This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52004TA1230(04)
Report on the annual accounts of the European Environment Agency for the 2003 financial year together with the Agency's replies
Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija
Rapport fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija
ĠU C 324, 30.12.2004, p. 23–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
30.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/23 |
RAPPORT
fuq il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija
WERREJ
1 |
INTRODUZZJONI |
2-5 |
L-OPINJONI TAL-QORTI |
6-8 |
OSSERVAZZJONIJIET |
Tabelli 1 sa 4
Ir-risposti ta' l-Aġenzija
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) kienet imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 (1). Hija responsabbli għall-istabbiliment ta' network ta' osservazzjoni li jipprovdi informazzjoni ta' min joqgħod fuqha lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u, b'mod iktar ġenerali, lill-pubbliku fuq l-istat ta' l-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b'mod partikolari, tippermetti l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni biex jissalvagwardjaw l-ambjent u jevalwaw l-effettività ta' din l-azzjoni. Tabella 1 tiġbor fil-qosor il-kompetenzi u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tat. |
L-OPINJONI TAL-QORTI
2. |
Din l-opinjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2). |
3. |
Il-Qorti eżaminat il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Deċembru 2003. Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-baġit kien implimentat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil u l-preżentazzjoni tal-kontijiet (3), skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji interni adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija meħtieġa teżamina dawn il-kontijiet taħt l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabblixxi l-Komunità Ewropea. |
4. |
Il-Qorti wettqet il-verfika tagħha skond il-politika u l-istandards tal-verifika tagħha, li huma adattati minn standards internazzjonali tal-verifika ġeneralment aċċettati sabiex jirriflettu n-natura speċifika tal-kuntest tal-Komunità. Il-Qorti applikat testijiet bħal dawn fuq ir-reġistri tal-kontijiet u applikat proċeduri oħra bħal dawn li hija kkunsidrat neċċessarji fiċ-ċirkustanzi. |
5. |
Għaldaqstant il-Qorti kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena li għalqet fil-31 ta' Diċembru 2003 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet ta' bażi, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari. Il-kontenut ta' l-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġix f'diskussjoni l-opinjoni ta' verifika espressa mill-Qorti f'dan ir-Rapport. |
OSSERVAZZJONIJIET
6. |
L-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2003 u ta' l-approprjazzjonijet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel hija murija fit- Tabella 2 (4). Il-kont tad-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja 2003 huma ppreżentati fil-qosor fit-Tabelli 3 u 4. |
7. |
Kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija (5), l-ordnijet ta' l-irkupru mhumiex maħruġa fuq bażi sistematika meta t-talbiet huma stabbiliti. Dan kien il-każ għat-talbiet li ammontaw għal 2 539 000 euro matul is-sena finanzjarja, li 1 472 000 euro minnhom kienu diġà miġbura. |
8. |
Id-dikjarazzjonijiet ta' seba' kontijiet tal-bank ta' l-Aġenzija ma kienux jaqblu mal-bilanċi korrispondenti fil-kontijiet matul is-sena 2003. Ir-rikonċiljazzjoni għandha issir kull xahar u d-dettalji għandhom ikunu mogħtija lill-persuna responabbli fl-amministrazzjoni. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħat tal-Qorti tad-29 u tat-30 ta' Settembru 2004.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Juan Manuel FABRA VALLÉS
President
(2) ĠU L 248, tas-16.9.2002, pġ. 1.
(3) Kif meħtieġ taħt l-Artikolu 13(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90, il-kontijiet finali tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2003 tlestew fis-6 ta' Awissu 2004 u kienu mibgħuta lill-Qorti ta' l-Awdituri. Il-Qorti rċeviethom fit-22 ta' Settembru 2004. Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata fit-tabelli annessi ma' dan ir-rapport.
(4) It-tabelli kollha f'dan ir-rapport ġew imfassla fuq il-bażi tal-valuri l-iktar preċiżi possibbli għal-informazzjoni wżata. It-totali jistgħu ikun fihom differenzi żgħar minħabba xi aġġustamenti għall-iskop tal-preżentazzjoni. Daxx tindika valur li mhux eżistenti jew l-ebda valur u 0,0 jindika valur taħt il-limitu ta' l-aġġustament.
(5) Artikolu 53(2).
Tabella 1
Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew (Copenhagen)
Oqsma tal-kompetenzi tal-Komunità li joħorġu mit-Trattat |
Kompetenzi ta' l-Aġenziji kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 |
Tmexxija Tajba |
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija (data ta' l-2002) |
Prodotti u servizzi provduti fl-2003 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Politika dwar l-ambjent |
Objettivi |
Funzjonijiet |
|
Baġit Finali |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas. (…)Fil-preparazzjoni tagħha tal-politika (…) l-Komunità għandha tieħu in konsiderazzjoni dati xjentifiċi u tekniċi eżistenti (…) (Artikolu 174 tat-Trattat) |
Li twaqqaf network Ewropew ta' osservazzjoni ta' l-ambjent biex jipprovdi l-Komunità u l-Istati Membri b'informazzjoni ta minjoqgħod fuqha sabiex huma jkunu jistgħu:
|
|
Kompożizzjoni
Funzjonijiet Li jadotta l-programm tax-xogħol u jiżgura li qed jiġi implimentat
|
27,5 miljun euro (25,1 miljun euro), Kontribuzzjoni tal-Komunità: 77 % (76 %) Numru ta' l-istaff fil-31 ta' Diċembru 2003 Numri ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment: 111 (106) Postijiet meħuda: 95 (85) +16 (26) Staff ieħor (kuntratti awżiljari, esperti nazzjonali ssekondati, staff lokali, staff temporarju) Staff totali:111 (111) mogħtija d-dmirijiet li ġejjin: operazzjonali: 69 (69) amministrattivi: 41 (41) mħallta: 1 (1) |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
Tabella 2
Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Implimetazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2003
(miljun euro) |
||||||||||||||||||
Dħul |
Nefqa |
|||||||||||||||||
Sors tad-dħul |
Dħul reġistrat fil-baġit finali għas-sena finanzjarja |
Dħul miġbur |
Allokazzjoni ta' nefqa |
Approprjazzjonijiet fil-Baġit finali |
Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena finanzjarja ta' qabel |
Approprjazzjonijiet disponibbli (baġit 2003 u s-sena finanzjarja 2002) |
||||||||||||
reġistrati |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti |
kanċellati |
reġistrati |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti |
kanċellati |
disponibbli |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti |
kanċellati |
||||
Sussidji tal-Kommunità |
21,4 |
21,4 |
Titolu I Staff |
11,5 |
11,5 |
11,1 |
0,3 |
0,1 |
1,4 |
1,4 |
0,8 |
0,3 |
0,3 |
13,0 |
13,0 |
11,9 |
0,7 |
0,4 |
Sussidji oħra |
6,1 |
8,4 |
Titolu II Amministrazzjoni |
2,9 |
2,8 |
2,4 |
0,4 |
0,0 |
0,3 |
0,2 |
0,2 |
0,0 |
0,1 |
3,1 |
3,1 |
2,6 |
0,4 |
0,1 |
Dħul ieħor |
0,0 |
0,1 |
Titolu III Nefqa ta' xogħol |
13,1 |
13,0 |
6,0 |
7,0 |
0,1 |
5,9 |
5,6 |
4,9 |
0,8 |
0,3 |
19,0 |
18,6 |
10,9 |
7,8 |
0,4 |
Total |
27,5 |
29,9 |
Total |
27,5 |
27,4 |
19,6 |
7,7 |
0,2 |
7,6 |
7,3 |
5,8 |
1,1 |
0,6 |
35,1 |
34,6 |
25,4 |
8,9 |
0,9 |
NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' aġġustamenti. Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha. |
Tabella 3
Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Kontijiet tad-dħul u nefqa għas-snin finanzjarji 2003 u 2002
(1000 euro) |
||
|
2003 |
2002 |
Dħul |
||
Sussidji Komunitarji |
21 380 |
18 749 |
Sussidji oħrajn |
8 423 |
1 136 |
Dħul ieħor |
89 |
198 |
Dħul totali (a) |
29 891 |
20 083 |
Nefqa |
||
Staff — Titolu I tal-baġit |
||
Pagamenti |
11 123 |
9 714 |
Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem |
315 |
1 018 |
Amministrazzjoni — Titolu II tal-baġit |
||
Pagamenti |
2 447 |
2 054 |
Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem |
395 |
247 |
Nefqa tax-xogħol — Titolu III tal-baġit |
||
Pagamenti |
5 997 |
6 493 |
Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem |
7 008 |
5 611 |
Nefqa totali (b) |
27 284 |
25 136 |
Kwantitajiet maħdumin għas-sena finanzjarja (a – b) |
2 607 |
–5 053 |
Bilanċ miġjub il-quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel |
–7 427 |
–3 275 |
Approprjazzjonijiet miġjuba ' l quddiem u kanċellati |
617 |
889 |
Sommom għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kienux ġew użati |
36 |
8 |
Differenzi fir-rata ta' kambju |
–4 |
4 |
Aġġustamenti |
–18 |
0 |
Bilanċ għas-sena finanzjarja |
–4 190 |
–7 427 |
NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti. Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha. |
Tabella 4
Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew — Karta ta' bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2003 u fil-31 ta' Diċembru 2002
(1000 euro) |
|||||
Attiv |
2003 |
2002 |
Passiv |
2003 |
2002 |
Assi fissi |
|
|
Kapital proprju |
|
|
Tagħmir tal-kompjuter |
1 366 |
1 847 |
Kapital proprju |
1 265 |
1 295 |
Tagħmir u għamara |
2 302 |
2 254 |
Bilanċ għas-sena finanzjarja |
–4 190 |
–7 427 |
Assi finanzjarji fissi |
425 |
405 |
Total Parzjali |
–2 925 |
–6 133 |
Deprezzament |
–2 860 |
–3 237 |
Passiv kurrenti |
|
|
Total Parzjali |
1 232 |
1 269 |
Kummissjoni |
3 124 |
5 263 |
Stokks |
|
|
Kontributuri oħra |
1 066 |
2 270 |
Provvisti għall-uffiċċju |
33 |
26 |
Trasferimenti awtomatiċi |
8 852 |
7 591 |
Total Parzjali |
33 |
26 |
Debituri varji pagabbli |
0 |
769 |
Assi kurrenti |
|
|
Tnaqqis mis-salarji |
417 |
111 |
Sussidji komunitarji |
3 124 |
5 263 |
Total Parzjali |
13 460 |
16 003 |
Sussidji oħra |
1 066 |
2 270 |
Kontijiet temporanji u dħul differit |
|
|
Ordnjiet ta' rkupru |
65 |
226 |
Sommom għall-użu mill-ġdid |
212 |
175 |
Kontijiet varji riċevibbli |
127 |
153 |
Ordinijiet ta' rkupru |
65 |
226 |
VAT li ser ikun rkuprat |
232 |
266 |
Total Parzjali |
277 |
400 |
Total Parzjali |
4 614 |
8 178 |
|
|
|
Kontijiet tal-flus kontanti |
|
|
|
|
|
Kontijiet tal-bank |
4 892 |
740 |
|
|
|
Kontiijiet tal-flus akkont |
40 |
40 |
|
|
|
Total Parzjali |
4 932 |
780 |
|
|
|
Kontijitet temporanji u akkumulazzjoni |
|
|
|
|
|
Kontijiet temporanji |
0 |
18 |
|
|
|
Total Parzjali |
0 |
18 |
|
|
|
Total |
10 811 |
10 271 |
Total |
10 811 |
10 271 |
NB: It-totali jistgħu jkun fihom differenzi minħabba aġġustamenti. Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. Dawn it-tabelli jiġbru fil-qosor l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha. |
RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA
7. u 8. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tirrikonoxxi l-bżonn li tiġi rinforzata l-ġestjoni ta’ l-irkupri u l-ħtieġa għal tqabbil regolari tal-kontijiet Sabiex tpatti għall-limitazzjonijiet tar-riżorsi u biex jiżdiedu l-kapaċitajiet, ġie deċiż li jiġi rreklutat akkawntant fuq livell ta’ amministratur skond il-pjan tat-twaqqif 2004. Fi żmien qasir, se tiġi stabbilita forza ta’ ħidma ta’ l-EEA dwar l-kontabilità sabiex tassigura operazzjonijiet korretti u regolari matul is-sena, biex timplementa accrual accounting u biex tipprepara l-għeluq tal-kontijiet skond il-livelli u l-ħtiġijiet neċessarji. |