EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0488

L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u l-Kumitat tar-Regjuni - Iktar Riċerka u Innovazzjoni - Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi - Strateġija Komuni {SEC(2005) 1253} {SEC(2005) 1289}

/* KUMM/2005/0488 finali */

52005DC0488




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 12.10.2005

COM(2005) 488 finali

L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona: KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Iktar Riċerka u Innovazzjoni – Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Strateġija Komuni

{SEC(2005) 1253} {SEC(2005) 1289}

WERREJ

Daħla 3

Kapitolu 1 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika ta’ l-UE 5

1.1. Regolamentazzjoni aħjar għat-teknoloġija l-ġdida 5

1.2. Ir-ridistribuzzjoni ta' l-għajnuniet Statali lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni 6

1.3. Effiċjenza u użu mtejba tal-proprjetà intellettwali 7

1.4. Suq waħdieni attraenti għar-riċerkaturi 7

1.5. L-użu tax-xiri pubbliku għat-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni 8

1.6. Użu aħjar u usa' ta’ l-inċentivi tat-taxxa 9

Kapitolu 2 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-finanzjamenti ta’ l-UE 10

2.1. Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi pubbliċi u privati għat-teknoloġiji ewlenin 11

2.2. Il-Fondi Strutturali Ewropej jistimolaw ir-riċerka u l-innovazzjoni 12

2.3. It-titjib ta’ l-aċċess ta’ l- SMEs għall-finanzi 12

2.4. Il-mobilizzazzjoni ta’ programmi nazzjonali u ta’ għejun oħra ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej 13

Kapitolu 3 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tan-negozju 15

3.1. Sħubijiet intensifikati bejn l-universitajiet u l-industrija 15

3.2. Poli ta’ l-innovazzjoni u raggruppamenti industrijali u ta’ riċerka 16

3.3. Servizzi ta’ appoġġ pro-attiv lin-negozji għall-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni 16

3.4. Il-ġestjoni ta’ l-innovazzjoni u l-bidla soċjali 17

3.5. Il-potenzjal tas-servizzi innovattivi 18

3.6. L-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta’ Monitoraġġ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Industrijali u t-titjib tar-rappurtar dwar il-kapital intellettwali 18

Kapitolu 4 Politika ta’ riċerka u innovazzjoni mtejba 19

4.1. Ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala prijorità tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għat-tkabbir u l-impjiegi 20

4.2. Strumenti mtejba għall-analiżi tal-politika 20

4.3. Appoġġ għat-tagħlim tal-politika u l-kooperazzjoni 21

Konklużjoni 22

L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona: KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Iktar Riċerka u Innovazzjoni – Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Strateġija Komuni

Daħla

Sabiex tikseb kompetittività globali sostenibbli, l-UE ma għandhiex għażla ħlief li ssir ekonomija enerġetika msejsa fuq l-għarfien. Din hija r-raġuni għalfejn, fit-tnedija tas-sħubija l-ġdida ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi[1], il-Kunsill Ewropew għażel l-għarfien u l-innovazzjoni għat-tkabbir bħala waħda mit-tliet oqsma ewlenin fejn għandha tittieħed azzjoni. Din il-Komunikazzjoni tispeċifika l-azzjonijiet f’dan il-qasam f'konformità mas-sħubija inklussiva l-ġdida bejn il-Komunità u l-Istati Membri bbażata fuq il-Linji ta' Gwida Integrati[2] (LGI) għat-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) u fuq il-Programm Komunitarju ta’ Liżbona [3](PKL). Sabiex tkun enfasizzata l-konsistenza sħiħa mal-PKL u l-LGI, approvati mill-Kunsill Ewropew, is-sommarju ta’ kull kapitolu jagħti referenzi għad-dokumenti rilevanti. Il-politika ta’ l-innovazzjoni u dik tar-riċerka huma ċentrali għal dan, għax flimkien ikopru l-ispettru sħiħ ta’ kwistjonijiet li jaffettwaw il-ħolqien ta’ għarfien u ideat ġodda, l-użu u l-isfruttament kummerċjali tagħhom.

Il-kisba ta’ tkabbir qawwi u sostenibbli teħtieġ rispons politiku b’saħħtu u integrat. L-UE għandha timmobilizza taħlita koerenti ta' strumenti li jkopru r-riċerka, l-innovazzjoni u oqsma ta' politika oħrajn relatati. Jeħtieġ il-koordinament bejn il-livell ta’ l-Istati Membri, dak nazzjonali u dak Ewropew u l-azzjoni Ewropea għandha tappoġġa u tikkomplimenta l-isforzi ta’ l-awtoritajiet nazzjonali u s-settur privat. Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona ta’ l-2002 stabbilixxa l-għan li l-investiment kumplessiv fir-riċerka fl-UE jogħla minn 1.9% tal-PGD għal qrib it-3% sa l-2010, sabiex b’hekk il-proporzjon ta’ finanzjament privat jogħla minn 55% għal żewġ terzi. L-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu riformi u jsaħħu s-sistemi pubbliċi ta' riċerka u innovazzjoni tagħhom, jiffaċilitaw is-sħubijiet pubbliċi-privati, jassiguraw ambjent regolatorju pożittiv, jgħinu fl-iżvilupp ta' swieq finanzjarji favorevoli u joħolqu kundizzjonijiet attraenti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-karriera sabiex jinkiseb dan il-għan.

L-għan ta’ 3% u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ segwitu[4] għal iktar investiment fir-riċerka kellu effett ta’ mobilizzazzjoni fuq l-Istati Membri. Kważi kollha ffissaw miri, li - jekk jintlaħqu – iwasslu l-investiment fir-riċerka fl-UE għal 2.6% tal-PGD sa l-2010. Madankollu, minflok mhu qed jogħla, il-livell ta’ intensità tar-riċerka fl-UE huwa ftit jew wisq staġnat[5]. Fil-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri, iż-żidiet fl-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-firxa u l-ambizzjoni ta’ l-inizjattivi ta’ politika kienu ħafna inqas minn dak li jeħtieġu l-għanijiet nazzjonali tagħhom, biex ma ngħidu xejn dwar l-għan ta' l-UE. L-investiment privat huwa partikolarment baxx. Fl-istess ħin, ir-rendiment ta’ l-innovazzjoni Ewropea ma żdiditx biżżejjed[6].

Fid-dinja, il-kompetizzjoni biex jinġibdu r-riċerka u l-innovazzjoni qed tikber. Flimkien ma’ postijiet attraenti bħall-Istati Unitu u l-Ġappun, tfaċċaw kompetituri ġodda bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil. Sabiex l-UE tibqa’ kompetittiva u żżomm il-mudell tas-soċjetà tagħha, jinħtieġu urġentement riformi estensivi. Barra minn hekk, id-daqs tal-kompetizzjoni huwa tali li ebda Stat Membru ma jista' jirnexxielu waħdu. Is-sinerġiji transnazzjonali għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ. Dan huwa l-uniku mod kif ir-rendiment tar-riċerka u l-innovazzjoni jissaħħaħ u jsarraf b'mod effiċjenti f’iktar tkabbir u impjiegi fl-UE. Livell għoli ta’ nfiq fir-riċerka u l-iżvilupp u rendiment tajjeb ta’ l-innovazzjoni jikkontribwixxu għal iktar impjiegi aħjar. Barra minn hekk, ir-riċerka u l-innovazzjoni jinħtieġu sabiex l-ekonomija ta’ l-UE ssir iktar sostenibbli, permezz ta’ soluzzjonijiet li jgawdi minnhom kulħadd għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali.

Din il-Komunikazzjoni tibni fuq is-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi[7]. Tindirizza l-ispettru sħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni mhux teknoloġika. Tiddeskrivi b’mod espliċitu l-impenji meħuda mill-Programm Komunitarju ta’ Liżbona billi tniżżel fid-dettall il-miżuri b’appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni li għandhom jittieħdu u li kienu deskritti fih f’termini ġenerali. Hija tiddeskrivi azzjonijiet ambizzjużi, li jmorru lil hinn mill-Pjan ta’ Azzjoni tat-3% u l-politika ta’ innovazzjoni sal-lum[8]. Issaħħaħ ir-rabtiet bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, bil-politika tar-riċerka tagħfas iktar fuq l-iżvilupp ta’ għarfien ġdid u l-applikazzjonijiet tiegħu u l-kundizzjonijiet ta’ qafas għar-riċerka, u l-politika ta’ l-innovazzjoni tagħfas iktar fuq il-bidla ta’ l-għarfien f’valur ekonomiku u suċċess kummerċjali. F’konformità ma’ l-istrateġija tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar, miżuri b’impatt potenzjali fuq il-kompetittività se jkunu suġġetti għal evalwazzjoni ta’ l-impatt.

Kapitolu 1 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika ta’ l-UE

Ir-riċerka u l-innovazzjoni jeħtieġu ambjent regolatorju prevedibbli u pożittiv sabiex jiġbed l-investiment privat u jgħin fit-trasferiment ta’ ideat ġodda lejn is-suq. Il-politika f'dawn l-oqsma għandhom iqisu wkoll l-ispeċifitajiet settorjali, il-ħtiġijiet ta’ l- SMEs u r-rwol ta’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi, filwaqt li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika ta’ l-UE f’oqsma bħall-ambjent, is-sikurezza, is-saħħa u t-trasport. Ħafna prassi regolatorji u amministrattivi li jaffettwaw lir-riċerka u l-innovazzjoni huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Minkejja dan, il-Komunità tista’ kemm tmexxi bl-eżempju fl-oqsma tal-kompetenza tagħha stess kif ukoll tappoġġa lill-Istati Membri f’tagħhom – mhux billi tintervjeni iżda b’regolamentazzjoni u politika mtejba u iktar iffukati.

F'dan il-kuntest, l-oqsma kollha tal-politika fil-livell ta’ l-Istati Membri u ta’ l-UE għandhom jiġu adattati sabiex jappoġġaw lir-riċerka u l-innovazzjoni kull fejn dan ikun possibbli. Għandhom jippromwovu l-eċċellenza fir-riċerka bażika u applikata filwaqt li jippermettu lill-impriżi li jipproduċu, jakkwistaw u jużaw it-tekonoloġiji, l-għarfien u l-finanzi li jeħtieġu biex jisfruttaw opportunitajiet ġodda tas-suq.

1.1. Regolamentazzjoni aħjar għat-teknoloġija l-ġdida

Ir-regolamentazzjoni tista’ tgħin kif ukoll tfixkel lir-riċerka u l-innovazzjoni. Kif tagħmel dan jiddependi fuq it-tfassil tagħha, inklużi l-impatt tagħha fuq ir-riskju kummerċjali u ċ-ċertezza legali, l-ittajmjar u l-kapaċità tagħha li takkomoda soluzzjonijiet tekniċi alternattivi. Taħt l-inizjattiva ‘Regolamentazzjoni aħjar’ għat-titjib tal-liġijiet Komunitarji, l-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt issa huma mandatarji għall-proposti leġiżlattivi ġodda kollha tal-Komunità. Dan jinkludi evalwazzjoni ta’ l-effetti li proposta bħal din ikollha fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Huwa importanti wkoll li jkun hemm strateġija prevedibbli u antiċipattiva għal-leġiżlazzjoni, partikolarment għar-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti. Għal dan, neħtieġu nidentifikaw każi fejn il-leġiżlazzjoni jew l-istandards eżistenti, jew in-nuqqas tagħhom, ikunu ta’ xkiel għall-iżvilupp jew għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u għall-iżvilupp ta’ swieq ġodda. Min-naħa l-oħra, miżuri regolatorji futuri għandhom jitqiesu fl-ippjanar ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Il- Kummissjoni se żżid id-djalogu mal-partijiet interessati sabiex tidentifika x-xkiel regolatorju għar-riċerka u l-innovazzjoni , partikolarment bl-użu tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u l-Bordijiet Settorjali għall-Innovazzjoni li se jitwaqqfu taħt l-inizjattiva Europe INNOVA. Dan għandu jiffaċilita l-iżvilupp koerenti tat-teknoloġija u ta' l-ambjent regolatorju.

L-inizjattiva Europe INNOVA hija familja ta’ proġetti ta' innovazzjoni settorjali li jgħaqqdu flimkien l-analiżi u l-esperjenza prattika. Se tibda fi tmiem l-2005 u se tinkludi: “Sectoral Innovation Watch” li tevalwa r-rendiment ta' l-innovazzjoni f’setturi industrijali differenti u tidentifika l-muturi u l-isfidi għall-innovazzjoni Netwerks ta’ raggruppamenti industrijali madwar l-Ewropa, organizzati settur b’settur, għall-identifikazzjoni u l-iskambju ta' prassi tajba f'oqsma ta' politika relatati. Netwerks ta’ atturi li jiffinanzjaw l-innovazzjoni, organizzati settur b’settur, għall-identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet finanzjarji speċifiċi tal-kumpaniji f'dawn is-setturi Bordijiet ta' Innovazzjoni magħmula minn esperti ta' livell għoli ta' setturi industrijali rilevanti, akkademiċi u rappreżentanti ta' dawk li jfasslu l-politika għall-validazzjoni tas-sejbiet tal-proġett u jisiltu rakkomandazzjonijiet ta' politika Forum Europe INNOVA magħmul minn pjattaforma virtwali fejn għal kull inizjattiva marbuta mal-politika ta’ l-innovazzjoni jista’ jsir netwerking u skambju ta’ l-aħjar prassi |

- L-ambjent regolatorju jiddependi wkoll fuq il-kwalità tar-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni effiċjenti tagħha. Dan ifisser l-integrazzjoni tar-regolamenti Komunitarji fil-leġiżlazzjoni nazzjonali mingħajr ma jiżdiedu livelli ta’ burokrazija mar-regoli nazzjonali, u l-adozzjoni ta’ prassi amministrattivi favorevoli għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-Istati Membri huma mistiedna li jittrasponu u japplikaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja f’mod li jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni.

1.2. Ir-ridistribuzzjoni ta' l-għajnuniet Statali lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni

Ir-riċerka u l-innovazzjoni ġeneralment javvanzaw l-aktar fi swieq miftuħa u kompetittivi. Madankollu, kif spjegat fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Għajnuniet Statali[9], il-fallimenti tas-suq jistgħu jfixklu milli jkun hemm l-aħjar livelli għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-għajnuniet statali, fost għodod oħra ta’ politika, jistgħu jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u jibdlu l-inċentivi għall-parteċipanti tas-suq, sabiex b’hekk jiġu ffaċilitati r-riċerka u l-innovazzjoni. Filwaqt li r-regoli eżistenti diġà joffru possibilitajiet wiesgħa għall-Istati Membri biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ l-għajnuniet Statali, il-Kummissjoni ħabbret li se tirrevedi r-regoli tagħha sabiex jirriflettu aħjar il-prijoritajiet tal-politika tal-Komunità u l-ħtieġa għal sistema li tiffavorixxi iktar lir-riċerka u l-iżvilupp.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni dan l-aħħar nidiet dokument konsultattiv dwar l- Għajnuniet ta' l-Istat għall-Innovazzjoni , li jressaq proposti konkreti għat-titjib tar-regoli dwar l-għajnuniet Statali għall-innovazzjoni, sabiex jiżdiedu l-possibilitajiet ta’ finanzjament kif ukoll iċ-ċertezza legali. Ir-reviżjoni li għaddejja bħalissa għandha l-għan li tnaqqas l-għajnuniet Statali filwaqt li tindirizzahom lejn attivitajiet li għandhom l-iktar impatt sostenibbli fuq il-kompetittività, l-impjiegi u t-tkabbir. Partikolarment, il-Kummissjoni biħsiebha timmodifika l-Qafas Komunitarju għall-Għajnuniet Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp sabiex jirrifletti aħjar il-prijoritajiet tal-Komunità, pereżempju l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fir-riċerka bejn pajjiż u ieħor, is-sħubijiet pubbliċi-privati għar-riċerka, it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka u proġetti kbar ta’ riċerka b’interess komuni Ewropew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi r-regoli għall-għajnuniet Statali u l-kapital ta' riskju.

Il-Kummissjoni se tħeġġeġ ukoll l-eko-innovazzjoni u t-titjib fil-produttività permezz ta’ l-eko-effiċjenza f'konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġija Ambjentali, partikolarment fir-reviżjoni tal-linji ta’ gwida tal-Komunità għall-Għajnuniet Statali għall-ambjent.

1.3. Effiċjenza u użu mtejba tal-proprjetà intellettwali

Il-biċċa l-kbira tal-kumpaniji b'teknoloġija għolja jqisu l-proprjetà intellettwali (PI) bħal l-aktar assi preżjuża tagħhom. Il-ħarsien effettiv u effiċjenti tal-PI hija essenzjali għar-riċerka u l-innovazzjoni. Jistgħu jintilfu miljuni ta’ euro minn jum għall-ieħor jekk ma tħarisx il-PI tagħha. Għalhekk, l-UE, jekk trid tiġbed lejha kumpaniji b’teknoloġija għolja, teħtieġ sistema ta’ ħarsien tal-PI li tiflaħ għaliha finanzjarjament, li hija sikura legalment u li hija faċli biex tintuża. L-istabbiliment tat-trejdmark tal-Komunità u tad-dritt tad-disinn tal-Komunità kienu passi importanti f’din id-direzzjoni.

Sfortunatament, għad m'hemmx proċess simili għall-brevetti. Fl-UE, il-kumpaniji għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż ferm ikbar milli dawk fl-Istati Uniti. Fil-biċċa l-kbira dan huwa riżultat ta’ l-ispejjeż għolja ta’ traduzzjoni u manutenzjoni u l-ispiża involuta fid-difiża ta’ brevett Ewropew separatament fil-qrati ta’ kull Stat Membru, fil-każ ta’ xi kawża, bir-riskju ta' deċiżjonijiet konfliġġenti. L-adozzjoni tal-brevett Komunitarju se jsolvi ħafna minn dawn il-problemi bill toħloq qorti unitarja tal-brevetti u tnaqqas l-ispejjeż għat-traduzzjoni.

Iżda dan mhuwiex biżżejjed. L-utenti ħafna drabi jonqsu mill jħarsu l-proprjetà intellettwali tagħhom minħabba li ma jkunux jafu bil-possibilitajiet kurrenti. Għalhekk, il-Kummissjoni se ssaħħaħ is-servizzi eżisteni ta’ tagħrif u appoġġ, bħalma hi l- Helpdesk għad-Drittijiet tal-PI , u se tħeġġeġ kooperazzjoni aħjar fost l-aġenziji nazzjonali rilevanti . Jista' jingħata kofinanzjament Komunitarju għal proġetti konġunti taħt l-inizjattiva PRO INNO, u għall-koordinament tal-politika taħt l-inizjattiva RTD OMC-Net.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tniedi djalogu ma’ l-industrija u ma’ partijiet interessati oħra fl-2006 sabiex jiġi ddeterminat x’jeħtieġ isir iktar sabiex l-industrija Ewropea tingħata qafas ta' IPR sod.

1.4. Suq waħdieni attraenti għar-riċerkaturi

Sabiex tespandi r-rwol tagħha fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, l-UE teħtieġ li tikseb iktar riċerkaturi ta’ livell għoli u li tuża dawn ir-riżorsi umani bis-sħiħ. Għandha tistimola l-aħjar imħuħ sabiex isegwu karrieri fir-riċerka u sabiex jibqgħu, jew jiġu, fl-Ewropa. Ġiet żviluppata strateġija wiesgħa u integrata sabiex jissaħħu r-riżorsi umani fir-riċerka fl-UE u ġiet implimentata ma’ l-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin.

L-għan aħħari hu li jinħoloq suq Ewropew ta' ħaddiema miftuħ u kompetittiv għar-riċerkaturi, sabiex b’hekk tiżdied id-diversifikazzjoni tal-kompetenzi u r-rotot tal-karrieri fuq livell transnazzjonali. Sar progress sostanzjali fuq livell nazzjonali f’għadd ta’ miżuri għat-tneħħija ta' xkiel għall-mobbiltà tar-riċerkaturi, għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-evoluzzjoni tal-karrieri tagħhom f'setturi u dixxiplini differenti, u għat-titjib ta’ l-istatus u l-iżvilupp tal-karriera tagħhom8. Madankollu, riċerkaturi mobbli għadhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi legali, amministrattivi u ta’ tagħrif, partikolarment marbuta mat-taxxa u s-sigurtà soċjali u xkiel ieħor għall-mobbiltà intersettorjali u transnazzjonali. Dawn għandhom jingħelbu.

Il-Kummissjoni se tappoġġa u tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha għal Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi tal-Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi. Hekk kif jiġu adottati, se jsir l-istess għad-Direttiva għad-dħul u r-residenza ta’ riċerkaturi minn pajjiżi terzi għal iktar minn tliet xhur u għar-Rakkomandazzjoni korrispondenti, li se tantiċipa l-applikazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva. L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar viżi għal żmien qasir għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa u timplimenta miżuri, flimkien ma’ l-Istati Membri, li jegħlbu x-xkiel persistenti li jiffaċċjaw ir-riċerkaturi mobbli . Ukoll, il-Kummissjoni se trawwem għarfien pubbliku dwar ir-riċerkaturi u se tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-istess.

1.5. L-użu tax-xiri pubbliku għat-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni

L-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni huwa influwenzat ħafna mis-suq, partikolarment fil-livell ta’ rendiment mitlub mill-klijenti. L-awtoritajiet pubbliċi huma atturi importanti meta wieħed iqis li x-xiri pubbliku jammonta għal 16% tal-PGD ta' l-UE. Għalhekk, għandhom mezzi b'saħħithom għall-istimolu ta' l-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jista’ jsir billi r-rekwiżiti funzjonali jiġu speċifikati f’mod li joffri lill-kumpaniji l-ikbar libertà sabiex jipproponu soluzzjonijiet innovattivi. Dan jagħti lill-kumpaniji inċentivi kbar biex itejbu kemm jista’ jkun l-effiċjenza u r-rendiment tal-prodotti u s-servizzi li joffru, partikolarment fejn l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu bħal klijenti li jintroduċu prodott sabiex b'hekk jipprovdu swieq ġodda għal teknoloġiji ġodda. Swieq fejn l-awtoritajiet pubbliċi għandhom potenzjal qawwi biex jistimolaw id-domanda għal teknoloġiji ġodda jinkludu t-trasport, l-enerġija, l-ambjent, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet.

Sabiex jitwettaq dan il-potenzjal, l-uffiċjali inkarigati bix-xiri pubbliku jeħtieġu sostenn politiku u maniġerjali u appoġġ prattiku. Dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jinġiebu konxji tal-possibilitajiet offruti mill-qafas leġiżlattiv il-ġdid għax-xiri pubbliku - partikolarment l-opportunità biex il-kumpaniji jitħeġġu jżidu l-kontenut teknoloġiku u innovattiv tal-prodotti u s-servizzi mixtrija. Jinħtieġu għodod ġodda għall-appoġġ tat-tibdiliet meħtieġa. Fil-qasam ta’ l-ambjent, dan sar permezz ta’ “Manwal għax-xiri pubbliku favur l-ambjent” fl-2004.

Il-Kummissjoni se żżid l-għarfien dwar il-benefiċċji li jistgħu jinkisbu jekk ix-xiri pubbliku jiġi orjentat lejn l-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni u dwar il-possibbiltà li dan isir taħt il-liġijiet Komunitarji dwar ix-xiri pubbliku. Dan se jkun fil-forma ta' “Manwal dwar ix-xiri pubbliku u r-riċerka u l-innovazzjoni”.

Din il-ħidma, li se tkun konformi bis-sħiħ mad-direttivi dwar ix-xiri pubbliku[10] u r-regoli dwar l-għajnuniet Statali għandha titpoġġa fil-kuntest usa' tal-modi varji kif il-politika dwar ix-xiri pubbliku tista' tikkontribwixxi lejn it-twettiq tas-sħubija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tassigura l-koerenza ta' l-inizjattivi varji li qed jitwettqu bħalissa u tirrifletti dwar kif tista' ġġib fis-seħħ il-kontribut sinifikanti li l-applikazzjoni tax-xiri pubbliku jista’ jagħti lejn il-kisba ta' l-għanijiet tagħna ta' Liżbona. It-tagħlim reċiproku, inkluż l-iskambju ta’ prassi tajba bejn il-partijiet interessati u l-uffiċjali inkarigati bix-xiri pubbliku ta’ l-Istati Membri, jista’ jsaħħaħ dawn l-isforzi.

1.6. Użu aħjar u usa' ta’ l-inċentivi tat-taxxa

Inċentivi tat-taxxa mfassla sewwa jistgħu jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fin-negozju f’mod iktar sempliċi u prevedibbli milli jistgħu l-għotjiet, iżda bir-riżultat li l-kapaċità ta’ ffukar fuq għanijiet speċifiċi ta' riċerka u innovazzjoni tonqos. F’dawn l-aħħar snin, ħafna Stati Membri introduċew inċentivi ġodda tat-taxxa jew wessgħu sostanzjalment dawk li kienu jeżistu diġà sabiex jistimulaw ir-riċerka fin-negozju. Dawn issa jiffurmaw parti sostanzjali mill-isforz pubbliku globali għall-appoġġ tar-riċerka fin-negozji f’bosta Stati Membri. Madankollu, it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' inċentivi tat-taxxa jvarjaw ħafna, bir-riżultat li r-realtà fiskali hija frammentarja u inattraenti.

L-inċentivi tat-taxxa huma essenzjalment ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Madankollu, l-effettività u l-istabbilità tagħhom tista’ tittejjeb bl-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prassi tajba konformi mal-liġi Komunitarja, u bil-promozzjoni ta’ strateġiji konsistenti madwar l-UE għal kwistjonijiet komuni bħall-għoti ta’ kunratti għal riċerka minn pajjiż għall-ieħor, l-espansjoni ta’ impriżi żgħar iffukati fuq ir-riċerka, jew is-sinkronizzazzjoni ta’ appoġġ nazzjonali għal proġetti ta’ riċerka kbar. Il-possibbiltà li dawn jiġu estiżi għal forom oħra ta’ innovazzjoni bħad-disinn jew l-inġinerija tal-proċessi tista’ tiġi esplorata wkoll. Naturalment, huwa essenzjali li l-iskemi kollha bħal dawn ikunu konformi mal-liġi Komunitarja.

Fit-tfassil ta’ l-inċentivi tat-taxxa, għandha tingħata attenzjoni lill- SMEs , li ħafna drabi jqabbdu lil sorsi esterni biex jagħmlulhom ir-riċerka jew jakkwistaw teknoloġiji ġodda permezz tat-trasferiment tat-teknoloġija. Hemm ukoll tendenza li l- SMEs żgħar innovattivi jkollhom inqas profitti jew saħansitra telf u għalhekk jistgħu ma jgawdux minn inċentivi tat-taxxa faċilment daqs kumpaniji ikbar.

Il-Kummissjoni biħsiebha tadotta Komunikazzjoni sabiex twassal għal użu iktar effettiv, stabbli u kkoordinat ta’ l-inċentivi tat-taxxa madwar l-UE. Dan se jipprovdi gwida dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ inċentivi tat-taxxa marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi skemi speċifiċi li jindirizzaw oqsma ta' interess komuni.

It-tqegħid tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika ta’ l-UE: |

Il-Kummissjoni ser: | L-Istati Membri huma mistiedna li: | Referenza: |

1.1 | Iżżid id-djalogu mal-partijiet interessati sabiex jiġi identifikat ix-xkiel għar-riċerka u l-innovazzjoni | Jittrasponu l-leġiżlazzjoni Komunitarja f’mod li jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni | LGI 7 u 14 |

1.2 | Tadotta regoli ta’ għajnuniet Statali li jiffavorixxi iktar lir-riċerka u l-innovazzjoni | Jisfruttaw bis-sħiħ il-possibilitajiet tal-qafas il-ġdid għall-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni | LGI 7 u 13 |

1.3 | Tappoġġa azzjonijiet immirati lejn it-titjib tas-sistema tad-drittijiet tal-PI u l-użu effettiv tagħha | Jadottaw il-brevett Komunitarju, u sadanittant itejbu s-sistema attwali | LGI 8 PKL azzjoni I.1 |

1.4 | Tappoġġa, tissorvelja u tiżviluppa iktar l-azzjonijiet taħt l-istrateġija tar-riżorsi umani tar-riċerka | Jimplimentaw ir-Rakkomandazzjonijiet u d-Direttiva (meta tiġi adottata) dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u mezzi oħra | LGI 7 PKL azzjoni III.10 |

1.5 | Tippromwovi l-użu tax-xiri pubbliku sabiex jistimola r-riċerka u l-innovazzjoni | Jikkunsidraw li jirrevedu l-prassi ta’ xiri pubbliku permezz ta' tagħlim reċiproku u jużaw il-possibilitajiet offruti mil-leġiżlazzjoni l-ġdida | LGI 3 u 8 |

1.6 | Tipprovdi gwida għall-promozzjoni ta’ l-aħjar użu ta’ l-inċentivi tat-taxxa marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp. | Jimplimentaw fuq bażi volontarju l-gwida li ħierġa dalwaqt filwaqt li jqisu l-kuntesti nazzjonali | LGI 7 PKL azzjoni III.9 |

Kapitolu 2 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal- FINANZJAMENTI TA’ L-UE

Il-programmi ta’ appoġġ pubbliku huma essenzjali għall-“eċċellenza u l-attrazzjoni tal-bażi xjentifika” kif ukoll għar-rendiment ta’ l-innovazzjoni tal-kumpaniji. Għandha tingħata prijorità ogħla lir-riċerka u l-innovazzjoni fl-allokazzjoni ta' l-infiq pubbliku fil-livelli kollha. Barra minn hekk, għandu jsir użu aħjar mill-mekkaniżmi varji ta’ appoġġ pubbliku għall-istimolu ta’ l-investiment privat: għotjiet, strumenti azzjonarji, skemi ta’ garanziji u mekkaniżmi oħra ta’ qsim tar-riskju.

Il-Kummissjoni diġà għamlet dan bil-proposti tagħha għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka[11] (FP7) u l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni[12] (CIP), il-Fondi Strutturali[13], il-Fond għall-Iżvilupp Rurali u l-istrumenti oħra rilevanti. Dawn huma strumenti kumplimentari, kull wieħed bil-forma speċifika ta’ tmexxija tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu iktar ukoll, filwaqt li jqisu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom u jitgħallmu mill-esperjenza ta’ l-oħrajn.

2.1. Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi pubbliċi u privati għat-teknoloġiji ewlenin

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew huma mistiedna jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni għall-FP7 u s-CIP , li għandhom jipprovdu l-mezzi finanzjarji u l-istrumenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi għas-sħubija l-ġdida ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

Għall-FP7, il-Kummissjoni tipproponi li żżomm bħala strument ewlieni l-proġetti kollaborattivi transnazzjonali, li tipikament jassoċjaw ir-riċerka pubblika ma' l-industrija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi approċċi ġodda li se jżidu iktar ir-rilevanza ta’ l-FP7 għall-industrija. Partikolarment, il-Kummissjoni tipproponi li twaqqaf sħubijiet pubbliċi-privati fit-tul, imsejħa “Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija” f’oqsma fejn l-iskemi eżistenti mhumiex adegwati fid-dawl ta’ l-ambitu tar-riċerka u d-daqs tal-materjal u r-riżorsi umani meħtieġa. Dawn se jimplimentaw partijiet mill-Aġendi ta’ Riċerka Strateġika ddefiniti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej f’koordinament ma’ programmi u proġetti nazzjonali fl-istess qasam. Dawn se jkollhom l-għan li jgħaqqdu l-finanzjament minn għejun pubbliċi Komunitarji u nazzjonali u mis-settur privat. Self mill-BEI jista' jikkontribwixxi fejn ikun xieraq.

Strument ieħor ġdid propost taħt l-FP7 huwa l-“Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju”. Din għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament tad-dejn mill-BEI għal parteċipanti f’azzjonijiet ta' riċerka Ewropej kbar, bħal infrastutturi ġodda ta’ riċerka u proġetti kollaborattivi kbar, inklużi dawk ta’ EUREKA. Permezz tal-qsim tar-riskju mal-BEI, il-faċilità se tippermetti volum ikbar ta’ self għal proġetti ta’ riċerka u l-finanzjament ta' proġetti sostenibbli b’riskju ogħla minn dak li normalment huwa aċċettabbli għall-BEI.

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-FP7 għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-kapaċità ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ l- SMEs . Il-Kummissjoni pproponiet li tirdoppja l-fondi disponibbli għal azzjonijiet speċifiċi ta' l-FP7 b'appoġġ għall-għoti ta' riċerka barra b'kuntratt mill- SMEs jew assoċjazzjonijiet ta' SMEs . Is-sehem ta’ l- SMEs fl-FP7 se jiżdied iktar billi jitqiesu kif xieraq il-ħtiġijiet tagħhom fid-definizzjoni tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi u billi jiġu ssimplifikati u rrazzjonalizzati iktar il-proċeduri amministrattivi/finanzjarji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi s-sehem ta' l- SMEs fil-programmi ta' riċerka ta' l-UE.

Fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni ( ICT ), il-Kummissjoni nidiet l-inizjattiva i2010[14]. Din tenfasizza r-rwol prevalenti ta’ l- ICT bħala l-katalista ta’ l-innovazzjoni. Pereżempju, il-komunikazzjonijiet broadband fissi u mingħajr wajer huma essenzjali għall-bini ta’ l-infrastruttura bażika ta' l-innovazzjoni u l-ekonomija ta' l-għarfien. Dawn jistgħu jgħinu fil-ħolqien tad-domanda għal applikazzjonijiet u servizzi ġodda u jipprovdu mezzi għall-kumpaniji biex iżidu l-produttività permezz ta’ l-innovazzjoni tal-proċessi. Is-CIP se tappoġġa l-addozzjoni usa’ u l-użu aħjar ta’ l- ICT kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku.

L-eko-innovazzjoni, inklużi metodi li jtejbu l-effiċjenza ta’ l-enerġija, għandha potenzjal qawwi għall-ħolqien ta’ vantaġġi kompetittivi għall-impriżi Ewropej. Il-proposta tas-CIP tinkludi appoġġ għal proġetti sperimentali u replika tas-suq għal teknoloġiji eko-innovattivi sabiex tgħin fl-adozzjoni tagħhom, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali[15].

Huwa pprovdut iktar finanzjament Komunitarju sabiex jindirizza n-nuqqas bejn ir-riċerka u l-implimentazzjoni, pereżempju, mil-linji tal-baġit tan-netwerk Trans-Ewropew li jappoġġa proġetti industrijali fl-oqsma tas-sistemi ta’ navigazzjoni bir-radju (GALILEO), ferroviji, kontroll tat-traffiku ta’ l-ajru u applikazzjonijiet oħra ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti.

2.2. Il-Fondi Strutturali Ewropej jistimolaw ir-riċerka u l-innovazzjoni

Il-politika ta’ koeżjoni, appoġġata bil-Fondi Strutturali, qed tiffoka dejjem aktar fuq l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Instab li fejn reġjuni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkoltivaw l-iżvilupp fi ħdan strateġija li tibda mill-għeruq, ibbażata fuq sħubija u tmexxija maqsuma, dan ikun strument qawwi li jwassal għal żieda fit-tkabbir u l-ħolqien ta’ l-impjiegi. Diġà sar sforz qawwi fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali (2000-2006); l-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni jammonta għal 7.4% tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sħiħ għal reġjuni inqas żviluppati (EUR 7.5 biljuni) u 11% għar-reġjuni li qed jiġu rristrutturati ekonomikament (EUR 2.4 biljuni). Il-Kummissjoni pproponiet li l-Istati Membri jżidu sewwa n-nefqa tagħhom f'dan il-qasam fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss. Qed isiru sforzi simili bil-Fond Soċjali Ewropew.

Din l-istrateġija hija riflessa fl-abbozz tal-Kummissjoni tal-Linji ta’ Gwida Strateġiċi għall-Politika ta' Koeżjoni[16], li jistennew li l-Fondi Stutturali jappoġġaw bis-sħiħ l-implimentazzjoni tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi. Firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati, bħal raggruppamenti transreġjonali, poli ta’ eċċellenza, trasferiment tat-teknoloġija, servizzi ta’ appoġġ għan-negozju u azzjonijiet għall-iżvilupp tal-kapital uman u li jgħinu lill-ħaddiema u l-intrapriżi jantiċipaw u jadattaw għall-bidla. Ir-reġjuni u l-Istati Membri jistgħu jużaw il-Fondi Strutturali f’mod flessibbli sabiex jilħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u jisfruttaw is-sinerġiji ma’ l-FP7 u s-CIP. Se jiġu ffinanzjati wkoll azzjonijiet innovattivi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda bi kwalità għolja u b’valur miżjud u għall-promozzjoni ta’ l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Il-Kummissjoni, permezz tal-linji ta' gwida strateġiċi u l-interazzjonijiet tagħha ma’ l-Istati Membri u r-reġjuni, se tippromwovi l-użu tal-Fondi Strutturali u l-Fond Rurali għat-titjib ta’ l-għarfien u l-innovazzjoni għat-tkabbir .

. L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu vantaġġ sħiħ mill-Fondi Stutturali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali sabiex isaħħu u jibnu sistemi qawwija ta’ riċerka u innovazzjoni.

2.3. It-titjib ta’ l-aċċess ta’ l- SMEs għall-finanzi

L-aċċess għall-finanzi għadu punt ta' tħassib importanti għan-negozji, inklużi l- SMEs innovattivi. Negozji innovattivi jew dawk iffukati fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ħafna drabi jsibuha diffiċli biex jiksbu l-finanzi fl-istadji bejn id-dimostrazzjoni ta' teknoloġija, proċess, prodott jew servizz ġdid u l-isfruttament tagħhom għal skopijiet kummerċjali. Meta mqabbel mal-kompetituri ewlenin tiegħu, is-suq ta’ l-Ewropa għall-finanzi għal kumpaniji innovattivi mill-istadji ta' qabel il-bidu sa l-espansjoni għadu mhux żviluppat biżżejjed.

Jinħtieġ wkoll aċċess aħjar għal interess azzjonarju jew kważi-interess azzjonarju għall- SMEs innovattivi li huma iktar maturi għal investiment ‘ta’ segwitu’ li jgħin lin-negozji jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, iwasslu l-prodotti u s-servizzi tagħhom sas-suq, u jibqgħu jiffinanzjaw ir-riċerka tagħhom. Dan jeħtieġ inċentivi sabiex jittieħdu iktar riskji u bidla fl-atitudnijiet fost l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-investituri privati u l- business angels . Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tesplora iżjed l-aspetti differenti tal-finanzjament tat-tkabbir u l-azzjoni ta’ l-UE f'komunikazzjoni fl-2006.

Il-Kummissjoni ressqet proposti konkreti għat-titjib ta' l-aċċess ta’ l- SMEs għall-finanzi permezz ta’ s-CIP . Il-Faċilità l-ġdida għal SMEs Innovattivi bi Tkabbir Għoli se ttejjeb u ssaħħaħ il-mekkaniżmi tal-Komunità bil-qsim tar-riskju u l-premju ma’ investituri azzjonarji privati, u b’hekk tipprovdi influwenza sinifikanti fil-provvista ta’ interess azzjonarju lil kumpaniji innovattivi. Il-Faċilità ta’ Garanzija għall- SMEs se ttejjeb l-aċċess ta’ l- SMEs għall-interess azzjonarju u kważi-interess azzjonarju (finanzi intermedji) bil-qsim tar-riskju ta' dawn l-operazzjonijiet. Se jingħata appoġġ speċifiku għall- SMEs attivi fl-eko-innovazzjoni. Dawn l-istrumenti se jitmexxew mill-Fond Ewropew għall-Investiment, u se jikkomplimentaw l-inizjattiva tal-Grupp tal-Bank Ewropew għall-Investiment dwar l-investiment fl-innovazzjoni[17]. Għandhom ukoll ifittxu s-sinerġiji mal-miżuri għat-titjib ta’ l-aċċess ta’ l- SMEs għall-finanzi – bħal għotjiet u self – taħt il-Fondi Strutturali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiġbor flimkien il-partijiet interessati sabiex jidentifikaw xkiel ieħor għall-kisba tal-finanzi u sabiex jesploraw soluzzjonijiet possibbli. Pereżempju, attwalment, l- SMEs ma jistgħux jużaw l-IPR tagħhom sabiex jiksbu finanzjament tad-dejn, li jifforma l-biċċa l-kbira tal-finanzi esterni tagħhom. Għal SMEs b’teknoloġija avvanzata jew li huma ffukati fuq ir-riċerka, dan huwa problema għax ħafna drabi ma jkollhomx garanziji oħrajn x'joffru lill-istituzzjonijiet finanzjarji, għax l-IPR huwa l-assi ewlieni tagħhom. Il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-komunità finanzjarja, l-entitajiet tal-kontabilità u l-komunità ta’ l-IPR sabiex jinvestigaw il-possibbiltà għall-ivvalutar ta’ l-IPR[18].

2.4. Il-mobilizzazzjoni ta’ programmi nazzjonali u ta’ għejun oħra ta’ finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej

Il-finanzjament Komunitarju għall-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ innovazzjoni u riċerka jirrappreżenta frazzjoni żgħira biss ta’ l-isforz globali Ewropew[19]. Biex ipattu għan-nuqqas tal-massa kritika, jeħtieġ li l-programmi nazzjonali jżidu l-effiċjenza u l-kumplimentarjetà tagħhom, sabiex jikkontribwixxu għal Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni integrata bis-sħiħ u jimmobilizzaw konsistentement il-fondi nazzjonali f’appoġġ għal attivitatjiet Ewropej ta’ riċerka u innovazzjoni. L-inizjattiva ERA-NET[20] wriet is-suċċess ta’ din l-istrateġija hekk kif fetħet il-prospetti għal iktar kooperazzjoni transnazzjonali.

Il-Kummissjoni pproponiet li l-istrumenti Komunitarji jiġu estiżi u msaħħa sabiex jiġu stimolati iktar il-kooperazzjoni u l-koordinament transnazzjonali bejn il-programmi reġjonali u nazzjonali b'appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni . Dawn se jipprovdu appoġġ Komunitarju dirett għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi konġunti ta’ riċerka u innovazzjoni bejn l-Istati Membri. Jikkonsistu fl-iskema ERA-NET Plus, inizjattivi ġodda ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat tal-KE taħt l-FP7, u l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Innovazzjoni tan-Negozju tas-CIP, li se tkompli fuq ħidmet l-inizjattiva PRO INNO li se tibda f’nofs l-2006.

L-inizjattiva tar-Reġjuni ta’ Għarfien se tappoġġa t-tagħlim reċiproku u l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn raggruppamenti ffukati fuq it-teknoloġija, jgħaqqad flimkien awtoritajiet reġjonali u aġenziji ta’ l-iżvilupp, organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, l-industrija u partijiet interessati oħrajn. L-attivitajiet ewlenin koperti: L-analiżi, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-aġendi ta’ riċerka għar-raggruppamenti reġjonali u l-kooperazzjoni bejniethom; “Tutorat” ta’ reġjuni bi profil ta’ riċerka inqas żviluppat minn oħrajn iktar żviluppati; Azzjoni fuq integrazzjoni iktar mill-qrib ta’ atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet fl-ekonomiji reġjonali. |

- Id-donazzjonijiet huma għajn mhux żviluppata tal-fondi għar-riċerka (speċjalment riċerka bażika) fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-UE minbarra r-Renju Unit. Ir-rwol tal-fondazzjonijiet u fondi fiduċjarji fil-ġbir ta’ fondi għar-riċerka għandu, għalhekk, jiġi żviluppat. Dan ifisser li għadd ta’ kwistjonijiet legali, regolatorji u fiskali għandhom jiġu indirizzati. Jeħtieġ li l-fondazzjonijiet ikunu iktar trasparenti u responsabbli sabiex jibnu l-kunfidenza tad-donaturi. Il-Kummissjoni qed tesplora modi u mezzi kif tiżviluppa u tisfrutta l-potenzjal tal-filantropija bħala għajn ta’ fondi għar-riċerka .

It-tqegħid tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika ta’ l-UE: |

Il-Kummissjoni ser: | L-Istati Membri huma mistiedna li: | Referenza: |

2.1 | Tistimola l-użu tal-Fondi Strutturali għat-tmexxija tar-riċerka u l-innovazzjoni | Jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali u jieħdu vantaġġ sħiħ mill-firxa wiesgħa ta' opportunitajiet offruti minn dawn il-Fondi u mill-Fond għall-Iżvilupp Rurali, fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni | PKL azzjoni II.1 sa 3 u III.1 sa 2 |

2.2 | Tippromwovi aċċess aħjar għall-finanzi għal SMEs innovattivi | Jagħmlu użu sħiħ mill-iskemi ta’ interess azzjonarju u garanziji u jingaġġaw lill-komunitajiet finanzjarji tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi | LGI 8 u 15 |

2.3 | Tappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u tikkoltiva l-adozzjoni tagħhom mis-suq | Jadottaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar is-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew | PKL II.4 u 5 |

2.4 | Timobilizza programmi nazzjonali u reġjonali ta’ riċerka u innovazzjoni u għejun oħrajn ta' finanzjament | Jieħdu vantaġġ massimu mill-iskemi Komunitarji ta’ appoġġ għat-trawwim tal-kooperazzjoni transnazzjonali | LGI8 PKL II.4 |

Kapitolu 3 Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba TAN-NEGOZJU

META JITQIEGħ du fil-qalba tan-negozju, ir-riċerka u l-innovazzjoni jsiru l-muturi tal-ħolqien tar-rikkezza u t-tkabbir. Ġeneralment huwa osservat li r-rendiment ta' l-innovazzjoni ta' l-impriżi jissaħħaħ meta dawn jiffurmaw raggruppamenti jew netwerks. Il-politika pubblika ma tistax toħloq ir-raggruppamenti iżda l-finanzjament pubbliku jista’ jsaħħaħhom. Sabiex il-bażi xjentifika ta' l-UE ssaħħaħ il-bażi industrijali tagħha, il-kooperazzjoni bejn ir-riċerka pubblika u l-industrija għandha titjieb sewwa.

In-negozju u l-politika għandhom igawdu minn informazzjoni aħjar dwar ix-xejriet fl-investiment privat fir-riċerka u l-innovazzzjoni, partikolarment f'setturi individwali. Jinħtieġ iktar enfasi fuq il-ħtiġijiiet settorjali fil-formulazzjoni tal-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, flimkien ma’ servizzi mtejba ta’ appoġġ għan-negozju sabiex jikkoltivaw l-adozzjoni tat-teknoloġija u l-innovazzjoni intraprenditorjali, partikolarment sabiex l- SMEs jiġu megħjuna jegħlbu l-problemi speċifiċi tagħhom u jipparteċipaw f’netwerks Ewropej.

3.1. Sħubijiet intensifikati bejn l-universitajiet u l-industrija

Livelli baxxi fil-kollaborazzjoni fir-riċerka u t-trasferiment ta’ l-għarfien bejn l-Organizzazzjonijiet Pubbliċi ta’ Riċerka ( PROs ), partikolarment l-universitajiet, u l-industrija huma wieħed mill-punti dgħajfa tas-sistema Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni. Filwaqt li għadd ta' Stati Membri wettqu ħidma siewja f’dan il-qasam, ħafna drabi dawn ikunu kkunsidraw biss il-perspettiva nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, ir-regoli u l-prassi attwali fl-UE huma frammentati, speċjalment dawk marbuta mal-proprjetà ta’ riżultati ta’ riċerka ffinanzjata pubblikament u arranġamenti kuntrattwali bejn il- PROs u l-industrija.

Regoli u prassi iktar konsistenti madwar l-UE jrawmu r-rabtiet bejn il- PROs u l-industrija u jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. Dan jgħin fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs għal sħubijiet ta' riċerka bejn universitajiet u l-industrija f’pajjiż differenti, u għalhekk, jikkontribwixxi lejn iż-żona Ewropea ta’ riċerka u innovazzjoni.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni li tiddefinixxi l-linji ta’ gwida ta' l-UE għat-titjib tal-kollaborazzjoni fir-riċerka u t-trasferiment ta' l-għarfien bejn il- PROs u l-industrija u li l-Istati Membri u l-partijiet interessati se jiġu mħeġġa jimplimentawhom fuq bażi volontarja u flessibbli. Dawn il-linji ta’ gwida se jibnu fuq prassi tajba eżistenti (kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-partijiet interessati) bħall-Inizjattiva ta’ Sħubijiet Responsabbli mnedija minn bosta assoċjazzjonijiet industrijali u akkademiċi Ewropej[21].

Il-Kummissjoni se tipproponi azzjoni sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ l-universitajiet fir-riċerka u t-teknoloġija Ewropea, inkluż f’termini ta’ ħolqien ta’ għarfien għal u mal-komunità tan-negozju u trasferiment ta’ l-għarfien lis-soċjetà. L-iskema ta’ mobilità “Sħubijiet u mogħdijiet bejn l-Industrija u l-akkademja” taħt l-FP7 se żżid il-qsim ta’ l-għarfien permezz ta’ sħubijiet konġunti ta’ riċerka, appoġġati mir-reklutaġġ ta’ riċerkaturi b’esperjenza, sekondments ta’ l-istaff, eċċ. Fil-kuntest tal-Qafas il-ġdid għall-għajuniet Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp, il-Kummissjoni se tiċċara l-kwistjoni ta' sħubijiet bejn universitajiet u l-industrija fir-rigward tar-regoli ta' l-għajnuniet Statali.

3.2. Poli ta’ l-innovazzjoni u raggruppamenti industrijali u ta’ riċerka

L-UE għandha ħafna raggruppamenti industrijali dinamiċi, minkejja li iżgħar u inqas integrati milli fl-Istati Uniti. Ir-riċerka u l-innovazzjoni għalhekk ibatu mill-istess frammentazzjoni bħas-suq intern. Sabiex dawn isiru attraenti kemm jista’ jkun għal investituri barranin, dawn il-poli u r-raggruppamenti ta’ innovazzjoni jeħtieġ li jiksbu massa kritika. Ma jistgħux jinbnew mill-ġdid, iżda jiddependu fuq bażi industrijali soda u relazzjonijiet tajba u ta’ fiduċja bejn ix-xjenza u l-industrija.

In-netwerking fost ir-raggruppamenti u bejn raggruppamenti komplimentari huwa fattur ewlieni għall-iżvilupp tajjeb tagħhom. Ċentri ta’ taħriġ u riċerka, istituzzjonijiet finanzjarji, konsulenti għall-innovazzjoni u l-proprjetà intellettwali, aġenziji ta’ żvilupp reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet oħra ta’ appoġġ huma lkoll atturi ewlenin li jistgħu jimmassimizzaw il-potenzjal kreattiv ta' negozju tal-kumpaniji. Il-kumplessità dejjem tiżdied ta’ prodotti u proċessi u l-ħtieġa li jiġu integrati servizzi bħall-manutenzjoni, il-loġistika u l-kummerċjalizzazzjoni jqajmu l-problemi, anki għall-iktar raggruppamenti ta’ suċċess. Il-kooperazzjoni bejn ir-raggruppamenti tista' tgħin sabiex dawn jiġu indirizzati.

L-inizjattiva tar-Reġjuni ta’ Għarfien se tappoġġa t-tagħlim reċiproku u l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn raggruppamenti ffukati fuq it-teknoloġija, jgħaqqad flimkien awtoritajiet reġjonali u aġenziji ta’ l-iżvilupp, organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, l-industrija u partijiet interessati oħrajn. L-attivitajiet ewlenin koperti: L-analiżi, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-aġendi ta’ riċerka għar-raggruppamenti reġjonali u l-kooperazzjoni bejniethom; “Tutorat” ta’ reġjuni bi profil ta’ riċerka inqas żviluppat minn oħrajn iktar żviluppati; Azzjoni fuq integrazzjoni iktar mill-qrib ta’ atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet fl-ekonomiji reġjonali. |

- L-Istati Membri huma mistiedna jiżviluppaw politika reġjonali u nazzjonali għar-raggruppamenti u l-poli ta’ l-innovazzjoni, bl-użu ta’ l-appoġġ mogħti mill-Fondi Strutturali Ewropej. Bosta miżuri ta’ l-UE se jħeġġu u jappoġġaw l-isforzi ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni. Il-Kummissjoni se tipprovdihom b'mappa li tanalizza l-punti b'saħħithom u l-istrateġija tar-raggruppamenti eżistenti fl-UE. L -inizjattiva Europe-INNOVA se tagħti appoġġ lill-faċilitazzjoni tan-netwerking bejn ir-raggruppamenti industrijali bil-ħsieb li tintensifika l-kooperazzjoni transnazzjonali u titgħallem kif oħrajn jibnu u jmexxu b'suċċess inizjattivi ta’ raggruppament.

Fl-aħħarnett, huma proposti iktar r-riżorsi taħt l-FP7 għat-tkomplija ta' l-inizjattiva “Reġjuni ta’ Għarfien” tal-Komunità , li tappoġġa d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika għall-iżvilupp ta’ raggruppamenti ffukati fuq ir-riċerka.

3.3. Servizzi ta’ appoġġ pro-attiv lin-negozji għall-istimolu tar-riċerka u l-innovazzjoni

L- SMEs għandhom rwol ewlieni fl-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea, u jirrappreżentaw madwar 66% ta’ l-impjiegi privati u 57% tal-valur miżjud fl-UE-25. Madankollu, ħafna jħabbtu wiċċhom ma' problemi marbuta mad-daqs, partikolarment f’dak li għandu x'jaqsam ma’ l-innovazzjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, in-netwerking u l-identifikazzjoni ta' sieħeb. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jindirizzaw il-fallimenti rilevanti tas-suq billi jiffaċilitaw it-tixrid tat-teknoloġija lill- SMEs u jsaħħu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jakkwistaw, jadattaw u jużaw teknoloġiji ġodda.

Il-politika ta’ innovazzjoni ta’ l-UE, għalhekk, tiffaċilita t-trasferiment transnazzjonali tat-teknoloġija (TTT) bejn il-kumpaniji u tħeġġiġhom li jwasslu l-innovazzjonijiet sas-suq, partikolarment permezz ta’ netwerk ta’ Ċentri ta’ Kollegament għall-Innovazzjoni[22], li jimlew il-lakuna fis-suq billi jipprovdu aċċess reġjonali għall-kooperazzjoni Ewropea u jgħaqqdu l-għarfien tal-qiegħ ma' għarfien espert u kuntatti ma’ l-Ewropa kollha. Il- Kummissjoni se tkompli tappoġġa n-Netwerk taċ-Ċentri ta’ Kollegament għall-Innovazzjoni, u tħeġġeġ is-sinerġiji ma' netwerks oħra ta’ appoġġ għan-negozji , bħaċ-Ċentri EuroInfo, bil-ħsieb li jinħolqu “ one-stop shops ” kull fejn possibbli, u li jittejbu u jiżdiedu l-firxa, l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi li jipprovdu. Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll il-ħolqien ta’ netwerks li jsaħħu l-innovazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni interreġjonali taħt il-Fondi Strutturali. Dan it-titjib se jiffoka partikolarment fuq attivitajiet ta’ TTT u l-identifikazzjoni tas-sħab bejn SMEs innovattivi, organizzazzjonijiet ta’ riċerka u kumpaniji kbar.

3.4. Il-ġestjoni ta’ l-innovazzjoni u l-bidla soċjali

'Il-ġestjoni ta’ l-innovazzjoni hija meħtieġa qabel tista’ titkattar l-innovazzjoni fil-kumpaniji. Ħafna intrapriżi, speċjalment SMEs , jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti innovattivi u fl-innovazzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni tagħhom. L-innovazzjoni ma tistax tirnexxi jekk ma jitqiesux in-nies. Għalhekk, flimkien mal-ħiliet ta’ riċerka speċifiċi u l-kwistjonijiet dwar il-karriera tar-riċerkatur indirizzati taħt l-istrateġija fit-Taqsima 1.4, jinħtieġu iktar tagħlim u taħriġ sabiex il-kapital uman ta’ l-Ewropa jibqa’ aġġornat bil-ħiliet u l-għarfien meħtieġ għall-innovazzjoni. Dan jinkludi ħiliet intraprenditorjali u r-rieda li jittieħdu r-riskji.

Intrapriżi ta’ kull daqs għandhom ikunu iktar flessibbli fir-rispons tagħhom għal tibdil rapidu fid-domanda, għandhom jadattaw ruħhom għal teknoloġiji ġodda, bħall- ICT u n-negozju bl-internet, u għandhom ikun kapaċi jinnovaw ruħhom kostantement sabiex jibqgħu kompetittivi. Għal dan il-għan, għandha tiġi promossa u mxerrda prassi ta' ħidma tajba, kif enfasizzat fl-Istateġija Ewropea għall-Impjiegi. Il-Programm Edukazzjoni u Taħriġ 2010[23] u l-Programm ta’ Azzjoni Integrata fil-qasam tat-Tagħlim Matul il-Ħajja[24] ukoll għandhom sehem fil-faċilitazzjoni tal-bidla strutturali u soċjali.

L-innovazzjoni teħtieġ l-investiment fin-nies u fil-ħiliet. L-impenn lejn l-innovazzjoni u r-riċerka huwa wkoll turija ta’ responsabiltà soċjali min-naħa tal-kumpaniji[25] ( CSC ). Inizjattivi volontarji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali, kuntrattwali jew rekwiżiti oħra jistgħu jgħollu l-kompetittività ta’ kumpanija u jistimolaw l-innovazzjonijiet soċjali u ambjentali li jgħaqqdu flimkien benefiċċji tan-negozju ma' għanijiet tas-soċjetà. Il-Kummissjoni se tħeġġeġ prassi innovattiva ta’ CSR bħal din fost il-kumpaniji Ewropej .

Sabiex tippromwovi t-tixrid ta' prassi ta' ġestjoni ta' l-innovazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta' għodod ġodda ta' awto-evalwazzjoni sabiex jintużaw ukoll minn aġenziji reġjonali u nazzjonali ta' l-innovazzjoni b’appoġġ għall- SMEs . Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tħeġġeġ il-ħolqien ta’ Premju Ewropew għall-Innovazzjoni bħala “premju fost il-premji” sabiex jgħolli l-profil ta’ intraprendituri innovattivi Ewropej ta’ suċċess.

3.5. Il-potenzjal tas-servizzi innovattivi

Is-settur tas-servizzi għandu rwol importanti fil-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Fil-preżent, l-innovazzjoni fis-servizzi titmexxa primarjament minn offerti ġodda li jwieġbu għad-domanda tal-konsumatur. Iżda s-servizzi qegħdin dejjem aktar jitmexxew minn iktar investiment fir-riċerka u jiddependu fuq l-adozzjoni ta’ teknoloġija ġdida.

Il-Kummissjoni għarfet iż-żieda fl-importanza tagħhom għall-ekonomija Ewropea, u sa tmiem l-2006, se tiddefinixxi strateġija għall-promozzjoni tas-servizzi innovattivi fl-UE , ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' ħidma u politika tal-Forum Ewropew dwar is-servizzi marbuta man-negozju[26]. Il-mekkaniżmi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni se jiġu ffukati fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tas-servizzi u se jsiru sforsi speċifiċi sabiex l-innovazzjonijiet ibbażati fuq is-servizzi jitkejlu aħjar.

3.6. L-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta’ Monitoraġġ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Industrijali u t-titjib tar-rappurtar dwar il-kapital intellettwali

Anki jekk il-livell ta’ investiment fir-riċerka ta’ kumpaniji ewlenin Ewropej f'ħafna setturi huwa simili għal dak fl-Istati Uniti u fil-Ġappun, id-defiċit fir-riċerka ta' l-Ewropa huwa primarjament ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ investiment mis-settur privat, parzjalment b’riżultat ta’ taħlita differenti ta’ setturi. L-UE tipproduċi inqas mill-Istati Uniti jew il-Ġappun f’ċerti industriji ewlenin iffukati fuq ir-riċerka[27]. Dan il-fattur, kif ukoll oħrajn – xi wħud speċifiċi għas-settur—iżommu lura r-rendiment u l-kompetittività ta’ l-innovazzjoni ta’ l-UE.

Filwaqt li huma disponibbli dejta u analiżi estensivi dwar l-investiment fir-riċerka u r-rendiment ta' l-innovazzjoni fl-Istati Membri, jeħtieġ li d-disponibbiltà u l-komparabbiltà tad-dejta fil-livelli ta’ kumpanija u settur jittejbu sabiex ikun hemm għarfien aħjar tal-fatturi li jmexxu x-xejriet fl-investiment, jiġu identifikati l-isfidi li qed jitfaċċaw, u jiġu antiċipati x-xkiel u l-opportunitajiet għat-titjib fl-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni riċenti dwar il-politika industrijali[28], il-Kummissjoni se tistabbilixxi Sistema ta' Monitoraġġ Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Industrijali . Din tibni fuq l-iżvilupp u l-użu kkoordinati ta’ strumenti statistiċi u analitiċi differenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tespandi l-monitoraġġ u l-analiżi tagħha ta' l-investiment privat fir-riċerka billi żżid mat-tabella Ewropea tar-riżultati annwali ta’ l-investiment fir-riċerka industrijali, partikolarment bi stħarriġiet settorjali annwali ta' xejriet prospettivi. Barra minn hekk, is-sistema se tibni fuq l-“Osservatorju ta’ l-Innovazzjoni Settorjali” dwar ir-rendiment u l-prassi li jissorvelja u jistabbilixxi punti ta’ riferiment għal xejriet settorjali ta’ l-innovazzjoni. Din is-sistema ta' informazzjoni tgħin lil min ifassal il-politika biex itejbu kemm jista’ jkun il-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni filwaqt li jqisu aħjar il-ħtiġijiet u l-ispeċifitajiet settorjali u tgħin lis-setturi industrijali u l-kumpaniji sabiex itejbu l-kompetittività. Grupp ta’ Livell Għoli tal-Partijiet Interessati, li jinvolvi l-industrija u lil dawk li jfasslu l-politika li jagħti gwida u feedback dwar il-punt fokali u r-rilevanza ta’ din l-attività għall-kompetittività.

Hemm ftit kumpaniji li sistematikament ikejlu l-kapital intellettwali tagħhom, il-valur maħluq permezz tar-riċerka u r-riżorsi oħrajn ta’ għarfien. Dan in-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kapital intellettwali jista' jwassal għal preġudizzju fis-swieq finanzjarji lejn negozji tradizzjonali iktar milli lejn dawk iffukati fuq ir-riċerka u fl-allokazzjoni tar-riżorsi fi ħdan il-kumpaniji. Minkejja li ġew żviluppati diversi metodi għall-kejl u r-rappurtar tal-kapital intellettwali, speċjalment għal skopijiet interni ta’ tmexxija, l-adozzjoni min-naħa tal-kumpaniji miexja bil-mod. Il-Kummissjoni se tgħin biex l-iżvilupp u l-użu tagħhom jiġu promossi iktar, filwaqt li ttejjeb il-konsistenza tad-definizzjonijiet u l-metodi madwar l-UE. Dan għandu jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati u l-iżviluppi fir-regoli tal-kontabilità.

It-tqegħid tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qalba tal-politika ta’ l-UE: |

Il-Kummissjoni ser: | L-Istati Membri huma mistiedna li: | Referenza: |

3.1. | Tiddefinixxi linji ta’ gwida ta’ l-UE għat-titjib tal-kollaborazzjoni fir-riċerka u t-trasferiment ta’ l-għarfien bejn ir-riċerka pubblika u l-industrija | Jimplimentaw il-linji ta’ gwida filwaqt li jqisu l-kuntesti nazzjonali | PKL III.10 |

3.2. | Tippromwovi poli ta’ l-innovazzjoni u raggruppamenti industrijali u ta’ riċerka | Jagħmlu użu sħiħ mill-Fondi Strutturali għall-iżvilupp ta’ poli ta’ innovazzjoni u jipparteċipaw f’inizjattivi ta’ raggruppamenti ta’ l-UE | LGI 8 u 10 PKL III.1 |

3.3. | Tipprovdi servizzi ta’ appoġġ lin-negozju speċifiċi, partikolarment lil SMEs, sabiex tistimola r-riċerka u l-innovazzjoni | Jagħmlu użu sħiħ mill-Fondi Strutturali u l-appoġġ ta' l-IRC għat-titjib tas-servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni partikolarment għall-SMEs | LGI 8 u 15 PKL III.1 |

3.4. | Tippromwovi prassi tajbin ta' ġestjoni ta' l-innovazzjoni | Jippromwovu l-użu ta' għodda ġodda għal-ġestjoni ta’ l-innovazzjoni u jikkunsidraw premji għall-innovazzjoni | LGI 8 u 15 |

3.5. | Tiddefinixxi u timplimenta strateġija għall-promozzjoni ta' servizzi innovattivi | Jikkunsidraw modi għall-promozzjoni ta’ servizzi innovattivi | LGI 8 |

3.6. | Tespandi l-monitoraġġ u l-analiżi ta’ l-investiment privat fir-riċerka u r-rendiment settorjali ta' l-innovazzjoni | Iqisu r-riżultati tal-monitoraġġ u l-analiżi fuq livell ta' l-UE | ILS[29] kapitolu 6 |

KAPITOLU 4 POLITIKA TA’ RIċERKA U INNOVAZZJONI MTEJBA

L-UE BħALISSA GħANDHA TAħLITA VARJATA TA’ SISTEMI NAZZJONALI U REġJONALI GħAR-RIċERKA U L-INNOVAZZJONI ADATTATI GħAS-SITWAZZJONIJIET LOKALI DIFFERENTI. IT-TITJIB TA’ L-EFFIċJENZA TAGħHOM JEħTIEġ IKTAR KOOPERAZZJONI SISTEMATIKA FOST L-ISTATI MEMBRI FL-INDIRIZZAR TA’ KWISTJONIJIET TRANSNAZZJONALI U L-IżVILUPP TA’ SINERġIJI BEJN IS-SISTEMI TA' RIċERKA U INNOVAZZJONI TAGħHOM. L-IżVILUPP TA’ POLITIKA KOERENTI U REċIPROKAMENT TA’ APPOġġ MIR-REġJUNI, L-ISTATI MEMBRI U L-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ HUWA ESSENZJALI GħAT-TISħIħ TAż-ŻONA EWROPEA TAR-RIċERKA U L-INNOVAZZJONI U GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SħUBIJA L-ġDIDA TA' LIżBONA GħAL IKTAR TKABBIR EKONOMIKU SOSTENIBBLI B'IKTAR IMPJIEGI AħJAR.

Il-Kummissjoni se tipprovdi l-bażi għal analiżi robusta ta' l-ekonomija u l-politika u se toħloq mezzi iktar effiċjenti għal dawk li jfasslu l-politika sabiex jitgħallmu mill-esperjenza ta’ xulxin u jtejbu l-koordinament u l-kooperazzjoni transnazzjonali.

4.1. Ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala prijorità tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma għat-tkabbir u l-impjiegi

Il-politika tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni hija waħda mill-oqsma ewlenin ta' l-Istrateġija riveduta ta' Liżbona. Il-Kunsill adotta ġabra ġdida ta’ linji ta’ gwida integrati[30], li se jiggwidaw l-Istati Membri fit-tħejjija tal-PNR tagħhom. L-Istati Membri se jirrapurtaw kull sena dwar l-isfidi, il-miri u l-iżviluppi ta' politika marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-kontribut tal-programmi operazzjonali kofinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni u l-Fondi Strutturali se jiġi enfasizzat.

Għal ħafna Stati Membri, ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiġu identifikati bħala sfidi ewlenin fil-PNR. Kull fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni se tanalizza l-PNR mill-angolu tal-miri ta’ investiment fir-riċerka u l-iżviluppi ta’ politika marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni. Djalogi bilaterali ma’ l-Istati Membri se jgħinu fl-identifikazzjoni tal-punti b’saħħithom u dgħajfa possibbli u l-miżuri ta’ politika xierqa għat-titjib tal-kundizzjonijiet għar-riċerka u l-innovazzjoni.

4.2. Strumenti mtejba għall-analiżi tal-politika

L-iżvilupp ta’ politika xierqa għat-tisħiħ ta’ l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni jeħtieġ analiżi ekonomika u politika soda tas-sitwazzjoni attwali. Hemm ħtieġa għal informazzjoni u analiżi dwar l-isfidi li qed jiġu ffaċċati, il-miżuri li ddaħħlu, l-implimentazzjoni u l-impatt tagħhom, u r-rendiment tas-sistemi ta' riċerka u innovazzjoni. Dan jista’ jintlaħaq bl-użu ta’ indikaturi xierqa u politika ta’ stabbiliment ta’ riferimenti u prassi tajba għal kuntesti partikolari. Din l-analiżi għandha tiġi progressivament estiża għal-livell reġjonali.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll għodod komplimentari, b'kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, il-Karta Ewropea dwar ix-Xejriet fl-Innovazzjoni u s-sistema ta' informazzjoni dwar politika nazzjonali ta' riċerka (ERAWATCH) . Dan se jinkludi t-Tabella ta’ Riżultati ta’ l-Innovazzjoni u l-figuri ewlenin dwar ir-riċerka. Dawn l-istrumenti se jkunu elementi ewlenin għall-monitoraġġ tas-sħubija l-ġdida ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi u se jipprovdu inventarju ta’ prassi tajba li jista’ jintuża b’mod wiesa’ sabiex iżid mal-punti b’saħħithom fis-sistemi nazzjonali ta' riċerka u innovazzjoni jew sabiex jindirizza l-punti dgħajfa fihom. Dawn se jkunu marbuta mal-portal interistituzzjonali tal-ġejjieni li se jipprovdi aċċess uniku għar-riżorsi ta’ l-UE fuq il-webb dwar ix-xjenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

4.3. Appoġġ għat-tagħlim tal-politika u l-kooperazzjoni

Hemm ħtieġa għal iżjed tagħlim dwar politika u għall-evalwazzjoni ta’ prassi tajba b’appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tat-trasferabbiltà u l-metodi ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet reġjonali u nazzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi pjattaformi Ewropej għall-qsim u l-ivvalidar tal-prassi tajba , li jgħaqqdu flimkien il-partijiet interessati rilevanti u jinkoraġġixu r-reviżjonijiet esperti. Permezz ta' dan il-proċess, il-Kummissjoni se tippromwovi approċċ komuni għal kwistjonijiet transnazzjonali u kultura ta' evalwazzjoni iktar sistematika fl-UE.

Il-politika ta’ riċerka hija kkoordinata taħt l-awspiċi tal-Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea għar-Riċerka Xjentifika u Teknika (CREST). Sabiex dan il-proċess isir iktar effettiv, il-Kummissjoni se tistieden lil CREST sabiex jiltaqa’ f’livell ta’ DiretturĠenerali meta dan ikun xieraq. Barra minn hekk, tnediet skema sperimentali sabiex tappoġġa inizjattivi ta’ koordinament mill-qiegħ f’bosta pajjiżi u reġjuni fil-qasam tal-politika tar-riċerka (RTD OMC-NET). Dan se jiġi żviluppat iktar fil-FP7. Se tkun assigurata interazzjoni effettiva mal-Grupp tal-Politika dwar l-Impriżi, li se jikkoordina l-kwistjonijiet tal-politika ta' l-innovazzjoni.

RTD OMC-NET hija inizjattiva li tappoġġa, permezz ta’ sejħiet għall-proposti, inizjattivi mwettqa minn bosta pajjiżi u reġjuni, li jinvolvu partijiet interessati oħra fejn xieraq. L-attivitajiet magħżula se: jikkontribwixxu għal politika nazzjonali iktar effettiva permezz ta’ tagħlim reċiproku, reviżjoni espert u l-identifikazzjoni ta’ prassi tajba; jidentifikaw kwistjonijiet b’dimensjoni transnazzjonali qawwija, li jibbenefikaw minn azzjoni kkoordinata jew konġunta bejn Stati Membri jew azzjoni ta’ tisħiħ reċiproku fil-livelli nazzjonali u ta’ l-UE; jħejju t-triq għal azzjoni kkoordinata bejn Stati Membri interessati u għal leġiżlazzjoni Komunitarja jew linji ta’ gwida fejn xieraq. |

- Sabiex jiġi ffaċilitat iktar it-tagħlim dwar il-politika u l-iżvilupp fil-qasam ta’ l-innovazzjoni, il-Kummissjoni se tibdni fuq l-istrumenti eżistenti għall-iżvilupp u l-istrateġiji ta’ stabbiliment ta’ punti ta’ riferiment ta’ l-innovazzjoni, bħall-Istrateġiji ta’ Innovazzjoni Reġjonali li jassistu lir-reġjuni jikkoltivaw is-sistemi ta’ innovazzjoni tagħhom. Dan se jiġi ssupplimentat u żviluppat iktar bil-Pjattaforma INNO Learning li se tiġi stabbilita u li se tiffoka fuq il-kooperazzjoni transnazzjonali. Il-Kummissjoni se tuża l-pjattaformi ta' tagħlim interattiv eżistenti dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni reġjonali taħt l-umbrella tal-pjattaforma l-Innovazzjoni tar-Reġjuni fl-Ewropa, li tgħaqqad flimkien partijiet interessat reġjonali u nazzjonali u tipprovdi inventarju ta’ prassi tajba u analiżi ta’ każijiet.

It-titjib tat-tmexxija tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa: |

Il-Kummissjoni ser: | L-Istati Membri huma mistiedna li: | Referenza: |

4.1 | Tissorvelja u tappoġġa żviluppi ta’ politika nazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tas-sħubija l-ġdida ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi | Fejn xieraq, jirrappurtaw dwar żviluppi ta' politika nazzjonali marbuta mar-riċerka u l-innovazzjoni fil-PNR fi ħdan is-sħubija l-ġdida ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi | PKL kapitolu 2 ILS kapitoli 3 u 6 |

4.2 | Tiżviluppa iktar l-istrumenti għall-analiżi tal-politika għar-riċerka u l-innovazzjoni | Jagħmlu użu sħiħ mill-analiżi ta’ l-istatistika u tal-politika mogħtija mill-Kummissjoni | ILS kapitolu 6 |

4.3 | Tappoġġa l-pjattaformi ta’ tagħlim ta’ politika u tiffaċilita l-kooperazzjoni transnazzjonali fil-politika | Jagħmlu użu sħiħ mit-tagħlim u l-kooperazzjoni transnazzjonali fil-politika | ILS kapitoli 4 u 6 |

Konklużjoni

L-azzjonijiet deskritti fil-qosor f'din il-Komunikazzjoni se jassiguraw l-effettività massima fil-politika ta’ riċerka u innovazzjoni u huma konformi ma’ l-enfasi ta’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona fuq il- punt fokali , is- sħubijiet u s- simplifikazzjoni . Partikolarment, tagħti sustanza lill-prijorità ta’ għarfien u innovazzjoni għat-tkabbir , billi tipprovdi qafas għall-iżvilupp tas-sinerġiji fil-livelli kollha. L-azzjoni kollha, ġdida u aġġornata, għandha tibni fuq dak li nkiseb fil-passat, u jeħtieġ li jsir b’enerġija u determinazzjoni jekk għandu jintlaħaq l-għan li l-isforzi ta’ l-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni jogħlew għal livell dinji. Kull fejn xieraq, il-Kummissjoni se tipproponi wkoll inizjattivi li jgħaqqdu flimkien il-politika tar-riċerka u dik ta' l-innovazzjoni fil-livell ta' setturi strateġiċi ewlenin.

Il-PNR, żviluppat fi ħdan is-sħubija l-ġdida ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, għandu jħaddan bis-sħiħ l-isfidi ta’ riċerka u innovazzjoni. Appoġġ finanzjarju iffukkat min-naħa tal-Komunità għal attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ interess Ewropew, gwida għall-iżvilupp ikkoordinat tal-politika, u pjattaformi mtejba għat-tagħlim reċiproku, fl-oqsma kollha fejn il-kooperazzjoni transnazzjonali toffri valur miżjud qawwi, se jappoġġaw il-PNR. B’dan il-mod, Żona Ewropa tar-Riċerka u l-Innovazzjoni se tiżviluppa, mibnija fuq il-punti b’saħħithom speċifiċi ta' l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom.

Iktar dettalji ta’ l-azzjonijiet deskritti f’din il-komunikazzjoni jinsabu fid-dokumenti akkumpanjanti. Kull fejn xieraq, l-azzjonijiet maħsuba f’dan id-dokument u l-anness tiegħu se jkomplu jiġu aġġornati, filwaqt li jitqies il-progress li sar fuq iż-żieda u t-titjib tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-Perspettiva Finanzjarja għall-2007-2013. Barra minn hekk, l-istrateġija se tiġi aġġornata fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

1 “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi. Bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona” (COM(2005)24 finali) tat-2.2.2005

[1] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2005/601/KE tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-linji ta’ gwida wiesgħa għall-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri.

[2] “Azzjonijiet Komuni għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta’ Liżbona” (COM92005)330 finali) u “L-Anness għall-Azzjonijiet Komuni għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta’ Liżbona” (SE(2005)981)

[3] COM(2003)226 finali

[4] http://www.cordis.lu/indicators/publications.htm (Figuri Ewlenin 2005 dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni) and http://epp.eurostat.cec.eu.int/ (Eurostat data)

[5] http://trendchart.cordis.lu/ ( Scoreboard ta’ l-Innovazzjoni Ewropea)

[6] “Azzjonijiet Komuni għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta’ Liżbona” (COM(2005)330 finali) ta’ l- 20.7.2005

[7] “Il-politika ta’ l-innovazzjoni: l-aġġornament ta’ l-approċċ ta’ l-Unjoni fil-kuntest ta’ l-Istateġija ta’ Liżbona” (COM(2003)112 finali)

[8] “Pjan ta’ Azzjoni għall-Għajnuniet Statali: Għajnuna statali inqas u mmirata aħjar: rotta għar-riforma fl-għajnuniet statali 2005-2009” http://europa.eu.int/comm/competition/state_aid/others/action_plan/saap_en.pdf

[9] Id-Direttivi ta’ l-UE 2004/17 u 2004/18

[10] COM(2005)119 finali

[11] COM(2005)121 finali

[12] COM(2005)299 finali

[13] “i2010: is-Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni 2010" (COM(2005) 229 finali: http://europa/eu.int/information_society/eeurope/i2010/index_en.htm

[14] “L-Istimolu tat-Teknoloġiji għall-Iżvilupp Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali għall-Unjoni Ewropea (COM(2004)38 finali) http://europa.eu.int/eur-lex/en/com/cnc/2004/com2004_0038en01.pdf

[15] Il-Linji ta’ Gwida Strateġiċi jistipulaw il-qafas strateġiku għall-programmi operattivi l-ġodda li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ( ERDF ), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond ta' Koeżjoni. Ara COM (2005) 299 finali

[16] “Inizjattiva Innovazzjoni 2010”: http://www.eib.eu.int/site/index.asp?designation=i2i

[17] Ara wkoll l-azzjoni fuq ir-rappurtar tal-kapital intellettwali fit-taqsima 3.5

[18] Pereżempju l-FP6 jirrappreżenta 5 % tar-riċerka ffinanzjata pubblikament fl-UE

[19] http://www.cordis.lu/coordination/era-net.htm

[20] EIRMA, EUA, Proton u EARTO, “Manwal dwal is-sħubijiet responsabbli”, http://www.eirma.asso.fr

[21] http://irc.cordis.lu/

[22] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Edukazzjoni u Taħriġ 2010: Is-Suċċess ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona jiddependi fuq Riformi Urġenti” (COM(2003) 685 finali) tal-11.11.2003.

http://europa.eu.int/comm/education/policies/2010/et_2010_en.html

[23] Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni integrata fil-qasam tat-tagħlim matul il-ħajja (COM(2004) 474 finali) ta’ l-14.7.2004.

[24] Is- CSR hija l-integrazzjoni volontarja, min-naħa ta’ l-intrapriżi, ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib soċjali u ambjentali fl-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom u fir-relazzjoni tagħhom mal-partijiet interessati (COM(2002)347).

[25] http://europa.eu.int/comm/internal_market/services/brs/forum_en.htm

[26] http://eu-iriscoreboard.jrc.es/

[27] COM(2005)474 finali

[28] “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-passi li jmiss fl-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija rreveduta ta’ Liżbona” (ILS) SEC (2005) 622/2

[29] Ara b’mod partikolari l-linji ta’ gwida Nru 7 (żieda u titjib fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp partikolarment min-negozji privati) u Nru 8 (il-faċilitazzjoni tal-forom kollha ta’ l-innovazzjoni) fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2005/601/KE tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-linji ta’ gwida wiesgħa għall-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri u l-Komunità (2005 sa 2008), ĠU L 205, tas-6.8.2005, p. 28.

L-inizjattiva tar- Reġjuni ta’ Għarfien se tappoġġa t-tagħlim reċiproku u l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn raggruppamenti ffukati fuq it-teknoloġija, jgħaqqad flimkien awtoritajiet reġjonali u aġenziji ta’ l-iżvilupp, organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, l-industrija u partijiet interessati oħrajn. L-attivitajiet ewlenin koperti:

- L-analiżi, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-aġendi ta’ riċerka għar-raggruppamenti reġjonali u l-kooperazzjoni bejniethom;

- “Tutorat” ta’ reġjuni bi profil ta’ riċerka inqas żviluppat minn oħrajn iktar żviluppati;

- Azzjoni fuq integrazzjoni iktar mill-qrib ta’ atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet fl-ekonomiji reġjonali.

Top