipazzjoni fl-awtorizzazzjoni ta’ proġetti sinifikanti għall-ambjent, din mhijiex ta’ relevanza hawn billi dawn il-proġetti qegħdin jiġu awtorizzati fuq livell ta' l-Istati Membri.

    Fl-aħħarnett, il-proposta tagħmel dispożizzjoni għal proċedura ta' reviżjoni dwar atti u ommissjonijiet ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji dwar il-liġi Komunitarja relatata ma' l-ambjent.

    3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

    3.1 Kummenti ġenerali

    Fis-sessjoni plenarja tal-PE, il-Kummissjoni aċċettat bi sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju 8 mill-40 emenda proposta mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu. Il-pożizzjoni komuni ddaħħal għadd ta’ emendi mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew, jew kelma b’kelma jew fl-ispirtu.

    L-emendi aċċettati mill-Kummissjoni kienu dawk li fittxew li jiċċaraw jew li taw dettalji għall-proposta f'bosta aspetti, pereżempju billi jagħmlu d-dettalji proċedurali iktar espliċiti fl-ispirtu tal-Konvenzjoni Aarhus.

    Il-Kunsill fil-pożizzjoni komuni ċċara u saħħaħ id-dettalji proċedurali dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent fis-sens mmirat minn għadd ta’ emendi tal-PE. Il-pożizzjoni komuni tilqa’ għadd ta’ elementi, iżda mhux id-dettalji kollha tagħhom, mill-emendi tal-PE fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika fit-tħejjija ta' pjanijiet u programmi relatati ma’ l-ambjent.

    Fir-rigward ta' l-aċċess għall-ġustizzja, il-pożizzjoni komuni tissimplifika wkoll il-kriterji u l-proċeduri għad-dritt li titressaq talba għal reviżjoni interna ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji; partikolarment, sabiex wieħed ikollu d-dritt iressaq din it-talba, organizzazzjoni mhux governattiva mhijiex speċifikament meħtieġa tkun attiva fuq livell Komunitarju; madankollu, kull talba għandha tindirizza kwistjonijiet fuq livell Komunitarju, jiġifieri għandhom ikunu konsistenti mat-tifsira tal-liġi ambjentali fl-Artikolu 2(f).

    Il-Kummissjoni tqis li l-pożizzjoni komuni adottata b’maġġoranza kwalifikata fit-18 ta’ Lulju 2005 ma tibdilx l-approċċ jew l-għanijiet tal-proposta u tista' tappoġġaha hekk kif inhi.

    3.2 Kummenti dettaljati

    3.2.1 Emendi Parlamentari aċċettati mill-Kummissjoni u mdaħħla bi sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni

    L-Emenda 6 tintlaqa’ fil-pożizzjoni komuni fl-Artikolu 1 (1) (a) f’forma ftit mibdula fil-kliem biex ikun iċċarat li l-informazzjoni ‘riċevuta jew prodotta’ mill-istituzzjonijiet Komunitarji wkoll jinħtieġ li tkun tinżamm minnhom sabiex tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni.

    L-Emenda 17 tiddaħħal fil-pożizzjoni komuni ftit mibdula fil-kliem bħala l-paragrafu 2 il-ġdid ta’ l-Artikolu 1, bl-introduzzjoni tal-kunċett ta' l-Artikolu 3(2) tal-Konvenzjoni Aarhus, li skond dan l-amministrazzjonijiet għandhom jassistu lill-pubbliku fir-rigward ta' l-aċċess għall-informazzjoni, tal-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta' l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

    L-Emenda 25, parzjalment aċċettata mill-Kummissjoni, tintlaqa’ mill-pożizzjoni komuni fl-Artikolu 10 (1), li issa jiċċara li l-limitu ta’ żmien għat-tressiq ta’ talba għal reviżjoni interna jibda jgħodd “wara li l-att amministrattiv ikun ġie adottat, notifikat jew pubblikat skond liema jkun l-aktar tard ”.

    3.2.2 Emendi Parlamentari rrifjutati mill-Kummissjoni iżda mdaħħla bi sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju fil-pożizzjoni komuni

    L-Emenda 18, parzjalment aċċettata mill-Kummissjoni, tiddaħħal fil-prinċipju u parzjalment fil-pożizzjoni komuni, fejn iżżid, f’Artikolu 6 ġdid, dispożizzjonijiet dwar “l-applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent”. Filwaqt li l-approċċ bażiku jkun segwit sabiex ir-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijet u l-korpi Komunitarji kollha jkun estiż, il-Kunsill sab li xi dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament dwar xi eċċezzjonijiet se jkollhom jiġu kkwalifikati għal talbiet għal informazzjoni dwar l-ambjent, sabiex tkun assigurata konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Aarhus. Dawn jintlaqgħu mill-Artikolu 6 l-ġdid.

    L-Emendi 21 u 46, u 22, relatati mad-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni pubblika ġew irrifjutati mill-Kummissjoni, billi daħħlu bla bżonn f’dettalji tal-proċedura amministrattiva. Madankollu, jiddaħħlu fil-prinċipju u parzjalment fil-pożizzjoni komuni bl-Artikolu 9 hekk kif ġie riformulat (l-Artikolu 8 fil-proposta tal-Kummissjoni).

    L-Emendi 33, 35 u 58 dwar il-kriterji għar-rikonoxximent ta’ entitajiet kwalifikati ġew irrifjutati mill-Kummissjoni. Xi elementi ta’ dawk l-emendi ma ntlaqgħux mill-Artikolu 11 tal-pożizzjoni komuni li jittratta l-“kriterji għal dritt fil-livell Komunitarju”. Partikolarment, m’hemmx iktar ir-rekwiżit li organizzazzjonijiet mhux governattivi, sabiex ikunu rikonoxxuti, għandhom ikunu bħala tali attivi fuq livell Komunitarju; madankollu, kull talba għal reviżjoni interna magħmula minnhom għandha tindirizza kwistjonijiet fuq livell Komunitarju, jiġifieri għandhom ikunu konsistenti mat-tifsira ta’ ‘liġi ambjentali’. Barra minn hekk, kif imqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni komuni ma teħtieġx iktar li organizzazzjonijiet mhux governattivi “għandhom ikollhom id-dikjarazzjoni tal-kontijiet iċċertifikata minn awditur irreġistrat.”

    3.2.3 Emendi parlamentari rifjutati mill-Kummissjoni u l-Kunsill u li ma ddaħħlux fil-pożizzjoni komuni

    L-Emenda 1 kienet diġà koperta minn kif inhi espressa l-Premessa 7.

    L-Emendi 40, 41 ma kinux aċċettati mill-Kummissjoni u ma ddaħħlux fil-pożizzjoni komuni, minħabba li dawn jestendu l-ambitu tar-Regolament u l-organizzazzjonijiet li għandhom id-dritt għall-aċċess għal proċedura ta' reviżjoni lil hinn mill-“protezzjoni ta’ l-ambjent” għall-"promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli". Il-Konvenzjoni Aarhus tagħti stat privileġġjat lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ta’ l-ambjent, li jidher fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rrifjutat ukoll l-Emendi 8 u 44 li jkabbru t-tifsira ta' 'entitajiet kwalifikati' għal organizzazzjonijiet bil-għan li 'jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli'. Barra minn hekk, dawk l-emendi mmiraw ukoll biex jinkludu ‘ ad hoc ’, organizzazzjonijiet lokali li ma kkorrispondewx ma’ l-approċċ tal-proposta tal-Kummissjoni li jkopri kwistjonijiet ta’ dimensjoni Komunitarja. Għall-pożizzjoni komuni, iż-żewġ emendi hekk kif inhuma mhumiex iktar relevanti, billi n-nozzjoni ta’ “entitajiet kwalifikati” tħassret mit-test (fir-rigward tad-‘dimensjoni Komunitarja’, ara madankollu hawn fuq 3.2.2 )

    L-Emenda 56 dwar il-Premessa 15 ma ġietx aċċettata mill-Kummissjoni billi rriferiet għar-regoli tad-Direttiva 2003/4 dwar eċċezzjonijiet għall-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent. Din l-emenda ma ddaħħlitx fil-pożizzjoni komuni, li madankollu żżid għadd ta’ elementi lill-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent (ara 3.2.5 ).

    L-Emenda 3 dwar il-Premessa 18 ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni u ma ddaħħlitx fil-pożizzjoni komuni billi d-dispożizzjonijiet operattivi relatati dwar il-parteċipazzjoni pubblika ma fihomx referenza għall-“użu ta’ għodda bħal websites speċifiċi”.

    L-Emenda 4 dwar il-Premessa 20 a) il-ġdida li timmira għall-esklużjoni ta’ organizzazzjonijiet “li ma jkollhomx għanijiet ġenwini għall-protezzjoni ta’ l-ambjent” ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni u ma ntlaqgħatx mill-pożizzjoni komuni.

    L-Emenda 5 (il-Premessa 20b l-ġdida) dwar il-ħtieġa għall-istituzzjonijiet Komunitarji “li jissimplifikaw il-proċeduri" mhijiex marbuta ma’ dispożizzjoni operattiva speċifika u ma ddaħħlitx.

    L-Emenda 9, li timmira li tinkludi fit-tifsira ta’ “informazzjoni dwar l-ambjent” l-informazzjoni dwar l-istat tal-proċeduri ta' ksur tal-liġi, ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni. Mhijiex imdaħħla fil-pożizzjoni komuni, fejn it-tifsira hija meħuda mid-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-ambjent.

    L-Emenda 16 ġiet irrfjutata mill-Kummissjoni billi fiha għadd ta’ rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mad-disseminazzjoni attiva ta’ informazzjoni dwar l-ambjent li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Aarhus. Il-pożizzjoni komuni lanqas iddaħħal din l-emenda li setgħet tinvolvi piżijiet amministrattivi superfluwi.

    L-Emenda 19 ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni billi kienet diġà sostanzjalment ipprovduta mill-proposta. Il-pożizzjoni komuni lanqas ma ddaħħal din l-emenda.

    L-Emendi 7 u 10 dwar l-ambitu tad-dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni pubblika – estensjoni tal-'politika relatata ma' l-ambjent' u l-inklużjoni tal-pjanijiet u programmi ‘suġġetti għall-finanzjament minn istituzzjoni jew korp Komunitarju’ – ġew irrifjutati mill-Kummissjoni billi jmorri lil hinn mir-rekwiżiti li jorbtu ġuridikament tal-Konvenzjoni Aarhus u mhumiex konformi ma’ l-approċċ segwit mill-Istati Membri. Il-pożizzjoni komuni lanqas ma ddaħħalhom.

    L-Emendi 23 relatata mad-dettalji tat-trattament tar-riżultati tal-parteċipazzjoni pubblika ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni (l-istess bħall-emendi relatati 21 u 46, u l-emenda 22, ara 3.2.2) għax daħħlu żżejjed f’dettalji amministrattivi. Il-pożizzjoni komuni, filwaqt li tagħmel għadd ta’ bidliet lid-dispożizzjonijiet tal-parteċipazzjoni pubblika, lanqas ma ddaħħal il-kontenut ta’ din l-emenda.

    L-Emenda 45 li timmira għall-modifika tat-tifsira ta’ ‘liġi ambjentali’ sabiex tinkludi l-leġiżlazzjoni Komunitarja li bħala għan primarju jew sussidjarju għandha l-protezzjoni ta’ l-ambjent ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni billi toħloq inċertezza potenzjali fl-interpretazzjoni. Din lanqas ma hi mdaħħla fil-pożizzjoni komuni; li madankollu bidlet sostanzjalement it-tifsira tal-proposta tal-Kummissjoni.

    L-Emendi 30, 42, 47, 48, 49, 50, 52 u 53 relatati mat-talbiet għal reviżjoni minn membri individwali tal-pubbliku ġew irrifjutati mill-Kummissjoni u lanqas ma huma mdaħħla fil-pożizzjoni komuni. Il-Konvenzjoni Aarhus tipprevedi l-possibilità għall-Partijiet li jistabbilixxu kriterji fir-rigward ta’ l-aċċess għall-ġustizzja, li l-proposta tal-Kummissjoni għamlet użu minnhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriterji għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi ("entitajiet kwalifikati"). Filwaqt li l-kriterji għad-dritt li tressaq talba għal reviżjoni interna ġiet issimplifikata fil-pożizzjoni komuni, din ta’ l-aħħar, bħall-proposta tal-Kummissjoni, tirrispetta bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 230(4) u 232(3) tat-Trattat tal-KE.

    L-Emenda 51 li timmira għaż-żieda ta' Artikolu 10b ġdid dwar l-ilmenti ma’ l- Ombudsman ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni, sabiex ma tagħmilx interferenza ma’ l-Artikolu 195 tat-Trattat tal-KE li jipprevedi aċċess għall-proċedura ta’ l- Ombudsman . Il-pożizzjoni komuni ma ddaħħalx din l-emenda.

    L-Emenda 37 ġiet irrifjutata mill-Kummissjoni u ma ddaħħlitx fil-pożizzjoni komuni, billi mhux l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji kollha se jkollhom jadattaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom, u, f’każ li għandhom jagħmlu hekk, għandu jingħata ż-żmien għal dan.

    3.2.4 Emendi Parlamentari aċċettati bi sħiħ, parzjalment jew fil-prinċipju mill-Kummissjoni iżda mhux mdaħħla fil-pożizzjoni komuni

    L-Emenda 39 marbuta mal-Premessa 1 ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Kummissjoni billi hi ta’ natura dikjaratorja; din madankollu mhijiex milqugħa fil-pożizzjoni komuni.

    Il-parti ta’ l-emenda 43 aċċettata mill-Kummissjoni, biex tinżied “skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali” mat-tifsira ta’ “il-pubbliku” ma ntlagħqatx mill-pożizzjoni komuni.

    Il-parti ta’ l-emenda 18 aċċettata mill-Kummissjoni, li tikkwalifika “malajr kemm jista’ jkun” għall-informazzjoni ta’ l-applikant meta l-informazzjoni mhijiex miżmuma mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji bħala “jew,] talanqas, fi żmien 15-il jum” ma ntlaqgħatx mill-pożizzjoni komuni (issa Artikolu 7).

    L-Emenda 36 dwar il-possibilità ta’ ‘entità kwalifikata’ ( NGOs ) li tappella kontra deċiżjoni mill-Kummissjoni biex tħassar ir-rikonoxximent tagħha tilfet ir-relevanza tagħha peress li l-Artikolu korrispondenti dwar din il-proċedura ta’ rikonoxximent ma nlaqgħatx mill-pożizzjoni komuni.

    L-Emenda 38 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu ma nlaqgħatx mill-pożizzjoni komuni, fejn din id-data hija madankollu “pm”.

    4- KONKLUŻJONI

    It-tibdil introdott mill-Kunsill jgħin jiċċara l-proposta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Aarhus, partikolarment fir-rigward ta’ l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent. Huma wkoll iktar speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika, waqt li titħalla l-flessibilità meħtieġa lill-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati biex jipprovdu għall-modalitajiet u d-dettalji proċedurali permezz ta' dispożizzjonijiet prattiċi u/jew oħra. Filwaqt li l-kriterji u l-proċedura għad-dritt ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li jressqu talba għal reviżjoni interna ġew issemplifikati, il-Kummissjoni hija sodisfatta li nżammu l-elementi kruċjali għall-kwalifika ta’ l-għan primarju ta' dawn l-organizzazzjonijiet li għandu jkun il-promozzjoni tal-protezzjoni ta’ l-ambjent fil-kuntest tal-politika ambjentali Komunitarja. Il-Kummissjoni, għalhekk, tappoġġja l-pożizzjoni komuni adottata b'maġġoranza kwalifikata fit-18 ta’ Lulju 2005.

    Top