This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0125
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the definition, description, presentation and labelling of spirit drinks
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu
/* KUMM/2005/0125 finali - COD 2005/0028 */
Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu /* KUMM/2005/0125 finali - COD 2005/0028 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 15.12.2005 KUMM(2005) 125 finali 2005/0028 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Dawn li ġejjin huma l-aspetti ewlenin li ggwidaw l-abbozz ta’ dan ir-regolament: - it-titjib ta’ l-applikabilità, il-leġġibilità u ċ-ċarezza tar-regolament abbażi tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar ix-xorb ta’ l-ispirtu; - il-kombinazzjoni taż-żewġ regolamenti dwar ix-xorb ta’ l-ispirtu f’regolament wieħed; - l-introduzzjoni ta’ politika definita sew dwar ix-xorb ta’ l-ispirtu abbażi ta’ tliet kategoriji ta’ prodotti msejsa fuq id-definizzjonijiet preżenti tal-prodotti; - l-introduzzjoni tal-flessibilità billi l-kompetenza biex jiġu emendati l-Annessi, li preżentament issir bi proċedura ta' kodeċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tgħaddi għand il-Kummissjoni assistita mill-Kumitat ta' Implimentazzjoni dwar ix-Xorb ta’ l-Ispirtu; - l-adattament tar-regolamenti għal rekwiżiti tekniċi ġodda; - l-adattament tar-regolamenti għar-rekwiżiti tad-WTO, inklużi t-TRIPs; - definizzjoni tal-kriterji li jiggwidaw l-għarfien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda. L-ISTRUTTURA TA' L-ABBOZZ TAR-REGOLAMENT L-abbozz tar-regolament dwar x-xorb ta’ l-ispirtu jikkonsisti f’erba’ kapitoli u tliet annessi: Kapitolu I: Id-definizzjoni tax-xorb ta’ l-ispirtu tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u d-definizzjoni prinċipali tax-xorb ta' l-ispirtu. Ġew stabbiliti tliet kategoriji ta' xorb ta' l-ispirtu: - “spirti”: Grupp esklussiv ta’ xorb ta’ l-ispirtu li jinkludu biss l-aktar forma pura ta' prodott li ma fihx alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u li jippermetti biss sustanzi għat-togħma ( flavourings ) naturali, e.g. ir-rum, il-wiski, il-brandi, ... - “xorb ta' l-ispirtu speċifiku”: Grupp distint ta’ xorb ta’ l-ispirtu li jista’ jkun fih alkoħol etiliku ta’ orġini agrikola u sustanzi għat-togħma identiċi għal dawk naturali, għalkemm biss f'għamla limitata u definita sew, e.g. il-ġinn, il-vodka, il-likers, ... - “xorb ta' l-ispirtu ieħor”: Grupp miftuħ ta’ prodotti li jista' jkun fihom l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola kif ukoll sustanzi għat-togħma, sustanzi għall-ħlewwa ( sweeteners ) u oħrajn. Il-Kapitolu II jittratta l-partikolaritajiet tad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tax-xorb ta’ l-ispirtu. Ir-regolament jistabbilixxi sistema koerenti bbażata fuq drawwiet tradizzjonali u fuq il-kategoriji stabbiliti. L-għan tiegħu hu li l-konsumatur jingħata informazzjoni ċara dwar in-natura tal-prodott u li jobbliga lill-produttur sabiex jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha ħalli li l-konsumatur ma jiġix żgwidat. Il-Kapitolu III jistabbilixxi r-regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi bbażati fuq l-obbligi internazzjonali tal-Komunità Ewropea. L-indikazzjonijiet ġeografiċi attwalment elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 1576/89 jiġu inkorporati f'dan l-abbozz tar-regolament, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi li bħalissa huma rregolati fi ħdan ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 bħala Grappa, Korn, Pacharan, Ouzo, ... Madankollu, sabiex tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza ta’ dan l-aħħar tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regolament jipprevedi li l-fajls tekniċi għal dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-kriterji stabbiliti fil-Ftehim TRIPs huma riflessi fir-regolament il-ġdid u se jservu ta’ bażi għall-introduzzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda fl-Anness III tar-regolament. Il-Kapitolu III jirreferi wkoll għall-Anness III fejn l-indikazzjonijiet ġeografiċi rikonoxxuti huma elenkati individwalment. Il-Kapitolu IV jagħlaq l-abbozz tar-Regolament b’miżuri Ġenerali, Tranżizzjonali u Finali. L-Anness I jinkludi d-definizzjonijiet tekniċi għall-produzzjoni ta' xorb ta' l-ispirtu. L-Anness II jinkludi x-xarbiet ta’ l-ispirtu individwali li huma klassifikati fil-kategoriji stabbiliti bir-regolament. Dan jelenka l-karatteristiċi tal-prodotti b'mod sistematiku u konsistenti. L-Anness III jelenka l-indikazzjonijiet ġeografiċi kif deskritti hawn fuq. Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit Komunitarju. 2005/0028 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li jaġixxi b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu[1] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 ta’ l-24 ta’ April 1990 li jistabbilixxi regoli implimentattivi dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu[2] rnexxielhom jirregolaw il-qasam tax-xorb ta’ l-ispirtu. Madankollu, fid-dawl ta’ l-esperjenzi reċenti jeħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli applikabbli għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċertu xorb ta' l-ispirtu. Ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 għandu għalhekk jiġi mħassar u ssostitwit b'Regolament ġdid. 2. Il-qasam tax-xorb ta’ l-ispirtu huwa importanti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi fil-Komunità. Il-miżuri applikabbli għal dak is-settur għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, il-prevenzjoni tal-qerq, it-trasparenza fis-suq u l-kompetizzjoni ġusta. Permezz ta’ dan, il-miżuri jissalvagwardjaw ir-reputazzjoni li x-xorb ta’ l-ispirtu tal-Komunità kiseb fi ħdanha u fis-suq dinji billi l-metodi tradizzjonali użati fil-produzzjoni tax-xorb ta' l-ispirtu kif ukoll iż-żieda fit-talba għall-protezzjoni tal-konsumatur u għal-informazzjoni jkomplu jittieħdu in konsiderazzjoni. L-innovazzjoni teknoloġika għandha titqies ukoll meta din isservi sabiex tittejjeb il-kwalità. 3. Il-kisba ta’ trattament aktar sistematiku għal-leġiżlazzjoni li tirregola x-xorb ta’ l-ispirtu, it-tali xorb għandu jkun ikklassifikat fi tliet kategoriji skond kriterji definiti sew ta’ produzzjoni u tikkettar. 4. B’mod ġenerali, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikomplu jikkonċentraw fuq id-definizzjonijiet ta' xorb ta' l-ispirtu. Dawk id-definizzjonijiet għandhom ikomplu jirrispettaw il-prattiki ta' kwalità tradizzjonali iżda għandhom jiġu aġġornati meta d-definizzjonijiet preċedenti kellhom nuqqasijiet jew kienu insuffiċjenti jew fejn it-tali definizzjonijiet jistgħu jittejbu fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi. 5. B’mod partikolari, l-alkoħol etiliku użat fil-produzzjoni ta' xorb ta' l-ispirtu għandu jkun biss ta' oriġini agrikola, sabiex jissodisfa l-aspettattivi tal-konsumatur u jkun konformi mal-metodi tradizzjonali. Dan jiżgura wkoll li prodotti agrikoli bażiċi jimxu fis-suq. 6. Meta wieħed iqis l-importanza u l-kumplessità tal-qasam tax-xorb ta’ l-ispirtu, jixraq li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb ta' l-ispirtu ’l hinn mir-regoli orizzontali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel[3]. Dawk il-miżuri speċifiċi għandhom jipprevjenu wkoll l-użu improprju tat-termini “xarba ta’ l-ispirtu” u ta’ l-ismijiet tax-xorb ta’ l-ispirtu għal prodotti li ma jissodisfawx dawk id-definizzjonijiet. 7. Sabiex jippermettu livell għoli fil-kwalità tax-xorb ta’ l-ispirtu u d-diversità fis-settur, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw regoli aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament jew oħrajn miżjuda magħhom dwar il-produzzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar partikolari ta' xorb ta’ l-ispirtu prodott fit-territorju tagħhhom. 8. Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispirtu kollha mibjugħa fis-suq tal-Komunità, sew jekk prodotti fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi. Bil-ħsieb li l-esportazzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu ta’ kwalità għolja sservi sabiex iżżomm u ttejjeb ir-reputazzjoni tax-xorb ta' l-ispirtu tal-Komunità fis-suq dinji, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal xorb prodott fil-Komunità għall-esportazzjoni. 9. Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sustanzi għat-togħma li jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel u ma’ materjali bażiċi fil-produzzjoni tagħhom[4] tapplika għax-xorb ta' l-ispirtu. Huwa meħtieġ biss allura li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti regoli li mhumiex stipulati diġà f'dik id-Direttiva. 10. Huwa importanti li tingħata attenzjoni xierqa lid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem: “il-Ftehim TRIPs”), u b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu, u l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, li jifforma parti integrali tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE[5]. 11. Ladarba r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tad-deżinjazzjonijiet ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel[6] ma japplikax għax-xorb ta’ l-ispirtu, ir-regoli għall-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb ta’ l-ispirtu għandhom jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu elenkati, billi x-xorb ta’ l-ispirtu jiġi identifikat bħala oriġinarju ta’ territorju ta’ pajjiż, jew ta’ reġjun jew lokalità f’dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karratteristika partikolari oħra tax-xarba ta’ l-ispirtu hija essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha. 12. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju ta’ implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni[7]. 13. It-tranżizzjoni minn regoli stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 għal dawk f’dan ir-Regolament jistgħu iqajmu diffikultajiet li mhumiex trattati f’dan ir-Regolament. Għandu jkun hemm provvediment, għalhekk, sabiex il-Kummissjoni tadotta l-miżuri tranżitorji meħtieġa. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li ssolvi problemi prattiċi speċifiċi għall-qasam tax-xorb ta' l-ispirtu. ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I DEFINIZZJONI U KLASSIFIKAZZJONI TAX-XORB TA’ L-ISPIRTU Artikolu 1Definizzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, “xorb ta’ l-ispirtu” ifisser likwidu alkoħoliku: a) intenzjonat għall-konsum mill-bniedem, b) li għandu kwalitajiet organolettiċi partikolari, c) li fih qawwa alkoħolika minima ta’ 15% vol. u massima ta’ 80% vol., d) li ġie mmanifatturat: i) jew direttament: - permezz tad-distillazzjoni, biż-żieda jew mingħajrha ta’ sustanzi għat-togħma, ta’ prodotti naturali ffermentati, u/jew - permezz tal-maċerazzjoni ta’ sustanzi veġetali, u/jew - permezz ta’ żieda ta’ sustanzi għat-togħma, zokkrijiet jew prodotti oħrajn għall-ħlewwa elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness I u/jew prodotti agrikoli oħra ma’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew ma’ distillati ta’ oriġini agrikola u/jew ma’ xorb ta’ l-ispirtu fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament, ii) jew permezz tat-taħlit ta’ xorb ta’ l-ispirtu ma’: - xorb ta' l-ispirtu ieħor, u/jew - alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillati (ta’ oriġini agrikola), - xarbiet alkoħoliċi, - xarbiet. Madankollu, xarbiet li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2203, 2204, 2205, 2206 u 2207 ma jitqisux bħala xarbiet ta’ l-ispirtu. Artikolu 2 L-oriġini ta’ l-alkoħol etiliku L-alkoħol etiliku użat fit-tħejjija tax-xorb ta' l-ispirtu u l-komponenti kollha tiegħu ma jridx ikun ta' oriġini oħra għajr dik agrikola. L-alkoħol etiliku użat biex jiddilwixxi jew iħoll il-koloranti, is-sustanzi tat-togħma jew kwalunkwe addittivi awotrizzati oħrajn użati fit-tħejjija ta’ xorb ta’ l-ispirtu irid ikun alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. Suġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti għal prodotti speċifiċi fl-Anness II għal dan ir-Regolament, l-alkoħol etiliku irid ikun inkiseb minn prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat. Artikolu 3Kategoriji ta’ xorb ta’ l-ispirtu Ix-xorb ta' l-ispirtu huwa kklassifikat kif ġej: a) “Spirti”: il-prodotti elenkati fil-Kategorija A ta’ l-Anness II; b) “Xarbiet ta' l-ispirtu speċifiċi”: il-prodotti elenkati fil-Kategorija B ta’ l-Anness II; c) “Xarbiet ta' l-ispirtu oħrajn”: il-prodotti elenkati fil-Kategorija C ta’ l-Anness II. Artikolu 4Regoli ġenerali dwar il-kategoriji ta’ xorb ta’ l-ispirtu 1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-Kategorija A ta’ l-Anness II, l-“ispirti” jridu: a) jiġu mmanifatturati permezz tal-fermentazjoni alkoħolika u d-distillazzjoni miksuba esklussivament mill-materja prima skond id-definizzjonijiet fl-Anness II; b) ma jkunx fihom alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillati (ta’ oriġini agrikola) miżjuda; c) ma jkunx fihom sustanzi għat-togħma ħlief sustanzi u preparazzjonijiet għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE; d) ikunu mħellwin biss biex tiġi mirquma t-togħma finali tal-prodott, skond id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi fl-Anness I għal dan ir-Regolament u b’kunsiderazzjoni partikolari tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. 2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-Kategorija B ta’ l-Anness II, ix-“xarbiet ta’ l-ispirtu speċifiċi” jistgħu: a) jinkisbu minn kwalunkwe prodott agrikolu elenkat fl-Anness I għat-Trattat; b) ikun fihom alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillati (ta’ oriġini agrikola) miżjuda; c) ikun fihom sustanzi u preparazzjonijiet għat-togħma naturali jew identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u (ii) u fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE; d) ikunu mħellwin sabiex jikkorrispondu ma' karatteristiċi ta’ prodotti partikolari u skond id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi fl-Anness I għal dan ir-Regolament. 3. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti għall-prodotti fil-Kategorija C ta’ l-Anness II, “xarbiet ta’ l-ispirtu oħrajn” jistgħu: a) jinkisbu minn kwalunkwe prodott agrikolu elenkat fl-Anness I għat-Trattat u/jew oġġett ta’ l-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem; b) ikun fihom alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillati (ta’ oriġini agrikola) miżjuda; c) ikun fihom sustanzi u preparazzjonijiet għat-togħma kif imfissra fid-Direttiva 88/388/KEE; d) ikunu mħellwin b’mod li jikkorrispondi ma' karatteristiċi ta’ prodotti partikolari u skond id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Artikolu 5Il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli aktar stretti minn jew addizzjonali għal dawk fl-Anness II dwar il-produzjoni, id-deskrizzjoni, it-tikkettar, l-ippakkjar u l-preżentazzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu prodott fit-territorju tagħhom stess sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja. KAPITOLU IIID-DESKRIZZJONI, IL-PREŻENTAZZJONI,IT-TIKKETTAR TAX-XORB TA' L-ISPIRTU Artikolu 6Id-denominazzjoni tal-bejgħ Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/13/KE, l-isem li bih tinbiegħ xarba ta’ l-ispirtu (“id-denominazzjoni tal-bejgħ”) huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Artikolu 7Regoli speċifiċi dwar id-denominazzjonijiet tal-bejgħ 1. Xorb ta’ l-ispirtu li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti mfissra fil-Kategoriji A u B ta’ l-Anness II jkun fih id-denominazzjoni tal-bejgħ assenjata hemmhekk lil dawk il-prodotti. 2. Xorb ta’ l-ispirtu li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti mfissra fil-Kategoriji C ta’ l-Anness II jkun fih id-denominazzjoni tal-bejgħ “xarba ta’ l-ispirtu”. Dik id-denominazzjoni tal-bejgħ ma tiġix ikkomplementata, issupplimentata jew mibdula. 3. Fejn xarba ta’ l-ispirtu tissodisfa d-definizzjoni ta’ aktar minn tip speċifiku wieħed ta' xorb ta' l-ispirtu, din tista’ tinbiegħ taħt wieħed jew aktar mill-ismijiet elenkati għal dawk it-tipi speċifiċi ta' xorb ta' l-ispirtu fl-Anness II. 4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, l-ismijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jistgħux jintużaw biex jiddeskrivu jew jippreżentaw fi kwalunkwe għamla possibbli xi xarba oħra għajr ix-xarba ta' l-ispirtu li għaliha huma elenkati dawk l-ismijiet fl-Anness II. 5. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ jistgħu jiġu ssupplimentati jew issostitwiti b’indikazzjoni ġeografika elenkata fl-Anness III u skond il-Kapitolu III, sakemm dan ma jiżgwidax lill-konsumatur. 6. Il-likwidi alkoħoliċi ma jistgħux jiġu deskritti, ippreżentati jew ittikkettati billi jiġu assoċjati kelmiet jew frażijiet bħal ‘bħal’, ‘tip’, ‘stil’, ‘magħmul’, ‘togħma’ jew kwalunkwe indikazzjonijiet oħra simili ma’ kwalunkwe denominazzjonijiet tal-bejgħ u/jew indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fir-Regolament. 7. L-ebda trejdmark, isem tal-kumpanija jew isem maħluq apposta ma jista’ jissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ xarba ta’ l-ispirtu. 8. L-ismijiet imsemmija fl-Anness II jistgħu jkunu inklużi f’lista ta’ l-ingredjenti jekk ikunu użati skond il-miżuri nazzjonali adottati sabiex jimplimentaw id-Direttiva 2000/13/KE. Artikolu 8Regoli speċifiċi dwar l-użu tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ u l-indikazzjonijiet ġeografiċi 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, l-użu ta’ terminu elenkat fil-Kategorija A jew B ta’ l-Anness II, jew ta’ indikazzjoni ġeografika elenkata fl-Anness III f’terminu kompost jew l-allużjoni fil-preżentazzjoni ta’ oġġett ta’ l-ikel għal kwalunkwe wieħed/waħda minnhom għandha hija pprojbita sakemm l-alkoħol ma jkunx joriġina esklussivament mix-xarba ta’ l-ispirtu li hemm riferenza għaliha. 2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jeffettwaw l-użu possibbli tat-termini ‘ amer ’ jew ‘ bitter ’ għal prodotti li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament. 3. Bħala deroga mill-paragrafu 1 u sabiex ikunu kkunsidrati l-metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, it-termini komposti elenkati fil-punt 31(d) ta’ l-Anness II jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta’ likers prodotti fil-Komunità taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak il-punt. Artikolu 9Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ taħlitiet 1. Id-denominazzjoni tal-bejgħ ‘xarba ta’ l-ispirtu’ trid tintwera b’mod ċar u viżibbli f’pożizzjoni prominenti fuq it-tikketta fejn xarba ta’ l-ispirtu elenkata fil-Kategorija A ta’ l-Anness II hija mħallta ma’: a) xarba ta' l-ispirtu oħra waħda jew aktar, u/jew b) distillat (ta’ oriġini agrikola) wieħed jew aktar, u/jew c) alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. Dik id-denominazzjoni tal-bejgħ ma tiġix ikkomplimentata, issupplimentata jew mibdula. 2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għad-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ taħlitiet imsemmija f’dak il-paragrafu jekk dawn jissodisfaw waħda mid-definizzjonijiet stabbiliti fil-Kategorija A jew B ta’ l-Anness II. 3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-prodotti li jirriżultaw mit-taħlitiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu juru biss wieħed mit-termini elenkati fil-Kategorija A jew B ta' l-Anness II għal dan ir-Regolament jekk dak it-terminu ma jkunx jagħmel parti mid-denominazzjoni tal-bejgħ iżda jkun elenkat biss fl-istess kamp viżiv mal-listi ta’ l-ingredjenti alkoħoliċi kollha inklużi fit-taħlita, bit-termini ‘xarba ta’ l-ispirtu mħallta’ mniżżlin qabel. It-termini “xarba ta’ l-ispirtu mħallta” jitniżżlu fuq it-tikketta b'karattri uniformi ta' l-istess tipa u kulur bħal dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ. Il-karattri ma jkunux akbar minn nofs id-daqs tal-karattri użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ. 4. Għat-tikkettar u l-preżentazzjoni tat-taħlitiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku jiġi espress f’'% vol' f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-kwantitajiet użati. Dan irid ikun ugwali għall-perċentwal skond il-volum ta’ l-alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali skond il-volum tat-taħlita. Artikolu 10Dispożizzjonijiet speċjali dwar id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu 1. Fejn id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ xarba ta’ l-ispirtu j/tindika l-materja prima utilizzata fil-produzzjoni ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, kull alkoħol agrikolu użat jissemma f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-kwantitajiet użati. 2. Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ xarba ta’ l-ispirtu jista’ jkun ssupplimentat biss bit-terminu ‘blend’ meta l-prodott ikun ġie bblendjat. 3. Jekk perjodu jew żmien ta' maturazzjoni jkun speċifikat jew issuġerit fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tax-xarba ta' l-ispirtu, dan jirreferi għall-komponent alkoħoliku l-aktar reċenti, sakemm il-prodott ikun ġie invekkjat taħt superviżjoni tas-sisa jew superviżjoni li toffri garanziji ekwivalenti. Artikolu 11Il-projbizzjoni ta’ kapsuli jew fojl ibbażati fuq iċ-ċomb Ix-xorb ta’ l-ispirtu m’għandux jinżamm bil-ħsieb li jinbiegħ jew li jitpoġġa fis-suq f’reċipjenti mgħammra b’għotjien miksija b’kapsuli jew fojl ibbażati fuq iċ-ċomb. Artikolu 12L-użu lingwistiku fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb ta’ l-ispirtu 1. Il-partikolaritajiet stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw f’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità b'tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista' jifhem kull waħda minn dawk il-bċejjeċ ta' informazzjoni, sakemm il-konsumaturi ma jkunux fornuti b'din l-informazzjoni b'mezzi oħrajn. 2. It-termini b'tipa kursiva fl-Anness II u l-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III ma jiġux tradotti fuq it-tikketta. 3. Fil-każ ta’ prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, l-użu ta' lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz li fih ikun sar il-prodott hija awtorizzata jekk il-partikolaritajiet stipulati f'dan ir-Regolament ikunu mogħtija wkoll f’lingwa uffiċjali tal-Komunità b'tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista' jifhem faċilment kull biċċa minnhom. 4. Ħlief fejn deroga tkun ġiet adottata skond l-Artikolu 14 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ prodotti maħdumin fil-Komunità u intenzjonati għall-esportazzjoni, il-partikolaritajiet stipulati f’dan ir-Regolament jistgħu jkunu rrepetuti f’lingwa oħra għajr waħda uffiċjali tal-Komunità. KAPITOLU IIIINDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI Artikolu 13Indikazzjonijiet ġeografiċi 1. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament indikazzjoni ġeografika hija indikazzjoni li tidentifika xarba ta’ l-ispirtu bħala oriġinarja ta’ territorju ta’ pajjiż, jew ta’ reġjun jew lokalità f’dak it-territorju, fejn xi kwalità, reputazzjoni jew karratteristiċi partikolari oħrajn ta’ dik ix-xarba ta’ l-ispirtu huma essenzjalment attribwibbli għall-oriġini ġeografika tagħha. 2. L-indikazzjonijiet ġeografiċi huma elenkati fl-Anness III. 3. L-ismijiet li saru ġeneriċi ma jistgħux jiġu rreġistrati fl-Anness III. L-indikazzjonijiet ġeografiċi li huma elenkati fl-Anness III ma jistgħux isiru ġeneriċi. Isem li sar ġeneriku jfisser li l-isem ta’ prodott ta’ l-ispirtu, minkejja li huwa marbut ma’ post jew reġjun fejn dak il-prodott kien oriġinarjament jinħadem jew jitmexxa fis-suq, sar l-isem komuni tal-prodott. Artikolu 14Il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati fl-Anness III jitħarsu kontra: a) kull użu kummerċjali dirett jew indirett fir-rigward ta’ prodotti li mhumiex koperti bir-reġistrazzjoni sakemm dawk il-prodotti huma komparabbli mal-prodott irreġistrat taħt dik l-indikazzjoni ġeografika jew sakemm it-tali użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata; b) kull użu improprju, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott hija indikata jew l-indikazzjoni ġeografika hija użata f’forma tradotta jew hija akkumpanjata minn espressjoni bħal ‘bħal’, ‘tip’, ‘stil’, ‘magħmul’, ‘togħma’ jew kwalunkwe termini simili oħrajn; c) kwalunkwe indikazzjoni oħra falsa jew diżgwidanti dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodott, li tista’ twassal impressjoni falsa dwar l-oriġini tiegħu; d) kwalunkwe prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott. 2. Ir-reġistrazzjoni ta’ xi trejdmark li jkun fiha jew tkun tikkonsisti f'indikazzjoni ġeografika li tidentifika xarba ta’ l-ispirtu tiġi rrifjutata jew invalidata jekk l-użu tagħha jkun iwassal għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. 3. Fejn xi trejdmark tkun saret applikazzjoni għaliha jew tkun ġiet irreġistrata bi skop tajjeb, jew fejn id-drittijiet għal trejdmark ikunu nkisbu permezz ta’ użu bi skop tajjeb, sew qabel l-1 ta’ Jannar 1996 jew qabel ma l-indikazzjoni ġeografika tkun ġiet protetta fil-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha, dan ir-Regolament ma jippreġudikax l-eliġibilità għar-reġistrazzjoni ta’ trejdmark jew il-validità tagħha, jew id-dritt li tintuża trejdmark, abbażi tal-fatt li t-tali trejdmark tkun identika, jew simili, għal indikazzjoni ġeografika protetta skond dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu ma jippreġudikax d-dritt tal-proprjetarju ta’ indikazzjoni ġeografika li jużaha f'konformità mal-prattika onesta f’materji industrijali jew kummerċjali skond l-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE[8] u l-Artikolu 12(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94[9]. Artikolu 15Ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi 1. L-applikazzjonijiet sabiex indikazzjoni ġeografika tiġi inkluża fl-Anness III jridu jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Tali applikazzjonijiet iridu jkunu akkumpanjati minn fajl tekniku li jkun jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet li tkun trid tikkonforma magħhom ix-xarba ta’ l-ispirtu ikkonċernata. Il-fajls tekniċi jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, Serje C. Fi żmien tliet xhur mid-data ta’ dik il-pubblikazzjoni kull persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu tista’ toġġezzjona kontra l-inklużjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament ma jkunux issodisfati. L-oġġezzjoni trid tiġi ssostanzjata kif jixraq. 2. Il-fajl tekniku msemmi fil-paragrafu 1 irid jinkludi ta’ l-anqas: a) isem ix-xarba ta’ l-ispirtu, inkluża l-indikazzjoni ġeografika; b) deskrizzjoni tax-xarba ta’ l-ispirtu, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi u/jew organolettiċi ewlenin tal-prodott jew l-oġġett ta’ l-ikel; c) id-definizzjoni taż-żona ġeografika ikkonċernata; d) deskrizzjoni tal-metodu kif tinkiseb ix-xarba ta' l-ispirtu u, jekk ikun il-każ, il-metodi awtentiċi u invarjabbli lokali; e) id-dettalji li juru r-rabta ma’ l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika; f) kwalunkwe rekwiżiti stabbiliti mill-Komunità u/jew dispożizzjonijiet nazzjonali; g) isem l-applikant u l-indirizz fejn dan ikun jista' jiġi kkuntatjat. 3. Id-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta' l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni li tkun tqajmet skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 4. Indikazzjoni ġeografika omonima li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament trid tiġi rreġistrata b’kunsiderazzjoni xierqa ta’ l-użu lokali u tradizzjonali u tar-riskju attwali li jkun hemm konfużjoni, b'mod partikolari: - isem omonimu li jiżgwida lill-pubbliku billi jagħtih x’jifhem li l-prodotti jkunu ġejjin minn territorju ieħor ma jiġix irreġistrat anke jekk l-isem ikun preċiż f’dik li hija għażla ta’ kliem dwar it-territorju, ir-reġjun jew il-post ta' l-oriġini attwali tal-prodotti agrikoli jew oġġetti ta' l-ikel ikkonċernati; - l-użu ta’ indikazzjoni ġeografika omonima rreġistrata tkun suġġetta għal distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u l-isem li diġà jinsab fir-reġistru, b’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ugwali u li l-konsumaturi ma jiġux żgwidati. 5. Tilwim dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika partikolari għandu jiġi indirizzat formalment lill-Kummissjoni. Tali tilwim għandu jiġi riżolt fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u d-drittijiet tradizzjonali, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 19(2). Artikolu 16Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1576/89 Għal kull indikazzjoni ġeografika protetta taħt ir-Regolament (KE) Nru 1576/89 fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jiġi sottomess fajl tekniku lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn seba’ snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Il-fajl tekniku jiġu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, Serje C, wara li jkun ġie eżaminat mill-Kummissjoni. Fil-każ li l-ebda fajl tekniku ma jkun ippubblikat fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-indikazzjoni ġeografika ma tibqax tiġi protetta. KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI Artikolu 17Il-kontroll u l-protezzjoni tax-xorb ta’ l-ispirtu 1. L-Istati Membri huma responsabbli mill-kontroll tax-xorb ta’ l-ispirtu. Huma jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari jinnominaw awtorità waħda jew aktar sabiex jiżguraw it-tali konformità u l-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi fl-Anness III. 2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħaddu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 18L-esportazzjoni ta’ xorb ta’ l-ispirtu Ix-xorb ta’ l-ispirtu esportat mill-Komunità jrid jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ħlief fejn ġew adottati d-derogi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), abbażi ta' applikazzjonijiet iġġustifikati kif jixraq. Artikolu 19 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat tat-Tmexxija għax-Xorb ta’ l-Ispirtu, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”. 2. Fejn issir referenza għal dan il-Paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonjiet ta’ l-Artikolu 8 tagħhom. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu huwa ffissat għal xahar. 3. Il-Kumitat jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 20 L-emendar ta’ l-Annessi L-Annessi jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Artikolu 21Regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Artikolu 22Miżuri tranżitorji u oħrajn speċifiċi Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), fejn dan hu f’loku, jiġu adottati miżuri: a) biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mir-regoli stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament; b) biex jiġu riżolti problemi prattiċi speċifiċi, per eżempju billi jsir obbligatorju, f'ċerti każi, li jiġi ddikjarat il-post tal-manifattura fuq it-tikketta sabiex jkun evitat li l-konsumatur jiġi żgwidat u sabiex jinżammu u jiġu żviluppati metodi Komunitarji ta’ referenza għall-analiżi tax-xorb ta' l-ispirtu; c) biex, f’każi ġġustifikati kif jixraq, isiru derogi minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 23Revoka Ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 huwa permezz ta’ dan irrevokat. Artikolu 7Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Huwa japplika minn .... Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1) Taħlil: It-taħlil ifisser li jintuża wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin fit-tħejjija tax-xorb ta’ l-ispirtu: a) zokkor semi-abjad, zokkor abjad, zokkor abjad raffinat, destrosju, fruttosju, xropp tal-glukosju, zokkor likwidu, zokkor likwidu invertit, xropp taz-zokkor invertit, kif imfissra fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE[10]; b) għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer imsoffi, għasir il-għeneb ikkonċentrat qabel ma jeħmer, għasir il-għeneb frisk qabel ma jeħmer; c) zokkor maħruq, li huwa l-prodott miksub esklussivament permezz tat-tisħin ikkontrollat tas-sukrosju bla bażijiet, aċidi minerali jew addittivi kimiċi oħrajn; d) għasel kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE[11]; e) xropp il-ħarrub; f) kwalunkwe sustanzi karboidrati naturali oħrajn li għandhom effett simili għal dawn il-prodotti; g) sustanzi għall-ħlewwa kif imfissra fid-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12]. 2) Taħlit: It-taħlit ifisser il-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet differenti jew aktar, jew ta’ xarba ma’ distillat wieħed jew aktar ta' oriġini agrikola jew alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, sabiex issir xarba ġdida. 3) Alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola: Alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola għandu l-proprjetajiet li ġejjin: a) karatteristiċi organolettiċi: l-ebda togħma dixxernibbli għajr dik tal-materja prima; b) qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’: 96,0 vol.; c) livell massimu ta’ residwi: i) aċidità totali, espressa fi grammi ta’ aċidu aċetiku għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 1,5, ii) esters espressi fi grammi ta’ aċetat etiliku għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 1,3, iii) aldeidi espressi fi grammi ta’ aċetaldeida għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 0,5, iv) alkoħols ogħla espressi fi grammi ta’ metil2 propanol1 għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 0,5, v) metanol espress fi grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 50, vi) estratt niexef espress fi grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 1,5, vii) bażijiet volatili li fihom in-nitroġenu espressi fi grammi ta’ nitroġenu għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.: 0,1, viii) furfural: mhux osservabbli. 4) Żieda ta’ l-ilma: Fit-tħejjija tax-xorb ta’ l-ispirtu, hija awtorizzata iż-żieda ta’ l-ilma, li jista’ jkun distillat jew dimineralizzat, sakemm il-kwalità ta’ l-ilma tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE[13] u d-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE[14] u l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tal-prodott. Dan l-ilma jista’ jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef. 5) Ibblendjar: L-ibblendjar ifisser il-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet ta’ l-ispirtu jew aktar ta’ l-istess tip, distinti minn xulxin biss permezz ta' differenzi fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin: a) il-metodi ta’ tħejjija; b) l-imqatar li jintużaw; c) il-perjodu tal-maturizzazzjoni jew invekkjament; d) iż-żona ġeografika tal-produzzjoni. Ix-xarba ta’ l-ispirtu prodotta b’dan il-mod tkun ta’ l-istess tip speċifiku ta’ xorb ta’ l-ispirtu tax-xarbiet ta’ l-ispirtu oriġinali qabel l-ibblendjar. 6) Maturizzazzjoni jew invekkjament: Il-maturizzazzjoni jew l-invekkjament ifisser li ċerti reazzjonijiet jitħallew jiżviluppaw b’mod naturali f’reċipjenti xierqa, biex b’hekk ix-xarba ta' l-ispirtu kkonċernata tingħata kwalitajiet organolettiċi li qabel ma kellhiex. 7) Żieda ta’ sustanzi għat-togħma: Iż-żieda ta’ sustanzi għat-togħma tfisser li fit-tħejjija tax-xorb ta' l-ispirtu tintuża sustanza għat-togħma waħda jew aktar imfissra fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 88/388/KEE. 8) Kolorazzjoni: Il-kolorazzjoni tfisser l-użu ta’ waħda jew aktar mis-sustanzi li jagħtu l-kulur, kif imfisser fid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15]fit-tħejjija ta' xorb ta' l-ispirtu. 9) Distillat (ta’ oriġini agrikola): Distillat (ta’ oriġini agrikola) ifisser likwidu alkoħoliku li jinkiseb permezz tad-distillazzjoni, wara l-fermentazzjoni alkoħolika ta’ prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat, li iżda m’għandux il-proprjetajiet ta' l-alkoħol etiliku jew ta’ xarba ta’ l-ispirtu, imma li xorta jżomm l-aroma u t-togħma tal-materja prima li tkun intużat. Fejn issir referenza għall-materja prima użata, id-distillat għandu jinkiseb minn dik il-materja prima biss. 10) Qawwa alkoħolika mimima skond il-volum: Il-qawwa alkoħolika skond il-volum tfisser il-proporzjon tal-volum ta’ alkoħol pur preżenti fil-prodott ikkonċernat f’20° C għall-volum totali ta’ dak il-prodott fl-istess temperatura. 11) Kontenut ta’ sustanzi volatili: Il-kontenut ta’ sustanzi volatili jfisser il-kwantità ta' sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u metiliku li fiha x-xarba ta' l-ispirtu miksuba esklussivament bid-distillazzjoni, b'riżultat biss tad-distillazzjoni jew tar-ridistillazzjoni tal-materja prima użata. 12) Post tal-manifattura: Il-post jew reġjun li fih ikun seħħ dak l-istadju tal-proċess tal-manifattura tal-prodott aħħari li lix-xarba jkun taha l-ispirtu, l-karattru u l-kwalitajiet definittivi essenzjali tagħha. 13) Deskrizzjoni: Id-deskrizzjoni tfisser it-termini użati fuq it-tikketta, fuq id-dokumenti li jakkompanjaw ix-xarba waqt it-trasportazzjoni tagħha, fuq id-dokumenti kummerċjali, partikolarment il-fatturi u r-riċevuti tal-kunsinna, u fir-reklamar. 14) Tikkettar: It-tikkettar ifisser id-deskrizzjonijiet u riferenzi oħrajn, is-sinjali, id-disinji, jew it-trejdmarks kollha li jiddistingwu xarba u li jidhru fuq l-istess reċipjent, inkluż it-tagħmir tas-siġill tiegħu jew it-tikketta mwaħħla mar-reċipjent u l-inforra li tgħatti għenuq il-fliexken. 15) Preżentazzjoni: Preżentazzjoni tfisser it-termini użati fuq ir-reċipjenti, inkluż t-tapp, fuq it-tikketta u fuq l-ippakkjar, inklużi r-reklamar u l-promozzjoni għall-bejgħ. 16) Ippakkjar: L-ippakkjar ifisser it-tgeżwir protettiv, bħal karti, tgeżwir tat-tiben ta’ kull tip, kaxex u krejts, użati fit-trasportazzjoni ta’ reċipjent wieħed jew aktar. ANNESS II KATEGORIJI TA’ XORB TA’ L-ISPIRTU Kategorija A: Spirti 1. Ir-Rum a) Ir-rum huwa: 1) xorb ta’ l-ispirtu prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni alkoħoliċi, sew mill-ġulepp magħqud ( molasses ) jew ix-xropp prodott waqt il-manifattura taz-zokkor tal-kannamieli jew mill-estratt tal-kannamieli nnifsu u ddistillat f’anqas minn 96% vol. sabiex id-distillat ikollu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi dixxernibbli tar-rum, jew 2) l-ispirtu prodott permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni alkoħoliċi ta’ l-estratt tal-kannamieli li jkollu l-karatteristiċi aromatiċi speċifiċi tar-rum u kontenut volatili ta' sustanzi li jlaħħqu jew jaqbżu l-225 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta' 100% vol. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tar-rum hija ta’ 37,5%. c) Ir-rum ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tar-rum. e) Il-kelma “traditionnel” tista’ tissupplimenta l-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness III meta r-rums ikunu prodotti permezz ta’ distillazzjoni ta’ anqas minn 80% vol., wara l-fermentazzjoni alkoħolika tal-materjali li jipproduċu l-alkoħol ta' oriġini esklussiva fil-post tal-produzzjoni kkunsidrat. Dawn irid ikollhom kontenut ta’ sustanzi volatili li jlaħħaq jew jaqbeż il-225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. u ma jridux ikunu mħellwin jew miżjudin bis-sustanzi għat-togħma. L-użu tal-kelma “traditionnel” ma żżommx milli jintużaw it-termini “mill-produzzjoni taz-zokkor” jew “agrikolu” li jistgħu jinżiedu mad-denominazzjoni “rum”. Din id-dispożizzjoni fl-ebda każ ma teffettwa l-użu tal-kelma “traditionnel” għall-prodotti kollha li mhumiex koperti b’din id-dispożizzjoni, skond il-kriterji speċifiċi tagħhom. 2. Il-Wiski (bl-Ingliż kemm whisky u whiskey ) a) Il-wiski huwa xarba ta’ l-ispirtu: 1) prodotta permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx magħmul minn ċereali mmaltjati filmkien ma’ żrieragħ integrali ta' ċereali oħra jew mingħajrhom, 2) mibdul f’zokkor permezz tad-dijastasi tal- malt ta’ ġo fih, b'enżimi naturali oħrajn jew mingħajrhom, 3) iffermentata bl-azzjoni tal-ħmira, 4) iddistillata b’distillazzjoni waħda jew aktar f’anqas minn 94,8% vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata, 5) id-distillat finali jitħalla jimmatura għal ta' l-anqas tliet snin f'bittijat ta’ l-injam li ma jesgħux aktar minn 700 litru. Id-distillat, li miegħu jistgħu jinżiedu biss l-ilma u l-karamella sempliċi, iżomm il-kulur, l-aroma u t-togħma miġjuba mill-proċess ta’ produzzjoni msemmi fil-punti (1) sa (5). b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- wiski hija ta’ 40%. c) Il- wiski ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Il-wiski m’għandux jiġi miżjud b’sustanza li tagħti l-ħlewwa jew it-togħma, u lanqas ma jkun fih addittivi oħra għajr il-karamella sempliċi għall-kulur. 3. L-ispirtu taċ-ċereali (grain spirit) a) L-ispirtu taċ-ċereali huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx iffermentat ta’ ċereali u li jkollu karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu taċ-ċereali hija ta’ 35%. c) L-ispirtu taċ-ċereali ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu taċ-ċereali. e) Sabiex spirtu taċ-ċereali jitqies bħala ‘brandi taċ-ċereali’ (‘ grain brandy ’), dan għandu jkun ġie miksub permezz ta' distillazzjoni ta' anqas minn 95% vol. minn maxx iffermentat taċ-ċereali, li tippreżenta karatteristiċi organolettiċi miġjuba mill-materja prima użata. 4. L-ispirtu ta’ l-inbid a) L-ispirtu ta’ l-inbid huwa xarba ta’ l-ispirtu: 1) prodotta permezz tad-distillazzjoni f’anqas minn 86% vol. ta' nbid jew inbid imsaħħaħ fil-qawwa għad-distillazzjoni jew permezz ta’ ridistillazzjoni ta’ distillat ta’ l-inbid f’anqas minn 86% vol., 2) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tlaħħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta’ 100% vol. 3) li jkollha kontenut massimu ta’ alkoħol metiliku ta’ 200 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu ta’ l-inbid hija ta’ 37,5%. c) L-ispirtu ta’ l-inbid ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu ta’ l-inbid. 5. Il-Brandi jew Weinbrand a) Il-Brandi jew Weinbrand huwa xarba ta’ l-ispirtu: 1) prodotta mill-ispirtu ta’ l-inbid, sew jekk ibblendjat ma' distillat ta' l-inbid iddistillat f'anqas minn 94,8% vol. jew le, sakemm it-tali distillat ma jaqbiżx il-massimu ta' 50% skond il-volum tal-prodott aħħari, 2) immaturata għal mhux anqas minn sena f'reċipjenti tar-ruvru jew għal mhux anqas minn sitt xhur f'bittijat tar-ruvru li jesgħu anqas minn 1000 litru, 3) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tlaħħaq jew taqbeż il-125 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta’ 100% vol., u li tkun miġjuba esklussivament mid-distillazzjoni jew ir-ridistillazzjoni tal-materja prima użata, 4) li jkollha kontenut massimu ta’ alkoħol metiliku ta’ 200 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- brandi jew Weinbrand hija ta’ 36%. c) Il- brandi jew Wienbrand ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- brandi jew Weinbrand . 6. Il-karfa ta’ l-għeneb magħsur ( grape marc ) jew l-ispirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur ( grape marc spirit ) a) Il-karfa ta’ l-għeneb magħsur jew l-ispirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur hija xarba ta’ l-ispirtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: 1) tkun prodotta mill-karfa ta’ l-għeneb magħsur iffermentata u ddistillata, sew direttament permezz tal-fwar ta’ l-ilma jew wara li jkun inżied l-ilma; 2) kwantità ta’ residwu tal-fond tista’ tinżied mal-karfa ta’ l-għeneb magħsur sakemm din ma taqbiżx il-25kg ta' residwu tal-fond għal kull 100kg ta' karfa ta' l-għeneb magħsur li jintużaw; 3) il-kwantità ta’ l-alkoħol miksuba mir-residwu tal-fond ma taqbiżx il-35% tal-kwantità totali ta’ l-alkoħol fil-prodott aħħari; 4) id-distillazzjoni għandha titwettaq fil-preżenza tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur infisha f’anqas minn 86% vol.; 5) ir-ridistillazzjoni hija awtorizzata fl-istess qawwa alkoħolika; 6) li jkun fiha kwantità ta' sustanzi volatili li tlaħħaq jew taqbeż il-140 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta’ 100% vol., u li jkollha massimu ta’ kontenut ta’ alkoħol metiliku ta’ 1000 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta' 100% vol. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur jew tal-karfa ta' l-għeneb magħsur hija ta’ 37,5%. c) L-ispirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur jew il-karfa ta' l-għeneb magħsur ma jridux ikun fihom iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu tal-karfa ta' l-għeneb magħsur jew tal-karfa ta' l-għeneb magħsur. 7. L-ispirtu tal-karfa ta’ frott magħsur a) L-ispirtu tal-karfa ta’ frott magħsur hija xarba ta’ l-ispirtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: 1) tinkiseb biss permezz tal-fermentazzjoni u d-distillazzjoni f’anqas minn 86% vol. ta’ karfa tal-frott magħsur għajr il-karfa ta' l-għeneb magħsur; 2) ikun fiha kwantità minima ta’ sustanzi volatili ta’ 200g għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.; 3) il-kontenut massimu ta’ alkoħol metiliku huwa ta’ 1 500 g għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol.; 4) il-kontenut massimu ta’ aċidu idroċjaniku huwa ta’ 10g għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. fil-każ ta’ spirtu tal-karfa ta' frott ta' l-għadma magħsur; 5) ir-ridistillazzjoni hija awtorizzata fl-istess qawwa alkoħolika. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirti tal-karfa tal-frott magħsur hija ta’ 37,5%. c) L-ispirti tal-karfa tal-frott magħsur ma jridux ikun fihom iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirti tal-karfa tal-frott magħsur. e) L-isem li bih jinbiegħ l-ispirtu tal-karfa tal-frott magħsur għandu jkun “spirtu tal-karfa ta'” segwit mill-isem tal-frotta. Jekk jintużaw karfiet ta’ għadd ta' frottiet differenti, id-denominazzjoni tal-bejgħ għandha tkun ‘spirtu tal-karfa tal-frott’. 8. L-ispirtu taż-żbib jew brandi taż-żbib a) L-ispirtu taż-żbib jew brandi taż-żbib huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta permezz tad-distillazzjoni tal-prodott miksub mill-fermentazzjoni alkoħolika ta’ l-estratt ta’ l-għeneb imnixxef tal-varjetajiet “ Corinth Black ” jew “ Malaga muscat ”, iddistillati f’anqas minn 94,5% vol., sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-materja prima użata. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu taż-żbib jew brandi taż-żbib hija ta’ 37,5%. c) L-ispirtu taż-żbib jew brandi taż-żbib ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu taż-żbib jew brandi taż-żbib. 9. L-ispirtu tal-frott a) L-ispirti tal-frott huma xarbiet ta' l-ispirtu: 1) prodotti permezz ta’ fermentazzjoni alkoħolika u distillazzjoni ta’ frott imlaħħam jew must ta’ l-istess frott, bl-għadam jew mingħajru, 2) iddistillati f’anqas minn 86% vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frott iddistallat, 3) li jkun fihom kwantità ta' sustanzi volatili li tlaħħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta’ 100% vol, 4) li, fil-każ ta’ spirti tal-frott bl-għadma, ikollhom kontenut ta' aċidu idroċjaniku li ma jaqbiżx l-10 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol., b) L-ispirti tal-frott irid ikun fihom massimu ta’ 1 000 gramma alkoħol metiliku għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. Madankollu, l-kontenut massimu ta’ alkoħol metiliku irid ikun ta’: i) 1 200 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. miksub mill-frottiet li ġejjin: - għanbaqar ( Prunus domestica L.), - mirabella ( Prunus domestica L. var syriaca ), - quetsch ( Prunus domestica L.), - tuffieħ ( Malus domestica Borkh. ), - lanġas ( Pyrus communis L.) għajr il-lanġas ta’ Williams ( Pyrus communis Williams), - ċawsli ( Rubus idaeus L.), - tut salvaġġ ( Rubus fruticosus L.); ii) 1 350 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. miksub mill-frottiet li ġejjin: - lanġas ta’ Williams ( Pyrus communis Williams), - passolina ħamra u sewda (ta’ l-ispeċi Ribes ), - service berries ( Sorbus aucuparia ), - elderberries ( Sambucus nigra ). c) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirti tal-frott hija ta’ 37,5%. d) L-ispirti tal-frott ma jridux ikun fihom iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. e) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirti tal-frott. f) Id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ l-ispirti tal-frott hija ‘spirtu ta'’ segwita minn isem il-frotta, bħal: spirtu taċ-ċirasa jew kirsch , spirtu ta’ l-għanbaqar jew slivovitz , spirtu tal-mirabella, tal-ħawħ, tat-tuffieħ, tal-lanġas, tal-berquq, tat-tin, taċ-ċitru jew ta’ l-għeneb jew spirti ta’ frott ieħor. Jistgħu jissejħu wkoll wasser , flimkien ma' isem il-frotta. Isem il-frotta jista’ jissostitwixxi ‘spirtu ta'’ segwit minn isem il-frotta fil-każijiet ta' dawn il-frottiet li ġejjin biss: - mirabella ( Prunus domestica L. var syriaca ), - għanbaqra ( Prunus domestica L.), - quetsch ( Prunus domestica L.), - ubrjagola ( Arbutus undedo L.), - tuffieħ tat-tip Golden Delicious . g) L-isem Williams jista’ jintuża biss għall-bejgħ ta' spirti tal-lanġas prodotti mil-lanġas tal-varjetà 'Williams' biss. h) Kulmeta żewġ frottiet jew aktar jiġu ddistillati flimkien, il-prodott għandu jinbiegħ taħt l-isem ‘spirtu tal-frott’. L-isem jista’ jkun issupplimentat minn dak ta’ kull frotta, f’ordni mill-akbar sa l-iżgħar skond il-kwantità użata. 10. L-ispirtu tas-sidru, brandi tas-sidru jew spirtu tal- perry a) L-ispirtu tas-sidru, brandi tas-sidru jew spirtu tal- perry huma xarbiet ta’ l-ispirtu: 1) prodotti esklussivament permezz tad-distillazzjoni tas-sidru jew il- perry ddistillat f’anqas minn 86% vol. sabiex id-distillat ikollu l-aroma u t-togħma miġjuba mill-frottiet iddistallati, 2) li jkun fihom kwantità ta' sustanzi volatili li tlaħħaq jew taqbeż il-200 gramma għal kull ettolitru ta' alkoħol ta’ 100% vol, 3) li jkollhom kontenut massimu ta’ alkoħol metiliku ta’ 1 000 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol ta’ 100% vol. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu tas-sidru, brandi tas-sidru, jew spirtu tal- perry hija ta’ 37,5%. c) L-ispirtu tas-sidru, brandi tas-sidru jew spirtu tal- perry ma jridx ikun fiha ż-żida ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu tas-sidru, brandi tas-sidru jew spirtu tal- perry . 11. Il- Hefebrand a) Il- Hefebrand huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta mir-residwu tal-fond ta’ l-inbid jew ta’ frott iffermentat. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Hefebrand hija ta’ 38%. c) Il- Hefebrand ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- Hefebrand . e) L-isem li taħtu jinbiegħ il- Hefebrand jista' jkun issupplimentat mill-isem tal-materjal bażiku li jkun intuża. 12. Il- Bierbrand jew eau de vie de bière a) Il- Bierbrand jew eau de vie de bière huwa xarba ta' l-ispirtu miksuba esklussivament permezz tad-distillazzjoni diretta ta' birra friska ta' qawwa alkoħolika skond il-volum ta' anqas minn 86% b'tali mod li d-distillat miksub ikollu karatteristiċi organolettiċi li joħorġu mill-birra. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Bierbrand jew eau de vie de bière hija ta’ 38%. c) Il- Bierbrand ma jridx ikun fih iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. d) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- Bierbrand jew eau de vie de bière . Kategorija B: Xarbiet ta' l-ispirtu speċifiċi 13. L-ispirtu ta’ (segwit minn isem il-frotta), prodott permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni a) L-ispirti ta’ (segwiti minn isem il-frotta), prodotti permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni huma xarbiet ta’ l-ispirtu: 1) prodotti permezz tal-maċerazzjoni, fil-limiti proporzjonali minimi ta’ 100 kilogramm frott għal kull 20 litru alkoħol ta’ 100% vol., ta’ ċertu frott tal-bosk ( berries ) u frott ieħor bħaċ-ċawsli, it-tut salvaġġ, il-mirtill u oħrajn, sew jekk iffermentati parzjalment jew inkella mhux iffermentati, fl-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew fi spirtu jew distillat, segwita mid-distillazzjoni. 2) ikopru xarbiet ta’ l-ispirtu miksuba mill-frottiet li ġejjin: - it-tut salvaġġ ( Rubus fruticosus L.), - il-frawli ( Fragaria L.), - il-mirtill ( Vaccinium myrtillus L.), - iċ-ċawsli ( Rubus idaeus L.), - il-passolina l-ħamra ( Ribes vulgare Lam. ), - il-pruna salvaġġa ( Prunus spinosa L.), - ir- rowanberry ( Sorbus domestica L.), - is- service-berry ( Sorbus domestica L.), - il-frotta ta’ l-ileks ( Ilex cassine L.), - iċ- checkerberry ( Sorbus turminalis L.), - l- elderberry ( Sambucus nigra L.). - ir- rosehip (R osa canina L.) - il-passolina s-sewda ( Ribes nigrum L.), - il-banana ( Musa paradisiaca ), - il-frotta tal-passjoni ( Passiflora eduli s), - l-ambarella ( Spondias dulcis ), - il- hog plum ( Spondias mombin ). b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta’ Spirti ta’ (segwiti minn isem il-frotta), prodotti permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni hija ta’ 37,5%. c) It-togħma ta' l-Ispirti ta’ (segwiti minn isem il-frotta), prodotti permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni tista’ tiġi ssupplimentata minn sustanzi għat-togħma u/jew preparazzjonjiet għat-togħma apparti minn dawk li jiġu mill-frotta użata. Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-Ispirti ta’ (segwiti minn isem il-frotta), prodotti permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni. Madankollu, it-togħma karatteristika tax-xarba u lewnha jridu jinġiebu esklussivament mill-frotta użata. d) Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ l-Ispirti ta’ (segwiti minn isem il-frotta), prodotti permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni, il-kelmiet “prodott permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” jridu jidhru fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'karattri ta' l-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja, tal-kelmiet “Spirtu ta’ (segwit minn isem il-frotta)” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta’ quddiem. 14. Il- Geist (flimkien ma’ isem il-frotta) a) Il- Geist (flimkien ma’ isem il-frotta) huwa xarba ta’ l-ispirtu miksuba permezz tal-maċerazzjoni ta’ frott tal-bosk ( berries ) mhux iffermentat bħaċ-ċawsli, it-tut salvaġġ, il-mirtill u oħrajn f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, segwita mid-distillazzjoni. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Geist (flimkien ma’ isem il-frotta) hija ta’ 37,5%. c) It-togħma tal- Geist (flimkien ma’ isem il-frotta), tista’ tiġi ssupplimentata minn sustanzi għat-togħma u/jew preparazzjonjiet għat-togħma apparti minn dawk li jiġu mill-frotta użata. Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- Geist (flimkien ma’ isem il-frotta). Madankollu, it-togħma karatteristika tax-xarba u lewnha għandhom jinġiebu esklussivament mill-frotta użata. 15. Xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott a) Xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott huma xarbiet ta’ l-ispirtu miksuba permezz tal-maċerazzjoni tal-frott fl-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola u/jew f'distillat ta' oriġini agrikola u/jew fi spirtu meta l-kwantità ta' frott użata ma tkunx ta’ anqas minn 5 kg għal kull 20 litru alkoħol ta’ 100% vol. użat. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tax-xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott hija ta’ 25%. c) It-togħma ta' dawn ix-xarbiet ta’ l-ispirtu tista’ tiġi ssupplimentata minn sustanzi għat-togħma u/jew preparazzjonjiet għat-togħma apparti minn dawk li jiġu mill-frotta użata. Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott. Madankollu, it-togħma karatteristika tax-xarba u lewnha jridu jinġiebu esklussivament mill-frotta użata. d) Ix-xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott jinbiegħu taħt l-isem ‘xarba ta’ l-ispirtu ta'’ segwit minn isem il-frotta. 16. L-ispirtu tal-ġenzjana a) L-ispirtu tal-ġenzjana huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta mid-distillat tal-ġenzjana, li min-naħa tiegħu jinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta’ għerq il-ġenzjana flimkien maż-żieda ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jew mingħajrha. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l-ispirtu tal-ġenzjana hija ta’ 37,5%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l-ispirtu tal-ġenzjana. 17. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru a) Ix-xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru huma xarbiet ta’ l-ispirtu prodotti billi tingħata t-togħma tal-frotta tal-ġnibru ( juniperus communis ) lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew l-ispirtu taċ-ċereali u/jew id-distillat taċ-ċereali. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tax-xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru hija ta’ 15%. c) Sustanzi għat-togħma oħrajn naturali u/jew identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew preparazzjonijiet għat-togħma kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva, u/jew pjanti aromatiċi jew partijiet minn pjanti aromatiċi jistgħu jintużaw bħala addittivi, iżda l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġnibru jridu jkunu dixxernibbli, anke jekk xi kultant dawn ikunu mdgħajfa. d) Ix-xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru jistgħu jinbiegħu taħt l-ismijiet ‘ Wacholder ’, ‘ ginebra ’, jew ‘ genebra’. 18. Il- Ġinn a) Il- Ġinn huwa xarba ta’ l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru prodotta billi tingħata t-togħma b’mod organolettiku lil alkoħol etiliku adatt ta' oriġini agrikola. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- ġinn hija ta’ 37,5%. c) Sustanzi għat-togħma oħrajn naturali u/jew identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew preparazzjonijiet għat-togħma kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva biss iridu jintużaw fil-produzzjoni tal-ġinn sabiex tippredomina t-togħma tal-ġnibru. 19. Il- ġinn iddistillat a) Il- ġinn iddistillat huwa: 1) xarba ta’ l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru prodotta biss permezz tar-ridistillazzjoni b’mod organolettiku ta’ alkoħol etiliku adatt ta’ oriġini agrikola ta’ kwalità xierqa b’qawwa alkoħolika inizjali ta' mhux anqas minn 96% vol. f’imqatar tradizzjonali użati għall-ġinn, fil-preżenza ta' frott tal-ġnibru u materjali botaniċi naturali oħrajn sakemm it-togħma tal-ġnibru tkun predominanti, jew 2) permezz ta' taħlit tal-prodott tat-tali distillazzjoni u l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola ta' l-istess kompożizzjoni, purità u qawwa alkoħolika; sustanzi għat-togħma naturali u/jew identiċi għal dawk naturali u/jew preparazzjonijiet għat-togħma kif speċifikat fil-punt 18(c) jistgħu jintużaw ukoll sabiex jagħtu t-togħma lill-ġinn iddistillat. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- ġinn iddistillat hija ta’ 37,5%. c) Il- ġinn miksub sempliċiment billi jinżiedu l-essenzi jew is-sustanzi għat-togħma ma' l-alkoħol elitiku ta' oriġini agrikola mhuwiex ġinn iddistillat. 20. Il-ġinn ta’ Londra a) Il- ġinn ta’ Londra huwa tip ta’ ġinn iddistillat: 1) miksub esklussivament minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, b’kontenut massimu ta’ metanol li ma jaqbiżx il-5 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, 2) li t-togħma tiegħu hija introdotta biss permezz tar-ridistillazzjoni f'imqatar tradizzjonali ta' l-alkoħol etiliku fil-preżenza tal-materjali naturali mill-pjanti kollha użati, 3) id-distillat li jirriżulta minnu fih ta' l-anqas 70% alkoħol skond il-volum, 4) li fih, kull alkoħol etiliku ieħor miżjud irid ikun esklussivament mill-istess materja prima, 5) li ma jkunx fih ħlewwa jew koloranti miżjuda, 6) li ma jkunx fih ingredjenti miżjuda għajr l-ilma. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- ġinn ta’ Londra hija ta’ 37,5%. c) It-terminu “ ġinn ta’ Londra ” jista’ jkun issupplimentat bit-terminu “ dry ”. 21. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma ta’ l-anisi a) Xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma ta’ l-anisi huma xarbiet ta’ l-ispirtu prodotti billi tingħata t-togħma ta’ l-anisi ( Carum carvi L.) lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tax-xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma ta’ l-anisi hija ta’ 30%. c) Sustanzi għat-togħma oħrajn naturali u/jew identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew preparazzjonijiet għat-togħma kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva, jistgħu jintużaw b’mod addizzjonali iżda għandu jkun hemm togħma predominanti ta' l-anisi. 22. Akvavit jew akwavit a) L- akvavit jew akwavit huwa xarba ta’ l-ispirtu bit-togħma ta' l-anisi b'distillat ta' pjanti jew ħwawar. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l- akvavit jew akwavit hija ta’ 37,5%. c) Jistgħu jintużaw sustanzi addizzjonali oħrajn għat-togħma, iżda t-togħma ta’ dawn ix-xarbiet hija attribbwili l-aktar għad-distillati ta’ l-anisi u/jew żerriegħet ix-xibt ( Anethum graveolens L.), filwaqt li l-użu taż-żjut ta’ l-essenza huwa pprojbit. d) Is-sustanzi morri m’għandhomx jiddominaw it-togħma b’mod ovvju; il-kontenut ta’ l-estratt niexef m’għandux jaqbeż il-1,5 grammi għal kull 100 millilitru. 23. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma ta’ l-aniżetta a) Ix-xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma ta' l-aniżetta huma xarbiet ta' l-ispirtu prodotti billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola permezz ta' estratti naturali ta’ l-anisi stellata ( Illicium verum ), l-anisi ( Pimpinella anisum ), il-bużbież ( Foeniculum vulgare ), jew kwalunkwe pjanta oħra li fiha l-istess kostitwent aromatiku prinċipali, bl-użu ta’ wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin jew il-kombinazzjoni tagħhom: 1) il-maċerazjoni u/jew id-distillazzjoni, 2) ir-ridistillazzjoni ta’ l-alkoħol fil-preżenza taż-żrieragħ jew partijiet oħra tal-pjanti speċifikati hawn fuq, 3) iż-żieda ta' estratti distillati naturali ta' pjanti bit-togħma ta' l-aniżetta. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tax-xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma ta’ l-aniżetta hija ta’ 15%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ xarbiet ta’ l-ispirtu bit-togħma ta’ l-aniżetta. d) Estratti jew żrieragħ aromatiċi minn pjanti naturali oħrajn jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma ta’ l-aniżetta trid tibqa’ predominanti. 24. Il- pastis a) Il- pastis huwa xarba ta’ l-ispirtu bit-togħma ta’ l-aniżetta li fiha wkoll estratti naturali ta’ għerq il-likorizja ( Glycyrrhiza glabra ), li jimplika l-preżenza tal-koloranti magħrufa bħala ‘ chalcones ’ kif ukoll l-aċidu glikoċirriżiku, li l-livelli minimi u massimi tiegħu għandhom ikunu ta’ 0,05 u 0,5 ta’ gramma għal kull litru rispettivament. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- pastis hija ta’ 40%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- pastis . d) Il- pastis fih anqas minn 100 gramma ta’ zokkor għal kull litru u għandu livelli ta’ anethole mimimi u massimi ta’ 1,5 u 2 grammi għal kull litru rispettivament. 25. Pastis de Marseille a) Il- pastis de Marseille huwa pastis b’kontenut ta' anethole ta' 2 grammi għal kull litru. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- pastis de Marseille hija ta’ 45%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- pastis de Marseille . 26. L- anis a) L- anis hija xarba ta' l-ispirtu bit-togħma ta' l-aniżetta li t-togħma karatteristika tagħha tiġi esklussivament mill-anisi ( Pimpinella anisum ) u/jew l-anisi stellata ( Illicium verum ) u/jew il-bużbież ( Foeniculum vulgare ). b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l- anis hija ta’ 35%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l- anis . 27. L- anis iddistillata a) L- anis iddistillata hija anis fejn ix-xarba jkun fiha alkoħol iddistillat fil-preżenza taż-żrieragħ, sakemm it-tali alkoħol jikkostitwixxi ta' l-anqas 20% tal-qawwa alkoħolika tax-xarba. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ l- anis iddistillata hija ta’ 35%. c) Preparazzjoni u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ l- anis iddistillata. 28. Xarbiet ta’ l-ispirtu b’togħma morra jew bitter a) Xarbiet ta’ l-ispirtu b’togħma morra jew bitter huma xarbiet ta’ l-ispirtu b'togħma predominantement morra prodotti billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola permezz ta’ sustanzi għat-togħma naturali u/jew identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u (ii) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew preparazzjonijiet għat-togħma kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(c) ta’ dik id-Direttiva. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ xarbiet ta’ l-ispirtu b'togħma morra jew bitter hija ta’ 15%. c) Xarbiet ta’ l-ispirtu b’togħma morra jew bitter jistgħu jinbiegħu wkoll taħt l-ismijiet ‘ amer ’ jew ‘ bitter’ flimkien ma’ terminu ieħor jew mingħajru. 29. Il-vodka a) Il-vodka hija xarba ta’ l-ispirtu prodotta mill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola: 1) miksuba wara l-fermentazzjoni, bil-ħmira, minn materja prima agrikola, 2) iddistillata u/jew imsoffija sabiex il-karatteristiċi organolettiċi tal-materja prima użata u tal-prodotti sekondarji fformati waqt il-fermentazzjoni jitnaqqsu b’mod selettiv, Dan il-proċess jista’ jiġi segwit b’ridistillazzjoni u/jew trattament permezz ta’ assistenzi xierqa għall-ipproċessar, inkluż it-trattament bil-faħam tal-kannol attivat, sabiex ix-xarba tingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, Il-livelli massimi ta’ residwu għandhom jissodisfaw lil dawk stabbiliti fl-Anness I għall-alkoħol etiliku, ħlief li r-residwu tal-metanol fil-prodott aħħari m’għandux jaqbeż l-10 grammi għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal-vodka hija ta’ 37,5%. c) L-uniċi sustanzi għat-togħma li jistgħu jinżiedu huma l-komposti għat-togħma naturali preżenti fid-distillat miksub mill-materjali prima ffermentati. Flimkien ma' dan, il-prodott jista’ jingħata karatteristiċi organolettiċi speċjali, minbarra it-togħma predominanti. d) Bla preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar tal-vodka għandu juri fl-istess kamp viżwali bħal dak tad-denominazzjoni tal-bejgħ, il-materji prima utilizzati fil-produzzjoni ta' l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. It-tipa m'għandhiex tkun akbar minn nofs id-daqs ta' dik użata għad-denominazzjoni tal-bejgħ u lanqas ma tkun iċken minn terz tagħha. 30. Vodka mogħtija togħma oħra a) Vodka mogħtija togħma oħra hija vodka li tkun ingħatat togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima, b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ vodka mogħtija togħma oħra, hija ta’ 37,5%. c) Vodka mogħtija togħma oħra tista’ tkun imħellwa, ibblendjata, mogħtija t-togħma, immaturata jew ikkulurita, d) Vodka mogħtija togħma oħra tista’ tinbiegħ ukoll taħt l-isem ta' kwalunkwe togħma predominanti flimkien mal-kelma “vodka”. 31. Liker a) Liker huwa xarba ta’ l-ispirtu: 1) li għandu kontenut minimu ta’ zokkor, espress bħala zokkor invertit, ta’: i) 80 g għal kull litru fil-każ ta’ likers ġenzjani mħejjija bil-ġenzjana bħala l-unika sustanza aromatika, ii) 70 g għal kull litru fil-każ ta’ likers taċ-ċirasa li l-alkoħol etiliku tagħhom ikun jikkonsisti biss fi spirtu taċ-ċirasa, iii) 100 gramma għal kull litru fil-każijiet l-oħrajn kollha; 2) prodotta billi tingħata t-togħma lill-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillat ta’ oriġini agrikola jew xarba ta’ l-ispirtu jew aktar jew taħlita tagħhom, imħellwin u possibilment biż-żieda ta’ prodotti ta' oriġini agrikola bħall-krema, il-ħalib jew prodotti oħra dderivati mill-ħalib, frott, inbid jew inbid issaporit. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum ta’ liker hija ta’ 15%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE u preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(ii) ta' dik id-Direttiva biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija ta’ liker. Madankollu, preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma identiċi għal dawk naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(ii) ta’ dik id-Direttiva ma jistgħux jintużaw fit-tħejjija ta’ dawn il-likers li ġejjin: 1) Likers tal-frott: - passolina sewda, - ċirasa, - tut, - ċawsli, - mirtill, - frott taċ-ċitru, - frott l-għollieq tal-muntanji ( cloudberry ) - frott l-għollieq ta’ l-arktiku, - cranberry , - lingonberry , - pruna salvaġġa marina; 2) Likers tal-pjanti: - nagħniegħ, - ġenzjana, - aniżetta, - ġenepi, - vulnerarja. d) It-termini komposti li ġejjin jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta’ likers prodotti fil-Komunità fil-każ ta’ użu ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola li jirrifletti l-metodi ta' produzzjoni tradizzjonali: - brandi tal-pruna, - brandi tal-larinġ, - brandi tal-berquq, - brandi taċ-ċirasa, - solbaerrom , imsejjaħ ukoll rum tal-passolina s-sewda. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' dawk il-likers, it-terminu kompost għandu jidher fuq it-tikketta f'linja waħda bl-istess tipa u lewn u l-kelma ‘liker’ trid tidher fil-viċin immedjat b’karattri li ma jkunux iżgħar minn dik it-tipa. Jekk l-alkoħol ma jkunx ġej mix-xarba ta’ l-ispirtu indikata, l-oriġini tiegħu jrid jintwera fuq it-tikketta fl-istess kamp viżiv tat-terminu kompost u ‘liker’ jew billi jiġi ddikjarat it-tip ta’ alkoħol agrikolu inkella permezz tal-kelmiet ‘alkoħol agrikolu’ ippreċeduti kull darba minn ‘magħmul minn’ jew ‘magħmul billi ntuża’. 32. Crème de (segwit minn isem ta’ frotta jew tal-materjal prima użat) a) Ix-xarbiet ta’ l-ispirtu magħrufin bħala “ Crème de…”, segwiti minn isem ta' frotta jew tal-materja prima użata, minbarra l-prodotti tal-ħalib, huma likers b'kontenut ta' zokkor ta' 250 gramma kull litru espress bħala zokkor invertit. b) Il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta’ Crème de (segwit minn isem ta’ frotta jew tal-materjal prima użat) hija ta’ 15%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għal dan il-prodott. 33. Il- Crème de cassis a) Il- Crème de cassis huwa liker tal-passolina s-sewda li fih ta’ l-anqas 400 gramma zokkor kull litru espressa bħala zokkor invertit. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- crème de cassis hija ta’ 15%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għall- crème de cassis . 34. Il- Guignolet a) Il- Guignolet huwa liker miksub permezz tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa f’alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Guignolet hija ta’ 15%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għall- Guignolet . 35. Il- Punch au rhum a) Il- punch au rhum huwa liker li l-kontenut ta’ alkoħol tiegħu jiġi esklussivament mir-rum. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- punch au rhum hija ta’ 15%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għall- punch au rhum . 36. Il- ġinn tal-pruna salvaġġa a) Il- ġinn tal-pruna salvaġġa huwa liker prodott permezz tal-maċerazzjoni ta’ prun salvaġġ fil-ġinn bil-possibilità ta’ żieda ta’ prun salvaġġ magħsur. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- ġinn tal-pruna salvaġġa hija ta’ 25%. c) Preparazzjoni u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- ġinn tal-pruna salvaġġa. 37. Is- Sambuca a) Is- Sambuca huwa liker bla lewn bit-togħma ta’ l-aniżetta: 1) li fih id-distillati ta’ l-anisi ( Pimpinella anisum L.), l-anisi stellata ( Illicium verum L.) jew ħwawar aromatiċi oħra, 2) li għandu kontenut minimu ta’ zokkor ekwivalenti għal 350 gramma għal kull litru ta’ zokkor invertit, 3) li għandu kontenut ta’ anethole naturali ta’ mhux anqas minn gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tas- Sambuca hija ta’ 38%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għas- Sambuca . 38. Il- Mistrà a) Il- Mistrà huwa liker bla lewn bit-togħma ta' l-aniżetta jew l- anethole naturali: 1) li għandu kontenut ta’ anethole ta’ mhux anqas minn gramma u mhux aktar minn 2 grammi kull litru, 2) li jista' jkun fih ukoll distillat ta' ħwawar aromatiċi, 3) li ma jkun fih l-ebda zokkor miżjud. b) Il-qawwa alkoħolika skond il-volum tal-Mistrà hija ta’ mhux anqas minn 40% u mhux aktar minn 47%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għall- Mistrà . 39. Il- Maraschino jew Marrasquino a) Il- Maraschino jew Marrasquino huwa liker bla lewn li togħmtu tiġi prinċipalment mid-distillat taċ-ċirasa maraskina jew tal-prodott tal-maċerazzjoni taċ-ċirasa jew partijiet taċ-ċirasa f'alkoħol ta' oriġini agrikola b'kontenut minimu ta' zokkor ekwivilenti għal 250 gramma għal kull litru ta' zokkor invertit. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Maraschino jew Marrasquino hija ta’ 24%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għall- Maraschino jew Marrasquino . 40. In- Nocino a) In-Nocino huwa liker li togħmtu tiġi prinċipalment permezz tal-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni tal-qlub sħaħ tal-ġewż aħdar ( Jugians regia L.) b’kontenut minimu ta’ zokkor ekwivalenti għal 100 gramma għal kull litru ta’ zokkor invertit. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tan- Nocino hija ta’ 30%. c) Ir-regoli dwar il-preparazzjonijiet u s-sustanzi għat-togħma għal likers stabbiliti taħt il-punt 31 japplikaw għan- Nocino. 41. Il-liker tal-bajd jew advocaat jew avocat jew Advokat a) Il-liker tal-bajd jew advocaat jew avocat jew Advokat huwa xarba ta’ l-ispirtu, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u zokkor jew għasel ta’ kwalità. Il-kontenut minimu ta’ zokkor jew għasel irid ikun ta’ 150 gramma f’kull litru. Il-kontenut minimu ta’ isfar tal-bajd irid ikun ta’ 140 gramma f’kull litru tal-prodott aħħari. b) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1(c), il-qawwa alkoħolika minima skond il-volum tal-liker tal-bajd jew advocaat jew avocat jew Advokat hija ta’ 14%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-liker tal-bajd jew advocaat jew avocat jew Advokat . 42. Il-liker bil-bajd a) Il-liker bil-bajd huwa xarba ta’ l-ispirtu, sew bit-togħma miżjuda jew le, miksuba minn alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillat u/jew spirtu, li l-ingredjenti tiegħu huma l-isfar tal-bajd, l-abjad tal-bajd u zokkor jew għasel ta’ kwalità. Il-kontenut minimu ta’ zokkor jew għasel irid ikun ta’ 150 gramma f’kull litru. Il-kontenut minimu ta’ isfar tal-bajd irid ikun ta’ 70 gramma f’kull litru tal-prodott aħħari. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal-liker bil-bajd hija ta’ 15%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal-liker bil-bajd. 43. Il- Vaekevae gloegi jew Spritgloegg a) Il-Vaekevae gloegi jew Spritgloegg huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta billi l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola jingħata t-togħma permezz ta’ l-aroma naturali jew identika għal dik naturali ta’ l-imsiemer tal-qronfol u/jew il-kannella bl-użu ta' wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin: il-maċerazzjoni u/jew id-distillazzjoni, ir-ridistillazzjoni ta’ l-alkoħol fil-preżenza tal-partijiet tal-pjanti speċifikati hawn fuq, iż-żieda ta’ togħma naturali jew identika għal dik naturali ta’ l-imsiemer tal-qronfol jew il-kannella jew kombinazzjoni ta’ dawn il-metodi. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Vaekevae gloegi jew Spritgloegg hija ta’ 15%. c) Estratti tal-pjanti għat-togħma naturali jew identiċi għal dawk naturali f’konformità mad-Direttiva 88/388/KEE jistgħu jintużaw ukoll, iżda t-togħma predominanti trid tkun dik tal-ħwawar speċifikati. d) Il-kontenut ta’ nbid jew prodotti ta’ l-inbid ma jistax jaqbeż il-50%. 44. Il- Berenburg jew Beerenburg a) Il- Berenburg jew Beerenburg huwa xarba ta’ l-ispirtu: 1) prodotta permezz ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, 2) permezz ta’ maċerazzjoni ma’ frott jew pjanti jew partijiet minnhom, 3) li jkun fiha bħala togħma speċifika d-distillat ta’ għerq il-ġenzjana ( Gentiana lutea L.), ta’ frott il-ġnibru ( Juniperus communis L.) u tal-weraq tar-rand ( Laurus nobilis L.), 4) li tvarja fil-lewn minn kannella ċar sa skur, 5) li tista’ tkun imħellwa sa kontenut massimu ekwivalenti għal 20 gramma għal kull litru ta’ zokkor invertit. b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tal- Berenburg jew Beerenburg hija ta’ 30%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tal- Berenburg jew Beerenburg . 45. It- Topinambur a) It- Topinambur huwa xarba ta’ l-ispirtu prodotta biss permezz tal-fermentazzjoni tat-tuberi ta’ l-artiċokk ( Helianthus tuberosus L.). b) Il-qawwa alkoħolika mimima skond il-volum tat- Topinambur hija ta’ 38%. c) Preparazzjonijiet u sustanzi għat-togħma naturali kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 88/388/KEE biss jistgħu jintużaw fit-tħejjija tat- Topinambur . Kategorija C: Xarbiet ta' l-ispirtu oħrajn 1. Ix-xarbiet ta' l-ispirtu kollha li jissodisfaw id-definizzjoni ta' l-Artikolu 1 iżda ma jikkwalifikawx biex jiddaħħlu fil-Kategoriji A jew B jiġu deskritti, ippreżentati u ttikkettati bid-denominazzjoni tal-bejgħ “xarba ta’ l-ispirtu”. 2. Ir- Rum-Verschnitt huwa prodott fil-Ġermanja u jinkiseb billi jitħalltu r-rum u l-alkoħol, fejn proporzjon mimimu ta’ 5% ta’ l-alkoħol fil-prodott aħħari trid tiġi mir-rum. Fir-rigward tat-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodott Rum-Verschnitt il-kelma “ Verschnitt” trid tidher fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar b'karattri ta' l-istess tipa, daqs u lewn, u fuq l-istess linja, tal-kelma “ Rum ” u, fil-każ tal-fliexken, fuq it-tikketta ta’ quddiem. Meta dan il-prodott jinbiegħ barra mis-suq Ġermaniż, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta. 3. Is- Slivovice huwa prodott fir-Republika Ċeka u jinkiseb permezz taż-żieda mad-distillat ta’ l-għanbaqar, qabel id-distillazzjoni aħħarija, ta’ proporzjon massimu ta’ 30% skond il-volum ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. Dan il-prodott irid jiġi deskritt bħala “xarba ta' l-ispirtu” u l-isem Slivovice jista' jintuża wkoll fl-istess kamp viżiv fuq it-tikketta ta' quddiem. Jekk dan is- Slivovice Ċek jitmexxa fis-suq tal-Komunità, il-kompożizzjoni alkoħolika tiegħu trid tintwera fuq it-tikketta. Din id-dispożizzjoni hija bla preġudizzju għall-użu ta’ l-isem Slivovice għal spirti tal-frott skond il-punt 9 tal-Kategorija A. ANNESS IIIINDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI Kategorija tal-prodott[16] | Indikazzjoni Ġeografika | Oriġini Ġeografika | A. Spirti | 1. Rum | Rhum de la Réunion / Rhum de la Réunion traditionnel | La Réunion | Rhum de la Guyane / Rhum de la Guyane traditionnel | Il-Gujana | Ron de Málaga | … | Ron de Granada | … | Rum da Madeira | … | 2. Wiski | Scotch Whisky / Scotch | L-Iskozja | Irish Whisky | L-Irlanda | Whisky español | Spanja | (Dawn id-denominazzjonijiet jistghu jkunu ssupplimentati bit-termini “malt” jew “grain”) | Irish Whiskey | L-Irlanda | Uisce Beatha Eireannach / Irish Whiskey | L-Irlanda | (Dawn id-denominazzjonijiet jistghu jkunu ssupplimentati bit-termini “pot still” jew “malt” jew “grain”) | 3. Spirti taċ-ċereali (grain spirits) | Eau-de-vie de seigle de marque nationale luxembourgeoise | Il-Lussemburgu | Korn / Kornbrand | L-Awstrija, il-Ġermanja | 4. Spirti ta’ l-inbid | Eau-de-vie de Cognac | … | Eau-de-vie des Charentes | … | Cognac | … | (Id-denominazzjoni “Cognac” tista’ tkun issupplimentata bit-termini li gejjin: | – Fine | … | – Grande Fine Champagne | … | – Grande Champagne | … | – Petite Fine Champagne | … | – Fine Champagne | … | – Borderies | … | – Fins Bois | … | – Bons Bois) | … | Fine Bordeaux | … | Armagnac | … | Bas-Armagnac | … | Haut-Armagnac | … | Ténarèse / Armagnac-Ténarèze | … | Eau-de-vie de vin de la Marne | … | Eau-de-vie de vin originaire d'Aquitaine | … | Eau-de-vie de vin de Bourgogne | … | Eau-de-vie de vin originaire du Centre-Est | … | Eau-de-vie de vin originaire de Franche-Comté | … | Eau-de-vie de vin originaire du Bugey | … | Eau-de-vie de vin de Savoie | … | Eau-de-vie de vin originaire des Coteaux de la Loire | … | Eau-de-vie de vin des Côtes-du-Rhône | … | Eau-de-vie de vin originaire de Provence | … | Eau-de-vie de Faugères / Faugères | … | Eau-de-vie de vin originaire du Languedoc | … | Aguardente do Minho | … | Aguardente do Douro | … | Aguardente da Beira Interior | … | Aguardente da Bairrada | … | Aguardente do Oeste | … | Aguardente do Ribatejo | … | Aguardente do Alentejo | … | Aguardente do Algarve | … | 5. Brandi | Brandy de Jerez | … | Brandy del Penedés | … | Brandy italiano | L-Italja | Brandy Αττικης / Brandy of Attica | … | Brandy Πελλοπονησου / Brandy of the Peloponnese | … | Brandy Κεντρικης Ελλαδας / Brandy of Central Greece | … | Deutscher Weinbrand | Il-Ġermanja | Wachauer Weinbrand | … | Weinbrand Dürnstein | … | Karpatské brandy špeciál | … | 6. Spirtu tal-karfa ta’ l-għeneb magħsur | Eau-de-vie de marc de Champagne | … | Marc de Champagne | … | Eau-de-vie de marc originaire d'Aquitaine | … | Eau-de-vie de marc de Bourgogne | … | Eau-de-vie de marc originaire du Centre-Est | … | Eau-de-vie de marc originaire de Franche-Comté | … | Eau-de-vie de marc originaire de Bugey | … | Eau-de-vie de marc originaire de Savoie | … | Marc de Bourgogne | … | Marc de Savoie | … | Marc d'Auvergne | … | Eau-de-vie de marc originaire des coteaux de la Loire | … | Eau-de-vie de marc des côtes du Rhône | … | Eau-de-vie de marc originaire de Provence | … | Eau-de-vie de marc originaire du Languedoc | … | Marc d'Alsace Gewürztraminer | … | Marc de Lorraine | … | Bagaceira do Minho | … | Bagaceira do Douro | … | Bagaceira da Beira Interior | … | Bagaceira da Bairrada | … | Bagaceira do Oeste | … | Bagaceira do Ribatejo | … | Bagaceiro do Alentejo | … | Bagaceira do Algarve | … | Orujo gallego | … | Grappa | L-Italja | Grappa di Barolo | … | Grappa piemontese / Grappa del Piemonte | … | Grappa lombarda / Grappa di Lombardia | … | Grappa trentina / Grappa del Trentino | … | Grappa friulana / Grappa del Friuli | … | Grappa veneta / Grappa del Veneto | … | Südtiroler Grappa / Grappa dell'Alto Adige | … | Τσικουδια Κρητης / Tsikoudia of Crete | … | Τσιπουρο Μακεδονιας / Tsipouro of Macedonia | … | Τσιπουρο Θεσσαλιας / Tsipouro of Thessaly | … | Τσιπουρο Τυρναβου / Tsipouro of Tyrnavos | … | Eau-de-vie de marc de marque nationale luxembourgeoise | Il-Lussemburgu | Zivania | Ċipru | Pálinka | L-Ungerija | 9. Spirti tal-frott | Schwarzwälder Kirschwasser | … | Schwarzwälder Himbeergeist | … | Schwarzwälder Mirabellenwasser | … | Schwarzwälder Williamsbirne | … | Schwarzwälder Zwetschgenwasser | … | Fränkisches Zwetschgenwasser | … | Fränkisches Kirschwasser | … | Fränkischer Obstler | … | Mirabelle de Lorraine | … | Kirsch d'Alsace | … | Quetsch d'Alsace | … | Framboise d'Alsace | … | Mirabelle d'Alsace | … | Kirsch de Fougerolles | … | Südtiroler Williams / Williams dell'Alto Adige | … | Südtiroler Aprikot / Aprikot dell'Alto Adige | … | Südtiroler Marille / Marille dell'Alto Adige | … | Südtiroler Kirsch / Kirsch dell'Alto Adige | … | Südtiroler Zwetschgeler / Zwetschgeler dell'Alto Adige | … | Südtiroler Obstler / Obstler dell'Alto Adige | … | Südtiroler Gravensteiner / Gravensteiner dell'Alto Adige | … | Südtiroler Golden Delicious / Golden Delicious dell'Alto Adige | … | Williams friulano / Williams del Friuli | … | Sliwovitz del Veneto | … | Sliwovitz del Friuli-Venezia Giulia | … | Sliwovitz del Trentino-Alto Adige | … | Distillato di mele trentino / Distillato di mele del Trentino | … | Williams trentino / Williams del Trentino | … | Sliwovitz trentino / Sliwovitz del Trentino | … | Aprikot trentino / Aprikot del Trentino | … | Medronheira do Algarve | … | Medronheira do Buçaco | … | Kirsch Friulano / Kirschwasser Friulano | … | Kirsch Trentino / Kirschwasser Trentino | … | Kirsch Veneto / Kirschwasser Veneto | … | Aguardente de pèra da Lousa | … | Eau-de-vie de pommes de marque nationale luxembourgeoise | Il-Lussemburgu | Eau-de-vie de poires de marque nationale luxembourgeoise | Il-Lussemburgu | Eau-de-vie de kirsch de marque nationale luxembourgeoise | Il-Lussemburgu | Eau-de-vie de quetsch de marque nationale Il-Lussemburgueoise | Il-Lussemburgu | Eau-de-vie de mirabelle de marque nationale Il-Lussemburgueoise | Il-Lussemburgu | Eau-de-vie de prunelles de marque nationale Il-Lussemburgueoise | Il-Lussemburgu | Wachauer Marillenbrand | … | Szatmári Szilvapálinka | … | Kecskeméti Barackpálinka | … | Békési Szilvapálinka | … | Szabolcsi Almapálinka | … | Bošácka Slivovica | … | Pálinka | L-Awstrija (fil-Länder ta’: Niederöster-reich, Burgenland, Steiermark, Wien biss), l-Ungerija | 10. Spirtu tas-sidru u spirtu tal-perry | Calvados | … | Calvados Pays d'Auge | … | Eau-de-vie de cidre de Bretagne | … | Eau-de-vie de poiré de Bretagne | … | Eau-de-vie de cidre de Normandie | … | Eau-de-vie de poiré de Normandie | … | Eau-de-vie de cidre du Maine | … | Aguardiente de sidra de Asturias | … | Eau-de-vie de poiré du Maine | … | B. Xarbiet ta' l-ispirtu speċifiċi | 15. Xarbiet ta’ l-ispirtu tal-frott | Pacharán navarro | … | Pacharán | Spanja | 16. Spirtu tal-ġenzjana | Bayerischer Gebirgsenzian | … | Südtiroler Enzian / Genzians dell'Alto Adige | … | Genziana trentina / Genziana del Trentino | … | 17. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma tal-ġnibru | Genièvre / Jenever / Genever[17] | Il-Belġju, l-Olanda u d-Dipartimenti Franċiżi Nord (59) u Pas-de-Calais (62) | Jonge jenever, jonge genever | Il-Belġju, l-Olanda u d-Dipartimenti Franċiżi Nord (59) u Pas-de-Calais (62) | Oude jenever, oude genever | Il-Belġju, l-Olanda u d-Dipartimenti Franċiżi Nord (59) u Pas-de-Calais (62) | Graanjenever, graangenever, genièvre de grains | Il-Belġju, l-Olanda u d-Dipartimenti Franċiżi Nord (59) u Pas-de-Calais (62) | Ostfriesischer Korngenever | … | Genièvre Flandres Artois | … | Hasseltse jenever | … | Balegemse jenever | … | O´ de Flander-Oost-Vlaamse Graanjenever | … | Peket-Pékêt / Peket-Pékêt de Wallonie | … | Steinhäger | … | Plymouth Gin | … | Gin de Mahón | … | Vilniaus Džinas | … | Spišská Borovička | … | Slovenská Borovička Juniperus | … | Slovenská Borovička | … | Inovecká Borovička | … | Liptovská Borovička | … | 21. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma ta’ l-anisi | Dansk Akvavit / Dansk Aquavit | Id-Danimarka | Svensk Aquavit / Svensk Akvavit / Swedish Aquavit | L-Iżvezja | 23. Xarbiet ta' l-ispirtu bit-togħma ta’ l-aniżetta | Anis español | Spanja | Évoca anisada | … | Cazalla | … | Chinchón | … | Ojén | … | Rute | … | Ouzo / Oύςο | Ċipru, il-Greċja | 28. Xarbiet ta’ l-ispirtu b’togħma morra | Demänovka bylinná horká | … | 29. Vodka | Svensk Vodka / Swedish Vodka | L-Iżvezja | Suomalainen Vodka / Finsk Vodka / Vodka of Finland | Il-Finlandja | Polska Wódka / Polish vodka | Il-Polonja | Laugarício Vodka | … | Originali Lietuviška degtiné | Il-Litwanja | Herbal vodka from the North Podlasie Lowland aromatised with an extract of bison grass / Wódka ziolowa z Niziny Pólnocnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej | … | Latvijas Dzidrais | Il-Latvja | Rīgas Degvīns | … | 31. Liker | … | Berliner Kümmel | … | Hamburger Kümmel | … | Münchener Kümmel | … | Chiemseer Klosterlikör | … | Bayerischer Kräuterlikör | … | Cassis de Dijon | … | Cassis de Beaufort | … | Irish Cream | L-Irlanda | Palo de Mallorca | … | Ginjinha portuguesa | Il-Portugall | Licor de Singeverga | … | Mirto di Sardegna | … | Benediktbeurer Klosterlikör | … | Ettaler Klosterlikör | … | Ratafia de Champagne | … | Ratafia catalana | … | Anis português | Il-Portugall | Finnish berry / Finnish fruit liqueur | Il-Finlandja | Grossglockner Alpenbitter | … | Mariazeller Magenlikör | … | Mariazeller Jagasaftl | … | Puchheimer Bitter | … | Puchheimer Schlossgeist | … | Steinfelder Magenbitter | … | Wachauer Marillenlikör | … | Jägertee / Jagertee / Jagatee | L-Awstrija | Allažu Kimelis | … | Čepkeliu | … | Demänovka Bylinný Likér | … | Polish Cherry / Wisniowka | Il-Polonja | Karlovarská Hořká | … | Xarbiet ta' l-ispirtu oħrajn | Pommeau de Bretagne | … | Pommeau du Maine | … | Pommeau de Normandie | … | Svensk Punsch / Swedish Punch | L-Iżvezja | [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, pġ. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. [2] ĠU L 105, tal-25.4.1990, pġ. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2140/1998 (ĠU L 270, tas-7.10.1998, pġ. 9). [3] ĠU L 109, tas-6.5.2000, pġ. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. [4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, pġ. 1). [5] ĠU L 336, tat-23.12.1994, pġ. 1. [6] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, pġ. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, ta’ l-1.7.2004, pġ. 21). [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23. [8] ĠU L 40, tal-11.2.1989, pġ. 1. [9] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, pġ. 1. [10] ĠU L 10, tat-12.1.2002, pġ. 53. [11] ĠU L 10, tat-12.1.2002, pġ. 47. [12] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, pġ. 3. [13] ĠU L 229, tat-30.8.1980, pġ. 1. [14] ĠU L 229, tat-30.8.1980, pġ. 11. [15] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, pġ. 13. [16] In-numerazzjoni tal-kategoriji tal-prodotti ssegwi n-numerazzjoni fl-Anness II. [17] It-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-“genièvre”, “jenever”, “genever” immarkitjati fi Spanja, u tal-“ginebra”, “genebra” immarkitjati fil-Belġju, Franza u l-Olanda, ta’ qawwa alkoħolika ta’ anqas minn 37,5% vol., għandhom jinkludu, viċin id-denominazzjoni tal-bejgħ, fejn hemm riferenza għal dan, u b'mod viżibbli, leġġibbli u li ma jitħassarx, b’karattri ta’ tul minimu ta’ 3 millimetri: – għall-“genièvre”, “jenever”, “genever”, immarkitjati fi Spanja, it-termini “espirituoso al enebro”, – għall-“ginebra”, “genebra” immarkitjati fil-Belġju t-termini “spiritueux au genièvre”/“met jeneverbessen gearomatiseerde gedistilleerde drank”, u fl-Olanda t-termini “met jeneverbessen gearomatiseerde gedistilleerde drank” u fi Franza t-termini “spiritueux au genièvre”.