Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0094

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Green Paper "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet"

/* KUMM/2005/0094 finali */

52005DC0094

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Green Paper "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet" /* KUMM/2005/0094 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.3.2005

KUMM(2005) 94 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Green Paper "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet"

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Green Paper "Quddiem it-tibdiliet demografiċi, solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet"

Illum il-ġurnata l-Ewropa qed tiffaċċja tibdiliet demografiċi bla preċedent minħabba l-firxa u l-gravità tagħhom. Fl-2003, it-tkabbir naturali ta’ l-Ewropa kien biss ta’ 0.04% fis-sena; l-Istati Membri ġodda, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru u Malta, kellhom ukoll tnaqqis fil-popolazzjoni. F’ ħafna pajjiżi, l-immigrazzjoni saret kruċjali biex tkun żgurata ż-żieda fil-popolazzjoni. Ir-rata tal-fertilità hi kullimkien inferjuri għal-livell ta’ tiġdid tal-ġenerazzjonijiet (bejn wieħed u ieħor 2.1 trabi għal kull mara); din niżlet ukoll taħt 1.5 trabi għal kull mara f’ ħafna Stati Membri.

Għaldaqstant l-Ewropej ma għandhomx in-numru ta’ tfal li huma jixtiequ. Dan juri l-problemi ta’ kull xorta li qed jillimitaw l-għażla tal-koppji, inkluż id-diffiklutajiet li dejjem jiżdiedu għal aċċess ta’ akkomodazzjoni.

Dan juri wkoll li l-familji, li l-istrutturi tagħhom huma varjati iżda li għadhom jifformaw element essenzjali tas-soċjetà Ewropea, mhux qed isibu ambjent li jħajjarhom li jrabbu aktar tfal. Jekk l-Ewropa trid tibdel din it-tendenza ta’ tnaqqis demografiku, il-familji għandhom ikunu aktar inkoraġġuti minn politiki pubbliċi li jippermettu lin-nisa u lill-irġiel li jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali. Aktar minn hekk, il-familja se jkompli jkollha rwol importanti fis-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet. L-Unjoni għandha għalhekk tagħraf aħjar is-sitwazzjoni tal-familji fl-Istati Membri differenti, notevolment fil-qasam tax-xogħol u tad-dħul ta’ flus tal-familji b’ ġenitur wieħed, l-aċċess għall-akkomodazzjoni, l-għajnuna soċjali, u l-kura ta’ l-anzjani.

Dawn huma l-fatti: sa l-2025 il-popolazzjoni ta’ l-Unjoni se tiżdied biss b’ mod baxx bis-saħħa ta’ l-immigrazzjoni, qabel ma tibda nieżla[1] : 458 miljun abitant fl-2005, 469.5 miljun fl-2025 (+2%), imbagħad 468.7 miljuni fl-2030. Iżda 55 reġjun mill-211 ta’ l-UE-15 diġà kellhom tnaqqis fil-popolazzjoni fit-tieni nofs tat-tmeninijiet. Dan hu l-każ tal-biċċa l-kbira tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri l-ġodda (35 reġjun minn 55), minħabba tnaqqis naturali u emigrazzjoni netta[2].

Dan it-tnaqqis hu aktar mgħaġġel u profond jekk wieħed jikkunsidra biss it-total tal-popolazzjoni ta’ età attiva (dawk ta’ bejn il-15-64 sena) : bejn l-2005 u l-2030, din għandha titlef 20.8 miljuni ta’ individwi.

Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli, ippresedut minn Wim Kok, enfasizza l-importanza ta’ l-isfida demografika għall-“Istrateġija ta’ Liżbona” : illum popolazzjoni li qed tixjieħ tista’ toħloq tnaqqis "fiż-żieda potenzjali" annwali tal-GNP fl-Ewropa ta’ 2-2.25% għal 1.25% fl-2040. Is-sens ta’ intraprenditorija u l-ħeġġa tas-soċjetà tagħna għall-inizjattiva se jkunu effettwati wkoll minn dan.

Biex tkun iffaċċjata din l-isfida, hu għalhekk urġenti li tkun implimentata b’ riżoluzzjoni l-Aġenda ta’ Liżbona, billi jkunu enfasizzati dawk il-politiki ffokati fuq ħolqien akbar ta’ impjiegi, - b’ mod partikulari għal ċerti setturi tal-popolazzjoni bħalma huma n-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li għandhom l-aktar età - l-innovazzjoni u ż-żieda tal-produttività.

Hu wkoll neċessarju li titkompla l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, notevolment tal-pensjoni, sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà finanzjarja u soċjali tagħhom u sabiex tippermettilhom b’ dan il-mod li jimmaniġġjaw l-effetti ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ.

Għal diversi snin l-Unjoni żviluppat politiki[3] li jikkontribwixxu biex ikunu antiċipati aħjar dawn it-tibdiliet[4], u inizjattivi reċenti, bħall- White Paper dwar avviċinament komunitarju ta’ l-immaniġġjar tal-migrazzjonijiet ekonomiċi , jikkontribwixxu biex tiżviluppa din id-diskussjoni.

Dawn it-tibdiliet demografiċi huma r-riżultat ta’ tliet tendenzi bażiċi :

- It-titwil kontinwu tat-tul tal-ħajja. Dan hu r-riżultat ta’ progress konsiderevoli fis-saħħa u fil-kwalità ta’ l-għajxien li minnhom qed jibbenefikaw l-Ewropej : it-tul tal-ħajja mingħajr mard għadu qed jiżdied. Dawn għandhom jitkomplew, bit-tnaqqis fid-differenzi bejn it-tul tal-ħajja ta’ l-irġiel u tan-nisa. Minn issa ’l quddiem erba ġenerazzjonijiet jistgħu jiltaqgħu fl-istess familja, iżda dawn huma aktar mobbli, u mhux dejjem jgħixu flimkien, bħal dari.

- Iż-żieda tal-ħaddiema ta’ ġenerazzjonijiet b’ età ta’ aktar minn 60 sena se tibqa’ tinħass sa bejn wieħed u ieħor l-2030, meta t-tfal tal-“ baby-boom ” jsiru “anzjani”.

- Nuqqas ta’ twelid persistenti. Il-ġenerazzjonijiet tal-“ baby-boom ” kellhom inqas tfal minn dawk preċedenti. Ħafna fatturi jispjegaw dan it-tnaqqis ta’ twelid : id-diffikultajiet biex jinstab ix-xogħol, in-nuqqas u l-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni, ġenituri b’età akbar li jkollhom l-ewwel tarbija, għażliet differenti fil-qasam edukattiv, fil-ħajja tax-xogħol u fil-ħajja tal-familja. Ir-rata tal-fertilità hi kważi kullimkien inferjuri għal-livell tat-tiġdid mill-ġdid tal-ġenerazzjonijiet. F’ ċerti pajjiżi, fin-Nofsinhar u l-Lvant ta’ l-Ewropa, dan hu wkoll inferjuri għal 1.3 tfal għal kull mara.

Is-soċjetà qed ikollha tibdiliet importanti fl-istruttura : l-istrutturi familjari qed jevolvu ; hemm aktar “ħaddiema li qed jikbru fl-età” (55-64), anzjani (65-79), persuni mdaħħla fiż-żmien (80+), anqas tfal, żgħażagħ u adulti li għandhom l-età tax-xogħol. It-tranżizzjonijiet bejn l-etajiet differenti tal-ħajja saru aktar komplessi : dan japplika partikularment fil-każ taż-żgħażagħ, li qed jgħaddu aktar tard minn ċerti fażijiet tal-ħajja (tmiem ta’ l-istudjiet, aċċess għal xogħol, l-ewwel tarbija).

Il-politiki pubbliċi, Ewropej u nazzjonali, għandhom għalhekk jikkunsidraw it-tibdiliet demografiċi. Dan hu l-objettiv li qed issegwi l-azzjoni preparatorja adottata mill-Parlament Ewropew fl-2004[5] : din timmira biex ikun ikkunsidrat aħjar l-impatt tat-tibdiliet demografiċi fil-politiki kollha kkonċernati.

F’ numru li qed jiżdied ta’ Stati Membri, dan l-adattament diġà sar prijorità politika. Biex ikun ikkumpensat it-tnaqqis prevedut tal-popolazzjoni attiva, l-Unjoni tiffavorixxi parteċipazzjoni aktar qawwija fix-xogħol, notevolment tan-nisa u tal-ħaddiema b’ età avanzata, tinkoraġġixxi l-investiment fil-“kapital uman” u żieda fil-livell ta’ produttività bis-saħħa ta’ riformi ekonomiċi u ta’ sforz ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni. Għaldaqstant, għandu jsir sforz supplimentari f’ dak li jirrigwardja l-integrazzjoni professjonali taż-żgħażagħ u l-akkumpanjament ta’ l-itinerarji professjonali tagħhom li saru “non-lineari” bl-alternazzjoni bejn xogħol, studju, qgħad, ikkwalifikar mill-ġdid u aġġornament tal-livell tal-kompetenzi.

Fil-kuntest ta’ l-aġenda soċjali ġdida ta’ l-Unjoni, hemm bżonn li tkun approfondita d-diskussjoni, filwaqt li jkunu rrispettati l-kompetenzi rispettivi tal-livell differenti kollha ta’ governanza : fil-fatt, ħafna kwistjonijiet marbutin mat-tibdiliet demografiċi jiddependu esklussivament fuq l-Istati Membri, jew fuq il-kompetenza ta’ l-awtoritajiet reġjonali jew ta’ l-imsieħba soċjali tagħhom. Iżda dawn huma wkoll kwistjoniiet ta’ interess komuni, li għalihom l-Istati Membri kollha għandhom iwasslu risposta li llum saret urġenti.

Fil-fatt, ir-rata tad-dipendenza demografika totali[6] se tgħaddi minn 49 % fl-2005 għal 66% fl-2030. Hemm bżonn li mhux biss jintleħaq, iżda wkoll jinqabeż l-objettiv ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona - rata ta’ impjieg ta’ 70 % - biex ikun ikkumpensat it-tnaqqis mistenni tal-popolazzjoni ta’ età attiva : il-parteċipazzjoni fix-xogħol għandha tkun aktar importanti, u l-età ta’ l-irtirar mix-xogħol għandha tkompli tiżdied. Jeħtieġ ukoll ikunu evalwati u diskussi l-mezzi biex ikunu mtaffijin l-effetti l-aktar negattivi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet.

Taħseb li l-livell Ewropew hu rilevanti biex tinfetaħ diskussjoni dwar it-tendenzi demografiċi u l-immaniġġjar tal-konsegwenzi tagħhom?

Jekk iva, liema jistgħu jkunu l-objettivi, u liema oqsma politiċi jidhirlek li huma kkonċernati?

1. L-ISFIDI TAD-DEMOGRAFIJA EWROPEA

It-tliet kawżi tax-xjuħija demografika jinstabu kullimkien fl-Ewropa, iżda b’ diversità kbira ta’ sitwazzjonijiet, li wieħed jista’ jiġbor fil-qasir kif ġej[7]:

- L-Unjoni ma għadx għandha “mutur demografiku”. L-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom mhix se tonqos qabel l-2050 għandhom sehem żgħir. Fost il-ħames Stati Membri l-aktar ippopolati, il-popolazzjoni Brittanika u Franċiża biss se jiżdiedu bejn l-2005 u l-2050 (+ 8 % u 9.6%)[8]. It-tnaqqis tal-popolazzjoni jibda kultant qabel l-2015, u se jkun f’ ċertu każi superjuri għal 10 % jew 15 % sa l-2050.

- L-immigrazzjoni taffiet reċentement in-nuqqas fir-rata ta’ twelid f’ numru kbir ta’ pajjiżi.

- Is-sitwazzjoni tal- pajjiżi kandidati ttaffi l-paraguni demografiċi. Il-proġezzjonijiet li jikkonċernaw il-Bulgarija u r-Rumanija juru żviluppi negattivi (-21 % u - 11 % minn issa sa l-2030), li huma simili għal dawk ta’ NU għall-Kroazja (-19 %). Bil-maqlub, il-popolazzjoni Torka se tiżdied aktar minn 19-il miljun bejn l-2005 u l-2030 (+25 %).

Xenarju bażiku bbażat fuq l-Eurostat, UE-25 (f’ eluf) | 2005-2050 | 2005-2010 | 2010-2030 | 2030-2050 |

Popolazzjoni totali | -2.1% (-9642) | +1.2% (+5444) | +1.1% (+4980) | -4.3% (-20066) |

Tfal (0—14) | -19.4% (-14415) | -3.2% (-2391) | -8.9% (-6411) | -8.6% (-5612) |

Żgħażagħ (15-24) | -25.0% (-14441) | -4.3% (-2488) | -12.3% (-6815) | -10.6% (-5139) |

Adulti żgħażagħ (25-39) | -25.8% (-25683) | -4.1% (-4037) | -16.0% (-15271) | -8.0% (-6375) |

Adulti (40-54) | -19.5% (-19125) | +4.2% (+4170) | -10.0% (-10267) | -14.1% (-13027) |

Ħaddiema b’ etajiet avanzati (55-64) | +8.7% (+4538) | +9.6% (+5024) | +15.5% (+8832) | -14.1% (-9318) |

“Anzjani” (65-79) | +44.1% (+25458) | +3.4% (+1938) | +37.4% (+22301) | +1.5% (+1219) |

Persuni mdaħħla fiż-żmien (80+) | +180.5% (+34026) | +17.1% (+3229) | +57.1% (+12610) | +52.4% (18187) |

Dawn it-tendenzi jagħmlu parti minn kwadru aktar wiesa’ : ir-reġjuni kollha tad-dinja se jkollhom popolazzjoni li qed tixjieħ matul dan is-seklu. Is-sieħeb prinċipali tagħna, l-Istati Uniti, se jkollu żieda fil-popolazzjoni ta’ 25.6 % bejn l-2000 u l-2025[9]. Fiċ-Ċina, per eżempju, din se tkun mgħaġġla, bit-tnaqqis tal-popolazzjoni mill-2025. Bil-maqlub, il-“viċinanzi” ta’ l-Ewropa, fl-Afrika u l-Lvant Nofsani, se jkollhom popolazzjoni li se tkun qed tixjieħ aktar tard : il-popolazzoni hi ferm aktar żgħażugħa, b’ età mejda ta’ 20 sena jew inqas, meta mqabbla ma’ dik ta’ 35 sena fl-Ewropa.

1.1. L-isfida ta’ rata ta’ twelid baxxa

F’ dan il-kuntest, rata ta’ twelid baxxa hija sfida għall-awtoritajiet pubbliċi. Qatt ma ġara fl-istorja li kien hemm “żvilupp ekonomiku mingħajr twelid ta’ tfal”. Żieda fil-produttività, notevolment permezz ta’ l-aċċess għat-taħriġ matul il-ħajja kollha, u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tax-xogħol, notevolment permezz tal-ħolqien ta’ suq veru tax-xogħol fl-Ewropa u mobbiltà professjonali akbar huma żewġ mezzi essenzjali biex tkun iffaċċjata din l-isfida. Hemm żewġ mezzi oħra : ir-rata tat-twelid u l-immigrazzjoni.

L-Ewropej għandhom rata ta’ fertilità li ma tassigurax aktar it-tiġdid mill-ġdid tal-ġenerazzjonijiet. Is-sondaġġi juru wkoll id-differenza li teżisti bejn in-numru ta’ tfal li l-Ewropej jixtiequ u n-numru ta’ tfal li dawn għandhom attwalment[10] : 2.3 tfal kontra 1.5. Dan ifisser li jekk il-mekkaniżmi adatti jeżistu biex jippermettu lill-koppji li jkollhom in-numru ta’ tfal li jixtiequ, ir-rata tal-fertilità tista’ tiżdied, għalkemm id-daqs mixtieq tal-familja jvarja konsiderevolment minn Stat Membru għall-ieħor.

Fil-fatt, ostakoli qed jinfluwenzaw l-għażliet privati : aċċess tard jew instabbli għax-xogħol, akkomodazzjoni għolja, nuqqas ta’ inizjattivi (għajnuniet familjari, leave tal-ġenituri, kura tat-tfal, ugwaljanza fir-remunerazzjoni). Dawn l-inizjattivi jistgħu fil-fatt ikollhom influwenza pożittiva fuq ir-rata tat-twelid billi jiffavorixxu ż-żieda fix-xogħol, notevolment tan-nisa, kif jintwera f’ ċerti pajjiżi. Għaldaqstant, fl-2004 84 % ta’ l-irġiel intervistati mill-Eurobarometer stqarrew li ma ħadux leave tal-ġenituri jew li ma kellhomx l-intenzjoni li jagħmlu dan, għalkemm huma kienu informati dwar dawn id-drittijiet.

Għal bosta snin l-Unjoni għamlet sforzi sinifikattivi biex ikun hemm ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Barra minn hekk, hi żviluppat koordinazzjoni bejn il-politiki nazzjonali ta’ protezzjoni soċjali.

Kif jista’ bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata jgħin biex jiġu solvuti l-probemi marbutin max-xjuħija demografika?

Kif jista’ wieħed jinkoraġġixxi tqassim aktar ibbilanċjat bejn ir-responsabbiltajiet domestiċi u familjali bejn l-irġiel u n-nisa?

L-għoti ta’ ċerti benefiċċji jew vantaġġi ( leave , ...) għandu jkun konness ma’ tqassim ugwali bejn iż-żewġ sessi? Kif jistgħu ż-żewġ ġeneturi li jieħdu leave tal-ġeneturi jkunu remunerati b’ mod adegwat?

Kif tista’ tkun inkorraġġuta aktar il-possibbiltà ta’ strutturi li joffru kura għat-tfal ( nurseries, kindergartens , eċċ) u għajnuna lill-anzjani, kemm mill-kollettivitajiet pubbliċi u mill-intrapriżi?

Tista’ rata mnaqqsa ta’ VAT applikata għas-servizzi ta’ kura tat-tfal u għal kura ta’ l-anzjani tikkontribwixxi għall-iżvilupp tagħhom?

Kif jista’ jkun permess lill-ġenituri, notevolment lill-koppji żgħażagħ, li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol, li jkollhom karriera tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom u li jkollhom in-numru ta’ tfal li jixtiequ?

1.2. Il-kontribuzzjoni possibbli ta’ l-immigrazzjoni

L-immigrazzjoni Ewropea minn barra l-Ewropa tista’ tgħin biex tikkontribwixxi biex jonqos it-tnaqqis tal-popolazzjoni minn issa sa l-2025, għalkemm hi ma tistax weħedha ssolvi l-problemi imposti minn popolazzjoni li qed tixjieħ jew tieħu post ir-riformi ekonomiċi. Kif ġie mfakkar fil- Green Paper reċenti tal-Kummissjoni[11], influssi migratorji aktar importanti jistgħu jkunu aktar u aktar neċessarji biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ nies tax-xogħol u jassiguraw il-prosperità ta’ l-Ewropa. Minħabba s-sitwazzjoni demografika fl-Ewropa u ta’ l-ambjent ġeografiku tagħha, din l-immigrazzjoni ekonomika se tkun ukoll, fil-parti l-kbira, immigrazzjoni li tippopola. Dan jimponi li jkun assigurat immaniġġjar effikaċi u trasparenti tad-dħul ta’ ċittadini minn Stati terzi u li jittieħdu miżuri ta’ politiki pro-attivi ta’ integrazzjoni u ta’ ugwaljanza fl-opportunitajiet, li jwettqu bilanċ bejn id-drittijiet u d-dmirijiet rispettivi tal-migranti u tas-soċjetajiet li jilqgħuhom fi ħdanhom[12]. L-għażla li jkun hemm referiment aktar wiesa’ għall-immigrazzjoni biex tagħmel tajjeb għall-popolazzjoni li qed tixjieħ għandha tkun is-suġġett ta’ diskussjoni fil-livell nazzjonali u Ewropew, kif ukoll mal-pajjiżi ta’ oriġini.

F’ Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew ta’ Tessalonika enfasizza li “l-politika ta’ l-UE fil-qasam ta’ integrazzjoni [ta’ l-immigranti] għandha tikkontribwixxi biex tilqa’ l-isfidi demografiċi u ekonomiċi ġodda li l-UE qed tiffaċċja attwalment.” Din id-diskussjoni tiftaħ il- Green Paper adottata f’ Jannar li għadda.

Sa fejn tista’ l-immigrazzjoni tagħmel tajjeb għal ċerti effetti negattivi tax-xjuħija fuq id-demografija?

Liema politiki għandhom ikunu implimentati biex ikunu integrati l-migranti, b’ mod partikulari ż-żgħażagħ ?

X’ kontribuzzjoni jistgħu jwasslu l-istrumenti komunitarji, b’ mod partikulari l-kwadru leġiżlattiv kontra d-diskriminazzjoni, il-fondi strutturali u l-istrateġija għax-xogħol?

2. SOLIDARJETÀ ġDIDA BEJN IL-ġENERAZZJONIJIET

It-tibdiliet demografiċi qed joħolqu soċjetà ġdida, u mill-2010 dawn se jaċċelleraw ruħhom : anqas u anqas żgħażagħ u adulti, aktar u aktar “ħaddiema li qed jikbru fl-età”, pensjonanti u persuni mdaħħla fiż-żmien. Is-soċjetajiet tagħna għandhom jivvintaw mezzi ġodda biex jutilizzaw il-potenzjal għall-iżvilupp li jirrappreżentaw il-ġenerazzjonijiet u ċ-ċittadini li għandhom aktar età. Il-kontribuzzjoni ta’ l-parteċipanti kollha involuti f’ dawn it-tibdiliet se tkun neċessarja : forom ġodda ta’ solidarjetà għandhom ikunu żviluppati bejn il-ġenerazzjonijiet, mibnija fuq għajnuna reċiproka u trasferiment ta’ kompetenzi u ta’ esperjenzi. L-inizjattiva Ewropea għaż-żgħażagħ proposta mill-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-reviżjoni f’ nofs il-proċess ta’ l-“Istrateġija ta’ Liżbona”, għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan.

2.1. Ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ integrati aħjar

It-tfal u ż-żgħażagħ se jkollhom jieħdu post il-ġenerazzjonijiet li huma aktar numerużi minnhom. Ċertament, il-livell tat-taħriġ tagħhom hu notevolment superjuri għal dak ta’ dawk akbar minnhom : per eżempju, fl-UE-15, aktar minn 28% ta’ dawk li għandhom 25-34 sena kellhom, fl-2003, livell ta’ edukazzjoni superjuri, meta mqabbla biss mas-16% ta’ dak li għandhom 55-64 sena. Dan jippermetti li jkun previst livell ta’ produttività u kapaċità ta’ adattament superjuri għal dawk tal-ġenerazzjonijiet preċedenti. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tkun konxja li ż-żgħażagħ fi ħdanha qed isiru riżors rari li mhux qed ikunu użati b’ mod suffiċjenti. Fil-fatt, iż-żgħażagħ qed jiltaqgħu ma diffikultajiet ta’ integrazzjoni :

- Ir-rata ta’ qgħad ta’ dak li għandhom anqas minn 25 sena kienet ta’ 17.9% f’ Diċembru 2004, u ta’ 7.7% għal dawk li għandhom 25 sena jew aktar.

- Iż-żgħażagħ huma partikularment esposti għar-“riskju tal-faqar”[13]: dan hu l-każ ta’ 19 % ta’ dawk bl-età ta’ 16-24 sena, ipparagunati mat-12% ta’ dawk bl-età ta’ 25-26 sena[14]. Dan il-proporzjon hu ukoll superjuri għal dak li wieħed josserva fost il-persuni bl-età ta’ aktar minn 65 sena (17%).

- Iż-żgħażagħ huma kultant iffaċċjati b’ diskriminazzjonijiet relatati ma’ l-età tagħhom u man-nuqqas ta’ esperjenza professjonali, aggravati kultant minn fatturi oħra bħalma huma s-sess, l-oriġini soċjali jew ir-razza, li huma ugwalment ostakoli għall-integrazzjoni tagħhom fil-ħajja attiva u s-soċjetà.

- Il-kwalifiki akkwistati fl-iskola mhumiex dejjem biżżejjed għall-ħtiġijiet ta’ soċjetà ta’ tagħrif, u l-livell tal-falliment skolastiku għadu preokkupanti. Fl-2002, madwar 16.5% ta’ dawk bl-età ta’ 18-24 sena ħallew l-iskola mingħajr kwalifiki. Ir-raġunijiet huma ċertament ħafna. Miżuri ta’ għajnuna lill-familji u lit-tfal bl-età skolastika, assoċjati mal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ tagħlim għandhom jgħinu biex jitnaqqas dan il-fenomenu.

- Barra minn hekk, it-tfal huma wkoll esposti għar-riskji tal-faqar : dan hu l-każ ta’ 19 % taż-żgħażagħ bl-età ta’ anqas minn 15-il sena. Dawn ir-riskji huma aggravati għal dawk li jgħixu f’ familji b’ ġenitur wieħed. Waħda mill-konsegwenzi tagħhom hi li t-tfal ikollhom iħallu l-iskola kmieni, dan jista’ , fi tmiem perjodu daqxejn twil, jaċċentwa r-riskji tal-faqar li jeżistu għaż-żgħażagħ.

Is-sistema edukattiva se tkun għalhekk iffaċċjata bi sfida importanti : biex tkompli ittejjeb il-livell ta’ taħriġ inizjali, filwaqt li toffri mezzi aktar flessibbli. Per eżempju, iż-żgħażagħ se jkunu aktar lesti biex jibdlu t-taħriġ fl-ambjent skolastiku, tax-xogħol u tat-tagħriġ marbut ma’ apprendistat, sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-ekonomija. Huma għandhom ukoll jibbenefikaw aktar mill-possibbiltajiet ipprovduti permezz ta’ tagħlim b’ distanza.

Popolazzjoni li qed tixjieħ ma tfissirx li l-problemi tal-qgħad u ta’ l-integrazzjoni se jkunu solvuti b’ mod awtomatiku. L-imsieħba soċjali, is-sistema skolari, l-awtoritajiet pubbliċi, il-parteċipanti lokali, għandhom jirriflettu sabiex itejbu l-messi ta’ integrazzjoni, fosthom kif jistgħu jkunu evitati d-diskriminazzjonijiet li jistgħu jeffettwaw iż-żgħażagħ.

Objettivi Ewropej kienu stipulati fil-qasam tal-prevenzjoni tal-qgħad għal żmien twil fost iż-żgħażagħ, fil-ġlieda kontra l-falliment skolastiku u fit-titjib fil-livell tat-taħriġ inizjali. Il-fondi strutturali jikkontribwixxu, fuq livell bażiku, sabiex dawn jintleħqu.

Kif jistgħu l-politiki komunitarji jikkontribwixxu aktar fil-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal u dak tal-familji b’ ġenitur wieħed, u biex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar u ta’ l-esklużjoni għaż-żgħażagħ?

Kif tista’ tkun imtejba l-kwalità tas-sistemi ta’ taħriġ inizjali u ta’ taħriġ lill-adulti? X’ tista’ tkun il-kontribuzzjoni ta’ l-edukazzjoni informali u ta’ l-attivitajiet tal-volontarjat? X’ jistgħu jkunu l-kontribuzzjonijiet tal-fondi strutturali u ta’ l-istrumenti li jimmiraw biex tintleħaq b’ mod aħjar is-soċjetà ta’ tagħrif?

Kif jistgħu jittejbu konnessjonijiet bejn l-iskola u l-ħajja professjonali, u l-kwalità tax-xogħol taż-żgħażagħ? X’ rwol għandu jkollu d-djalogu soċjali? Liema kontribuzzjoni tista’ tingħata permezz tad-djalogu mas-soċjetà ċivili, notevolment l-organizzazzjonijet taż-żgħażagħ?

Liema forom ta’ solidarjetà jistgħu jkunu żviluppati bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani?

2.2. Avviċinament globali għaċ-“ċiklu tal-ħajja” attiva

Mill-bidu ta’ l-2005, iż-“żgħażagħ adulti” (bl-età ta’ bejn il-25-39 sena) se jonqsu, dan sa jaċċellera ruħu wara l-2010 (-16 % bejn l-2010 u l-2030). Dawk bl-età ta’ bejn l-40-54 sena jibdew jonqsu fl-2010. Bl-istess mod, dawk bl-età ta’ aktar minn 55 se jiżdiedu għal 9.6% bejn l-2005 u l-2010, u minn 15.5% bejn l-2010 u l-2030, qabel ma huma wkoll jonqsu b’ mod drastiku. L-intrapriżi għandhom għalhekk jistrieħu aktar fuq l-esperjenzi u l-kwalifiki ta’ dawk il-ħaddiema msejħin “li qed jikbru fl-età”, filwaqt li jippreparaw b’ mod attiv dawk li għandhom anqas minn 55 sena biex jieħdu post dawn il-ġenerazzjonijiet. Minkejja ċertu progress, ir-rata ta’ xogħol ta’ dawk bl-età ta’ aktar minn 55 sena – 40.2% fl-2003, hi bejn wieħed u ieħor ta’ 20.5 miljuni ta’ persuni b’ impjieg – din hija ferm anqas mill-objettiv Ewropew ta’ rata ta’ xogħol ta’ 50%.

Iż-żgħażagħ b’ impjieg jistgħu jixtiequ li jkollhom aktar ħin għat-tfal tagħhom u jaħdmu aktar f’ mument ieħor ta’ ħajjithom. It-tibdiliet demografiċi jistgħu għalhekk jikkontribwixxu biex tinstab forma ġdida ta’ organizzazzjoni fil-qasam tax-xogħol, aktar adatta u aktar flessibbli. L-iżviluppi teknoloġiċi joffru opportunità li jtejbu l-bilanċ bejn il-ħajja familjari u dik professjonali.

Il-kwalità ta’ l-impjiegi u ta’ l-ambjent tax-xogħol għandhom jikkontribwixxu wkoll b’ mod qawwi għaż-żamma ta’ l-impjieg, billi jnaqqsu r-riskji ta’ l-inċidenti u billi jtejbu l-kondizzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, notevolment dawk l-aktar avanzati fiż-żmien. L-antiċipazzjoni ta’ ristrutturazzjonijiet għandha tikkontribwixxi biex ikun immaniġġjat aħjar iċ-ċiklu tal-ħajja attiva. Hemm bżonn ukoll li jkunu żviluppati l-inizjattivi biex jevolvu l-komportamenti u jkunu miġġielda d-diskriminazzjonijiet.

Biex tkun iffavorita t-tranżizzjoni lejn is-soċjetà ta’ tagħrif, il-politiki komunitarji jippromwovu l-modernizzazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tax-xogħol, id-definizzjoni ta’ strateġiji ta’ tagħriġ matul il-ħajja, il-kwalità ta’ l-ambjent tax-xogħol u l-“popopolazzjoni attiva li qed tixjieħ”, notevolment iż-żieda ta’ l-età medja ta’ irtirar mis-suq tax-xogħol. It-tibdiliet demografiċi jsaħħu l-importanza ta’ dawn il-politiki filwaq li jqanqlu mistoqsijiet ġodda :

Kif tista’ tkun immodernizzata l-organizzazzjoni tax-xogħol biex ikunu kkunsdrati l-ħtiġijiet speċifiċi għal kull grupp ta’ età? Kif tista’ tkun iffaċilitata l-integrazzjoni tal-koppji żgħażagħ fil-ħajja attiva u jingħatalhom bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà biex irabbu t-tfal żgħar, u fl-istess waqt iħarġu u jadattaw il-kompetenzi tagħhom għall-esigenzi tas-suq tax-xogħol? Kif jistgħu nies aktar avanzati fl-età jkunu mħajrin jaħdmu aktar?

Kif tista’ tkun adattata l-organizzazzjoni tax-xogħol għal distribuzzjoni ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet, b’ anqas żgħażagħ u aktar “haddiema b’ età avanzata” fl-intraprizi?

B’ liema mod il-parteċipanti differenti ta’ l-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu biex dawn jiġu solvuti, b’ mod partikulari d-djalogu soċjali u s-soċjetà ċivili?

2.3. Post ġdid għall-“anzjani”

L-“anzjani” (dawk bl-età ta’ 65-79 sena) se jiżdiedu b’ mod qawwi wara l-2010, u sa bejn wieħed u ieħor l-2030 (+ 37.4%). Jekk it-tendenzi attwali jkomplu huma se jkunu wkoll aktar attivi minħabba saħħa aħjar. Fl-aħħarnett huma se jkunu stabene : għax proporzjoni dejjem tiżdied tagħhom se jkollhom pensjonijiet sħaħ, u jkollhom fil-possess tagħhom tfaddil ogħla mhux biss minn dak tal-predeċessuri tagħhom, iżda wkoll minn ta’ wliedhom.

L-“anzjani” ta’ ċerti pajjiżi qed jagħżlu aktar u aktar li jissetiljaw f’ reġjun jew pajjiż ieħor : il-mobbiltà mhix biss fattur marbut maż-żgħażagħ jew dawk li jaħdmu. Il-konsum tagħhom qed idur lejn prodotti u servizzi ġodda. Huma jixtiequ ukoll jipparteċipaw b’ mod attiv fil-ħajja soċjali : ir-rwol tagħhom hu diġà konsiderevoli fis-settur tal-volontarjat. Se jkunu jistgħu jixtiequ isegwu attività professjonali, jew jamalgamaw impjieg part-time ma’ l-irtirar, dan hu li qed jiżviluppa fl-Istati Uniti. Ir-rata ta’ attività ta’ dawk bl-età ta’ 65-74 sena hi ta’ 5.6 % fl-Unjoni (fl-2003), imqabbla ma’ 18.5 % fl-Istati Uniti. X’ uħud minnhom se jkunu wkoll jixtiequ jgħinu lill-uliedhom u lin-neputijiet, u jiżguraw li progressivament il-wirt tagħhom jgħaddi lill-ġenerazzjonijiet iżgħar minnhom.

Il-koordinazzjoni Ewropea għar-riformi ta’ l-iskemi ta’ irtirar tippromwovi passaġġi flessibbli bejn il-ħajja attiva u l-irtirar.

Għandha tiġi stabbilita età legali li fiha wieħed jista’ jirtira mix-xogħol, jew għandu jingħata permess għal irtirar flessibbli u progressiv ?

Kif jista’ wieħed jippermetti l-parteċipazzjoni ta’ l-“anzjani” fil-ħajja ekonomika u soċjali notevolment bis-saħħa ta’ amalgamazzjoni bejn is-salarju u l-pensjoni, ta’ tipi ġodda ta’ impjiegi ( part-time , temporanji) jew ta’ tipi oħra ta’ inizjattivi finanzjarji ?

Kif jistgħu jkunu żviluppati l-attivitajiet li jimpjegaw l-“anzjani” fis-settur tal-volontarjat u ta’ l-ekonomija soċjali ?

Kif tista’ tkun akkumpanjata l-mobbiltà tal-pensjonanti bejn l-Istati Membri, notevolment fil-qasam tal-protezzjoni soċjali u fil-kura tas-saħħa?

Kif jista’ wieħed jinvesti fis-saħħa u l-prevenzjoni sabiex l-Ewropej ikomplu jibbenefikaw minn prospetti ta’ ħajja aktar fit-tul mimlija saħħa ?

2.4. Solidarjetà ma’ persuni mdaħħla fiż-żmien

Bis-saħħa ta’ prospettivi kostanti ta’ ħajja aktar fit-tul, is-soċjetajiet tagħna qed jaraw żieda qawwija fin-numru ta’ persuni mdaħħla fiż-żmien (80+ sena) : + 17.1 % bejn l-2005 u l-2010, + 57.1 % bejn l-2010 u l-2030. Huma se jkunu għalhekk madwar 34.7 miljuni, imqabbla llum il-ġurnata ma’ bejn wieħed u ieħor 18.8 miljuni. Il-proporzjon ta’ dawk jgħixu weħedhom se jikber, l-aktar għan-nisa, minħabba n-numru ta’ nisa romol li jirriżulta mid-differenza fit-tul tal-ħajja bejn iż-żewġ sessi. Il-livell tal-pensjonijiet ta’ l-irtirar mix-xogħol għan-nisa hu b’ mod sinifikattiv inferjuri għal dak ta’ l-irġiel. In-nisa għandhom karrieri aktar qosra u remunerazzjonijiet anqas importanti matul il-ħajja tax-xogħol.

Il-familji ma’ jistgħux isolvu weħedhom il-kwistjoni ta’ kif se jieħdu ħsieb dawn il-persuni, kemm jekk huma dipendenti jew awtonomi. Ċertament, il-progress ta’ l-istat tas-saħħa tal-ġenerazzjonijiet iżgħar ta’ llum jippermetti li jkun previst li l-persuni mdaħħla fiż-żmien tal-futur se jibqgħu awtonomi għal aktar u aktar żmien, u se jkunu jixtiequ jibqgħu jgħixu f’ darhom. Il-kura “intensiva” se tkun aktar u aktar ikkonċentrata lejn tmiem il-ħajja. Għaldaqstant, se jkun hemm ukoll aktar persuni milli hemm illum li se jkollom bżonn ta’ kura intensiva minħabba t-telf ta’ l-awtonomija tagħhom.

Fiż-żewġ każi, se jkun hemm bżonn ta’ kura adatta, li llum, f’ ħafna pajjiżi, hi pprovduta mill-familji, u fuq kollox min-nisa. Għaldaqstamt, dawn qed jipparteċipaw aktar u aktar fix-xogħol. Barra minn hekk, aktar tfal, li leħqu l-età ta’ adulti, qed jgħixu ’l bogħod mill-ġenituri tagħhom.

Il-familji għandhom għalhekk ikunu megħjunin aktar milli huma attwalment. Dan hu r-rwol tas-servizzi soċjali u tan- networks ta’ solidarjetà u ta’ kura fi ħdan il-komunitajiet lokali.

Fl-2006, il-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali ta’ protezzjoni soċjali għandha testendi għall-kura għal tul ta’ żmien għal persuni mdaħħla fiż-żmien. X’ kontribuzzjoni tista’ din twassal fl-immaniġġjar tat-tibdiliet demografiċi?

B’ mod partikulari, hemm bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn pensjonijiet ta’ l-irtirar mix-xogħol u għajnuniet għall-awtonomija?

Kif għandu jiġi mħarreġ il-personal meħtieġ u jiġu offruti impjiegi ta’ kwalità, f’ settur li spiss hu kkaratterizzat minn pagi u kwalifiki baxxi?

Kif għandu jinstab bilanċ fil-kura ta’ dawk li għandhom “età kbira” bejn il-familji, is-servizzi soċjali u l-istituzzjonijiet?

Kif jistgħu jiġu megħjuna l-familji?

Kif jistgħu jiġu megħjuna n-networks ta’ kura lokali?

Kif jistgħu jiġu mnaqqsa l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa ta’ età pensjonabbli?

Kif għandhom jiġu utilizzati t-teknoloġiji l-ġodda biex ikunu megħjuna dawk imdaħħla fiż-żmien?

3. KONKLUżJONI : X’ RWOL GħANDU JINGħATA LILL-UNJONI?

Quddiem tibdiliet demografiċi, l-Ewropa għandha ssegwi tliet prijoritajiet essenzjali :

- Ritorn lejn it-triq ta’ żvilupp demografiku. Għandna nistaqsu lilna nfusna żewġ mistoqsijiet sempliċi : Liema prijorità qed nagħtu lit-tfal? Nixtiequ nagħtu lill-familji, tkun xi tkun il-forma tagħhom, il-post li jixirqilhom fis-soċjetà Ewropea? Bis-saħħa ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona (il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iż-żieda fir-rata tax-xogħol tan-nisa u tal-ħaddiem li qed jikbru fl-età), il-miżuri innovattivi ta’ għajnuna għat-twelid u użu kkontrollat ta’ l-immigrazzjoni, l-Ewropa tista’ toħloq opportunitajiet ġodda ta’ investiment, ta’ konsum u ta’ ħolqien ta’ ġid.

- Bilanċ assigurat bejn il-ġenerazzjonijiet, fit-tqassim taż-żmien matul il-ħajja kollha, fil-qsim tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-iżvilupp, u f’ dak tal-bżonnijiet finanzjarji marbuta mal-pensjonijiet u mas-saħħa.

- Sejba ta’ tranżizzjonijiet ġodda bejn l-etajiet. Iż-żgħażagħ jiltaqgħu ma’ diffikultajiet persistenti biex jinserixxu lilhom infushom fix-xogħol. Numru dejjem jiżdied ta’ “rtirati b’ età żgħira” jixtiequ jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u ekonomika. Iż-żmien ta’ studju qed jitwal, u ż-“żgħażagħ attivi” jixtiequ ħin għat-tfal tagħhom. Dawn it-tibdiliet qed jibdlu l-fruntieri u t-tranżizzjonijiet bejn l-attività u l-inattività.

Għandha l-Unjoni tippromwovi skambji u analiżi regolari, per eżempju annwali, ta’ tibdiliet demografiċi u ta’ l-impatt tagħhom fuq is-soċjetajiet u l-politiki kollha kkonċernati?

L-instrumenti finanzjarji ta’ l-Unjoni – notevolment il-fondi strutturali – għandhom jikkunsidraw aħjar dawn it-tibdiliet, u kif?

Kif tista’ l-koordinazzjoni Ewropea għall-politiki tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali tintegra aħjar id-dimensjoni tat-tibdiliet demografiċi?

Kif jista’ d-djalogu soċjali Ewropew jikkontribwixxi għal immaniġġjar aħjar tat-tibdiliet demografiċi? Liema rwol jista’ jkollhom is-soċjeta ċivili u d-djalogu maż-żgħażagħ?

Kif tista’ tkun integrata d-dimensjoni tat-tibdil demografiku fil-politiki interni u esterni kollha ta’ l-Unjoni?

Il-Kummissjoni se torganizza f’ Lulju 2005 Konferenza li tiġbor flimkien il-parteċipanti kollha kkonċernati u li se tippermetti li jkunu ttrattati l-kwistjonijiet differenti mqanqlin f’ din il-“ Green Paper ”. L-objettiv ta’ din il-konferenza u tal- Green Paper hu li jinġabru l-aħjar prattiki ta’ l-Istati Membri u tal-parteċipanti l-oħra. Dan id-dibattitu se jkun jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-Inizjattiva Ewropea għaż-Żgħażagħ ipproponuta fir-reviżjoni f’ nofs it-triq ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona[15].

4. KIF JISTA’ JKUN HEMM PARTEċIPAZZJONI FIL-KONSULTAZZJONI?

Il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika jibda fis-16 ta’ Marzu u jispiċċa fl-1 ta’ Settembru 2005.

Nistidnukhom tibagħtu r-risposti tagħkom permezz tal-formoli ta’ risposti elettroniċi, li tistgħu ssibu fil- website tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej :

http://europa.eu.int/yourvoice/consultations/index_fr.htm.

Kull informazzjoni li għandha x’ taqsam ma persuni fiżiċi se tinżamm anonima. L-organizzazzjonijiet huma mitluba jidentifikaw lilhom infushom.

Inħeġġukhom tużaw il-formola tar-risposta elettronika, dan jagħmel aktar faċli li tkun ipproċessata l-opinjoni tiegħek fl-ambitu tal-proċess ta’ konsultazzjoni.

Għaldaqstant, tistgħu wkoll tibagħtulna kontribuzzjoni bil-miktub fl-indirizz li ġej :

Livre vert « Changements démographiques »

DG EMPL/E/1

J-27 01/122

Commission européenne

B-1049 Bruxelles

ANNEXE 1

De nombreuses politiques communautaires contribuent, depuis plusieurs années, à anticiper les changements démographiques :

- La stratégie européenne pour l’ emploi, ainsi que la politique d’ éducation et de formation professionnelle, ont permis de mobiliser, depuis plusieurs années, les politiques et les acteurs en faveur de la lutte contre l’ échec scolaire et de l’ élévation du niveau de formation initiale des jeunes[16], mais aussi de promotion du « vieillissement actif », de hausse progressive de l’ âge moyen de retrait du marché du travail[17] et d’ amélioration de la qualité de l’ emploi. Là aussi, l’ Union reste encore loin des objectifs affichés.

- La réforme des systèmes de protection sociale. Les objectifs communs en matière de réforme des régimes de retraite, adoptés en 2001, appellent à préserver la solidarité entre les générations, et à maintenir un équilibre entre retraités et actifs. L’ extension de la coordination des politiques nationales en matière de soins de santé et de soins de longue durée pour personnes âgées permettra de développer cette approche. La stratégie européenne pour l’ inclusion sociale a fixé des objectifs en matière de lutte contre la pauvreté des enfants et des familles.

- Le respect du principe d’ égalité entre les hommes et les femmes et sa prise en compte dans toutes les politiques de l’ Union (« gender mainstreaming »). Les mesures favorisant la conciliation entre vie professionnelle et vie privée jouent un rôle majeur dans l’ augmentation du taux d’ emploi. Par exemple, le Conseil européen de Barcelone, en 2002, a appelé les États membres à développer les structures de garde d’ enfants. Le dialogue social a conclu des accords en matière de congé parental et de temps partiel, qui ont été mis en œuvre par voie de directive. En dépit de ces avancées, les résultats ne sont toujours pas satisfaisants, comme en témoigne le faible recours des hommes au congé parental et la persistance des obstacles qui limitent l’ accès des femmes à l’ emploi de qualité.

- La lutte contre les discriminations. Depuis 2000, un cadre législatif couvre toutes les discriminations dans l’ emploi et qui promeut la diversité.

- Les « grandes orientations de politique économique » appellent à renforcer le caractère durable de la croissance, en réduisant l’ endettement public et en conduisant des politiques saines. La surveillance multilatérale de la mise en œuvre des GOPE et du pacte de stabilité et de croissance comprend des travaux d’ évaluation de la soutenabilité des finances publiques. Des travaux ont été entrepris au sein du Comité de politique économique pour mesurer l’ impact économique et budgétaire à moyen et à long terme du vieillissement.

- Une approche commune des politiques d’ immigration se développe depuis plusieurs années, y compris en matière d’ immigration économique.

- Le Fonds social, en tant qu’ outil de soutien à la stratégie pour l’ emploi, et le Fonds européen de développement régional promeuvent le développement des structures d’ accueil des enfants et une meilleure « gestion des âges » dans l’ entreprise.

- Le programme-cadre de recherche soutient de nombreux projets liés au vieillissement et aux changements démographiques, portant notamment sur les recherches cliniques sur les maladies liées au grand âge et les impacts sur les systèmes de santé. Le programme-cadre permet également la réalisation d’ études prospectives sur les évolutions démographiques en Europe.

ANNEX 2

1. L-isfidi tad-demografija ewropea 4

1.1. L-isfida ta’ rata ta’ twelid baxxa 5

1.2. Il-kontribuzzjoni possibbli ta’ l-immigrazzjoni 5

2. Solidarjetà ġdida bejn il-ġenerazzjonijiet 6

2.1. Ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ integrati aħjar 6

2.2. Avviċinament globali għaċ-“ċiklu tal-ħajja” attiva 8

2.3. Post ġdid għall-“anzjani” 8

2.4. Solidarjetà ma’ persuni mdaħħla fiż-żmien 9

3. Konklużjoni : x’ rwol għandu jingħata lill-Unjoni? 10

4. Kif jista’ jkun hemm parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni? 11

Graph 1: the European Union in the world 15

Graph 2: old age dependency 16

Graph 3: share of the youngest and the oldest in the European population 17

Graph 4: the ageing of the European population 18

Graph 5: size of the youngest (15-24) and oldest (55-64) working age groups 19

Graph 6: change in the median and average age in the EU-25 1950-2050 20

Graph 7: ageing patterns across the Union 21

Graph 8: trends in fertility 22

Graph 9:fertility trends in the EU between 1960 and 2003 23

Graph 10 & 11: trends in life expectancy at birth 24

Graphs 12 & 13: life expectancy at the age of 60 (1960-2002) 25

Graph 14: trends in net migration 26

Graph 1: the European Union in the world

[pic]

Graph 1 shows that the share of the EU-25 in world population between 2000-2030 is likely to fall from 12 to 6%. Other regions are also affected. Africa is likely to become one of the new giants. The shares of India and Other Asia are also expected to rise. The increasing demographic size of these other regions could diminish Europe’ s influence in the world.

GRAPH 2: OLD AGE DEPENDENCY

[pic]

Graph 2 shows that old age dependency is going to be a global challenge over the next three decades with the exception of Africa. The pressure is going to be the highest in Japan and Europe. This means that the problem does not only exist in EU-25 and that all developed regions of the world are forced to redesign their policies and institutional arrangements in order to resolve the problems associated with ageing.

GRAPH 3: SHARE OF THE YOUNGEST AND THE OLDEST IN THE EUROPEAN POPULATION

[pic]

Graph 3 presents the shares of the two youngest and the two oldest age groups between 2000-2050 for Japan, USA and EU-25. In all three cases an important decline in the share of younger cohorts is observed while the share of the older cohorts has increased. The main implication of these trends is that the overall demand for care will increasingly have to shift from the young to the elderly. The only way to cope with this potentially huge increase in demand from old age groups is to develop active ageing policies.

GRAPH 4: THE AGEING OF THE EUROPEAN POPULATION

[pic]

Graph 4 shows that ageing is having an important effect on the age structure of the European population. As the baby boom generation moves through the age pyramid, older cohorts become more numerous than the younger ones. The total EU-25 population has grown from 350 million in 1950, to 418 million in 1975 to 450 million in 2000. In 2025, population is expected to grow to 470 million persons but after this, it is likely to decrease to 449 million in 2050. In other words, it will take two more decades before ageing starts to have a negative effect on the absolute size of the population. On the other hand the effect of ageing on the age composition comes at much earlier stage and is therefore of much importance for the labour market and the health and long-term care sector.

GRAPH 5: SIZE OF THE YOUNGEST (15-24) AND OLDEST (55-64) WORKING AGE GROUPS

[pic]

Graph 5 shows that around 2009 the size of the youngest cohort of the working age population will dive below the size of the oldest cohort. In 2050 there are expected to be 66 million persons of 55-64 and only 48 million of 15-24. This means that the working age population will start declining soon after 2010 and that the labour market will increasingly have to rely on older workers. The graph illustrates that it has become very urgent to improve the employability of our older workers in order to prepare our labour markets for the onset of ageing.

GRAPH 6: CHANGE IN THE MEDIAN AND AVERAGE AGE IN THE EU-25 1950-2050

[pic]

GRAPH 7: AGEING PATTERNS ACROSS THE UNION

[pic]The pattern of ageing is different across the Union. Graph 7 shows on a timeline the years at which the total population and the working age population in each of the Member States are expected to stop growing and start declining. All Member States will have to deal with ageing challenge but not at the same time and not to the same degree. The decline in the total population of the EU-25 is expected by 2025 and it will be preceded by a decline in the population of working age starting already in 2011.

GRAPH 8: TRENDS IN FERTILITY

[pic]

Graph 8 shows that in 1960 fertility in almost all Member States laid above the replacement level of 2.1 with a high margin, while today (2003) the rate has almost everywhere dropped well below replacement levels. What is also striking is the present gap in fertility between some of the new Member States and the rest of the EU. Most demographers expect that a catch up towards the average level in the EU-15 will be the most likely scenario.

GRAPH 9:FERTILITY TRENDS IN THE EU BETWEEN 1960 AND 2003

[pic]Graph 9 shows the different patterns of fertility decline in Europe. The drop in fertility took place firstly in Northern and Western Europe, and was followed by Southern Europe with almost a 10 year delay and with a 20 year delay for Central Europe. Despite these time lags fertility in Southern and Central Europe is today lower than in Western and Northern Europe. This means that the various parts of the EU are basically following the same transition albeit with important phase differences.

GRAPH 10 & 11: TRENDS IN LIFE EXPECTANCY AT BIRTH

[pic]

[pic]

Source: Eurostat

Important gains in life expectancy have been realised between 1960 and 2002, with the exception of men in the Baltic States. The graphs also show that the average life expectancy of women is 6 years higher than that of men. For the future, demographers expect that the difference in life expectancy between men and women will narrow and that life expectancy of men in the Baltic States will within a few decades improve towards the EU. The increase in life expectancies is the result of drops in the mortality of all age groups and is not limited to the very old.

GRAPHS 12 & 13: LIFE EXPECTANCY AT THE AGE OF 60 (1960-2002)[18]

[pic]

LV: decrease from 16,5 in 1970 tp 15,2 in 2002

SK: decrease from 16,6 in 1960 to 16,4 in 2002

Source: Eurostat

[pic]

According to graphs 12 and 13, life expectancy at the age of 60 between 1960 and 2002 has increased almost everywhere, except for men in Latvia and Slovakia. The differences at the age of 60 are smaller than at birth for both men and women. It is also clear that during this period the gap in life expectancy between men and women has further increased. Nevertheless the new baseline projection assumes that this gap, measured in terms of life at expectance at birth, will start to shrink from 6.3 years in 2002 to 5.2 in 2050.

GRAPH 14: TRENDS IN NET MIGRATION

Graph 14 demonstrates the growing importance of migration as a source of population growth. Furthermore, without migration our total population would have already started to decline. To the extent that migrants have higher fertility rates than the indigenous population, migration may boost the natural increase.

[pic]

Graph 14 also shows that in the past, Germany was always a favourite destination of migrants who often came from Eastern Europe. However, its position has recently been taken over by the UK, Italy and Spain. A large share of the recent migrants to Spain comes from Southern America whilst the UK and Ireland are also popular destinations for migrants coming from Asia. A large share of migration comes about as a result of family reunification.

[1] Xenarju bażiku tal-previżjonijiet tal-popolazzjoni ta’ l-Eurostat, riżultati proviżorji – Diċembru 2004.

[2] Ir-Reġjuni NUTS 2. Sors : It-Tielet Rapport dwar il-koeżjoni, Frar 2004.

[3] Ara l-Anness 1.

[4] Lejn Ewropa ta’ l-etajiet kollha – KUMM(1999) 221 tal-25.5.1999; Ir-risposta ta’ l-Ewropa dwar ix-xjuħija tal-popolazzjoni dinjija – KUMM(2002) 143 tat-18.3.2002.

[5] Linja baġitarja 20 04 01 – ĠU L 53 tat-23.2.2004, Volum 47, p. II/1281.

[6] Il-proporzjon tal-popolazzjoni ta’ bejn 0 u 14-il sena u ta’ aktar minn 65 sena u dik ta’ 15 sa 64 sena.

[7] Ara l-Anness 2.

[8] Spanja se jkollha żieda ta’ 5.7 % bejn l-2005 u l-2030, u tnaqqis ta’ 0.8 % bejn l-2005 u l-2050.

[9] Proġezzjonijiet tan-NU, 2002.

[10] Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-politika soċjali f'Unjoni Ewropea mkabbra, Mejju 2004

[11] KOM(2004) 811 tal-11.1.2005.

[12] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u x-xogħol, COM(2003) 336.

[13] Ir-Rapport konġunt dwar l-inklużjoni : http://europa.eu.int/comm/employment_social/soc-prot/soc-incl/joint_rep_fr.htm.

[14] Dan ifisser dħul ta’ flus inferjuri għal 60% tad-dħul medju wara t-trasferimenti.

[15] Il-Ministri taż-Żgħażagħ waqt il-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2005, taw il-kunsens tagħhom għall-isem “Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ”.

[16] Ligne directrice 4, décision du Conseil du 22 juillet 2003 (JO L 197 du 5.8.2003, p. 13).

[17] Ligne directrice 5.

[18] No 1960 figures exist for DE, CY, HU, MT, SI and FI.

Top