Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0196

    Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee - A stronger EU-US Partnership and a more open market for the 21st century

    52005DC0196




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 18.5.2005

    KUMM(2005) 196 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

    Sħubija aktar imsaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u suq aktar miftuħ għas-seklu 21

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Id-“Dikjarazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti dwar it-Tisħiħ tas-Sħubija Ekonomika Tagħna” miftiehma fil-Laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-2004, sejħet lill-imsieħba transatlantiċi biex jiżviluppaw strateġija li tħares ’il quddiem ħalli tissaħħaħ ir-relazzjoni ekonomika bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. Id-Dikjarazzjoni stiednet lill-partijiet interessati miż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku biex jagħmlu valutazzjoni tar-relazzjoni ekonomika bilaterali u jesploraw mezzi biex ikunu eliminati l-ostakli għall-kummerċ, l-ostakli regolatorji u l-ostakli għall-investiment.

    2. Minn-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea, tnediet konsultazzjoni pubblika on-lajn fit-30 ta’ Settembru 2004. Il-komunità tal-kummerċ, l-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-konsumaturi, it-trejdunjins u gruppi u individwi oħrajn interessati ġew mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar l-ostakli li jiltaqgħu magħhom meta jagħmlu l-kummerċ jew jinvestu fis-swieq ta’ xulxin. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom waqt żewġ konferenzi għall-partijiet interessati organizzati mill-Kummissjoni.

    3. Wara li ġabret l-informazzjoni mingħand il-partijiet interessati, il-Kummissjoni identifikat l-oqsma li jridu jiġu ttrattati b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Uniti. L-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni jifformaw pakkett maħsub biex jagħti spinta lill-kummerċ u lill-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fi tliet oqsma:

    - ir-regolamentazzjoni ta’ suq transatlantiku;

    - il-forza ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni;

    - fruntieri aktar effiċjenti u aktar protetti għal kummerċ u investiment aktar mgħaġġla.

    4. Fejn għandhom x’jaqsmu l-mekkaniżmi ta’ twettiq, il-Kummissjoni tipproponi taħlita ta’ metodi multi-settorjali li jorbtu u oħrajn li ma jorbtux bl-għan li s-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tingħata enerġija u kwatlità ġodda filwaqt li jkun rifless l-impenn tagħna biex ikun inkoraġġit l-iżvilupp sostenibbli. Dan ikun jinkludi l-konklużjoni ta’ metodu ambizzjuż biex tkun inkoraġġita kooperazzjoni regolatorja aktar effettiva.

    5. Il-valutazzjoni ex-ante ta’ kwalunkwe impenn sussegwenti li jorbot għandha ssir skond il-Komunikazzjoni dwar l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt[1]. Barra dan, għandha ssir Evalwazzjoni ta’ l-Impatt tas-Sostenibbiltà skond ir-regoli applikabbli għall-proposti tal-Kummissjoni li jirriżultaw minn din il-Komunikazzjoni u li jeħtieġu mandat mill-Kunsill.

    6. Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi wkoll numru ta’ proposti biex tissaħħaħ l-istruttura politika aktar wiesgħa tas-sħubija transatlantika.

    WERREJ

    1. Introduzzjoni 5

    2. Il-prinċipji ġustifikattivi 5

    3. L-inizjattivi biex is-suq transatlantiku jaħdem aħjar 7

    3.1. Regolamentazzjoni għal suq transatlantiku 7

    3.1.1. Il-kooperazzjoni tal-politika regolatorja 7

    3.1.2. Il-faċilitazzjoni ta’ l-investiment 9

    3.1.3. Il-politika tal-kompetizzjoni u l-infurzar 10

    3.1.4. L-akkwisti tal-Gvern 10

    3.1.5. L-avjazzjoni 11

    3.1.6. Is-servizzi ta’ trasport bil-baħar u affarijiet marittimi 11

    3.1.7. Is-swieq finanzjarji 11

    3.1.8. Il-moviment ħieles tan-nies tan-negozju 12

    3.1.9. Ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifikazzjonijiet professjonali 12

    3.2. Il-forza ta’ l-għarfien u ta’ l-innovazzjoni 13

    3.2.1. It-teknoloġiji l-ġodda 13

    3.2.1.1. It-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni: ir-regolamentazzjoni għall-innovazzjoni 13

    3.2.1.2. L-ispazju 13

    3.2.2. Il-proprjetà intellettwali 14

    3.2.3. Ir-riċerka u l-Iżvilupp 14

    3.2.4. L-Enerġija 15

    3.2.5. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali 15

    3.3. Fruntieri aktar effiċjenti u aktar protetti għal kummerċ u investiment aktar mgħaġġla 16

    4. It-twettiq tal-miri ekonomiċi 17

    4.1. Il-kaxxa ta’ l-għodda tal-politika 17

    5. L-istruttura aktar wiesgħa tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti 18

    5.1. L-Aġenda Transatlantika l-Ġdida (NTA) – valutazzjoni indipendenti 18

    5.2. L-għoti ta’ profil politiku lir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti biex jaqblu ma’ l-ambizzjonijiet tagħna 19

    6. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 21

    1. INTRODUZZJONI

    Fit-twettiq tad-“Dikjarazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti dwar it-Tisħiħ tas-Sħubija Ekonomika Tagħna” (minn hawn ’il quddiem id-“Dikjarazzjoni Dromoland”) miftiehma fil-Laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-2004, din il-Konvenzjoni tistabbilixxi pakkett ta’ inċentivi li qed jiġu proposti biex jagħtu spinta lill-kummerċ u lill-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Dawn l-inizjattivi jkopru l-kooperazzjoni regolatorja, is-servizzi, (inklużi l-avjazzjoni u s-swieq finanzjarji), l-investiment, il-kompetizzjoni, l-akkwisti pubbliċi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda u l-punt fejn jiltaqgħu l-kummerċ u s-sigurtà. Huwa propost qafas multi-settorjali li bih iż-żewġ partijiet interessati jintrabtu li jintroduċu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex iwettqu l-impenji li jidħlu għalihom bl-għan li jagħti enerġija u kwalità ġdid u kwalità lis-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u li jaħdem għall-ħolqien ta’ suq transatlantiku mingħajr xkiel. Dan huwa mfassal sabiex jipprovdi lill-awtoritajiet regolatorji rispettivi bl-istrumenti meħtieġa biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni u ma jħallux li jitfaċċaw problemi regolatorji. Is-superviżjoni politika tgħin biex tiżgura li jinżammu l-impenji biex jintlaħqu r-riżultati. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li jintlaħaq ftehim fuq Dikjarazzjoni Ekonomika ma’ l-Istati Uniti fil-Laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-2005 sabiex jinbeda x-xogħol fuq l-oqsma msemmija hawn fuq. Għandha tinżamm l-għażla li numru minnhom jitmexxew ’il quddiem permezz ta’ ftehim vinkolanti. Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi wkoll numru ta’ proposti maħsuba biex isaħħu l-istruttura politika aktar wiesgħa tas-sħubija transatlantika.

    2. IL-PRINċIPJI ĠUSTIFIKATTIVI

    Ir-relazzjonijiet ekonomiċi huma l-pedamenti li fuqhom hija mibnija r-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u li l-ambitu tagħha qiegħed dejjem jitwessa’. Is-saħħa tagħhom kienet strumentali sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet li ppermettew li r-relazzjonijiet politiċi transatlantiċi jimxu ’l quddiem matul l-aħħar għexieren ta’ snin.

    Il-mexxejja fil-Laqgħa ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti li saret fi Dromoland fl-2004 qablu li jidentifikaw mezzi ta’ kooperazzjoni u l-aħjar prassi biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tax-xogħol u l-innovazzjoni, u talbu lill-partijiet interessati miż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku sabiex jagħtu l-ideat tagħhom dwar kif ikun hemm aktar integrazzjoni ekonomika transatlantika. Il-mira tagħhom kienet li fil-Laqgħa ta’ l-2005 jadottaw strateġija li tħares ’il quddiem sabiex titkabbar is-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Konsultazzjoni bejn il-partijiet interessati ta’ l-UE damet sejra għal tliet xhur, sal-31 ta’ Diċembru 2004. Ir-reazzjonijiet mill-partijiet interessati taw numru ta’ ideat kostruttivi. Ħafna mit-tweġibiet jiffokaw fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati x-xkiel non-tariffarju, b’mod speċjali l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-regolamentazzjoni u l-kummerċ u s-sigurtà.[2]. Il-partijiet interessati jidentifikaw ukoll aktar progress fl-Aġenda ta’ Liżbona bħala prerekwiżit għat-tisħiħ mill-ġdid tar-relazzjoni ekonomika transatlantika. Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi proposti għal strateġija konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika. Tqis ukoll l-għażliet meħtieġa sabiex jissaħħu l-istrutturi politiċi li li huma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jaqsmu bejniethom l-akbar relazzjoni ta’ kummerċ bilaterali u ta’ investiment fid-dinja. Fl-2003, il-volum totali tal-kummerċ f’oġġetti u servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kien ilaħħaq madwar €600 biljun. Filwaqt li l-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-kummerċ għandhom mnejn l-aktar li jingħataw importanza fl-aħbarijiet, fil-verità dawn jaffettwaw inqas minn 2% ta’ dan il-volum. Karatteristika li qiegħda dejjem tikber fl-importanza fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hija l-flussi qawwija ta’ Investiment Dirett Barrani (Foreign Direct Investment ( FDI )) fiż-żewġ direzzjonijiet. Sa l-2003, dawn il-flussi kienu jammontaw għal €1.4 triljun fi stokks totali ta’ investiment fiż-żewġ naħat (€766 biljun tal-FDI ta’ l-UE fl-Istati Uniti, u madwar €640 biljun tal-FDI ta’ l-Istati Uniti fl-Ewropa). Daqs 14-il miljun impjieg fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti jiddependu mir-rabtiet kummerċjali transatlantiċi. Il-kompetittività għandha titkabbar aktar billi titnaqqas l-ispiża tan-negozji, tiġi inkoraġġita l-kooperazzjoni regolatorja fix-xena internazzjonali, jiġu inkoraġġiti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u billi ssir ħidma biex jinfetħu swieq f’pajjiżi terzi.

    Minkejja d-daqs tar-rabtiet ekonomiċi bilaterali, ħafna elementi għadhom iħallu effett fuq il-kummerċ u l-investiment[3]. Qafas regolatorju mtejjeb għandu rwol importanti x’jilgħab fit-tisħiħ ta’ dawn ir-rabtiet u fiż-żieda ta’ opportunitajiet ta’ kummerċ. L-ewwelnett, l-ispejjeż ta’ impedimenti regolatorji f’ħafna oqsma jibqgħu konsiderevoli. Il-progress taż-żieda ta’ dawn l-impedimenti tista’ tirriżulta fi qligħ settorjali kbir għan-negozji u l-konsumaturi. It-tieni, jeħtieġ li nsaħħu l-pedamenti tat-tkabbir u l-innovazzjoni billi jsir progress aħjar lejn l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ l-ekonomiji tagħna bbażati fuq l-għarfien. It-tielet, kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Uniti qed jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi interni u esterni serji. L-Istati Uniti għandha żbilanċi qawwija fil-baġit u fil-kummerċ; l-Unjoni Ewropea għandha tieħu ħsieb ir-rati tat-tkabbir tagħha li qed jiddiżappuntaw. Fl-aħħarnett, kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Uniti jridu jiffaċċjaw pressjonijiet ta’ kompetizzjoni dejjem aktar qalila minn ekonomiji li qed jikbru b’mod qawwi bħaċ-Ċina u l-Indja.

    L-Unjoni Ewropea wieġbet għal dawn l-isfidi permezz ta’ Strateġija ta’ Liżbona mġedda, li tipprevedi integrazzjoni aktar mill-qrib u spinta ġdida biex ikun hemm konverġenza internazzjonali regolatorja u amministrattiva[4], filwaqt li tinżamm il-mira, li ilha hemm, ta’ żvilupp sostenibbli. Li qed tiġi intensifikata s-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandha għalhekk isservi biex jintlaħaq l-għan wiesa’ li tingħata spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir u li jkun inkoraġġit l-innovazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin ikun stimulat il-kummerċ u l-investiment. Numru minn dawn il-kwistjonijiet jirrigwardaw l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu (jiġifieri, fl-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi). Għalhekk l-iżvilupp sostenibbli għandu jkollu post prominenti fis-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

    Il-prijorità dominanti għal tkabbir globali sostenibbli hija l-konklużjoni ta’ l-Aġenda ta’ l-Iżvilupp ta’ Doha ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti qegħdin jaħdmu flimkien biex jilħqu dan l-għan. Hemm riskju li l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Istati Uniti (FTA - Free Trade Agreement ) idgħajjef din il-prijorità multilaterali. L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija l-aħjar forum fejn isiru diskussjonijiet dwar it-tnaqqis fit-tariffi. L-inizjattivi ekonomiċi bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jikkomplementaw il-proċess ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u għandhom jindirizzaw l-ostakli prinċipali, li huma, fin-natura tagħhom, essenzjalment regolatorji. Żona ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kieku ma tindirizzax din id-diffikultà bażika fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

    Għalkemm kwistjonijiet makro-ekonomiċi ta’ interess komuni għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Uniti jiġu diskussi f’diversi fora multilaterali, skambju bilaterali ta’ fehmiet fuq dawn il-kwistjonijiet jista’ jgħin biex tkun żviluppata analiżi komuni. Dan iwassal biex tissaħħaħ is-sħubija ġenerali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u jiffaċilita l-bini ta’ konsensus dwar kwistjonijiet makro-ekonomiċi fil-fora multilaterali.

    3. L-INIZJATTIVI BIEX IS-SUQ TRANSATLANTIKU JAħDEM AħJAR

    3.1. Regolamentazzjoni għal suq transatlantiku

    3.1.1. Il-kooperazzjoni tal-politika regolatorja

    Hekk kif l-ekonomija transatlantika kibret, sar aktar ċar li m’għadux aktar possibbli li jkunu sodisfatti talbiet għal kompetizzjoni aktar ġusta u livell aktar għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u ta’ l-ambjent mingħajr ma jitwessgħu l-orizzonti regolatorji. Din ir-realizzazzjoni wasslet għal kuntatti aktar spissi u intensivi bejn ir-regolaturi ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, inklużi l-awtoritajiet responsabbli mill-kompetizzjoni. Kuntatti bħal dawn huma importanti għaliex regolament ġo vakwu jista’ joħloq tagħwiġ ekonomiku u anki ħsara. Madankollu, il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà jitolbu li jinżammu l-awtonomija regolatorja u l-ogħla livelli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sigurtà, ta’ l-ambjent u tal-konsumatur.

    Kulħadd jirrikonoxxi li s-suq transatlantiku – kollox ma’ kollox – jimxi ħarir. Id-daqs biss taċ-ċaqliq ta’ kuljum fil-kummerċ ta’ oġġetti u l-fluss tal-kapitali jixhdu dan. Imma f’ċerti oqsma jkunu meħtieġa djalogu u kooperazzjoni aktar imsaħħa, b’mod partikolari qabel ir-regolamentazzjoni, sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ qbil fil-metodu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti li jista’ jżid l-ispejjeż u jtellef il-potenzjal għat-tkabbir filwaqt li ma jkomplix jaqdi tajjeb lill-konsumaturi, lin-negozji, jew lill-partijiet l-oħrajn interessati.

    Waqt li kien hemm suċċessi importanti fil-kooperazzjoni regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, il-problemi jibqgħu. L-isfida hija li jinstab mod ta’ kooperazzjoni regolatorja li jnissel fir-regolaturi l-għarfien illi waqt li għandhom jiffokaw primarjament fuq il-kostitwenzi domestiċi tagħhom, issa huma ukoll amministraturi u regolaturi ta’ suq transatlantiku.

    L-isforzi reċenti biex titjieb il-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi jinkludu l-Linji ta’ Gwida ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja u t-Trasparenza kkompilati fl-2002. Ġie żviluppat metodu aktar sistematiku fir- Roadmap għall-Kooperazzjoni Regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ Ġunju 2004. Dawn l-istrumenti volontarji jkopru l-prodotti industrijali u jirrappreżentaw pass ’il quddiem, li jwassal għal kooperazzjoni f’diversi setturi, ġeneralment billi jżidu l-għarfien tal-ħtieġa li tkun irrinforzata l-kooperazzjoni regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, u tinkiseb attenzjoni pożittiva mill-partijiet interessati. Madankollu, dawn l-istrumenti għadhom ibatu minn nuqqas ta’ viżibilità. L-implimentazzjoni effettiva tagħhom normalment tiddependi fuq il-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi disponibbli jew fuq in-natura tal-mandati u l-awtorizzazzjonijiet regolatorji. Għalhekk il-livell ta’ impenn fost l-awtoritajiet regolatorji biex jikkooperaw ivarja.

    L-esperjenza għalhekk turi li jeħtieġ l-ogħla livell ta’ appoġġ politiku, kif ukoll mekkaniżmu li jiffissa l-aġenda sabiex jidentifika dawk l-oqsma fejn għandu jsir iktar progress u sabiex jiġu żviluppati l-għanijiet u l-prijoritajiet xierqa fuq bażi regolari. L-esperjenza bid-djalogi regolatorji eżistenti, li jkopru varjetà ta’ oqsma, turi wkoll li mudell “wieħed li jgħodd għal kulħadd” ma jistax jiġi applikat, u li tinħtieġ ċertu flessibbiltà peress li ċerti djalogi diġà jaħdmu tajjeb. Filwaqt li jibnu fuq l-esperjenza miksuba s’issa, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti issa għandhom jagħmlu pass kwalitattiv ambizzjuż biex tkun imsaħħa l-kooperazzjoni regolatorja. B’hekk, għandu jinżamm trattament fuq bażi ta’ settur b’settur u għandu jiġi użat kif xieraq il-potenzjal sħiħ ta’ kaxxa ta’ l-għodda li testendi minn skambju ta’ informazzjoni u l-bini ta’ kunfidenza għal metodi li jobrtu li jeħtieġu tibdil leġislattiv.

    Attitudni msaħħa għandha tikkonsisti f’:

    - Kooperazzjoni msaħħa mmirata lejn is-sors, li tinkludi dawn l-oqsma ewlenin li ġejjin:

    - skambju f’waqtu tal-programmi annwali tax-xogħol tar-regolaturi tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Uniti;

    - “ hotline tar-regolaturi” sabiex tintuża fejn parti titlob li tiġi kkonsultata dwar inizjattivi regolatorji ġodda ppjanati mill-oħra li għandhom il-potenzjal li jaffettwaw l-interessi importanti tagħha;

    - l-identifikazzjoni ta’ setturi fejn il-kooperazzjoni jkollha l-akbar possibbiltà li tagħti benefiċċji ekonomiċi miżjuda;

    - il-konsultazzjoni f’korpi internazzjonali li jiffissaw l-istandards fl-istadju ta’ l-iżvilupp ta’ standards jew inizjattivi ta’ politika ġodda;

    - tħeġġiġ ta’ valutazzjonijiet proporzjonati ta’ l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali lil hinn mill-fruntieri tal-partijiet rispettivi;

    - l-iskambju u l-iżvilupp ta’ l-aħjar prassi f’termini ta’ analiżi tar-riskju rigward il-ħarsien tal-konsumaturi u l-ambjent, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ prekawzjoni;

    - miżuri addizzjonali biex jinkoraġġixxu titjib fl-għarfien dwar il-prattika regolatorja ta’ xulxin u l-applikazzjoni b’mod aktar konsistenti u effettiva tal-metodi u l-għodda regolatorji. Dan ikun jinkludi l-iskambju ta’ l-aħjar prassi regolatorja ġenerali, li tindirizza, ngħidu aħna, id-disposizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-konsultazzjoni pubblika.

    - Ir-rikonoxximent ta’ l-ekwivalenza fejn regolamenti u standards, filwaqt li jkunu differenti, ikunu jipprovdu livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni u kwalità;

    - L-iżvilupp ta’ standards komuni, fejn xieraq

    3.1.2. Il-faċilitazzjoni ta’ l-investiment

    Minkejja l-importanza tal-flussi ta’ investiment fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, għad hemm restrizzjonijiet anomali dwar id-dritt tal-pussess minn-naħa ta’ l-Istati Uniti li jmorru lil hinn minn dawk minimi meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà. Fis-settur ta’ l-avjazzjoni, jekk jiġu eliminati r-restrizzjonijiet dwar id-dritt tal-pussess minn barranin fiż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku kieku t-trasportaturi ta’ l-ajru jkollhom aċċess aħjar għall-kapital internazzjonali, li dan minn-naħa tiegħu jikkontribwixxi għal operazzjonijiet mad-dinja kollha, għal tkabbir, għal effikaċja kompetittiva u għall-inkoraġġiment tal-kompetizzjoni u tal-benefiċċji għall-konsumatur. B’mod iktar ġenerali, il-kumpaniji ta’ l-Unjoni Ewropea huma mħassba wkoll li l-proċeduri għall-eżami u n-notifika li jikkonċernaw il-Kumitat dwar l-Investimenti Barranin fl-Istati Uniti (CFIUS) jinkludu kundizzjonijiet meħtieġa sproporzjonati dwar superviżjoni u kontroll tal-korporazzjonijiet, kif ukoll l-eżami ta’ impjegati sensittivi. L-Unjoni Ewropea għandha tfittex li l-Istati Uniti tneħħi r-restrizzjonijiet li baqgħu dwar id-dritt tal-pussess, u dawn jitbiddlu b’kundizzjonijiet meħtieġa ta’ notifika li jkunu eħfef, raġonevoli u proporzjonati, jekk hemm bżonn permezz ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti.

    Kwistjoni addizzjonali hija li jkun inkoraġġit il-progress fir-riforma tal-liġi tad-dannu fl-Istati Uniti – kwistjoni ta’ interess qawwi għall-investituri Ewropej għaliex talbiet għal danni li jkunu dubjużi joħolqu element qawwi ta’ inċertezza fl-ambjent ta’ l-investiment fl-Istati Uniti.

    3.1.3. Il-politika dwar il-kompetizzjoni u l-infurzar

    Hekk kif l-ekonomiji ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti saru aktar minn qatt qabel marbutin ma’ xulxin, l-amalgamazzjonijiet u l-akkwist ta’ kumpaniji min-naħa l-waħda ta’ l-Atlantiku wasslu għal żieda fil-konsegwenzi tal-politika tal-kompetizzjoni għall-ġurisdizzjoni l-oħra. Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti għall-kompetizzjoni jikkooperaw flimkien b’mod intensiv taħt il-ftehimiet ta’ l-1991 u ta’ l-1998, billi jikkoordinaw attivitajiet ta’ infurzar u jiskambjaw informazzjoni mhux konfidenzjali. Safejn jikkonċerna lill-konsorzji internazzjonali li jkunu suġġetti għall-investigazzjoni konġunta, in-nuqqas ta’ qafas li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni konfidenzjali jista’ jfixkel il-kooperazzjoni effettiva. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom ifittxu mezzi sabiex jegħlbu l-ostakoli għal skambju ta’ tagħrif bħal dan.

    3.1.4. L-akkwisti tal-Gvern

    Il-ftuħ ta’ swieq ta’ akkwisti bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jżid il-kompetittività ta’ l-Ewropa u joħloq opportunitajiet ġodda għan-negozji ta’ l-Unjoni Ewropea (inkluż għall-Intrapriżi ż-Żgħar u ta’ daqs Medju - SMEs). Għalkemm il-Ftehim għall-Akkwisti tal-Gvern (GPA) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ iżid b’mod sostanzjali l-opportunitajiet ta’ akkwisti għaż-żewġ naħat, l-Istati Uniti dejjem għamlet reżistenza għat-titjib tas-sitwazzjoni. “ Buy America ”, l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u l-preferenzi fuq livell ta’ l-Istat kollha jiġu minn ta’ quddiemnett fuq il-lista ta’ l-impedimenti għall-aċċess tas-swieq imsemmija mill-kumpaniji ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Sabiex jinsab rimedju għal din is-sitwazzjoni, ir-relazzjonijiet ma’ l-Istati Uniti fil-qasam ta’ l-akkwisti li jsiru mill-gvern għandhom ikunu ttrattati fuq bażi reċiproka u ta’ “GPA- plus ”. Miżuri li jgħinu biex jitjieb l-aċċess reċiproku għall-opportunitajiet ta’ sejħiet għall-offerti, inkluż it-tisħiħ ta’ l-użu ta’ l-akkwist b’mod elettroniku miż-żewġ naħat, għandhom ukoll jiġu elaborati filwaqt li jibnu fuq ix-xogħol li jkun sar qabel.

    Barra dan, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jirrinforzaw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom bl-għan li jinkoraġġixxu l-progress fin-negozjati plurilaterali u multilaterali dwar l-akkwisti li jsiru mill-gvern: eżami tal-GPA (test u rapportar, tkabbir fis-sħubija tal-GPA u n-negozjar ta’ ftehim multilaterali dwar l-akkwisti li jsiru mill-gvern ta’ servizzi li jaqgħu taħt il-GATS.

    3.1.5. L-avjazzjoni

    In-negozjati fuq ftehim komprensiv dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jagħtuna opportunità kbira biex jingħata effett konkret lil relazzjonijiet transatlantiċi aktar mill-qrib. Is-servizzi ta’ l-avjazzjoni bħalissa huma ristretti minn qafas regolatorju li jirrifletti l-istampa politika u teknoloġika tas-snin erbgħin tas-seklu l-ieħor. Kieku jinfetħu opportunitajiet ta’ negozju għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea u jkun hemm benefiċċji ekonomiċi enormi permezz ta’ ftehim (benefiċċji għall-konsumatur ta’ mill-inqas $5 biljun fis-sena, aktar minn 17-il miljun passiġġier iżjed fis-sena, impjiegi ġodda fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku). Ftehim komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti joħloq bażi ekonomika u legali soda għal servizzi transatlantiċi bl-ajru. Wasal iż-żmien biex jitkomplew in-negozjati, filwaqt li tkun iffokata l-attenzjoni fuq il-vantaġġi sinifikattivi għal ekonomija transatlantika aktar wiesgħa. In-negozjati għandhom jitkomplew fuq il-bażi ta’ l-abbozz tal-ftehim li kien tpoġġa fuq il-mejda f’Ġunju ta’ l-2004. Għandu jsir progress fuq numru ta’ elementi prinċipali fil-ftehim: il-kooperazzjoni regolatorja (l-aktar fuq kwistjonijiet dwar is-sigurtà, l-għajnuniet mill-istat u l-kompetizzjoni) u d-drittijiet dwar traffiku. Il-kwistjoni prinċipali dwar ir-regoli tad-dritt tal-pussess u r-regoli tal-kontroll għal-linji ta’ l-ajru ta’ l-Istati Uniti qed tiġi kkunsidrata mill-amministrazzjoni ta’ l-Istati Uniti.

    3.1.6. Is-servizzi tat-trasport bil-baħar u affarijiet marittimi

    It-trasport marittimu huwa mezz importanti kif iħaffef il-kummerċ dinji u dak transatlantiku. Il-kummerċ ta’ merkanzija li tinġarr bil-baħar jammonta għal 90% tal-kummerċ internazzjonali kollu (bil-volum), u diversi taqsimiet – bħall-kummerċ bil-kontejners – qed juru rati ta’ tkabbir annwali b’żewġ figuri sena wara l-oħra. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom industriji marittimi ta’ importanza ekonomika sinifikattiva u li huma vitali għall-kummerċ internazzjonali. Politika ristrettiva jkollha r-riskju li żżomm lura l-progress ekonomiku u t-tkabbir tal-kummerċ globali. Hemm ħtieġa li jiġi indirizzat il-qafas regolatorju għas-settur marittimu, partikolarment fil-qasam tal-miżuri ta’ sigurtà, fejn il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata.

    Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proċess tat-tfassil ta’ Politika Marittima kumplessiva, filwaqt li l-amministrazzjoni ta’ l-Istati Uniti adottat Pjan ta’ Azzjoni għall-Oċeani f’Diċembru 2004 b'rispons għar-rapport tal-Kummissjoni ta' l-Istati Uniti dwar il-Politika għall-Oċeani ta' Settembru 2004. Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam tista' tissaħħaħ iktar u għandha tinkludi kwistjonijiet bħat-tmexxija internazzjonali ta' l-oċean u l-Liġi tal-Baħar, l-iskambju tad-data, ir-riċerka, is-sigurtà marittima u l-ħarsien ta' l-ambjent, u l-użu ekonomiku ta’ l-oċean u r-riżorsi tiegħu b’mod sostenibbli.

    3.1.7. Is-swieq finanzjarji

    L-aċċess għall-kapital huwa l-għajn ta’ l-investiment u ta’ l-innovazzjoni. Is-swieq finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti diġà huma integrati ħafna, u jirriflettu investiment minn-naħa għall-oħra u flussi kapitali sinifikattivi. Minkejja dan hemm il-ħtieġa għal aktar integrazzjoni. L-integrazzjoni vera tas-swieq finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti għandha l-potenzjal li tbaxxi l-ispejjeż tan-negozju fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku b’60%, bil-konsegwenza li jkun hemm żjieda ta’ 50% fil-volum tal-kummerċ u tnaqqis ta’ 9% fl-ispejjeż relatati mal-kapital ta’ l-ishma. Bil-maqlub, diverġenza bejn ir-regolamenti, jew konsegwenza regolatorja, minn ġurisdizzjoni għall-oħra jkollhom effetti ekonomiċi diretti konsiderevoli. F’ċerti oqsma, bħas-settur ta’ l-assigurazzjoni fl-Istati Uniti, għadhom jeżistu ostakoli tradizzjonali għas-swieq.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti huma konvinti mill-ħtieġa li tiżdied il-konverġenza u l-aċċettazzjoni ta’ l-ekwivalenza fil-funzjonijiet f’oqsma prinċipali bħalma huma l-istandards fuq il-kontabilità u l-verifika tal-kotba, il-ħtiġijiet dwar is-suffiċjenza tal-kapital għall-banek, u l-kondizzjonijiet tal-qafas għall-ħidma bankarja u swieq finanzjarji oħrajn, l-aktar il-konglomerati finanzjarji. Id-Djalogu Regolatorju għas-Swieq Finanzjarji (FMRD) bejn diversi atturi fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku ittratta b’suċċess diversi kwistjonijiet prinċipali, bħalma huma xi ftit mill-aspetti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta’ l-Att ta’ Sarbanes-Oxley, il-possibbiltà li kumpaniji ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jinqatgħu mir-reġistru tal-boroż ta’ l-Istati Uniti, u l-ħtieġa ta’ konverġenza ta’ l-istandards għall-kontabilità. Issa ntlaħaq ftehim politiku dwar dan ta’ l-aħħar. Fil-futur qrib, għandu jinkiseb għarfien ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards (IAS)) għal kumpaniji Ewropej li jbiegħu s-sigurtajiet tagħhom lill-pubbliku fl-Istati Uniti; għandu jingħata bidu għal diskussjonijiet fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta’ l-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjali u – fis-settur tar-rijassigurazzjoni – għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex jitneħħew kundizzjonijiet meħtieġa kollaterali għar-rijassiguraturi ta’ l-Unjoni Ewropea li jagħmlu negozju fl-Istati Uniti. Fuq kwistjonijiet aktar wesgħin bħalma huma l-metodi ta’ kontroll għall-korporazzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea u l-kontropartijiet tagħha fl-Istati Uniti għandhom ikomplu jinkoraġġixxu djalogu b’bażi aktar wiesgħa fil-kuntest tad-Djalogu Transatlantiku dwar il-Kontroll tal-Korporazzjonijiet (TCGD).

    3.1.8. Il-moviment ħieles tan-nies

    Ċittadini ta’ ċerti Stati Membri ta’ l-UE li jixtiequ jżuru l-Istati Uniti lanqas m’huma eliġibbli għal arranġamenti ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża. L-UE għandha l-għan li tiżgura li l-arranġamenti attwali għal eżenzjoni ta’ viża għal żmien qasir jiġu estiżi għall-membri kollha ta’ l-UE.

    F’dak li għandu x’jaqsam man-negozju, l-investiment u l-kummerċ mill-affiljati qegħdin isiru l-forzi li jmexxu l-ekonomija transatlantika. Il-moviment ħieles ta’ ħaddiema bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għal waqfiet estiżi huwa essenzjali. Il-possibilità ta’ inizjattiva għall-ivvjaġġar għal status speċjali ta’ "persuni fdati" għandha tiġi eżaminata sabiex ikun iffaċilitat il-moviment ta' vjaġġaturi internazzjonali filwaqt li jitqiesu l-proċeduri tas-sigurtà.

    3.1.9. Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali

    In-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ l-ekwivalenza ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali joħloq ostaklu għall-moviment ta’ professjonisti, u trażżin fuq il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi. Madankollu, sforzi biex ikun innegozjat ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku (MRAs) f’din l-isfera naqsu milli jagħmlu progress minħabba l-isforz sproporzjonat li hu meħtieġ, l-aktar biex jingħelbu kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni ta’ l-istat fl-Istati Uniti. F’dan il-kuntest, in-negozjati għandhom jiffokaw prinċipalment fuq setturi fejn l-interessi jew il-ħtiġijiet ekonomiċi jkunu ġew issostanzjati mill-fornituri u/jew dawk li jagħmlu użu mis-servizzi professjonali.

    Fil-qasam tas-servizzi ta’ l-arkitettura, organizzazzjonijiet professjonali miż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku wrew interess speċifiku fin-negozjar ta’ Ftehim ta’ Rikonoxximent Reċiproku (MRA), u jinsabu avvanzati ħafna fid-diskussjonijiet tagħhom biex jilħqu dan il-għan. Il-Kunsill qabel fuq mandat għan-negozjar ta’ l- MRAs f’dan il-qasam, li jkun jippermetti lill-Kummissjoni li tinnegozja ma’ l-Istati Uniti dawn l-MRAs li jkunu mmexxija mid-domanda. F’dan ir-rigward, l-Istati Uniti għandhom jiġu inkoraġġiti li jagħtu appoġġ politiku lir-riżultati tad-diskussjonijiet bejn il-professjonisti, bl-għan li jwittu t-triq għal MRA vinkolanti bejn awtoritajiet kompetenti fin-negozjar ta’ ftehim internazzjonali.

    3.2. Il-forza ta’ l-għarfien u l-innovazzjoni

    3.2.1. It-teknoloġiji l-ġodda

    3.2.1.1. It-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT): regolamentazzjoni għall-innovazzjoni

    Ir-regolaturi fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku qed jitħabtu ma’ l-isfida ta’ ekonomija diġitali li qiegħda tevolvi b’mod mgħaġġel ħafna u mal-konverġenza tat-teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni, tal-kompjuter u tax-xandir. Il-partijiet interessati fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku huma mħassba bl-ostakli li jistgħu jirriżultaw minn ambjenti regolatorji diverġenti. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Uniti diġà qed jiddiskutu kwistjonijiet essenzjali fil-qafas tad-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni, imma aktar kooperazzjoni intensiva mmirata lejn is-sors tgħin aktar biex jiġu evitati diverġenzi mhux iġġustifikati u biex jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku.

    Hemm kapaċità kbira biex wieħed jaħdem fuq opportunitajiet u theddid komuni fl-iżvilupp ta’ l-ICT. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom jinkoraġġixxu l-użu wiesa’ ta’ teknoloġiji essenzjali bħala huma l- broadband, apparati għall-identifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju u teknoloġiji innovattivi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u t-tkabbir transatlantiku. Fl-istess ħin, għandhom ifittxu li ma jħallux li jitwettqu abbużi li jnaqqsu l-potenzjal ta’ dawn it-teknoloġiji għall-utenti kollha, bħal ngħidu aħna billi jikkooperaw ħalli jnaqqsu l-i spam u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-theddid addizzjonali bħal “ spyware ” u forom oħrajn ta’ “ malware ”.

    3.2.1.2. L-ispazju

    Parzjalment minħabba l-kontrolli fuq l-esportazzjoni, l-Istati Uniti jinsabu fuq quddiemnett f’oqsma partikolari bħal ċerti komponenti tas-satellita. Imma hekk kif wera l-ftehim dwar Galileo, issa jistgħu jsiru diskussjonijiet fuq l-istess livell, billi jkunu identifikati l-interessi ta’ xulxin u jinħoloq ambjent favorevoli għal kooperazzjoni fix-xjenza ta’ l-ispazju u fl-applikazzjonijiet kummerċjali f’dan il-kamp tat-teknoloġija avvanzata b’potenzjal ta’ żvilupp.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom joħolqu djalogu strutturat li jkopri żewġ aspetti kruċjali. L-ewwelnett, biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni f’oqsma importanti bħalma huma l-osservazzjoni tad-dinja, in-navigazzjoni bis-satelliti (Galileo, GPS), il-komunikazzjoni elettronika, ix-xjenza u l-esplorazzjoni ta’ l-ispazju, u l-appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal attivitajiet relatati ma’ l-ispazju. It-tieni, u b’mod parallel, sabiex jiġu indirizzati l-bqija ta’ l-ostakli regolatorji għall-ħolqien ta’ suq transatlantiku għall-industrija ta’ l-ispazju li jiffunzjona kif suppost. Il-kwistjonijiet l-aktar importanti hawnhekk ikunu li jitneħħew il-kontrolli li m’humiex meħtieġa taħt ir-Regolamenti ta’ l-Istati Uniti tal-Kummerċ Internazzjonali ta’ l-Armi ( US International Trade in Arms Regulations (ITAR)) u li jkun liberalizzat is-suq internazzjonali ta’ l-istrutturi ta’ llanċjar.

    3.2.2. Il-proprjetà intellettwali

    Li jkunu protetti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex ikunu inkoraġġiti l-innovazzjoni, l-impjiegi, il-kompetizzjoni huwa għan ekonomiku fundamentali maqsum mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Uniti flimkien. Hemm il-ħtieġa kemm li ssir ġlieda kontra l-iffalsifikar mhux imrażżan u l-piraterija, kif ukoll li jitnaqqsu d-differenzi li jqumu ħafna flus fil-mod kif il-proprjetà intellettwali hija protetta fuq kull naħa ta’ l-Atlantiku.

    Filwaqt illi jibnu fuq l-impenn irduppjat muri mill-Unjoni Ewropea bid-Direttiva tagħha dwar l-Infurzar ta’ l-2004, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom ikabbru l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ l-infurzar tal-proprjetà intellettwali, u jibdew billi jikkontrollaw li l-affarijiet tagħhom qegħdin sew, u jgħaddu biex jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-IP f’pajjiżi terzi magħżulin, b’mod speċjali permezz ta’ sforzi konġunti biex ikunu miġġielda l-piraterija u l-iffalsifikar. B’mod aktar wiesa’, għandhom jibqgħu jiġu indirizzati kwistjonijiet legali sostanzjali, bħalma huma l-brevetti (ikunu eżaminti modi kreattivi kif titnaqqas id-differenza bejn “dak li jagħmel l-invenzjoni l-ewwel” u “u dak li jirreġistraha l-ewwel) u l-protezzjoni ta’ xandâra marbuta ma’ teknoloġiji ġodda. Jeħtieġ li djalogu intensiv ikun appoġġjat minn rieda min-naħa ta’ l-Istati Uniti li jkunu implimentati d-deċiżjonijiet ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Kummerċ relatati ma’ l-IPR, u tkun appoġġjata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Komunità Ewropea fil-Kumitati ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intelletwali (WIPO) fejn il-Komunità għandha kompetenza. Hemm ukoll il-ħtieġa li jkun assigurat li d-drittijiet ta’ l-IP fil-medja diġitali jiżviluppaw b’mod li jkun imħares l-impenn tradizzjonali għal bilanċ bejn l-interessi tas-sidien tal-kontenut u l-konsumaturi.

    3.2.3. Ir-Riċerka u l-Iżvilupp

    Ir-rikonoxximent tar-rwol importanti li jrid ikollhom l-attivitajiet dwar ir-riċerka u l-iżvilupp biex tingħata spinta lill-kompetittività u lit-tkattir ekonomiku jinsab fil-qalba tat-tiġdid ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona. Bl-istess mod, għal xi żmien l-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet il-kontribut li jista’ jsir biex titwettaq ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea bbażata fuq l-għarfien billi tiftaħ l-attivitajiet taħt id-diversi Programmi Qafas lil riċerkaturi u istituzzjonijiet ta’ riċerka minn pajjiżi terzi. Saru diversi attivitajiet taħt il-Ftehim ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija mill-1998[5] ’l hawn, bi proġetti ta’ kollaborazzjoni dejjem għaddejjin bil-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji u istituti ta’ riċerka mill-Istati Uniti f’oqsma bħall-materjali industrijali, iċ-ċelluli li jipproduċu kurrent elettriku b’mod dirett minn reazzjoni kimika, is-sistemi intelliġenti ta’ manifattura, il-bijoteknoloġija[6] u aspetti ta’ bdil fil-klima. Għandha tissaħħaħ il-kollaborazzjoni f’dan il-qasam u f’oqsma oħrajn taħt is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka u għall-iżvilupp.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom ikomplu jaħdmu flimkien biex jidentifikaw l-oqsma ta’ prijorità għall-kollaborazzjoni fir-riċerka sabiex:

    - jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku transatlantiku, jiġu żviluppati swieq transatlantiċi ġodda (bħat-teknoloġiji taċ-ċelluli ta’ l-idroġenu li jipproduċu kurrent elettriku b’mod dirett minn reazzjoni kimika u n-nanoteknoloġija), u jinsabu soluzzjonijiet għall-isfidi regolatorji komuni;

    - jiġi inkoraġġit ambjent ekonomiku sigur, l-aktar billi jkun hemm kollaborazzjoni ma’ l-Istati Uniti dwar oqsma li huma rilevanti għas-sigurtà ċivili. Dan jinkludi kemm l-oqsma identifikati fl-Azzjoni Preparatorja tal-Kummissjoni (KUMM(2004) 72) dwar ir-riċerka fuq is-sigurtà (bħalma hija l-protezzjoni kontra theddid terroristiku kimiku u bijoloġiku u t-titjib fil-kwalità ta’ l-amministrazzjoni ta’ kriżijiet), kif ukoll, fil-qasam tal-ICT, l-oqsma teknoloġiċi ta’ sigurtà u tal-fiduċja fis-sistemi komplessi ta’ netwerks u infrastrutturi ta’ l-informazzjoni tal-programm tat-Teknoloġiji tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni (IST).

    3.2.4. L-Enerġija

    Jekk wieħed iqis il-kuntest riċenti tal-prezzijiet għolja u volatili taż-żejt u l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-bidla fil-klima, l-UE u l-Istati Uniti għandhom jaħdmu iktar fil-qrib ma’ xulxin sabiex jissaħħu d-djalogi dwar politika fuq kwistjonijiet ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija u l-enerġija rinovabbli, kif ukoll billi jiżviluppaw teknoloġiji nodfa (eż. L-iżolament u l-ħażna tal-karbonju u teknoloġiji oħra b’karbonju baxx).

    3.2.5. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom ikomplu jaħdmu flimkien sabiex iġeddu u jirrinforzaw il-ftehim korrenti dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ Vokazzjonali, li jiskadi fi tmiem l-2005. L-għan tiegħu hu li jtejjeb l-iskambji bejn in-nies u jiżviluppa miżuri strateġiċi dwar kwistjonijiet bħall-kwalità u l-kompatibbiltà ta’ l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ, l-aċċess għal tagħlim kontinwu għal kulħadd, u l-ftuħ ta’ l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ lid-dinja. Il-potenzjal li tingħata spinta lir-riċerka kif ukoll li jkunu inkoraġġiti l-iskambji ta’ l-għalliema ta’ l-università, tar-riċerkaturi u ta’ l-istudenti f’oqsma li jikkontribwixxu għall-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandu jiġi eżaminat.

    3.3. Fruntieri aktar effiċjenti u aktar protetti għal kummerċ u investiment aktar mgħaġġel

    Il-konsegwenzi tal-11 ta’ Settembru 2001 waslu għall-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà ġodda imposti minn gvernijiet madwar id-dinja. Il-partijiet interessati fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku enfasizzaw l-impatt tanġibbli li dawn il-miżuri kellhom fuq il-kummerċ internazzjonali. L-isfida hija li jintlaħaq kompromess bejn ħtiġijiet ta’ sigurtà aktar stretti u l-kontinwazzjoni ta’ kummerċ u trasport tal-passiġġieri miftuħa u mingħajr periklu. Li jsir kummerċ li jimxi ħarir u li jkollok sigurtà aktar effettiva ma jmorrux kontra xulxin. Il-miżuri li jiffaċilitaw il-kummerċ immirati biex jiggarantixxu opportunitajiet indaqs għal kulħadd u proċeduri li jħaffu l-proċessi għal operaturi ekonomiċi li jkunu konformi jistgħu wkoll jiggarantixxu li jkun hemm livelli xierqa ta’ kontroll.

    Filwaqt illi jibnu fuq ix-xogħol tajjeb li diġà sar fil-kuntest tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar it-tisħiħ fil-kooperazzjoni doganali fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom ikabbru d-djalogu, ibbażat fuq il-prinċipji tar-reċiproċità u tar-rikonoxximent ta’ xulxin.

    Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal:

    - Sostenn ta’ l-għanijiet globali stabbiliti fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti dwar tisħiħ fil-kooperazzjoni doganali fil-qasam tas-sigurtà tat-trasport: (i) reċiproċità sħiħa u rikonoxximent reċiproku ta’ l-istandards tas-sigurtà, tal-valutazzjoni tar-riskju, tal-miżuri u r-riżultati tal-kontroll, u tal-programmi tas-sħubija ta’ l-industrija, u (ii) kooperazzjoni fuq miżuri bħall-kunċett tat-tieqa unika ( ‘single window’ ), il-punt uniku ta’ aċċess u d-dwana elettronika ( e-customs ) li għandhom ikunu introdotti fil-leġislazzjoni doganali tal-Komunità ;

    - Ikun hemm skambju ta’ l-aħjar prattika u kooperazzjoni fl-implimentazzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea tal-kunċett ta’ l-“operatur ekonomiku awtorizzat” (AEO). L-iskop għandu jkun li wieħed imur lil hinn minn sempliċi kompatibilità tal-kunċett tal-AEO mal-programm tas-Sħubija bejn id-Dwana u l-Kummerċ fl-Istati Uniti kontra t-Terroriżmu ( US Customs-Trade Partnership Against Terrorism (C-TPAT)) billi l-Istati Uniti tiġi mistiedna taġġorna l-kunċett tagħha sabiex ikun ekwivalenti b’mod sħiħ fl-ambitu ma’ dak ta’ l-Unjoni Ewropea u jkun hemm rikonoxximent reċiproku u reċiproċità taż-żewġ programmi;

    - Ftehim man-naħa ta’ l-Istati Uniti sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kontrolli li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ settijiet paralleli – kultant kontradittorji – ta’ standards eżistenti. Minflok għandha ssir enfasi fuq ir-rikonoxximent reċiproku u r-reċiproċità. Fejn għandhom x’jaqsamu l-kontrolli doganali, għandhom jiġu segwiti b’mod attiv l-għanijiet globali tar-rikonoxximent reċiproku u r-reċiproċità ta’ l-istandards u tal-miżuri ta’ kontroll;

    - Id-diskussjonijiet ma’ l-Istati Uniti għandhom jiffokaw fuq l-implimentazzjoni ta’ l-“Att dwar is-Saħħa Pubblika, is-Sigurtà u l-Istat ta’ Tħejjija u r-Reazzjoni għall-Bijoterroriżmu” ( “Public Health, Security and Bioterrorism Preparedness and Response Act ) sabiex ikun assigurat l-inqas impatt fuq il-kummerċ;

    - L-għoti ta’ impetu ġdid lill-iżvilupp ta’ standards globali tas-sigurtà, l-aktar billi jiġu inkoraġġiti l-istandards tas-sigurtà miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (WCO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Eżempju korrenti huwa l-iżvilupp fil-forum ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana ta’ abbozz ta’ qafas għall-istandards għas-sigurtà u għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ globali, li għandu jiġi adottat mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali fl-aħħar ta’ Ġunju 2005 u wara jiġi implimentat mill-membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

    - Qasam ieħor fejn l-UE u l-Istati Uniti għandhom l-istess tħassib huwa dak tal-ġlieda kontra l-frodi tal-kumpaniji u dik finanzjarja, tal-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, il-frodi tat-taxxi u l-ħrib mit-taxxi, il-korruzzjoni u l-abbużi finanzjarji u tal-kumpaniji oħrajn. Għalhekk, l-UE u l-Istati Uniti għandhom iħeġġu l-imsieħba tagħhom sabiex jadottaw l-aqwa standards ta’ trasparenza, skambju ta’ tagħrif u kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti.

    Ladarba l-Komunità tkun tista’ ssir membru sħiħ ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana skond l-applikazzjoni li għamlet l-ewwel darba fl-2000, hija tkun f’pożizzjoni aħjar biex tikkontribwixxi għall-kisba ta’ progress mad-dinja kollha dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà. Is-sostenn ta’ l-Istati Uniti għal din l-applikazzjoni jkun ta’ importanza kbira f’dan ir-rigward.

    4. IT-TWETTIQ TAL-MIRI EKONOMIċI

    Il-partijiet interessati li ġew ikkonsultati mill-Unjoni Ewropea enfasizzaw li l-inizjattivi ekonomiċi tal-passat ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ l-Istati Uniti spiss naqsu milli jiġdbu l-attenzjoni politika meħtieġa biex l-inizjattivi jkunu jistgħu jiġu sostnuti għal żmien twil biżżejjed biex jinkisbu riżultati importanti.

    Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Mexxejja fil-Laqgħa ta’ l-2005 għandhom jiggwidaw lin-negozjaturi biex jesploraw il-mezzi kollha possibbli biex ikun jista’ jsir pass kwalitattiv ’il quddiem fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Għandu jkun irduppjat l-impenn politiku ta’ livell għoli, inkluża l-konferma mil-Laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-għan globali ta’ ħidma lejn suq transatlantiku mingħajr ostakoli.

    4.1. Il-kaxxa ta’ l-għodda tal-politika

    Il-mezzi li bihom jistgħu jitmexxew ’il quddiem l-inizjattivi ekonomiċi identifikati hawn fuq għandhom jinkludu:

    - It-twaqqif ta’ Forum ta’ Livell Għoli għall-Kooperazzjoni Regolatorja, inklużi r-regolaturi settorjali ta’ l-ogħla livell miż-żewġ naħat, li jiltaqgħu qabel il-Laqgħat ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, u li kull sena jressqu quddiem il-Mexxejja tal-Laqgħa Roadmap bl-għanijiet u bil-prijoritajiet xierqa għall-futur. Fix-xogħol tiegħu, il-Forum għandu jqis u jiżviluppa iktar is-seba’ elementi essenzjali tal-kooperazzjoni regolatorja msaħħa indirizzata lejn is-sors hekk kif stabbilita fit-taqsima 3.1.1, jiddiskuti l-politika regolatorja ġenerali, imexxi u jipprovdi iktar momentum lil djalogi regolatorji eżistenti u futuri, u jirrevedi l-progress fl-implimentazzjoni tar- Roadmap . Il-Forum għandu jfittex li jingħata rispons mill-partijiet interessati;

    - L-inkoraġġiment ta’ djalogu bejn il-leġislaturi fuq iż-żewġ naħat dwar il-prijoritajiet għal kooperazzjoni regolatorja, bħala dimensjoni esterna importanti tal-proċessi regolatorji tar-riforma domestika tagħhom, bl-għan li jingħelbu l-ostakli interni għall-kooperazzjoni regolatorja, inklużi l-awtorizzazzjonijiet u l-problemi tar-riżorsi;

    - Il-kooperazzjoni, fejn ikun xieraq, meta jkunu indirizzati l-isfidi f’pajjiżi terzi, jew dwar is-suġġeriment ta’ proposti bilaterali f’fora internazzjonali;

    - Ftehimiet settorjali vinkolanti , per eżempju:

    - li jitrressqu numru ta’ kwistjonijiet ekonomiċi mqajma fit-taqsima 3.1, inklużi l-faċilitazzjoni ta’ l-investiment, l-akkwisti li jsiru mill-gvern, l-avjazzjoni, is-servizzi tat-trasport marittimu, u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali; jew

    - fejn il-kooperazzjoni regolatorja volontarja mhix għodda suffiċjenti f’xi settur speċifiku, l-aktar fejn ma jsirx progress jew fejn il- Memoranda ta’ Fehim eżistenti bejn ir-regolaturi jintwerew li mhumiex suffiċjenti biex ikun assigurat il-progress. Dawn il-ftehimiet għandhom ikunu sostnuti bit-twaqqif ta’ mandati xierqa u l-allokazzjoni tar-riżorsi xierqa, bis-salvagwardji xierqa biex ikun assigurat li jkunu jistgħu jiġu infurzati fil-qasam domestiku u dak internazzjonali. Dawn il-ftehimiet settorjali, li taderixxi magħhom fuq l-inizjattiva tar-regolaturi, ma jippreġudikawx l-awtonomija regolatorja.

    Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu mal-kooperazzjoni regolatorja, skema orizzontali li torbot f’oqsma tal-kompetenza Komunitarja li tkopri s-seba’ elementi prinċipali tal-kooperazzjoni mkabbra indirizzata lejn is-sors kif stabbilit fit-taqsima 3.1.1 għandha tiġi kkunsidrata. Dan ifisser li l-obbligu li jkun hemm kooperazzjoni u konsultazzjoni f’dawn l-oqsma biss ikun jorbot. Dan ma jippreġudikax l-awtonomija regolatorja billi jkunu speċifikati r-riżultati li jorbtu jew il-metodoloġiji komuni.

    Għandha tiġi eżaminata wkoll l-għażla li jinħoloq Task Force Konġunt bejn il-gvern u s-setturi tan-negozju u l-konsumaturi, bl-użu tar-riżorsi komuni tad-Djalogi Transatlantiċi tan-Negozju u l-Konsumaturi:

    5. L-ISTRUTTURA AKTAR WIESGħA TAR-RELAZZJONIJIET BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI UNITI

    Meta wieħed iħares lejn il-qafas tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti inevitabbilment tqum il-kwistjoni ta’ l-istrutturi politiċi[7].

    5.1. L-Aġenda Transatlantika l-Ġdida (NTA) – valutazzjoni indipendenti

    L-Aġenda Transatlantika l-Ġdida twaqqfet fl-1995. Bil-ħsieb ta’ l-għaxar anniversarju tagħha f’moħħha, il-Kummissjoni Ewropea tat kuntratt biex isir rapport[8] indipendenti li jivvaluta kemm intlaħqu l-għanijiet iddikjarati minnha u li jipproponi għażliet għall-futur.

    Ir-rapport juri li r-rekord tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fl-għaxar snin wara l-1995 kien ġeneralment tajjeb. Ħafna mill-għanijiet l-aktar importanti ta’ l-Aġenda Transatlantika l-Ġdida, per eżempju dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Ewropa Ċentrali u ma’ l-Ewropa tal-Lvant u mal-Balkani, sostanzjalment intlaħqu. L-Aġenda Transatlantika l-Ġdida għamlet l-iskambji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti aktar intensivi, sistematiċi u produttivi. Ġie stabbilit djalogu regolari bejn interlokuturi li qabel ftit li xejn kienu jikkooperaw. L-Aġenda Transatlantika l-Ġdida, spiss f’konformità mal-kompetenzi mwessgħin ta’ l-Unjoni Ewropea, ġeneralment uriet li hija flessibbli biżżejjed biex tinkorpora kwistjonijiet ġodda bħalma huma s-sigurtà tal-patrija u azzjonijiet ta’ kontra t-terroriżmu. Żdiedet ukoll il-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ politika barranija.

    Ir-rapport però jara r-rekord tar-relazzjonijiet tal-politika ekonomika ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti, madankollu, bħala wieħed imħallat, u jikkwota li kien hemm implimentazzjoni fqira tal-ftehimiet ekonomiċi u l-ħtieġa li jkunu implikati atturi leġislattivi u regolatorji importanti miż-żewġ naħat. Ir-rapport jikkonkludi li l-aġenda tal-politika ekonomika ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti teħtieġ li terġa’ tinbeda’.

    Ir-rapport jikkonkludi wkoll li d-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti bata minn nuqqas ta’ impenn politiku fl-ogħla livelli politiċi u uffiċjali, u li l-istess Unjoni Ewropea ftit hija mifhuma ġewwa Washington. Barra dan, ir-rapport skopra perċezzjoni mifruxa ta’ difetti fl-Aġenda Transatlantika l-Ġdida. L-ewwelnett, ħafna lmentaw li nuqqas ta’ impenn politiku kien illimita l-kapaċità tagħha biex trażżan problemi kbar. It-tieni, iddispjaċihom talli ingħatat profil baxx u anki ta’ l-impressjoni li tagħti, jiġifieri ta’ eżerċizzju teknokratiku. It-tielet, ilmentaw illi l-proċessi kienu wisq, mhux proporzjonati għal dak li tabilħaqq ikun prodott, it-tendenza tagħha hija li titgħabba wisq bi kwistjonijiet, filwaqt li d-domandi strateġiċi importanti ma ngħatawx prijorità. Fl-aħħarnett, ħassew li n-nuqqas ta’ trasparenza wassal għal sens ta’ involviment baxx minn-naħa ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u li l-leġislaturi ma kinux involuti u ma tħallewx jieħdu sehem fl-iskambji.

    Ir-rapport jirrikonoxxi li xi partijiet interessati argumentaw li jinħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jkun jinkorpora l-miri kollha sabiex il-progress ikun garantit. Dan ikollu l-vantaġġ li għall-ewwel darba r-relazzjonijiet ma’ l-Istati Uniti jitqiegħdu fuq bażi kuntrattwali soda. Madankollu, ir-rapport żvela li, fost il-gruppi politiċi minn kull naħa ta’ l-Atlantiku, ma tantx kien hemm appoġġ għal dan il-ftehim. Ir-rapport wissa wkoll kontra l-periklu li jitkabbru l-aspettattivi lil hinn minn dak li jista’ jinkiseb politikament.

    Fl-aħħarnett, ir-rapport ikkonkluda li l-Aġenda Transatlantika l-Ġdida għandha tkun magħmula minn qafas aktar inklussiv u li jinkorpora l-miri kollha u li għandu jiġi mmobilizzat impenn politiku akbar.

    5.2. L-għoti ta’ profil politiku lir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti biex ikunu jaqblu ma’ l-ambizzjonijiet tagħna

    Il-Kummissjoni temmen li hemm ħtieġa li jogħla l-profil politiku tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti u li jsiru aktar strateġiċi u effettivi sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-viżjoni komuni tagħna ta’ ordni internazzjonali aktar demokratiku, ta’ paċi u li qed jirnexxi. Iż-żmien huwa tajjeb. Il-mawriet reċenti ġewwa Brussell mill-President ta’ l-Istati Uniti u mis-Segretarju ta’ l-Istat juru li l-Istati Uniti wkoll jaraw interess li jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib.

    Riżultat wieħed jista’ jkun dikjarazzjoni transatlantika mġedda li tenfasizza l-valuri komuni u li tiżviluppa l-prijoritajiet għal azzjoni konġunta, ibbażati fuq ir-rikonoxximent li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom grad għoli ta’ dipendenza ekonomika minn xulxin u jixtiequ jidħlu għall-isfidi komuni globali u reġjonali[9]. Dan jista’ jgħolli l-profil politiku tad-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti hekk kif l-Unjoni Ewropea tfaċċat bħala attur internazzjonali, mhux l-inqas minħabba r-riforma fl-istituzzjonijiet tal-politika barranija tagħha.

    Barra dan, jeħtieġ li jsiru attentati ġodda biex ikunu involuti leġislaturi b’mod aktar dirett fl-iskambji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, bl-għan li jsewwi n-nuqqas ta’ għarfien minn-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-Kungress ta’ l-Istati Uniti u minn-naħa ta’ l-Istati Uniti dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew. It-tfassil mill-ġdid tad-djalogu leġislattiv għandu jsir parti minn sforz aktar wiesa’ biex ir-relazzjoni ta’ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti possibbilment issir proċess ta’ minn isfel għal fuq.

    Il-qafas imġedded għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti se jkollhom jirriflettu d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea hekk kif dan jiġi adottat.

    Għalhekk, il-Kummissjoni tirrakkomanda li jkunu esplorati l-għażliet li ġejjin:

    - li r-relazzjoni tingħata injezzjoni politika qawwija sabiex tibni fuq u ttejjeb il-qafas korrenti;

    - li l-Laqgħat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jkunu ffokati fuq l-iffissar tal-prijoritajiet strateġiċi u l-valutazzjoni tal-progress fuq kemm qed jintlaħqu l-għanijiet tas-snin ta’ qabel;

    - li jiġi nnegozjat Pjan ta’ Azzjoni Konġunta ġdid biex ikunu implimentati l-prijoritajiet tal-politika u li jiġi aġġornat fil-Laqgħa annwali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti;

    - li jiġi mwaqqaf forum fejn ikunu skambjati l-fehmiet dwar kwistjonijiet makro-ekonomiċi ta’ interess komuni;

    - li jissaħħaħ id-Djalogu Transatlantiku tal-Leġislaturi (biex ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u taż-żewġ Kmamar tal-Kungress ta’ l-Istati Uniti), bħala l-ewwel pass lejn “Assemblea Transatlantika” matura[10]. Dan id-Djalogu jkun ibbażat fuq għarfien aktar wiesa’ tar-responsabbiltajiet tiegħu minn kif inhu l-każ bħalissa, inklużi d-domandi regolatorji diskussi fit-taqsima 4.1 t’hawn fuq. L-elementi jistgħu jinkludu:

    - il-bini ta’ sinerġiji bejn id-djalogi tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġislaturi u l-Aġenda Transatlantika l-Ġdida, bl-użu ta’ rappreżentanti eletti bi speċjalizzazzjonijiet fil-politika rilevanti u l-koordinament tal-laqgħat;

    - li jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kungress ta’ l-Istati Uniti biex: (i) jinawguraw programmi ġodda bil-fondi pprovduti b’mod konġunt għall-iskambji bejn il-membri ta’ l-istaff leġislattiv u (ii) li jinħoloq segretarjat tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġislaturi żgħir u żvelt;

    - li jkun sponsorjat grupp ta’ studju ta’ l-Unjoni Ewropea għall-membri tal-Kungress ta’ l-Istati Uniti, li għandu jkun milqugħ mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni ġewwa Washington;

    - li jsiru laqgħat għal-leġislaturi qabel il-Laqgħat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti;

    - il-promozzjoni ta’ djalogu bejn rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Uniti, inkluża konferenza tripartita fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali;

    - li terġa’ tingħata ħajja lid-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili, l-akkademiċi u professjonisti oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti;

    - li jiġu estiżi l-iskambji diretti bejn il-popli.

    Il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri għandha wkoll tara kif tniedi kampanja fl-Istati Uniti sabiex tkabbar l-għarfien ta’ x’inhi l-Unjoni Ewropea u x’tagħmel.

    6. KONKLUżJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

    L-inizjattivi proposti hawn fuq huma maħsuba biex jifformaw l-ewwel pakkett koerenti ta’ inputs għat-twaqqif ta’ strateġija konġunta li tħares ’il quddiem ħalli jitkabbru l-isforzi taħt is-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti biex jinbena suq mingħajr ostakoli, u biex jissaħħaħ il-qafas aktar wiesa’ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Fl-istess waqt, madankollu, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jridu jirrikonoxxu, fl-ispirtu li bih l-Unjoni Ewropea applikat it-tiġdid ta’ l-Aġenda ta’ Lisbona, li ġew implimentati xi ftit inqas minn-nofs ta’ l-azzjonijiet proposti fis-Sħubija Ekonomika Transatlantika ta’ l-1998. Għalhekk qabża kwalitattiva fil-kooperazzjoni u ffissar ta’ prijoritajiet li jkun regolari u viġilanti u l-monitoraġġ tar-riżultati fuq livell politiku u fuq livell ta’ uffiċjali għolja, inkluż kuntatt permanenti mal-Laqgħa annwali, għandhom ikunu prerekwiżiti għal kull inizjattiva ġdida. Kemm id-dixxiplina kif ukoll ir-realiżmu jinħtieġ li jiġu applikati meta jkunu inawgurati ideat ġodda.

    Il-Kummissjoni tirrakkomanda:

    - Li fuq il-bażi ta’ din il-Komunikazzjoni flimkien ma’ l-Istati Uniti, fuq il-linji proposti hawn fuq, għandha tkun ikkompilata strateġija konġunta għat-tkattir u għat-titjib tas-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti f’għamla ta’ Dikjarazzjoni fil-Laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-2005. Din għandha:

    - tistabbilixxi b’mod kemm jista’ jkun preċiż l-għanijiet u s-setturi għal pass kwalitattiv fis-sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti lejn suq mingħajr ostakoli;

    - tiggwida lin-negozjaturi kompetenti miż-żewġ naħat fis-setturi rispettivi miftiehma, biex fi żmien sitt xhur jikkompilaw pjanijiet ta’ implimentazzjoni bi skeda biex, jinkisbu, sa fejn hu possibbli, l-għanijiet stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni, filwaqt li jagħmlu użu mit-taħlita xierqa ta’ metodi li jorbtu u anki dawk li ma jorbtux;

    - Li fiż-żmien ta’ qabel il-Laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fl-2005 jkunu eżaminati bir-reqqa l-għażliet stabbiliti fit-Taqsima 5 biex jissaħħaħ il-qafas ġenerali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti, u, jekk jitqies xieraq miż-żewġ naħat, tkun żviluppata proposta għall-Mexxejja sabiex tkun lesta qabel il-Laqgħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fl-2006.

    IMPACT ASSESSMENT FORM

    TITLE OF PROPOSAL

    Communication from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee: “Strengthening the EU-US Economic Partnership for the 21st Century”

    DOCUMENT REFERENCE NUMBER

    1. WHAT ARE THE IMPACTS LIKELY TO RESULT FROM THE PROPOSAL?

    1.1. Economic impacts

    The creation of positive economic impacts lies at the heart of the Commission initiative to enhance the transatlantic economic partnership.

    The proposal is likely to spur economic growth within the EU. Reducing barriers on both sides of the Atlantic will lead to more trade, investment and procurement opportunities. Removing these obstacles will contribute to a more efficient production of goods and services in Europe and will entail the benefits of larger scale economies. Moreover, it is possible to achieve mutual recognition or even harmonization of differing standards which represent obstacles to trade today, with a favourable cost effect for companies.

    Enhanced cooperation with the US in the field of research and development will make an important contribution to stimulating innovation. In sectors where potential for new transatlantic – or even global – markets exists (e.g. hydrogen fuel cell technologies), joint research will promote the development of new technology. In addition, the work envisaged in the field of intellectual property rights (IPR) has the potential to bring better IPR protection, adding incentives to conduct research with a view to developing innovative products and procedures.

    1.2. Environmental impacts

    Representatives from environmental organisations were invited to participate in the stakeholder consultation process. However, as the envisaged policy options are still rather broad and would need to be transformed into more specific proposals, concrete concerns regarding potential environmental impacts will have to be addressed at a later stage. At this juncture, however it can be said that impacts on the environment of the proposed communication are likely to be limited and globally positive. The reduction of trade barriers that might result from the EU-US partnership and its subsequent economic growth should promote efficiency gains for the use of natural resources. Possible scale effect, i.e. increased use of resources linked to economic growth, should be less significant and will be mitigated by both Parties which have the capacity and the regulatory framework to manage such impacts.

    Moreover, the partnership will promote a better coordination of US and EU trade related policies in areas that are fundamental to protecting the environment and consumer health, for example sanitary and phytosanitary policy, trade and environment.

    In the event that the proposed policy options would subsequently lead to binding commitments or legislative proposals, a thorough environmental impact assessment would be undertaken in accordance with the Communication on Impact Assessment COM/2002/0276 final.

    1.3. Social impacts

    To the extent that the reduction of barriers to trade and investment promotes economic growth, the proposal is likely to have a positive impact on employment . As far as wages are concerned, it should be mentioned that fears that increased market openness would place downward pressure on wages are not substantiated in the transatlantic context, given comparable wage levels.

    It should be noted that one of the explicit aims of the proposal is to improve transatlantic cooperation on health and safety standards . Increased transparency and improved consumer protection will be to the benefit of European consumers. At the same time, both sides would retain full regulatory autonomy.

    There is nothing in the proposals set out in the Communication which could undermine the social model.

    1.4. Impacts on third countries and international relations

    The impact on third countries will essentially unfold in three areas: (i) joint EU-US efforts in promoting IPR protection, (ii) promotion of global telecommunication standards and introduction of independent telecoms regulators in third countries, (iii) joint EU-US efforts on standard setting in global fora .

    The Commission proposal does not affect the EU’s WTO obligations. The initiatives proposed are compatible with and complementary to WTO rules. The WTO TBT code allows the EU to conclude mutual recognition agreements and to accept technical regulations of other countries as equivalent.

    2. HOW TO MONITOR AND EVALUATE THE RESULTS AND IMPACTS OF THE PROPOSAL AFTER IMPLEMENTATION?

    The Commission recommends the formulation of a joint strategy for the enhancement of the EU-US economic partnership which would direct competent negotiators on both sides in the respective agreed sectors, to draw up as soon as possible implementation plans to achieve to the fullest extent possible the objectives set out in this Communication. It also directs negotiators to start work on a binding Economic Partnership Agreement. Monitoring of implementation would be achieved through the existing and any proposed new dialogue structures.

    3. STAKEHOLDER CONSULTATION

    3.1. Which interested parties were consulted and what were the results of the consultation?

    Following the agenda set out in the 2004 summit declaration, stakeholders in the EU (and the US) were invited to comment on how to improve the economic partnership with the US. Public consultation in the form of a questionnaire was launched on 30 September 2004. The business community, environmental and consumer organizations, trade union and other interested groups and individuals were invited to provide their views on the obstacles they face when trading or investing in each other’s markets as well as on future trade and economic relations between the European Union and the United States.

    The questionnaire was provided on the “Your Voice in Europe” Internet site and was open until 31 December 2004. It received about 100 serious and constructive contributions. Inputs came from a broad range of interested parties. Contributions of stakeholders who gave their consent were published on the Internet.

    Interested parties also had the opportunity to present their views at stakeholders’ conferences in Brussels on 22 October 2004 and 7 March 2005.

    3.2. Compliance with minimum standards for consultation

    The Commission ensured that relevant parties had an opportunity to express their opinions on the question of how to foster the transatlantic economic partnership. By inviting all interested parties to participate in two conferences and to complete a comprehensive questionnaire, the Commission guaranteed that all interests were sufficiently taken into account in the consultation process. It also ensured that generous deadlines provided stakeholders with adequate time to formulate their answers. Finally, by making the relevant information public, the publication and feedback requirements of the Commission were met.

    [1] KUMM(2002) 276.

    [2] Ara http://europa.eu.int/comm/external_relations/us/consultation/results/index.htm għall-kontribuzzjonijiet mill-partijiet interessati.

    [3] Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar ix-Xkiel ta’ l-Istati Uniti għall-Kummerċ u għall-Investiment, 2004 – ara http://trade-info.cec.eu.int/doclib/docs/2005/march/tradoc_121929.pdf.

    [4] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2.02.2005 lill-Kunsill Ewropew, “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u għall-impjiegi – Bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Lisbona” tiddikjara taħt it-titlu “Tkabbir u xogħlijiet: id-dimensjoni globali” (paġna 19): “Għandu jkun hemm spinta ġdida għall-konverġenza regolatorja u amministrattiva fuq livell internazzjonali, b’mod partikolari fir-relazzjonijiet tal-kummerċ transatlantiku. Li jkun assigurat li l-istandards jikkonverġu bl-aktar mod wiesa’ possibli fuq livell internazzjonali – kemm jekk dan isir mas-sħab tal-kummerċ ewlenija tagħna bħall-Istati Uniti jew mas-swieq li qed jikbru b’mod rapidu fl-Asja, bħaċ-Ċina, l-Indja u l-pajjiżi l-oħra ġirien ta’ l-Unjoni Ewropea – għandu l-potenzjal għal tnaqqis kbir fl-ispejjeż u għal tkabbir fil-produttività. Il-Kummissjoni se ssegwi b’mod attiv din l-aġenda.” - KUMM(2005) 24.

    [5] Ta’ min ifakkar ukoll hawnhekk l-eżistenza tal-ftehim tal-Euratom ta’ l-1996 (fissjoni) u ta’ l-2001 (fużjoni).

    [6] Ibbażata fuq ix-xogħol tat- Task Force tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ l-Istati Uniti dwar ir-Riċerka tal-Bijoteknoloġija, stabbilita fl-1990 bħala mekkaniżmu bilaterali ta’ konsultazzjoni.

    [7] Bħalissa dawn jikkonsistu fid-Dikjarazzjoni Transatlantika ta’ l-1990 u l-Aġenda Transatlantika Ġdida ta’ l-1995.

    [8] “Eżami tal-Qafas għar-Relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti – Studju indipendenti”, rapport minn tim akkademiku mmexxi mill-Professur John Peterson, ippreżentat fit-18 ta’ April 2005.

    [9] Idea simili kienet kienet proposta mill-President John F. Kennedy fid-diskors li kien għamel f’Philadelphia fl-4 ta’ Lulju 1962: “… l-Istati Uniti se tkun lesta għal Dikjarazzjoni ta’ dipendenza mill-Ewropa, … aħna se nkunu ppreparati biex niddiskutu ma’ Ewropa magħquda l-modi u l-mezzi kif tkun ifformata sħubija Atlantika konkreta, sħubija li tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat bejn l-unjoni l-ġdida li qiegħda titfaċċa issa fl-Ewropa u l-Unjoni Amerikana antika li kienet twaqqfet hawnhekk 175 sena ilu. Dan kollu ma jistax isir f’sena, imma dan qed ngħidu sabiex id-dinja tkun taf li dan huwa l-għan tagħna.”

    [10] F’dan ir-rigward, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi tat-13 ta’ Jannar 2005 kienet tiddikjara li l-Parlament “Jikkonsidra li d-Djalogu Transatlantiku tal-Leġislaturi għandu jiġi attivat b’mod sħiħ, illi għandha tiġi stabbilita sistema ta’ twissija bikrija bejn iż-żewġ naħat, u li l-iskambju eżistenti bejn il-parlamenti għandu jinbidel bil-mod il-mod f’“Assemblea Transatlantika” de facto .”

    Top