Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004TA1230(06)

    Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

    ĠU C 324, 30.12.2004, p. 39–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    30.12.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/39


    RAPPORT

    fuq il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

    WERREJ

    1

    INTRODUZZJONI

    2-5

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    6-9

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-risposti ta' l-Awtorità

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn “il quddiem imsejħa”“l-Awtorità”) kienet imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (1). Il-Kummissjoni ħadet ħsieb tal-ġestjoni finanzjarja ta' l-Awtorità fl-2002 u ma kellhiex kontijiet separati għaliha. Is-sena finanzjarja ta' l-2003 kienet għalhekk l-ewwel sena li l-Awtorità kienet kompletament responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tagħha. Ir-responsabbilitajiet prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja li hemm bżonn sabiex isir abbozz tal-leġislazzjoni tal-Komunità, li tiġbor u tanalizza data sabiex ir-riskji jiġu karatterizzati u kkontrollati u li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq dawn ir-riskji. Ir-responsabbilitajiet u l-attivitajiet ta' l-Awtorità huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija minnha.

    L-OPINJONI TAL-QORTI

    2.

    Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2).

    3.

    Il-Qorti eżaminat il-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003. Skond l-Artikolu 44 (1), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill nru 178/2002 (1), il-baġit ġie implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-abbozzar u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 44 (3), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill nru 178/2002. Il-Qorti hija meħtieġa li teżamina dawn il-kontijiet skond l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond il-politika u l-istandards ta' verfiki tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali sabiex jirriflettu l-interessi tal-Komunità. Hija eżaminat id-dokumenti tal-kontijiet u applikat il-proċeduri tal-verifika li kkunisdrat neċessarji f'dan il-kuntest.

    5.

    Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom huma legali u regolari. Il-kontenut tal-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni li tesprimi l-Qorti f'dan ir-rapport.

    OSSERVAZZJONIJIET

    6.

    L-implimentazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit-Tabella 2. Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2003 huma miġbura fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4.

    7.

    Skond l-Artikolu 43(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, l-Uffiċjal tal-kontijiet għandu jivvalida s-sistemi mniżżla mill-Uffiċjal ta' Awtorità biex jagħti jew jiġġustifika informazzjoni fuq il-kontijiet. L-ebda validazzjoni ma saret.

    8.

    Id-Dipartiment tal-Persunal ma wettaqx kontrolli sistematiċi fuq l-istabbiliment tar-remunerazzjoni (b'mod partikulari s-salarji) u fuq id-drittijiet finanzjarji ta' l-impjegati l-ġodda.

    9.

    Eżaminazzjoni ta' l-ambjent ta' kontroll fis-sistema ta' l-informazzjoni teknoloġika wriet li għandha bżonn tiġi msaħħa minħabba ż-żieda pjanata fl-attivitajiet ta' l-Awtorità.

    Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004

    Għall-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri

    Juan Manuel FABRA VALLÉS

    President


    (1)  ĠU L 31, tà l-1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 248 tas-16.9.2002, p. 1.

    (3)  Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 83 (3) tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2003 kienu mlestija fl-14 ta' Settembru 2003 u mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri, li rċeviethom fis-17 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.


    Tabella 1

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (kwartieri ġenerali: Brussell, għandha tiġi ttrasferita għall-Parma)

    Oqsma ta' kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat

    Kompetenzi ta' l-Awtorità (Regolament (KE)

    Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002)

    Kontroll

    Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2003

    Prodotti u servizzi pprovduti fl-2003

    Moviment ħieles ta' l-oġġetti ta' l-ikel (Artikolu 37 tat-Trattat)

    Protezzjoni fl-liviell għoli tas-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, waqt li tieħu kont ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi (Artikolu 95 tat-Trattat)

    Il-Politika Kummerċjali Komuni (Artikolu 133 tat-Trattat)

    Is-Saħħa Pubblika (Artikolu 152 (4) (b) tat-Trattat)

    Miri

    li tipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u appoġġ xjentifiku u tekniku għall-leġislazzjoni tal-Komunità u politika li għandha impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà ta' l-ikel

    Li tipprovdi informazzjoni indipendenti fuq ir-riskji li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà fl-ikel

    Li tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja umana u tas-saħħa

    Li tiġbor u tanalizza d-data li hemm bżonn biex tippermetti l-karatterizzazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji

    Funzjonijiet

    Li toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi

    Li tippromwovi metodoloġiji uniformi ta' l-istima tar-riskju

    Li tgħin il-Kummissjoni

    Li tfittex, tanalizza, u tqassar d-data xjentifika u teknika meħtieġa

    Li tidentifika u li jiġu karatterizzati riskji li joħorġu

    Li tistabblixxi network ta' organizzazzjonijiet li joperaw f'oqsma simili

    Li tipprovdi għajnuna xjentifika u teknika għall-immaniġjar tal-kriżi

    Li ttejjeb il-kooperazzjoni internazzjonali

    li tipprovdi lill-partijiet pubbliċi u lill-partijiet interessati b' informazzjoni affidabbli, objettiva u li tinftiehem b'mod faċli

    Li tieħu sehem fis-sistema ta' twissija rapida tal-Kummissjoni

    1

    Bord Maniġerjali

    Kompożizzjoni

    14 il-membru maħtura mill-Kunsill (b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed mill-Kummissjoni

    Dmirijiet

    Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat

    2

    Direttur Esekuttiv

    Maħtur mill-Bord Maniġerjali fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara smiegħ quddiem il-Parlament Ewropew

    3

    Kompożizzjoni tal

    Forum Konsultattiv

    Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru

    Dmirijiet

    li jagħti pariri lid-Direttur Esekuttiv

    4

    Kumitat Xjentifiku u Pànels Xjentifiċi

    Li jfassal abbozz fuq l-opinjonijiet xjentifiċi ta' l-Awtorità

    5

    Verifika esterna

    Il-Qorti ta' l-Awdituri

    6

    Awtorità ta' approvazzjoni

    Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill

    Baġit finali

    12.6 miljun euro f'kontibuzzjoni tal-Komunità 99,7 %

    Numru ta' impjegati sal-31 ta' Diċembru 2003:

    Numru ta' postijiet fil-pjan tal-persunal: 49

    Postijiet ġa meħuda: 27

    +36 impjegati oħra (kuntratti awżiljarji, espert nazzjonali issekondati, persunal lokali, persunal temporarju)

    Persunal totali: 63

    Assenjat għad-dmirijiet li ġejjin:

    operazzjonali: 33

    amministrattivi: 30

    L-Awtorità waqqfet il-Kumitat Xjentifiku tagħha u l-Pànels Xjentifiċi kollha f' Ġunju 2003. Hija ħarġet 23 opinjonijiet pubbliċi matul il-bqija tas-sena

    F'Ottubru l-Awtorità żammet konferenza f' Ostende (Belġju) mal-partijiet interessati tagħha; l-għan ta' dan kien li jiġi ddeterminat kif għandha twettaq il-mandat tagħha fil-futur

    Il-Forum Konsultattiv iltaqa' sitt darbiet bi ħsieb li jitwaqqaf in-network li jgħaqqad l-Awtoritajiet nazzjonali. Dan ġab żieda fl-iskambji ta' informazzjoni ma' l-Awtorità u bejn id-dipartimenti nazzjonali involuti

    Fonti: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


    Tabella 2

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003

    (miljun euro)

    Dħul

    Nfiq

    Sors ta' dħul

    Dħul imniżżel fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

    Dħul riċevut

    Allokazzjoni ta' nfiq

    Approprjazzjoni tal-baġit finali

    Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (1)

    Approprjazzjonijiet disponibbli (baġit 2003 u trasferiment ta' eżitu tas-sena finanzjarja 2002)

    Imniżżla

    marbuta

    imħallsa

    trasferiti għassena ta' wara

    kanċellati

    Imniżżla

    imħallsa

    kanċellati

    Imniżżla

    marbuta

    imħallsa

    trasferiti għassena ta' wara

    kanċellati

    Sussidji Komunitarji

    12,6

    10,0

    Titolu 1

    Persunal

    4,1

    3,7

    3,6

    0,1

    0,4

    0,0

    0,0

    0,0

    4,1

    3,7

    3,6

    0,1

    0,4

    Sussidji oħra

    0,0

    0,0

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    2,8

    2,2

    1,0

    1,2

    0,6

    0,3

    0,1

    0,2

    3,1

    2,2

    1,1

    1,2

    0,8

    Dħul ieħor

    p.m.

    0,0

    Titolu III

    Nfiq ta' l-operat

    5,7

    4,0

    1,1

    2,9

    1,7

    0,1

    0,1

    0,0

    5,8

    4,0

    1,2

    2,9

    1,7

    Totali

    12,6

    10,0

    Totali

    12,6

    9,9

    5,7

    4,2

    2,7

    0,4

    0,2

    0,2

    13,0

    9,9

    5,9

    4,2

    2,9

    NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


    Tabella 3

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel- Kont ta' Dħul u Nfiq għas-sena finanzjarja 2003

    (1000 euro)

     

    2003

    Dħul

    Sussidji Komunitarji

    10 284

    Dħul ieħor

    33

    Dħul totali (a)

    10 317

    Nfiq

    Persunal — Titolu I tal-baġit

    Pagamenti

    3 567

    Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

    149

    Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit

    Pagamenti

    1 092

    Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

    1 189

    Nfiq ta' l-operat — Titolu III tal-baġit

    Pagamenti

    1 278

    Approprjazzjonijiet li ġew miġjuba 'l quddiem għas-sena finanzjarja ta' wara

    2 895

    Nfiq totali (b)

    10 171

    Eżitu għas-sena finanzjarja (a – b)

    146

    Differenza mir-rata tal-kambju

    0

    Bilanċ għas-sena finanzjarja

    146

    NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


    Tabella 4

    L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel — Karta tal-Bilanċ fil-31 Diċembru 2003

    (1000 euro)

    Attiv

    2003

    Passiv

    2003

    Assi fissi

     

    Kapital fiss

     

    Assi mhux minsusa

    362

    Kapital proprju

    769

    Tagħmir u għamara

    106

    Bilanċ għas-sena finanzjarja

    146

    Tagħmir tal-kompjuter

    701

    Subtotali

    915

    Telf ta' valur

    – 401

    Passiv kurrenti

     

    Subtotali

    769

    Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet awtomatiċi

    4 233

    Assi kurrenti

     

    Tnaqqis tas-salarju

    8

    Ordnijiet ta' rkupru

    1

    Subtotali

    4 241

    Kontijiet varji riċevibbli

    2

    Kontijiet suspense

     

    Subtotali

    3

    Somom għal użu ulterjuri

    6

    Kontijiet fi flus kontanti

     

    Subtotali

    6

    Kontijiet bankarji

    4 342

     

     

    Kont imprest

    15

     

     

    Subtotali

    4 357

     

     

    Kontijiet suspense

    33

     

     

    Totali

    5 162

    Totali

    5 162

    NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.


    (1)  L-Awtorità ma nkudietx trasferimenti awtomatiċi u l-użu tagħhom fil-kontijiet tagħha abbażi li l-Kummissjoni kienet l-Uffiċjal Awtorizzant tagħha permezz ta' delega għas-sena finanzjarja 2002. Approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2002 li ma kienux trasferiti awtomatikament biss ġew ġestiti u mniżżla fil-kontijiet mill-Awtorità.

    NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett tal-kalkolu rotondat.

    Sors: informazzjoni mogħtija mill-Awtorità. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorità fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha.


    RISPOSTI TA’ L-AWTORITÀ

    7.

    Id-deskrizzjoni u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabilità ser isiru matul is-sena finanzjarja 2004.

    8.

    Wara l-osservazzjonijiet li saru u bħala riżultat tagħhom, il-verifikazzjoni tad-deċizjoni dwar il-gradi u l-istadji mogħtija lill-persunal li għadu kif ġie impjegat ġew validati u ddatati minn għand il-Kap tar-Riżorsi Umani.

    9.

    Ir-rinforzar tas-sistema l-informatika beda f’Marzu 2004. L-għanijiet prinċipali huma:

    1)

    li jassiguraw il-kredibilità ta' l-infrastruttura ta’ l-informatika

    2)

    li jagħtu dokumentazzjoni, joħolqu u jintroduċu proċeduri operazzjonali

    3)

    li jirrazzjonalizzaw is-sistemi informatiċi, proċessi ta’ ħidma u t-tqassim ta’ l-informazzjoni.

    Dawn l-isforzi għandhom jippermettu lill-Awtorità sabiex tibbenefika minn sistema informatika effettiva u adattata għall-attivitajiet tagħha li qegħdin kull ma jmur jiżdiedu.


    Top