Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0492

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni {SEG(2004) 924}

    /* KUMM/2004/0492 finali - AVC 2004/0163 */

    52004PC0492

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni {SEG(2004) 924} /* KUMM/2004/0492 finali - AVC 2004/0163 */


    Brussel 14.7.2004

    KUMM(2004) 492 finali

    2004/0163 (AVC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni

    (ippreżentata mill-Kummissjoni){SEG(2004) 924}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Introduzzjoni: Il-Ħtieġa li jiġu riveduti r-regolamenti

    Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni adottat proposta għall-perspettivi finanzjarji tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ 27 Stat Membru għall-perjodu 2007-2013 [KUMM(2004)101]. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qieset li l-intervent ta’ l-Unjoni f’numru ta’ oqsma ewlenin ta’ politika kienu jeħtieġu li jkunu msaħħa. L-aktar, il-Kummissjoni ddeċidiet li politika ta’ koeżjoni ambizzjuża għandha tkun element importanti tal-pakkett finanzjarju.

    Id-deċiżjoni rriflettiet ix-xogħol li sar mill-pubblikazzjoni tat-tieni rapport ta’ Koeżjoni fl-2001 li kien ta bidu għad-dibattitu fuq il-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni fl-Unjoni mkabbra [KUMM(2001)24]. Fit-18 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni adottat it-tielet rapport ta’ Koeżjoni [KUMM(2004)107] li ppreżenta proposta ddettaljata għall-prijoritajiet u s-sistema tat-twassil tal-programmi tal-ġenerazzjoni l-ġdida taħt il-politka tal-koeżjoni għall-perjodu 2007-2013. Il-proposta hija koerenti mal-linjigwidi wiesgħa stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-perspettivi finanzjarji li ġejjin.

    It-Tielet rapport ta’ koeżjoni kien temm li t-tkabbir ta’ l-Unjoni għal 25 Stat Membru, u aktar tard għal 27 jew aktar, jippreżenta sfida mingħajr preċedent għall-kompetittività u l-koeżjoni interna ta’ l-Unjoni. It-tkabbir wassal fit-twessiegħ tal-vojt ta’ l-iżvilupp ekonomiku, bidla ġeografika fil-problema ta’ nuqqas ta’ qbil lejn il-lvant u sitwazzjoni ta’ xogħol aktar diffiċli:

    - Il-vojt fil-PGD (prodott gross domestiku) per capita bejn l-10% tal-popolazzjoni li tgħix fl-aktar reġjuni sinjuri u l-istess persentaġġ ta’ nies li jgħixu f’dawk li huma l-inqas sinjuri aktar milli rdoppja meta mqabbel mas-sitwazzjoni ta’ UE15.

    - F’UE25, 123 miljun ruħ – li jirrappreżentaw madwar 27% tal-popolazzjoni sħiħa – jgħixu f’reġjuni li għandhom PGD per capita ta’ inqas minn 75% tal-medja ta’ l-UE kontra it-72 miljun ruħ, jew 19% tat-total, f’UE15. Minn dawn, erbgħa minn kull għaxar ċittadini qed jgħixu f’reġjuni li huma tal-15-il Stat Membru “ta’ qabel”, waqt li s-sitta l-oħra huma ċittadini ta’ l-10 Stati Membri l-“ġodda”.

    - Għandhom jinħolqu erba’ miljun impjieg jekk il-medja tax-xogħol fl-10 Stati Membri l-ġodda għandha titqiegħed fuq l-istess livell ta’ dik tal-bqija ta’ l-UE. Fl-UE mkabbra, xorta se jibqa’ jeżisti vojt sostanzjali ta’ xogħol skond l-età u s-sess.

    Fl-istess ħin, l-Unjoni kollha qed tiffaċċja sfidi li jkunu x’aktarx ġejjin minn għaġġla fir-ristrutturar ekonomiku minħabba l-globalizzazzjoni, il-ftuħ fil-kummerċ, ir-rivoluzzjoni teknoloġika, l-iżvilupp ta’ l-għerf, l-ekonomija u s-soċjetà, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tkabbir fl-immigrazzjoni.

    Fl-aħħarnett, it-tkabbir ekonomiku fl-UE naqas sostanzjalment mill-2001 lil hawn. Dan wassal biex ix-xogħol reġa’ żdied f’ħafna partijiet ta’ l-Unjoni bl-implikazzjonijiet soċjali kollha li dan iġorr miegħu. Bħala imbuttatura għall-ġejjieni, l-Unjoni għandha tuża b’mod sħiħ l-opportunitajiet li hemm bix-xejriet ta’ bħalissa lejn l-irkupru.

    Fi sforz biex titjieb it-turija ta’ l-ekonomija ta’ l-UE, il-Laqgħa tal-Kapijiet ta’ l-Istat u tal-Gvern ta’ l-Unjoni li nżammet f’Lisbona f’Marzu 2000 stabbiliet strateġija mfassla biex sa l-2010 l-Ewropa ssir l-aktar ekonomija b’saħħitha fid-dinja u l-aktar waħda kompetittiva bbażata fuq l-għerf. Il-Kunsill ta’ Nizza f’Diċembru 2000 kien ittraduċa l-għanijiet ta’ Lisbona fuq it-tnaqqis tal-faqar fi strateġija kkoordinata ta’ l-UE għall-inklużjoni soċjali. Fil-Kunsill ta’ Gothenburg f’Ġunju 2001, l-istrateġija ta’ Lisbona twessgħet biż-żieda ta’ enfasi ġdida fuq il-ħarsien ta’ l-ambjent u l-akkwist ta’ mudell aktar sostenibbli ta’ żvilupp.

    Il-politika tal-koeżjoni hija ta’ għajnuna kbira biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Fil-fatt, it-tkabbir u l-koeżjoni jappoġġjaw lil xulxin. Bit-tnaqqis tad-disparità, l-Unjoni tgħin biex ikun żgurat li r-reġjuni u l-gruppi soċjali kollha jkunu jistgħu jgħinu fi u jgawdu mill-iżvilupp ekonomiku ġenerali ta’ l-Unjoni. L-Artikoli 3 u 158 tat-Trattat jirriflettu din il-viżjoni, li ġiet infurzata fl-abbozz tat-Trattat li jwaqqaf Kostituzzjoni bid-dħul ta’ referenza aktar ċara fid-dimensjoni territorjali tal-koeżjoni.

    Il-politika tal-koeżjoni hija meħtieġa wkoll f’sitwazzjoni fejn politika oħra tal-Komunità jkollha benefiċċji importanti magħquda ma’ spejjeż limitati iżda lokalizzati. Il-politika tal-koeżjoni tgħin biex tifrex dawn il-benefiċċji. Bil-bidla mistennija u bit-tħaffif ta’ l-adattazzjoni, il-politika tal-koeżjoni tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-effetti negattivi.

    Għal din ir-raġuni, il-politika tal-koeżjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħha għandha titqies bħala parti integrali ta’ l-istrateġija ta’ Lisbona, anke jekk illum, bħalma l-Kummissjoni saħqet fil-proposti tagħha fuq il-perspettiva finanzjarja li jmiss, it-tfassil tal-politika fuq il-bażi ta’ l-istrateġija ta’ Lisbona jeħtieġ jitlesta u jiġi aġġornat. Fi kliem ieħor, il-politika tal-koeżjoni jeħtieġ tiġbor fiha l-għanijiet ta’ Lisbona u Gothenburg u li ssir mutur ewlieni għat-twettiq tagħhom bi programmi ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

    It-tisħiħ tal-kompetittività reġjonali b’investiment immirat tajjeb fl-Unjoni kollha u li jkun hemm oppotunitajiet ekonomiċi li jgħinu lin-nies jilħqu l-ħiliet tagħhom, għalhekk, isaħħaħ it-tkabbir li jista’ jkun hemm ta’ l-ekonomija ta’ l-UE kollha għall-ġid ta’ kulħadd. Bl-akkwist ta’ firxa aktar ibbilanċjata fil-ħidma ekonomika fl-Unjoni kollha, il-politika reġjonali tgħin biex jitnaqqsu l-pressjonijiet ta’ konċentrazzjoni żejda, konġestjoni u għeluq.

    Ir-riforma tal-politika tal-koeżjoni għandha tagħti opportunità biex ikun hemm aktar effiċjenza, trasparenza u kontabbiltà politika. Dan jeħtieġ, l-ewwel u qabel kollox, id-definizzjoni ta’ avviċinament strateġiku għall-politika li tfassal il-prijoritajiet tiegħu, waqt li tkun żgurata l-koordinazzjoni mas-sistema tal-kontroll ekonomiku u soċjali u waqt li jkun hemm reviżjoni regolari u miftuħa tal-progress li jkun sar. Din tagħmel sejħa għal aktar tħaffif fis-sistema tat-tmexxija billi jiddaħħlu d-divrenzja u l-proporzjonalità fil-kuntest ta’ tmexxija finanzjarja tajba. Aktar minn hekk, huwa meħtieġ li fl-Istati Membri, fir-reġjuni kif ukoll fl-awtoritajiet lokali jkun hemm aktar deċentralizzazzjoni fir-responsabbiltà billi jinħolqu sħubiji fost il-popli.

    L-abbozz tar-regolament preżenti huwa proposta tal-Kummissjoni għall-ġenerazzjoni li ġejja tal-programmi tal-koeżjoni soċjali. Dan fih il-bażi li fuqha, skond l-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Fondi Strutturati, il-Kunsill għandu jirrevedi r-regolament imsemmi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Il-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa li jkunu adottati r-regolamenti matul l-2005 biex l-2006 tkun iddedikata għall-ipprogrammar tal-perjodu 2007-2013.

    2. L-Arkitettura l-ġdida għall-politika tal-koeżjoni ta’ l-UE wara l-2006

    Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-azzjonijiet appoġġjati bil-politika tal-koeżjoni għandhom jiffukaw fuq l-investiment f’numru limitat ta’ prijoritajiet tal-Komunità, li jirriflettu l-aġendi ta’ Lisbona u Gothenburg, fejn l-intervent tal-Komunità jista’ jkun mistenni biex iġib effett ta’ qligħ u valur miżjud sostanzjali. Għalhekk, għall-programmi ta’ l-operat, il-Kummissjoni qed tipproponi lista importanti ta’ numru limitat ta’ suġġetti ewlenin kif ġej: l-innovazzjoni u l-ekonomija ta’ l-għerf, l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskju, l-aċċessibbiltà u s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Għal programmi marbuta max-xogħol, il-mira għandha tkun fuq l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa għall-progress lejn xogħol sħiħ, it-titjib fil-kwalità u l-produttività tax-xogħol, u t-tmexxija ’l quddiem ta’ l-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali, skond il-linjigwidi u r-rakkomandazzjonijiet taħt l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol (EES).

    Il-Konċentrazzjoni fuq tliet għanijiet tal-Komunità

    L-issuktar tas-suġġetti ta’ prijorità għandu jkun organizzat madwar qafas imħaffef u aktar trasparenti mal-ġenerazzjoni tal-ġejjieni ta’ programmi miġbura taħt tliet titoli: il-konverġenza; il-kompetittività reġjonali u x-xogħol, u l-kooperazzjoni territorjali.

    2.1. Il-Konverġenza

    L-għan tal-“konverġenza” jikkonċerna l-Istati Membri u r-reġjuni l-anqas żviluppati li skond it-Trattat huma ta’ prijorità għolja għall-politika tal-koeżjoni tal-Komunità. It-Trattat jagħmel sejħa għal tnaqqis fid-disparità bejn “il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni differenti u n-nuqqas ta’ progress fir-reġjuni jew il-gżejjer li huma l-inqas favorevoli, inklużi nħawi rurali” (Artikolu 158). It-tkabbir se joħloq żieda mingħajr preċedenza fid-disparità fl-Unjoni, li t-tnaqqis tagħha ikun jeħtieġ sforzi appoġġjati fuq perjodu twil ta’ żmien.

    Dan l-għan jikkonċerna, l-ewwel u qabel kollox, dawk ir-reġjuni li l-PGD per capita tagħhom huwa inqas minn 75% tal-medja tal-Komunità. L-għan ewlieni tal-politika tal-koeżjoni f’dan il-kuntest huwa li jitmexxew ’il quddiem kundizzjonijiet u fatturi li jsaħħu t-tkabbir u li jwasslu għal konverġenza reali. L-istrateġiji għandhom ifasslu żvilupp ta’ kompetittività fuq perjodu twil u xogħol.

    Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li l-appoġġ temporanju għandu jkun jgħodd taħt din il-prijorità għal dawk ir-reġjuni fejn il-PGD per capita kellu jkun inqas minn 75% tal-medja tal-Komunità kif maħduma għall-Unjoni ta’ Ħmistax (l-hekk imsejjaħ effett statistiku tat-tkabbir). Dawn huma reġjuni fejn iċ-ċirkustanzi oġġettivi ma jkunux inbdilu, għalkemm il-PGD per capita ikun relattivament ogħla f’Unjoni mkabbra. Fl-interess ta’ l-ekwità, u biex ir-reġjuni kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu l-proċess tal-konverġenza, l-appoġġ għandu jkun ogħla minn dak li kien ġie deċiż f’Berlin fl-1999 għall-hekk imsejħa reġjuni tal-ġenerazzjoni ta’ bħalissa “li qed jispiċċaw gradatament”.

    Il-programmi se jkunu appoġġjati bir-riżorsi finanzjarji tal-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF), u l-Fond tal-Koeżjoni, skond il-prinċipji stabbiliti fit-Trattat.

    Il-Fond tal-Koeżjoni se jgħodd għall-Istati Membri li jkollhom PGN li jkun inqas minn 90% tal-medja tal-Komunità. L-għajnuna tal-Fond tal-Koeżjoni se jkun ikkundizzjonat għat-twettiq tal-kundizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika kif ukoll tal-ħtieġa li jkunu evitati żbilanċi pubbliċi kbar ħafna skond l-Artikolu 104 tat-Trattat.

    Skond il-prijoritajiet stabbiliti bil-perspettiva finanzjarja, il-Fond tal-Koeżjoni se jsaħħaħ l-għajnuna tiegħu għal żvilupp sostenibbli. F’dan id-dawl, in- networks tat-trasport trans-Ewropew, l-aktar il-proġetti ta’ interess Ewropew u l-infrastrutturi ta’ l-ambjent, jistgħu jibqgħu l-prijoritajiet ċentrali. Biex jintlaħaq bilanċ xieraq biex ikunu riflessi l-ħtiġiet partikulari ta’ l-Istati Membri l-ġodda, qed ikun previst ukoll li jkunu appoġġjati proġetti bħalma huma l-programmi ferrovjali, marittimi, ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni u ta’ ġarr b’diversi modi barra t-TEN-T, it-trasport urban sostenibbli u l-investimenti li huma ambjentalment importanti fl-oqsma ewlenin ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija jew l-enerġiji li jiġġeddu.

    Se jkun hemm enfasi wkoll fuq it-tisħiħ tal-ħila istituzzjonali u fuq l-effiċjenza ta’ l-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-ħila għall-immaniġġjar tal-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni.

    2.2. Il-Kompetittività reġjonali u x-xogħol: l-antiċipazzjoni u l-promozzjoni tal-bidla

    Waqt li l-interventi fl-Istati Membri li huma l-anqas żviluppati jibqgħu l-prijorità tal-politika tal-koeżjoni, hemm sfidi importanti li jolqtu l-Istati Membri kollha ta’ l-UE bħalma huma l-ekonomija mgħaġġla u l-bdil u r-ristutturar soċjali, il-globalizzazzjoni tal-kummerċ, il-mixi lejn ekonomija u soċjetà bbażati fuq l-għerf, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-immigrazzjoni li qed tikber, in-nuqqasijiet ta’ xogħol fl-oqsma ewlenin u l-problemi ta’ l-inklużjoni soċjali.

    F’dan il-kuntest, l-Unjoni għandha sehem importanti ħafna. Għall-politika tal-koeżjoni barra l-Istati Membri u r-reġjuni li huma l-anqas żviluppati, il-Kummissjoni qed tipproponi avviċinament maqsum fi tnejn:

    - L-ewwel, bi programmi reġjonali ffinanzjati mill-ERDF, il-politika tal-koeżjoni tgħin lir-reġjuni u lill-awtoritajiet reġjonali biex jantiċipaw u jmexxu ’l quddiem il-bidla ekonomika fi nħawi industrijali, urbani u rurali billi jissaħħu l-kompetittività u l-ġibda tagħhom, waqt li titqies id-disparità ekonomika, soċjali u territorjali.

    - It-tieni, bi programmi iffinanzjati mill-ESF, il-politika tal-koeżjoni tgħin lin-nies biex jantiċipaw u jadattaw il-bidla ekonomika, skond il-prijoritajiet tal-politika ta’ l-EES, billi tkun appoġġjata politika li jkollha l-għan li twassal għal xogħol għal kulħadd, kwalità u produttività fuq ix-xogħol, u inklużjoni soċjali.

    Taħt il-programmi reġjonali l-ġodda ffinanzjati mill-ERDF il-Kummissjoni qed tipproponi konċentrazzjoni aktar stretta ta’ interventi fuq it-tliet suġġetti ta’ prijorità: l-innovazzjoni u l-ekonomija ta’ l-għerf, l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskju, u l-aċċessibbilità u s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

    L-għajn waħda biss ta’ ffinanzjar għall-programmi l-ġodda se tkun l-ERDF. Mill-punt ta’ l-allokazzjoni tar-riżorsi, wieħed għandu jagħraf żewġ gruppi ta’ ħtiġiet tar-reġjuni:

    - Ir-reġjuni li bħalissa huma eliġibbli għall-Għan 1 li ma jkunux jilħqu l-kriterji għall-prijorità tal-konverġenza anke fin-nuqqas ta’ l-effett statistiku tat-tkabbir. Dawn ir-reġjuni se jgawdu minn appoġġ fuq bażi transitorja (taħt l-intestatura “li jidħol b’mod gradwali”) u se jsegwu triq li tixbah lil dik ta’ reġjuni li m’għadhomx aktar eliġibbli għall-Għan 1 fil-perjodu 2000-2006.

    - Ir-reġjuni l-oħra kollha ta’ l-Unjoni koperti la bil-programmi tal-konverġenza u lanqas bl-apoġġ li “jidħol b’mod gradwali” deskritt fuq.

    Dwar il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ESF, il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tax-xogħol u li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali, skond l-għanijiet u l-linjigwidi ta’ l-EES.

    Għal dan il-għan, l-appoġġ għandu jiffoka fuq erba’ prijoritajiet ta’ politika li huma importanti ħafna għall-implimentazzjoni ta’ l-EES u fejn l-iffinanzjar tal-Komunità jkun jista’ jipprovdi valur miżjud: li tiżdied l-adattabbiltà tal-ħaddiema u l-impriżi; li jissaħħaħ l-aċċess għax-xogħol u li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; li tkun imsaħħa l-inklużjoni soċjali u li tkun miġġielda d-diskriminazzjoni, li jiġu mmobilizzati r-riformi fl-oqsma tax-xogħol u l-inklużjoni.

    2.3. Il-Kooperazzjoni territorjali Ewropea

    Waqt li tkompli tibni fuq l-esperjenza ta’ l-Inizjattiva INTERREG preżenti, il-Kummissjoni qed tipproponi li toħloq għan ġdid iddedikat biex iżid l-integrazzjoni armonjuża u bbilanċjata tat-territorju ta’ l-Unjoni billi tkun appoġġjata l-kooperazzjoni bejn il-komponenti differenti tagħha fuq punti li huma ta’ importanza Komunitarja fuq livell interterritorjali, transnazzjonali u interreġjonali.

    L-azzjoni se tiġi ffinanzjata mill-ERDF u se tiffoka fuq programmi integrati mmexxija minn awtorità waħda fl-issuktar ta’ prijoritajiet Komunitarji ewlenin marbuta ma’ l-aġendi ta’ Lisbona u Gothenburg.

    Ir-reġjuni kollha tul it-territorji terrestri interni u ċerti reġjuni tul dawk esterni kif ukoll tul ċerti territorji marittimi ġirien se jkunu eliġibbli għall-kooperazzjoni ta’ bejn it-territorji. L-għan huwa li jmexxi ’l quddiem soluzzjonijiet konġunti għal problemi komuni li jkun hemm bejn awtoritajiet ġirien, bħalma huma l-iżvilupp urban, rurali u kostali u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi u l-ħolqien ta’ xibka ta’ impriżi żgħar u medji (SMEs).

    Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-azzjonijiet usa’ biex titmexxa ’l quddiem il-kooperazzjoni transnazzjonali, l-Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jassessjaw l-użu u l-effettività tat-13-il żona ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li hemm bħalissa (iddefiniti taħt INTERREG IIIB) fid-dawl tat-tkabbir. L-għan se jkun li tittieħed deċiżjoni flimkien mal-Kummissjoni fuq numru ta’ żoni għall-kooperazzjoni transnazzjonali li jkunu koerenti biżżejjed u fejn ikun hemm interessi u opportunitajiet komuni biex jiġu żviluppati. Huwa previst li din il-kooperazzjoni se tiffoka fuq prijoritajiet strateġiċi b’karattru transnazzjonali, bħalma huma ir-R&Ż, l-ambjent, il-prevenzjoni tar-riskju u t-tmexxija integrata ta’ l-ilma.

    Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni qed tipproponi li fil-ġejjieni r-reġjuni għandhom jinkorporaw azzjonijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni interreġjonali fil-programmi reġjonali tagħhom. Biex jinkiseb dan, il-programmi reġjonali jeħtieġ jiddedikaw ċertu ammont ta’ riżorsi għall-bdil, il-kooperazzjoni u l-ħolqien ta’ networks ma’ reġjuni fi Stati Membri oħra.

    3. Tweġiba integrata għal karatteristiċi territorjali speċifċi

    Politika ta’ koeżjoni effettiva teħtieġ tqis il-ħtiġiet speċifiċi u l-karatteristiċi tat-territorji bħalma huma r-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Unjoni, il-gżejjer, inħawi bil-muntanji, f’inħawi fl-iktar parti ta’ fuq ta’ l-Unjoni li ma tantx jgħixu nies fihom u f’ċerti inħawi territorjali ta’ l-Unjoni.

    Din jeħtieġ ukoll tappoġġja b’mod xieraq ir-riġenerazzjoni urbana, ta’ inħawi rurali u ta’ inħawi li jiddependu fuq is-sajd, waqt li jkunu żgurati l-kumplementarjetà u l-konsistenza ma’ l-istrumenti finanzjarji speċifiċi ta’ l-agrikoltura u s-sajd.

    Għalhekk, il-Kummissjoni beħsiebha, fl-għan tal-konverġenza, twaqqaf allokazzjoni speċifika biex tikkumpensa l-isforzi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif magħruf bl-Artikolu 299.2 tat-Trattat u kif meħtieġ bil-Kunsill ta’ l-Ewropa ta’ l-21 u t-22 ta’ Ġunju 2002 li kien iltaqa’ f’Sivilja. Barra minn hekk, l-azzjoni “Grand Voisinage” maħsuba biex tħaffef il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien se tiddaħħal taħt il-programmi l-ġodda ta’ “kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    Minħabba li l-problemi ta’ aċċessibbiltà u ta’ distanza ’l bogħod minn swieq kbar jinħassu l-aktar f’ħafna gżejjer, f’inħawi bil-muntanji u f’reġjuni li fihom ma tantx jgħixu nies, speċjalment fl-inħawi l-aktar ta’ fuq ta’ l-Unjoni, l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-kompetittività reġjonali u l-prijorità tax-xogħol għandhom iqisu dan billi jintużaw kriterji “territorjali”, u b’hekk din tkun qed tirrifletti l-iżvantaġġ relattiv tar-reġjuni ma’ żvantaġġi ġeografiċi.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn ir-reġjuni jkunu tqiesu meta jkunu qed jiġu mmirati r-riżorsi fil-programmi reġjonali. Fi sforz biex titmexxa ’l quddiem aktar azzjoni f’dawn l-inħawi kultant minsija, u biex titqies l-ispiża ogħla ta’ l-investiment pubbliku f’termini ta’ per capita , qed ikun propost li għall-perjodu li jmiss it-territorji bi żvantaġġi ġeografiċi permanenti għandhom igawdu minn żieda fl-ogħla għajnuna mill-Komunità.

    Waqt li tibni fuq is-saħħiet ta’ l-inizjattiva URBAN, il-Kummissjoni beħsiebha ssaħħaħ il-post ta’ punti urbani billi tintegra b’mod sħiħ azzjonijiet f’dan il-qasam fil-programmi reġjonali. Il-programmi reġjonali għandhom juru kif l-azzjonijiet urbani jiġu ttrattati u kif se tiġi organizzata s-sotto-delegazzjoni tar-responsabbiltajiet lill-awtoritajiet ta’ belt għal dawn l-azzjonijiet.

    4. Organizzazzjoni aħjar ta’ l-istrumenti li jaħdmu f’oqsma rurali u favur ir-ristrutturar tal-qasam tas-sajd

    Il-Kummissjoni qed tipproponi li tħaffef u tiċċara s-sehem ta’ l-istrumenti differenti li jappoġġjaw l-iżvilupp rurali u l-qasam tas-sajd. L-istrumenti ta’ bħalissa marbuta mal-politika ta’ l-iżvilupp rurali se jinġabru fi strument wieħed taħt il-Politika Agrikola Komuni mfassla biex:

    - Iżżid il-kompetittività fil-qasam agrikolu b’appoġġ għar-ristrutturar

    - Issaħħaħ l-ambjent u l-kampanja b’appoġġ għall-immaniġġjar ta’ l-art, inkluż il-ko-finanzjar ta’ l-azzjonijiet ta’ l-iżvilupp rurali marbuta ma’ siti ta’ ħarsien naturali ta’ Natura 2000

    - Issaħħaħ il-kwalità tal-ħajja fi nħawi rurali u tmexxi ’l quddiem id-diversifikazzjoni tal-ħidmiet ekonomiċi b’miżuri li jolqtu l-qasam tal-biedja u atturi rurali oħrajn.

    L-Inizjattiva tal-Komunità preżenti, LEADER+, se tiġi integrata fl-ipprogrammar ta’ taqsim ewlieni.

    Bl-istess mod, azzjoni favur ir-ristrutturar fil-qasam tas-sajd għandha tinġabar taħt strument wieħed, li għandu jiffoka fuq azzjonijiet li jakkumpanjaw ir-ristrutturar tal-ħtiġiet tal-qasam tas-sajd, u li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-għajxien f’oqsma fejn is-settur tas-sajd, inkluża l-akwakultura, għandu sehem importanti.

    Parti importanti minn dawn il-proposti hija li r-riżorsi finanzjarji ttrasferiti minn politika ta’ koeżjoni lejn dawn l-istrumenti l-ġodda se jkomplu jitfasslu b’mod li l-istess grad ta’ konċentrazzjoni jinkiseb bħal-lum billi jkunu megħjuna r-reġjuni u l-pajjiżi li huma l-anqas żviluppati koperti bil-programmi tal-konverġenza.

    Barra minn dawn l-interventi, il-politika tal-koeżjoni se tappoġġja d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija rurali u ta’ l-inħawi li jiddependu fuq is-sajd lil hinn minn ħidmiet tradizzjonali.

    5. IT-TħAFFIF U D-DEċENTRALIZZAZZJONI: SISTEMA TA’ TWASSIL IRRIFORMATA

    Filwaqt li l-mekkaniżmu tat-twassil tal-politika tal-koeżjoni wera l-ħila tiegħu li jimplimenta programmi u proġetti ta’ kwalità ta’ interess Ewropew fost il-poplu, kien hemm diversi problemi fit-tmexxija tal-programmi ta’ bħalissa.

    Għalhekk, il-Kummissjoni beħsiebha żżomm il-prinċipji ewlenin tal-politika tal-koeżjoni – il-programmi, is-sħubija, il-ko-finanzjar u l-valutazzjoni. Madankollu, din qed tipproponi li ssaħħaħ l-effiċjenza tal-politika billi ddaħħal numru ta’ riformi mfassla, l-ewwel, biex jinkuraġġixxu avviċinament aktar strateġiku għall-ipprogrammar, it-tieni, li jdaħħlu aktar deċentralizzazzjoni ta’ responsabbiltajiet lejn sħubiji fost in-nies fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, it-tielet, li jsaħħu t-turija u l-kwalità tal-programmi li jkunu ko-finanzjati minn sħubija msaħħa u aktar trasparenti u minn mekkaniżmi ċari u ta’ monitoraġġ aktar iebes, u r-raba’, li titħaffef is-sistema ta’ tmexxija billi jiddaħħlu aktar trasparenza, divrenzja u proporzjonalità waqt li tkun żgurata tmexxija finanzjarja tajba.

    5.1. Orjentazzjoni aktar strateġika fuq il-prijoritajiet ta’ l-Unjoni

    Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill għandu jadotta bil-quddiem dokument strateġiku ġenerali għall-politika tal-koeżjoni, b’opinjoni mill-Parlament, dwar il-perjodu l-ġdid ta’ programmi u fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, li tkun tiddefinixxi prijoritajiet ċari għall-Istati Membri u r-reġjuni.

    L-avviċinament strateġiku jgħin lill-politka fl-implimentazzjoni tagħha u jagħmilha politikament aktar kredibbli. Dan jgħin biex ikun speċifikat b’rabta akbar il-livell mixtieq ta’ sinerġija li għandha tinkiseb bejn il-politika tal-koeżjoni u l-aġendi ta’ Lisbona u Gothenburg kif ukoll biex iżid il-konsistenza mal-Linjigwidi Wiesgħa dwar il-Politika Ekonomika u l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol.

    Ta’ kull sena, l-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom jeżaminaw il-progress fuq il-prijioritajiet strateġiċi u r-riżultati miksuba fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni li jkun jiġbor fil-qosor ir-rapporti tal-progress ta’ l-Istati Membri.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li tħaffef aktar is-sistema f’numru ta’ aspetti ewlenin.

    5.2. L-Ipprogrammar

    Is-sistema ta’ l-ipprogrammar se titħaffef kif ġej:

    Fuq il-livell politiku: fuq il-bażi tal-linjigwidi strateġiċi adottati mill-Kunsill, kull Stat Membru għandu jħejji dokument ta’ qafas nazzjonali fuq l-istrateġija ta’ l-iżvilupp tiegħu. Dan għandu jiġi nnegozjat mal-Kummissjoni u jkun jifforma l-qafas biex jitħejjew il-programmi tematiċi u reġjonali, iżda ma jkollux ir-rwol – bħall-Qafas ta’ Appoġġ tal-Komunità – ta’ strument ta’ tmexxija;

    Fuq il-livell ta’ l-operat: fuq il-bażi ta’ dokument ta’ politika, il-Kummissjoni tadotta programmi nazzjonali u reġjonali għal kull Stat Membru. Il-programmi jiġu ddefiniti fuq livell aggregat jew ta’ prijorità biss, li jkunu jagħtu importanza lill-iktar operat importanti. Aktar dettalji, illum riflessi fl-hekk imsejjaħ “il-kumplement tal-programm”, għandhom jitħallew, kif ukoll l-immaniġġjar, skond il-miżura.

    In-numru ta’ fondi se jkunu limitati għal tlieta (il-ERDF, il-ESF u l-Fond tal-Koeżjoni) meta mqabbla mas-sitta li hemm bħalissa.

    Kontra l-programmi li hemm bħalissa li jinvolvu ħafna fondi, l-interventi tal-ġejjieni ta’ l-ERDF u ta’ l-ESF għandhom l-għan li jaħdmu b’fond wieħed biss għal kull programm. B’hekk, l-azzjoni ta’ kull fond issir aktar koerenti billi l-ERDF u l-ESF ikunu jistgħu jiffinanzjaw, rispettivament, ħidmiet ta’ residwu marbuta mal-kapital uman u dak fiżiku. L-iffinanzjar ta’ dawn il-ħidmiet se jkun limitat u marbut direttament fl-isferi ewlenin ta’ intervent ta’ kull Fond. Dan iwassal biex ikun hemm tħaffif kif ukoll aktar effettività ta’ l-ipprogrammar.

    Il-Fond tal-Koeżjoni u l-ERDF se jsegwu sistema ta’ pprogrammar waħda, fejn huma kkonċernati t-trasport u l-infrastrutturi ta’ l-ambjent. Proġetti maġġuri jiġu adottati mill-Kummissjoni b’mod separat, iżda jitmexxew fi programmi relatati.

    5.3. It-Tmexxija u l-kontroll finanzjarji

    Fil-qafas ta’ tmexxija mqassma, wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-pakkett regolatorju tal-ġejjieni għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 huwa li jkun iddefinit b’mod ċar, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba bil-liġi preżenti, il-qafas, in-natura, u l-qsim tar-responsabbiltà bejn l-atturi differenti kkonċernati fit-twettiq ta’ l-estmi tal-Komunità. Dawn jinkludu l-Istati Membri u l-entitajiet ta’ implimentazzjoni, min-naħa waħda, u l-Kummissjoni, min-naħa l-oħra. B’hekk, kjarifikazzjoni bħal din tgħin biex ittejjeb l-effiċjenza, l-effikaċja u l-bilanċ ġenerali tas-sistema.

    Is-Sistema tat-tmexxija u l-kontroll

    L-abbozz tar-regolament li jwaqqaf dispożizzjonijiet ġenerali għall-ERDF, il-ESF u l-Fond tal-Koeżjoni jżid il-koerenza u t-trasparenza ta’ l-arkitettura ġenerali tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll tal-Fondi:

    - Il-koerenza, minħabba li din tiddefinixxi b’mod ċar il-kundizzjonijiet minimi li jgħoddu għas-sistemi tal-kontroll u l-awditjar fuq il-livelli kollha tal-proċess, kif ukoll il-ħidmiet u r-rabtiet rispettivi ta’ l-atturi differenti;

    - It-trasparenza, minħabba li huwa meħtieġ li l-atturi differenti kkonċernati mill-kontrolli jkunu konxji mir-riżultati tal-kontrolli ta’ kull parti, biex jitjiebu l-effiċjenza, l-effikaċja u l-bilanċ ġenerali tas-sistema.

    L-abbozz tar-regolament jiddefinixxi bażi komuni ta’ sett minimu ta’ kundizzjonijiet, li kull sistema ta’ tmexxija u kontroll intern ikkonċernata mat-tmexxija tal-Fondi għandha tħares, u r-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni biex ikun żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assigurazzjoni f’rabta mas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll:

    - Fil-bidu tal-perjodu, permezz ta’ opinjoni fuq is-sistema minn entità ta’ awditjar indipendenti;

    - Ta’ kull sena, permezz ta’ opinjoni fuq l-awtorità ta’ l-awditjar li tkun appoġġjata minn rapport ta’ kontroll annwali; u

    - Fl-aħħar tal-perjodu, b’assigurazzjoni fuq ir-rendikont finali tan-nefqa.

    Meta l-Kummissjoni tiddisponi mill-assigurazzjoni fuq l-eżistenza u t-tħaddim tajjeb tat-tmexxija nazzjonali u s-sistemi tal-kontroll – assigurazzjoni bbażata fuq l-awditjar tagħha stess u dak nazzjonali - din tkun tista’ tibbaża l-assigurazzjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata fuq ir-riżultati tal-kontrolli nazzjonali. B’hekk, din tkun tista’ tillimita l-awditjar tagħha stess li jsir fuq il-post għal każijiet biss li ma jkunux normali.

    Fuq l-istess termini, l-arkitettura regolatorja tipproponi li l-grad ta’ l-intervent tal-Komunità fit-tmexxija, il-valutazzjoni, u l-kontroll huwa funzjoni – fost ħwejjeġ oħrajn – ta’ importanza ta’ l-għajnuna tagħha. L-abbozz tar-regolament ġenerali jippermetti li l-Istati Membri japplikaw ir-regoli u l-istrutturi tat-tmexxija u l-kontroll tagħhom stess meta l-għajnuna nazzjonali tkun laħqet grad sostanzjali. Din l-għażla tgħodd biss jekk il-Kummissjoni tkun irċeviet assigurazzjoni fuq il-kredibbiltà tat-tmexxija nazzjonali u s-sistemi tal-kontroll.

    Il-prinċipju ta’ l-addizzjonalità – i.e. ir-riżorsi ta’ l-UE għandhom iżidu aktar milli jibdlu r-riżorsi nazzjonali – għandu jibqa’ prinċipju ewlieni fil-politika tal-koeżjoni. Madankollu, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Kummissjoni se tivverifika l-applikazzjoni ta’ dan biss fl-għan tal-“konverġenza”. L-Istati Membri se jkunu responsabbli biex jiżguraw li l-prinċipju ta’ l-addizzjonalità jkun jgħodd fil-programmi tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” u tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    It-Tmexxija finanzjarja

    Dwar it-tmexxija finanzjarja, qed jiddaħħlu żewġ aspetti importanti biex iħaffu s-sistema. Fil-fatt, il-ħlasijiet se jitħaddmu fuq il-livell tal-prijoritajiet, u mhux aktar fuq dak tal-miżuri kif inhu llum. Barra minn hekk, l-għajnuna tal-Komunità se tinħadem fuq il-bażi ta’ nefqa pubblika biss. Is-sistema tal-ħlas (pagament fuq il-kont u l-ħlas lura) kif ukoll il-prinċipju tat-taħlil awtomatiku mill-irbit qed jinżammu.

    L-abbozz tar-regolament jipproponi wkoll it-twaqqif ta’ proċedura ta’ interruzzjoni, iż-żamma u s-sospensjoni ta’ ħlasijiet f’każ ta’ problemi serji meta ssir il-preżentazzjoni tat-talba għall-ħlas interim.

    Bil-ħsieb li titħaffef it-tmexxija finanzjarja, il-Kummissjoni qed tipproponi li jkun hemm għeluq parzjali tal-programmi għall-ħidmiet li jkunu tlestew. L-iskeda ta’ dan l-għeluq tkun deċiża minn kull Stat Membru.

    Ir-regoli nazzjonali jiddeterminaw ħafna l-eliġibbiltà tan-nefqa, ħlief għal numru limitat ta’ oqsma bħalma huma l-VAT, fejn ir-regoli tal-Komunità se jkomplu jgħoddu.

    5.4. Il-Konċentrazzjoni tar-riżorsi

    L-akbar konċentrazzjoni ta’ riżorsi għandha tibqa’ fuq l-iktar Stati Membri u reġjuni fqar, b’enfasi fuq l-Istati Membri l-ġodda. Fuq il-livell tal-programm ta’ żvilupp individwali, il-konċentrazzjoni tinkiseb billi tingħata attenzjoni lill-prijoritajiet ta’ Lisbona u Gothenburg kif ukoll, fir-reġjuni tal-“konverġenza”, fuq il-bini tal-ħila istituzzjonali.

    Dwar il-programmi ta’ kompetittività reġjonali, l-enfasi ta’ bħalissa (taħt l-Għan 2) fuq it-taqsim f’żoni ta’ oqsma eliġibbli fuq il-livell ta’ distretti, muniċipalitajiet u kostitwenzi fisser li l-konċentrazzjoni kienet miftiehma kważi esklussivament f’termini mikro-ġeografiċi. Waqt li l-konċentrazzjoni ġeografika tar-riżorsi fl-inħawi li huma l-aktar żvantaġġati tibqa’ parti essenzjali mill-isforz fil-ġejjieni, għandu jkun magħruf li l-propsetti ta’ dawn l-inħawi huma marbutin mill-qrib mas-suċċess tar-reġjun kollu.

    Kif ħafna reġjuni skoprew, dan jeħtieġ l-iżvilupp ta’ strateġija koerenti għar-reġjun kollu bħala mezz biex ikunu indirizzati l-ħtiġiet ta’ l-iktar partijiet dgħajfa tiegħu. Għall-ġejjieni, qed ikun għalhekk propost li titħalla s-sistema preżenti ta’ żoni żgħar, biex ikun hemm bilanċ xieraq bejn il-konċentrazzjoni ġeografika u għamliet oħrajn ta’ konċentrazzjoni li għandhom ikunu stabbiliti fit-tfassil tal-programmi tal-kompetittività reġjonali bi sħab mal-Kummissjoni.

    Dan m’għandux ifisser li l-livell ta’ l-isforz biex jintużaw ir-riżorsi finanzjarji ta’ l-UE jintemm fix-xejn. Taħt il-linja ta’ żvilupp “kompetittività reġjonali”, kull programm ta’ ħidma għandu jiġġustifika l-konċentrazzjoni ġeografika, tematika u finanzjarja tiegħu.

    Fil-kuntest tas-sħubija, ir-reġjuni għandhom l-ewwelnett ir-responabbiltà biex jikkonċentraw ir-riżorsi finanzjarji fuq is-suġġetti meħtieġa biex jindirizzaw id-disparità ekonomika, soċjali u territorjali fuq livell reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tivverifika u tikkonferma l-konsistenza waqt li jkunu qed jiġu deċiżi l-programmi.

    Fl-aħħarnett, bil-prinċipju tat-taħlil mill-irbit ta’ fondi mhux użati (ir-regola “N+2”), u b’dixxiplina unika għall-politika reġjonali u tal-koeżjoni, jibqa’ jkun hemm inċentiv b’saħħtu favur li jitwettqu l-programmi b’mod effiċjenti u mgħaġġel.

    5.5. Aċċenn aktar b’saħħtu fuq it-turija u l-kwalità

    L-effettività ssejjaħ biex ikun hemm attenzjoni akbar fuq l-impatt u t-turija, u għal definizzjoni aħjar tar-riżultati li jridu jinkisbu. B’mod ġenerali, l-effiċjenza tal-politika tal-koeżjoni tista’ tijieb bit-twaqqif ta’ djalogu annwali ma’ l-Istituzzjonijiet Ewropej biex dawn jitkellmu – fuq il-bażi tar-rapport ta’ kull sena tal-Kummissjoni – fuq il-progress u r-riżultati tal-programmi nazzjonali u reġjonali biex b’hekk jissaħħu t-trasparenza u l-kredibbiltà lejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini.

    Il-valutazzjoni qabel, matul u wara t-tmiem tal-programmi tibqa’ importanti għall-isforz ġenerali biex tinżamm il-kwalità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li twaqqaf riżerva ta’ turija tal-Komunità li l-għan ewlieni tagħha jkun li jiġu ppremjati l-Istati Membri u r-reġjuni li jkunu wrew l-aktar progress sostanzjali lejn dawk l-għanijiet li dwarhom ikun hemm qbil.

    Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Istati Membri joħolqu fl-allokazzjoni nazzjonali tagħhom riżerva żgħira biex ikunu jistgħu jwieġbu mill-ewwel għal problemi settorjali jew lokali mhux mistennija li jkunu ġejjin mir-ristrutturar industrijali jew mill-effetti ta’ ftehim kummerċjali. Din ir-riżerva għandha tintuża biex jingħata appoġġ anċillari lill-ħaddiema milquta u lid-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomija fl-inħawi kkonċernati, waqt li taġixxi bħala kumplement għall-programmi nazzjonali u u reġjonali li għandhom jiffurmaw l-istrument ewlieni għar-ristrutturar qabel il-bidla ekonomika.

    Dawn il-bidliet proposti għandhom iġibu aktar trasparenza fit-tħaddim tal-politika, waqt li jħaffu l-aċċess taċ-ċittadini u l-kumpanniji u b’hekk jiżdied in-numru ta’ proġetti li jgħinu biex ikun hemm valur akbar għall-flus bil-kompetizzjoni miżjuda għall-appoġġ.

    6. IR-RIżORSI FINANZJARJI

    Ir-riżorsi finanzjarji mogħtija għall-politika tal-koeżjoni jirriflettu l-ambizzjoni ta’ Unjoni mkabbra biex tmexxi ’l quddiem it-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-inħawi tagħha li huma l-anqas favorevoli. Għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni qed tipproponi li talloka 336.1 biljun Euro (li huwa ugwali għal 373.9 biljun Euro qabel ma jkunu seħħew it-trasferimenti lejn strument wieħed rurali u ieħor tas-sajd li huma proposti) biex jappoġġjaw it-tliet prijoritajiet tal-politika tal-koeżjoni rrifurmata.

    It-tqassim mill-ġdid indikattiv ta’ dan l-ammont bejn it-tliet għanijiet tal-politika rrifurmata għandu jkun kif ġej:

    - Madwar 78% għall-għan tal-“Konverġenza” (ir-reġjuni l-anqas żviluppati, il-fond tal-koeżjoni, u r-reġjuni ta’ l-“effett statisitku”), b’enfasi fuq l-għajnuna għat-tnax-il Stat Membru l-ġdid. Il-limitu ta’ assorbiment (“riżerva”) għat-trasferimenti finanzjarji għal kull Stat Membru taħt il-politika tal-koeżjoni se jinżamm fuq il-livell kurrenti ta’ 4% tal-PGD nazzjonali, waqt li jitqiesu l-ammonti inklużi taħt l-istrumenti ta’ l-iżvilupp rurali u s-sajd. Ir-reġjuni kkonċernati mill-hekk imsejjaħ effett statistiku se jgawdu minn allokazzjoni speċfika u li tonqos taħt l-għan tal-Konverġenza biex titħaffef “it-tneħħija gradwali” tagħhom.

    - Madwar 18% għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”. Barra r-reġjuni li qed jidħlu gradwalment, il-firxa bejn il-programmi reġjonali ffinanzjati mill-ERDF u l-programmi nazzjonali ffinanzjati mill-ESF għandha tkun 50-50.

    - Madwar 4% għall-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    Għall-firxa tar-riżorsi finanzjarji bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tipproponi li tapplika l-metodu bbażat fuq il-kriterji oġġettivi li ntużaw fil-Kunsill ta’ Berlin (1999) għall-prijorità tal-“konverġenza”, waqt li tqis il-ħtieġa biex ikun hemm sens ta’ ġustizzja fejn għandhom x’jaqsmu r-reġjuni milquta bl-effett statistiku tat-tkabbir.

    Ir-riżorsi għall-għan tal-“kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom jiġu allokati mill-Kummissjoni bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-kriterji ekonomiċi, soċjali u territorjali tal-Komunità.

    Fl-aħħarnett, il-popolazzjoni li tgħix fir-reġjuni eliġibbli kif ukoll il-popolazzjoni kollha ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiggwidaw il-firxa tar-riżorsi taħt l-għan tal-“kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    2004/0163 (AVC)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond tal-Koeżjoni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u l-aktar l-Artikolu 161 miġjub fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 158 tat-Trattat jgħid li, biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha, il-Komunità għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-disparità bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni differenti u n-nuqqas ta’ progress fir-reġjuni u l-gżejjer li huma l-anqas vantaġġati, inklużi l-inħawi rurali. L-Artikolu 159 jeħtieġ biex din l-azzjoni tkun appoġġjata mill-Fondi Strutturati, mill-Bank ta’ l-Investiment Ewropew (EIB) u minn strumenti finanzjarji oħrajn li hemm bħalissa.

    (2) Il-politika tal-koeżjoni għandha tgħin biex iżżid it-tkabbir, il-kompetittività u x-xogħol billi tinkorpora l-prijoritajiet tal-Komunità għal żvilupp sostenibbli, kif iddefiniti fil-Kunsilli Ewropej ta’ Lisbona u Göteborg.

    (3) Id-disparità ekonomika, soċjali u territorjali fuq livell reġjonali u nazzjonali żdiedet fil-Komunità mkabbra. Il-kompetittività u x-xogħol għandhom, għalhekk, jiżdiedu fl-Ewropa kollha.

    (4) Iż-żieda fin-numru ta’ territorji ta’ l-art u tal-baħar ta’ l-Unjoni u t-twessiegħ tat-territorju tagħha jfissru li l-valur miżjud tal-kooperazzjoni interterritorjali, transnazzjonali u interreġjonali fl-Unjoni għandu jiżdied.

    (5) Ix-xogħol tal-Fond tal-Koeżjoni għandu jiġi integrat fl-ipprogrammar ta’ l-għajnuna strutturali biex ikun hemm koerenza akbar fost il-Fondi differenti.

    (6) Taħt l-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/99 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jwaqqaf id-dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturati[5], il-Kunsill għandu jirrevedi dak ir-Regolament fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. Biex tkun implimentata r-riforma tal-Fondi proposti b’dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1260/99 għandu jitħassar.

    (7) Is-sehem ta’ l-istrumenti differenti li jipprovdu għajnuna għall-iżvilupp rurali, l-aktar ir-Regolament (KE) Nru , u għall-qasam tas-sajd, l-aktar ir-Regolament (KE) Nru [6], għandu jiġi speċifikat u dawn għandhom jiġu integrati fl-istrumenti taħt il-politika agrikola komuni u dik tas-sajd; dawn l-istrumenti għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk li jinsabu taħt il-politika tal-koeżjoni.

    (8) In-numru ta’ Fondi li joffru għajnuna taħt il-politika tal-koeżjoni huwa, għalhekk, limitat għall-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond tal-Koeżjoni. Ir-regoli li jgħoddu għal kull Fond għandhom jiġu speċifikati fir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati taħt l-Artikoli 148, 161 u 162 tat-Trattat.

    (9) Biex jiżdied il-valur miżjud tal-politika tal-koeżjoni tal-Komunità, ix-xogħol tal-Fondi Strutturali u tal-Fond tal-Koeżjoni għandu jkun ikkonċentrat u mħaffef, u għalhekk l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1260/99 għandhom ikunu ddefiniti mill-ġdid. Għalhekk, dawn għandhom jiġu ddefiniti bħala li qed ifittxu l-konverġenza ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni, il-kompetittività reġjonali u x-xogħol, kif ukoll il-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

    (10) F’dawk it-tliet għanijiet, għandhom jitqiesu b’mod xieraq kemm karatterisitiċi ekonomiċi u soċjali u kemm dawk territorjali.

    (11) L-iktar reġjuni imbiegħda għandhom igawdu minn miżuri speċifiċi u minn fondi oħra biex jittaffew l-iżvantaġġi li jkunu ġejjin mill-fatturi msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

    (12) L-inħawi ta’ fuq ta’ l-Unjoni, li għandhom popolazzjoni żgħira ħafna, jeħtieġu trattament finanzjarju xieraq biex jittaffew l-effetti ta’ dak l-iżvantaġġ.

    (13) Minħabba l-importanza tad-dimensjoni urbana u l-għajnuna ta’ l-ibliet, l-aktar dawk ta’ qies medju, għall-iżvilupp reġjonali, għandha tingħata aktar attenzjoni lil dawn billi jiġi żviluppat is-sehem tagħhom fl-ipprogrammar biex titmexxa ’l quddiem ir-riġenerazzjoni urbana.

    (14) Il-Fondi għandhom jieħdu azzjoni speċjali u kumplementari li tkun ferm aktar minn dik tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u tal-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) biex titmexxa ’l quddiem id-diversifikazzjoni ekonomika ta’ l-inħawi rurali u ta’ inħawi li jiddependu mis-sajd. Aktar minn hekk, ir-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura għandhom ikomplu jgawdu mill-istess konċentrazzjoni finanzjarja bħal fil-perjodu 2000-2006, bl-għajnuna mogħtija minn dawn l-istrumenti biex din tkun appoġġjata mill-Fondi.

    (15) Azzjonijiet għal inħawi bi żvantaġġ naturali, i.e. ċerti gżejjer, inħawi bil-muntanji u nħawi b’densità ta’ popolazzjoni baxxa, għandhom ikunu msaħħa biex ikunu megħjuna d-diffikultajiet ta’ l-iżvilupp partikulari tagħhom; l-itess jgħodd għal ċerti inħawi territorjali tal-Komunità wara li jkun sar it-tkabbir tagħha.

    (16) Għandhom jiġu ffissati kriterji oġġettivi biex jintgħażlu reġjuni u nħawi li jkunu eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni ta’ reġjuni u nħawi ta’ prijorità fuq livell ta’ Komunità għandha tiġi bbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 fuq it-twaqqif ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ taqsimiet territorjali għall-istatistika (NUTS)[7].

    (17) L-għan tal-“Konverġenza” għandu jkopri l-Istati Membri u r-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura; ir-reġjuni mmirati bl-għan tal-“Konverġenza” huma dawk li l-prodott gross domestiku (PGD) per capita tagħhom, imkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri, ikun inqas minn 75% tal-medja tal-Komunità. Ir-reġjuni li jbatu mill-effett statistiku marbut mat-tnaqqis fil-medja tal-Komunità wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni se jgawdu għal dak il-għan minn għajnuna transitorja sostanzjali biex dawn ikomplu bil-proċess ta’ konverġenza tagħhom. Din l-għajnuna tintemm fl-2013 u mhux se tkun issuktata b’perjodu transitorju ieħor. L-Istati Membri mmirati bl-għan tal-konverġenza li d-dħul gross nazzjonali (DGN) per capita huwa inqas minn 90% tal-medja tal-Komunità se jgawdu mill-Fond tal-Koeżjoni.

    (18) L-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandu jkopri t-territorju tal-Komunità barra l-għan tal-“Konverġenza”. Ir-reġjuni eliġibbli huma dawk taħt l-Għan 1 fil-pejodu ta’ pprogrammar 2000-06 li m’għadhomx aktar jilħqu l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà reġjonali ta’ l-għan tal-“Konverġenza” u li, għalhekk, qed igawdu minn għajnuna transitorja, kif ukoll ir-reġjuni l-oħra kollha tal-Komunità.

    (19) L-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” huwa li jkopri reġjuni li jkollhom territorji ta’ l-art jew tal-baħar, l-inħawi għall-kooperazzjoni transitorja ddefiniti skond azzjonijiet li jkunu jmexxu ’l quddiem żvilupp territorjali integrat, kif ukoll appoġġ għan- networks ta’ kooperazzjoni interreġjonali u bdil ta’ esperjenzi. It-titijib u t-tħaffif tal-kooperazzjoni fit-territorji esterni tal-Komunità jitolbu l-użu ta’ qrubija Ewropea u ta’ strument ta’ sħubija skond ir-Regolament (KE) Nru kif ukoll ta’ l-istrument ta’ qabel is-sħubija skond ir-Regolament (KE) Nru .

    (20) Il-ħidmiet tal-Fondi u l-operat li dawn jiffinanzjaw għandhom ikunu koerenti u jaqblu mal-politika l-oħra tal-Komunità kif ukoll mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

    (21) L-azzjoni mill-Komunità għandha tkun kumplementari għal dik li tkun twettqet mill-Istati Membri jew għandha tfittex li ssaħħaħha. Is-sħubija għandha tkun imsaħħa b’arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ għamliet differenti ta’ msieħba, l-aktar ir-reġjuni; għandhom jitqiesu b’mod sħiħ l-arranġamenti istituzzjonali ta’ l-Istati Membri.

    (22) L-ipprogrammar ta’ ħafna snin għandu jkun dirett biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondi, billi jkunu żgurati d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa u l-konsistenza u l-kontinwità ta’ azzjoni konġunta mill-Komunità u l-Istati Membri.

    (23) Il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, biex tmexxi ’l quddiem l-għanijiet tal-“Konverġenza”, tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” u tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”. Dawn l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu tajjeb mill-Istati Membri minħabba l-livell ta’ disparità u l-limitu tar-riżorsi finanzjarji ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni li huma eliġibbli taħt l-għan tal-“Konverġenza”. Dawn l-għanijiet, għalhekk, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Komunità permezz ta’ garanzija multiannwali ta’ ffinanzjar mill-Komunità li tkun tippermetti li l-politika tal-koeżjoni tkun ikkonċentrata fuq il-prijoritajiet tal-Komunità. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu t’hawn fuq, dan ir-Regolament ma jagħmilx aktar milli suppost biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

    (24) Huwa xieraq li jissaħħu s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità ta’ l-intervent tal-Fondi Strutturali u tal-Fond tal-Koeżjoni.

    (25) Taħt l-Artikolu 274 tat-Trattat, fil-kuntest ta’ tmexxija mqassma, il-kundizzjonijiet li jħallu lill-Kummissjoni twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni ta’ l-estmi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu speċifikati, waqt li l-obbligi tal-kooperazzjoni fuq l-Istati Membri jiġu ċċarati. Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet il-Kummissjoni tkun tista’ tissodisfa lilha nfisha li l-Istati Membri qed jużaw il-Fondi b’mod leġittmu u korrett u skond il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba fit-tifsira tar-Regolament Finanzjarju.

    (26) Biex ikun żgurat impatt ekonomiku ġenwin, l-għajnuniet mill-Fondi Strutturali jistgħu ma jibdlux in-nefqa pubblika mill-Istati Membri taħt it-termini ta’ dan ir-Regolament. Il-verifika, bi sħab, tal-prinċipju ta’ l-addizjonalità għandha tikkonċentra fuq ir-reġjuni taħt l-għan tal-“Konverġenza” minħabba l-livell tar-riżorsi finanzjarji allokati lilhom. Jekk l-addizzjonalità ma tiġix irrispettata dan jista’ jwassal għal korrezzjoni finanzjarja.

    (27) Fil-kuntest ta’ l-isforz tagħha favur koeżjoni ekonomika u soċjali, il-Komunità tmexxi ’l quddiem l-għan li jitneħħew l-inugwaljanzi u li jkun hemm ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ikkontemplat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat.

    (28) Il-konċentrazzjoni finanzjarja fuq l-għan tal-“Konverġenza” għandha tiżdied minħabba d-disparità akbar fl-Unjoni mkabbra, l-isforz favur l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” biex jgħin fit-titjib tal-kompetittività u x-xogħol fil-bqija ta’ l-Unjoni għandu jinżamm, waqt li r-riżorsi għall-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” żdiedu minħabba l-valur miżjud tiegħu.

    (29) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli. Dawn għandhom jiġu allokati kull sena u għandha tkun żgurata konċentrazzjoni sostanzjali ta’ dawn fuq ir-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura, inklużi dawk li qed jirċievu appoġġ transitorju minħabba l-effett statistiku.

    (30) L-approprijazzjonijiet ta’ kull sena għal Stat Membru, taħt il-Fondi, għandhom ikunu ta’ limitu li jiġi ffissat skond kemm dan ikollu ħila jassorbi.

    (31) Il-Kummissjoni għandha twaqqaf taqsim indikattiv ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ rabta disponibbli bl-użu ta’ metodu oġġettiv u trasparenti. 3% ta’ l-approprijazzjonijiet tal-Fondi Strutturali allokati lill-Istati Membri taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom jitpoġġew f’riżerva tal-Komunità biex jiġu ppremjati l-kwalità u t-turija.

    (32) Għall-użu fl-ipprogrammar l-approprijazzjonijiet disponibbli taħt il-Fondi għandhom jiġu indiċjati fuq bażi ta’ rata fissa.

    (33) Biex jiżdied il-kontenut strateġiku tal-politika tal-koeżjoni bl-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Komunità u b’hekk titmexxa ’l quddiem it-trasparenza tagħha, il-Kunsill għandu jadotta linjigwidi strateġiċi fuq proposta mill-Kummissjoni; il-Kunsill għandu jistħarreġ l-implimentazzjoni ta’ dawn mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni.

    (34) Fuq il-bażi tal-linjigwidi strateġiċi adottati mill-Kunsill, kull Stat Membru għandu jħejji dokument ta’ referenza nazzjonali fuq l-istrateġija ta’ l-iżvilupp tiegħu, li tiġi nnegozjata mal-Kummissjoni u tkun deċiża mill-Kummissjoni wkoll; dan ir-rapport ikun jifforma l-qafas biex jitħejjew il-programmi ta’ l-operat.

    (35) L-ipprogrammar u t-tmexxija tal-Fondi Strutturali għandhom jitħaffu, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom billi jkun hemm programmi ta’ l-operat li jiġu ffinanzjati jew mill-ERDF jew mill-ESF, li kull wieħed minn dawn jista’ jiffinanzja b’mod kumplementari u limitat azzjonijiet li jkunu jaqgħu taħt l-għan tal-Fond l-ieħor.

    (36) Bil-ħsieb li titjieb il-kumplementarjetà tagħhom u li titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom, l-għajnuna tal-Fond tal-Koeżjoni u ta’ l-ERDF għandha tkun ipprogrammata b’mod konġunt fil-programmi ta’ l-operat marbuta mat-trasport u l-ambjent.

    (37) L-ipprogrammar għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-Fondi bejniethom u ma’ strumenti finanzjarji oħrajn li jeżistu, ma’ l-EIB u mal-Fond ta’ l-Investment Ewropew. Din il-koordinazzjoni tkopri wkoll it-tħejjija ta’ skemi finanzjarji kumplessi u sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat.

    (38) Il-perjodu ta’ pprogrammar għandu jdum għal perjodu wieħed ta’ seba’ snin, biex tinżamm il-ħeffa tas-sistema tat-tmexxija ddefinita fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999.

    (39) Fil-programmi ta’ l-operat ko-finanzjati mill-ERDF l-Istati Membri u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jorganizzaw l-arranġamenti għall-kooperazzjoni interreġjonali u jqisu wkoll il-karatteristiċi speċjali ta’ dawk l-inħawi li għandhom żvantaġġi naturali.

    (40) Biex tkun indirizzata l-ħtieġa għall-ħeffa u d-deċentralizzazzjoni, l-ipprogrammar u t-tmexxija finanzjarja għandhom isiru fuq il-livell tal-prijoritajiet biss. Il-qafas ta’ appoġġ tal-Komunità u l-kumplement tal-programm kif previsti bir-Regolament (KE) Nru 1260/99 m’għandhomx jissuktaw.

    (41) L-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet tat-tmexxija għandhom jorganizzaw, fil-programmi ta’ l-operat ko-finanzjati mill-ERDF taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, sotto-delegazzjoni għall-awtoritajiet urbani b’rabta ma’ dawk il-prijoritajiet li jolqtu r-riġenerazzjoni ta’ l-ibliet.

    (42) L-allokazzjoni żejda biex ikunu kkumpensati l-ispejjeż żejda li r-reġjuni l-aktar imbiegħda jkollhom jiffaċċjaw, għandha tiġi integrata fil-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ERDF f’dawk ir-reġjuni.

    (43) Għandu jkun hemm aranġamenti separati għall-implimentazzjoni ta’ l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” li huwa ffinanzjat mill-ERDF.

    (44) Il-Kummissjoni għandha tapprova proġetti maġġuri li huma mdaħħla fil-programmi ta’ l-operat, jekk jista’ jkun flimkien ma’ l-EIB, biex tkun tista’ ssir valutazzjoni ta’ l-għan, l-impatt u l-arranġamenti tagħhom għall-użu ppjanat tar-riżorsi tal-Komunità.

    (45) Taħt għajnuna teknika, il-Fondi għandhom jipprovdu appoġġ għal valutazzjonijiet, għal titjib fil-ħila amministrattiva marbuta mat-tmexxija tal-Fondi, studji, proġetti pilota u bdil ta’ esperjenzi maħsuba, l-aktar, biex jinkuraġġixxu avviċinamenti u prattiċi ġodda.

    (46) L-effettività ta’ l-għajnuna tal-Fondi tistrieħ ukoll fuq l-inkorporazzjoni ta’ valutazzjoni kredibbli fl-ipprogrammar u l-monitoraġġ; ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest għandhom jiġu speċifikati.

    (47) L-Istati Membri għandhom jipprevedu, fil-pakkett nazzjonali tagħhom taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, riżerva żgħira biex ikunu jistgħu jilqgħu malajr għal problemi settorjali jew lokali mhux mistennija li jkunu ġejjin mir-ristutturar soċjo-ekonomiku jew mill-effetti ta’ ftehim kummerċjali.

    (48) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-elementi biex tkun aġġustata l-parteċipazzjoni tal-Fondi fil-programmi ta’ l-operat. Biex jiżdied l-effett tal-multiplikatur tar-riżorsi tal-Komunità, huwa għalhekk meħtieġ li jitqiesu n-natura u l-gravità tal-problemi li jiġu ffaċċjati mill-inħawi kkonċernati, l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Komunità inklużi l-ħarsien u t-tijib ta’ l-ambjent, kif ukoll il-mobilizzazzjoni ta’ għejjun privati fil-programmi ta’ l-operat bi sħab mal-pubbliku u l-privat. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ ukoll li jkun iddefinit il-kunċett ta’ proġett li jiġġenera d-dħul u li tiġi identifikata għal din l-għamla ta’ proġetti l-bażi li fuqha tinħadem il-parteċipazzjoni tal-Fondi.

    (49) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà u suġġett għall-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolamenti (KE) Nru fuq il-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, Nru fuq il-Fond Soċjali Ewropew u Nru fuq il-Fond tal-Koeżjoni, għandu jkun hemm regoli nazzjonali fuq l-eliġibbiltà tan-nefqa.

    (50) Biex ikunu żgurati l-effettività, is-sens ta’ ġustizzja u l-impatt sostenibbli ta’ l-intervent tal-Fondi, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggaranatixxu li l-investmenti fin-negozji jdumu għal ħafna żmien u li jevitaw li dawn il-Fondi jintużaw biex idaħħlu kompetizzjoni li ma tkunx ġusta. Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-investmenti li jgawdu mill-għajnuna tal-Fondi jkunu jistgħu jitħassru matul perjodu pjuttost twil.

    (51) L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adegwati biex jiggarantixxu t-tħaddim xieraq tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jitwaqqfu l-prinċipji ġenerali u l-funzjonijiet meħtieġa li s-sistemi tal-programmi ta’ l-operat kollha għandhom iwettqu fuq il-bażi tal-liġi tal-Komunità li hemm fis-seħħ għall-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006.

    (52) Għalhekk huwa meħtieġ li tinżamm l-għażla ta’ awtorità ta’ tmexxija waħda għal kull intervent u li jiġu ċċarati r-responsabbiltà kif ukoll il-funzjonijiet ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu ggarantiti standards uniformi ta’ kwalità dwar iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa u tat-talbiet għall-ħlas qabel ma dawn jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni; huwa meħtieġ li jiġu ċċarati n-natura u l-kwalità tat-tagħrif li fuqu dawn it-talbiet jiġu bbażati u, għal dak il-għan, li titwaqqaf il-funzjoni ta’ l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

    (53) Il-monitoraġġ tal-programmi ta’ l-operat huwa meħtieġ biex jiżgura l-kwalità ta’ l-implimentazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, ir-responsabbiltajiet tal-kumitat tal-monitoraġġ għandhom ikunu ddefiniti, kif ukoll it-tagħrif li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u l-qafas biex ikun eżaminat dan it-tagħrif.

    (54) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija għal-implimentazzjoni u l-kontroll ta’ l-interventi.

    (55) L-obbligi fuq l-Istati Membri dwar is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa, u l-prevenzjoni, it-tisjib u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet u l-ksur tal-liġi tal-Komunità għandhom jiġu speċifikati biex jiggarantixxu l-implimentazzjoni effiċjenti u korretta tal-programmi ta’ l-operat. L-aktar, dwar it-tmexxija u l-kontroll, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-modalitajiet li bihom l-Istati Membri jagħtu l-assigurazzjoni tagħhom li s-sistemi huma kif suppost u jaħdmu tajjeb.

    (56) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni dwar il-kontroll finanzjarju, f’dan il-qasam għandha tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li jiġu stabbiliti l-kriterji li jħallu lill-Kummissjoni twaqqaf, fil-kuntest ta’ l-istrateġija tagħha tal-kontroll tas-sistemi nazzjonali, livell ta’ assigurazzjoni li din tista’ tikseb mill-entitajiet ta’ awditjar nazzjonali.

    (57) Il-livell u l-intensità tal-kontrolli tal-Komunità għandhom ikunu bbilanċjati skond l-għajnuna tagħha. Fejn Stat Membru jkun dak li jkun qed jipprovdi l-aktar għall-iffinanzjar ta’ programm, ikun xieraq li l-Istat Membru jkun jista’ jagħżel li jorganizza ċerti elementi ta’ arranġamenti ta’ kontroll skond ir-regoli nazzjonali. F’dawn l-istess ċirkustanzi, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li l-Kummissjoni tiddistingwi l-mezzi li bihom l-Istati Membri għandhom iwettqu l-funzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa u tal-verifika tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll. Huwa meħtieġ ukoll li jitwaqqfu l-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista’ tillimita l-awditjar tagħha stess u tistrieħ fuq l-assigurazzjonijiet mogħtija mill-entitajiet nazzjonali.

    (58) Il-ħlas fuq il-kont fil-bidu tal-programmi ta’ l-operat jiżgura likwidità regolari li tħaffef il-ħlas lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat. Għalhekk, ħlas fuq il-kont ta’ 7% għall-Fondi Strutturali u ta’ 10,5% għall-Fond tal-Koeżjoni jgħin biex jgħaġġel l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat.

    (59) Barra s-sospensjoni ta’ pagamenti meta jinstabu nuqqasijiet fis-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll, għandu jkun hemm miżuri li bis-saħħa tagħhom l-uffiċjal maħtur b’delegazzjoni jkun jista’ jawtorizza s-sospensjoni ta’ pagamenti fejn dan ikollu dubji dwar it-tħaddim tajjeb ta’ dawn is-sistemi jew biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel tnaqqis fil-pagamaneti jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx implimenta l-miżuri kollha li jkun għad fadal fil-pjan korrettiv ta’ azzjoni.

    (60) Ir-regola tat-taħlil awtomatiku mir-rabta tgħin biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi u biex ittejjeb it-tmexxija finanzjarja. Għal dak il-għan, ikun xieraq li jiġu ddefiniti l-modalitajiet ta’ l-applikazzjoni tagħha u l-partijiet tar-rabtiet ta’ l-estmi li jistgħu jitħallew barra, l-aktar meta d-dewmien fl-implimentazzjoni jkun ġej minn ċirkustanzi li jkunu indipendenti mis-suġġett li jappella għaliha, mhux normali jew mhux mistennija, u li l-konsegwenzi tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu evitati minkejja d-diliġenza li tkun intweriet.

    (61) Il-proċeduri għat-tmiem għandhom ikunu mħaffa waqt li joffru l-possibbiltà lil dawk l-Istati Membri li jekk ikunu jridu, skond l-iskeda li huma stess jagħżlu, jagħlqu parzjalment programm ta’ operat b’rabta mal-ħidmiet li jkunu tlestew; il-qafas xieraq biex isir dan għandu jingħata wkoll.

    (62) Huwa meħtieġ li jkunu adottati l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li twaqqaf il-proċeduri li bihom il-Kummissjoni tkun tista’ tħaddem is-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lilha[8],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    TITOLU I

    L-GħANIJIET U R-REGOLI ġENERALI FUQ L-GħAJNUNA

    KAPITOLU I L-GĦAN U D-DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Il-materja tas-suġġett

    Dan ir-Regolament iwaqqaf ir-regoli ġenerali li jikkontrollaw il-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) (minn hawn ’il quddiem: il-“Fondi Strutturali”) u l-Fond tal-Koeżjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolament fuq il-ERDF, il-ESF u l-Fond tal-Koeżjoni.

    Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-għanijiet li għalihom il-Fondi Strutturali u l-Fond tal-Koeżjoni (minn hawn ’il quddiem: il-“Fondi”) għandhom jagħtu l-għajnuna, il-kriterji għall-Istati Membri u r-reġjuni biex ikunu eliġibbli taħt dawk il-Fondi, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

    Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kuntest għall-politika tal-koeżjoni, inkluż il-metodu għall-iffissar tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità għall-politika tal-koeżjoni, il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali, kif ukoll l-istħarriġ ta’ kull sena fuq livell ta’ Komunità.

    Ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli fuq is-sħubija, l-ipprogrammar, il-valutazzjoni, it-tmexxija, inkluż dik finanzjarja, il-monitoraġġ u l-kontroll fuq il-bażi tar-responsabbiltajiet maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom hawnhekk:

    1) “programm ta’ l-operat” : dokument sottomess mill-Istat Membru u adottat mill-Kummissjoni bħala parti minn qafas ta’ referenza strateġika li jwaqqaf strateġija ta’ żvilupp li tuża sett koerenti ta’ prijoritajiet, biex tinkiseb kull għajnuna ta’ xi Fond, jew, fil-każ ta’ l-għan tal-“Konverġenza”, tintalab l-għajnuna tal-Fond tal-Koeżjoni u ta’ l-ERDF;

    2) “prijorità” : waħda mill-prijoritajiet ta’ l-istrateġija fi programm ta’ l-operat li tkun tħaddan fiha grupp ta’ ħidmiet li jkunu relatati u jkollhom għanijiet speċifiċi li jitkejlu;

    3) “ħidma” : proġett jew grupp ta’ proġetti magħżula mill-awtorità tat-tmexxija tal-programm ta’ l-operat ikkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà tagħha skond il-kriterji stabbiliti mill-kumitat tal-monitoraġġ u implimentati minn benefiċjarju wieħed jew aktar biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-prijorità li magħha dan il-proġett ikollu x’jaqsam;

    4) “ benefiċjarju” : operatur, entità jew kumpannija, kemm jekk pubblika jew privata, li jkunu responsabbli biex jibdew u/jew jimplimentaw ħidmiet. Fil-kuntest ta’ l-iskemi ta’ l-għajnuna taħt l-Artikolu 87 tat-Trattat, il-benefiċjarji jkunu kumpanniji pubbliċi jew privati li jwettqu azzjoni individwali u jirċievu għajnuna pubblika;

    5) “nefqa pubblika” : kull għajnuna pubblika biex ikunu ffinanzjati ħidmiet li l-oriġini tagħhom ikun l-estmi ta’ l-Istat, ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, tal-Komunitajiet Ewropej u li jkollhom x’jaqsmu mal-Fondi Strutturali, mal-Fond tal-Koeżjoni u ma’ nefqa simili oħra. Kull għajnuna biex jiġu ffinanzjati l-ħidmiet li l-oriġini tagħhom ikun l-estmi ta’ entitajiet jew għaqdiet ta’ liġi pubblika ta’ waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew aktar jew ta’ entitajiet ta’ liġi pubblika fit-tifsira tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi, kuntratti ta’ provvista pubblika u kuntratti ta’ servizz pubbbliku[9], għandha titqies bħala waħda pubblika;

    6) “entità intermedja” : kull entità jew servizz pubbliku jew privat li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità tat-tmexxija jew taċ-ċertifikazzjoni jew li jwettqu obbligi f’isem awtorità bħal din vis-à-vis il-benefiċjarji li jkunu qed jimplimentaw il-ħidmiet.

    KAPITOLU II L-GĦANIJIET U L-MISSJONIJIET

    Artikolu 3

    L-Għanijiet

    1. L-azzjoni meħuda mill-Komunità taħt l-Artikolu 158 tat-Trattat għandha titfassal biex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità mkabbra biex jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp armonjuż, ibbilanċjat u sostenibbli tal-Komunità. Din l-azzjoni għandha tittieħed bl-għajnuna tal-Fondi, tal-Bank ta’ l-Investment Ewropew (EIB) u strumenti finanzjarji oħra eżistenti. Din għandha tilħaq l-isfidi marbuta mad-disparità ekonomika, soċjali u territorjali li żviluppat l-aktar f’pajjiżi u reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura, mat-tħaffif tar-ristrutturar ekonomiku u soċjali, kif ukoll mat-tixjiħ tal-popolazzjoni.

    L-azzjoni meħuda taħt il-Fondi għandha tiġbor fiha, fuq livell nazzjonali u reġjonali, il-prijoritajiet tal-Komunità favur żvilupp sostenibbli billi jissaħħu t-tkabbir, il-kompetittività u x-xogħol, l-inklużjoni soċjali, kif ukoll il-ħarsien u l-kwalità ta’ l-ambjent.

    2. Għal dak il-għan, il-ERDF, il-ESF, il-Fond tal-Koeżjoni, il-Bank ta’ l-Investment Ewropew (EIB) u l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Komunità li hemm bħalissa għandu kull wieħed jgħin b’mod xieraq biex jintlaħqu t-tliet għanijiet li ġejjin:

    a) l-għan tal-“Konverġenza” għandu jkun immirat li jħaffef il-konverġenza ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni li huma l-inqas żviluppati billi jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u x-xogħol billi jiżdiedu u jitjiebu l-kwalità ta’ l-investment f’kapital fiżiku u uman, l-iżvilupp ta’ l-innovazzjoni u ta’ soċjetà ta’ l-għerf, l-adattabbiltà għall-bidliet ekonomiċi u soċjali, il-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent, kif ukoll l-effiċjenza amministrattiva. Dan l-għan għandu jsawwar il-prijorità tal-Fondi.

    b) l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandu, barra r-reġjuni li huma l-inqas żviluppati, jkun immirat li jsaħħaħ il-kompetittività u l-ġibda tar-reġjuni kif ukoll ix-xogħol billi jantiċipa l-bidliet ekonomiċi u soċjali, inklużi dawk li għandhom x’jaqsmu mal-ftuħ tal-kummerċ, bl-innovazzjoni u t-tmexxija ’il quddiem tas-soċjetà ta’ l-għerf, l-imprenditorjat, il-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent, u t-titjib ta’ l-aċċessibbiltà, l-adattabbiltà tal-ħaddiema u n-negozji, kif ukoll l-iżvilupp ta’ swieq inklussivi ta’ xogħol.

    c) l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” għandu jkun immirat lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni interterritorjali b’inizjattivi lokali konġunti, fuq livell transnazzjonali b’azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat marbut mal-prijoritajiet tal-Komunità, u b’ħolqien ta’ networks u bdil ta’ esperjenzi fuq livell territorjali li jkunu xieraq.

    3. Taħt it-tliet għanijiet, l-għajnuna tal-Fondi għandha, skond in-natura tagħhom, tqis min-naħa waħda l-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali speċifiċi, u min-naħa l-oħra l-karatteristiċi territorjali speċifiċi. L-għajnuna għandha, b’mod xieraq, tappoġġja r-riġenerazzjoni urbana, l-aktar bħala parti minn żvilupp reġjonali, u t-tiġdid ta’ l-inħawi rurali li jiddependu fuq is-sajd permezz tad-diversifikazzjoni ekonomika. L-għajnuna għandha tappoġġja wkoll dawk l-inħawi li huma milqutin minn żvantaġġi ġeografiċi jew naturali li jkomplu jkabbru l-problemi ta’ l-iżvilupp, l-aktar fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Martinique, Reunion, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanari) kif ukoll l-inħawi ta’ fuq li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa, ċerti gżejjer u Stati Membri gżejjer, u nħawi bil-muntanji.

    Artikolu 4

    L-Istrumenti u l-missjonijiet

    1. Il-Fondi għandhom jgħinu, kull wieħed skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkontrollawh, biex jintlaħqu t-tliet għanijiet kif ġej:

    a) l-għan tal-“Konverġenza”: il-ERDF, il-ESF u l-Fond tal-Koeżjoni;

    b) l-għan tal-“Kompetittività Reġjonali u x-xogħol”: il-ERDF u l-ESF;

    c) l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”: il-ERDF.

    2. Il-Fondi għandhom jgħinu biex, fuq l-inizjattiva ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni, tkun tista’ tiġi ffinanzjata għajnuna teknika.

    KAPITOLU III L-ELIĠIBBILTÀ ĠEOGRAFIKA

    Artikolu 5

    Il-Koverġenza

    1. Ir-reġjuni eliġibbli għall-fondi mill-Fondi Strutturali taħt l-għan tal-“Konverġenza” għandhom ikunu r-reġjuni li jikkorrispondu għal-livell II tan-Nomenklatura ta’ l-Unitajiet Statitisiċi Territorjali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-livell II NUTS”) fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li l-Prodott Gross Domestiku (PGD) per capita tagħhom, li jitkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u li jinħadem fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil- […], ikun inqas minn 75% tal-medja tal-Komunità.

    2. Ir-reġjuni tal-livell II NUTS li l-PGD per capita tagħhom, imkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u li jinħadem fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil-[…], ikun bejn 75% u […] % tal-medja tal-Komunità għandhom ikunu eliġibbli, fuq bażi transitorja u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fondi Strutturali.

    3. L-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għandhom ikunu Stati Membri li d-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) per capita tagħhom, imkejjel f’paritajiet ta’ qawwa ta’ xiri u maħdum fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għal dawn l-aħħar tliet snin u li kienu disponibbli fil- […], ikun inqas minn 90% tal-medja tal-Komunità u jkollhom programm biex jilħqu l-kundizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika msemmija fl-Artikolu 104 tat-Trattat.

    4. Minkejja l-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikolu 6, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda (Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Martinique, Reunion, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanari) għandhom igawdu minn iffinanzjar speċifiku mill-ERDF biex iħaffu l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern u biex jikkumpensaw għall-problemi speċifiċi tagħhom.

    5. Minnufih wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2) il-lista ta’ reġjuni li jkunu jilħqu l-kriterji taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-Istati Membri li jkunu jilħqu l-kriterji taħt l-Artikolu 5(3). Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 6

    Il-Kompetittività reġjonali u x-xogħol

    1. L-inħawi eliġibbli għall-fondi mill-Fondi Strutturali taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom ikunu dawk li mhumiex koperti bl-Artikolu 5(1) u 5(2).Meta jippreżentaw il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25, kull Stat Membru kkonċernat għandu juri r-reġjuni tal-Livelli I NUTS jew II NUTS li għalihom dan ikun qed jippreżenta programm biex jiġi ffinanzjat mill-ERDF.

    2. Ir-reġjuni tal-livell II NUTS li fl-2006 se jkunu koperti kompletament bl-Għan 1 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 iżda mhumiex imsemmija fl-Artikolu 5(1) u 5(2) għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjar speċifiku u transitorju mill-Fondi Strutturali.

    3. Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2) il-lista tar-reġjuni li jkunu jilħqu l-kriterji taħt it-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 7

    Il-Kooperazzjomi territorjali Ewropea

    1. Għall-għan tal-kooperazzjoni interterritorjali, għandhom ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar ir-reġjuni tal-Komunità tal-livell III NUTS tul it-territorji ta’ ġewwa u ċerti territorji ta’ l-art ta’ barra u ċerti reġjuni tal-Komunità tal-livell III NUTS tul it-territorji tal-baħar mifrudin, bħala regola ġenerali, b’massimu ta’ 150 kilometru, waqt li jitqiesu l-aġġustamenti meħtieġa li jista’ jkun hemm biex ikunu żgurati l-koerenza u l-kontinwità ta’ l-azzjoni ta’ kooperazzjoni.Minnufih wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2) il-lista tar-reġjuni eliġibbli. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    2. Għall-għan tal-kooperazzjoni transnazzjonali, fuq il-bażi tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 23 u 24, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmuja fl-Artikolu 104(2), għandha tadotta l-lista ta’ l-inħawi transnazzjonali eliġibbli. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    3. Għall-għan ta’ networks ta’ kooperazzjoni u bdil ta’ esperjenza, it-territorju kollu tal-Komunità għandu jkun eliġibbli.

    KAPITOLU IV IL-PRINĊIPJI TA’ L-GĦAJNUNA

    Artikolu 8

    Il-Kumplementarjetà, il-konsistenza u-tħaris

    1. Il-Fondi għandhom jipprovdu għajnuna li tkun tikkumplementa miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali, li jkunu jintegraw fihom il-prijoritajiet tal-Komunità.

    2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna tal-Fondi u ta’ l-Istati Membri tkun konsistenti mal-ħidmiet, il-politika u l-prijoritajiet tal-Komunità. Din il-konsistenza għandha tintwera l-aktar fil-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali u fil-programmi ta’ l-operat.

    3. Il-ħidmiet iffinanzjati mill-Fondi għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ta’ atti li jkunu ġew adottati taħthom.

    Artikolu 9

    L-Ipprogrammar

    L-għanijiet tal-Fondi għandhom jissuktaw fil-qafas ta’ sistema ta’ pprogrammar ta’ diversi snin li tkun tinkludi l-prijoritajiet, proċess ta’ tmexxija, it-teħid ta’ deċiżjoni u l-iffinanzjar organizzat f’diversi stadji.

    Artikolu 10

    Is-Sħubija

    1. L-għajnuna tal-Fondi għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib, minn hawn ’il quddiem imsejħa "sħubija", bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru. L-Istat Membru jorganizza, skond ir-regoli u l-prattiċi nazzjonali kurrenti, sħubija ma’ awtoritajiet u entitajiet li dan ikun għażel, l-aktar:

    a) l-awtoritajiet kompetenti reġjonali, lokali u urbani kif ukoll awtoritajiet pubbliċi oħrajn;

    b) l-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

    c) kull entità xierqa oħra li tirrappreżenta s-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, organizzazzjonijiet non-governattivi, u entitajiet responsabbli mit-tmexxija ’l quddiem ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

    Kull Stat Membru għandu jaħtar l-iktar imsieħba rappreżentattivi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali u fl-isferi ekonomiċi u soċjali jew oħrajn, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-imsieħba”. L-Istat Membru għandu jiżgura l-involviment wiesa’ u effettiv ta’ l-entitajiet xierqa kollha, skond ir-regoli u l-prattiċi nazzjonali waqt li titqies il-ħtieġa biex jitmexxew ’il quddiem l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli bl-integrazzjoni tal-kriterji tal-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent.

    2. Is-sħubija għandha titmexxa b’mod sħiħ skond il-ġurisdizzjoni istituzzjonali, legali u finanzjarja rispettiva ta’ kull kategorija ta’ msieħeb.

    Is-sħubija għandha tkopri t-tħejjija u l-monitoraġġ tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali kif ukoll it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programmi ta’ l-operat. L-Istati Membri għandhom jinvolvu kull wieħed minn dawn l-imsieħba, u l-aktar ir-reġjuni, fid-diversi stadji ta’ pprogrammar fil-limitu taż-żmien stabbilit għal kull stadju.

    3. Ta’ kull sena l-Kummissjoni għandha tikkonsulta, fuq livell Ewropew, lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba soċjali dwar l-għajnuna tal-Fondi.

    Artikolu 11

    L-Intervent sussidjarju u proporzjonali

    1. L-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat msemmija fl-Artikolu 23 għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri fuq il-livell territorjali xieraq, skond is-sistema istituzzjonali speċifika għal kull Stat Membru. Dik ir-responsabbiltà għandha titħaddem skond dan ir-Regolament.

    2. Il-mezzi li jintużaw mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ivarjaw skond il-qies ta’ l-għajnuna tal-Komunità b’rabta mad-dispożizzjonijiet tal-kontroll. Id-divrenzja tgħodd ukoll għal dispożizzjonijiet fuq il-valutazzjoni u l-parteċipazzjoni mill-Kummissjoni fil-Kumitati ta’ Monitoraġġ imsemmija taħt l-Artikolu 62, kif ukoll għar-rapporti ta’ kull sena fuq il-programmi ta’ l-operat.

    Artikolu 12

    Tmexxija mqassma

    1. L-estmi tal-Komunità allokati għall-Fondi għandhom ikunu implimentati fil-qafas ta’ tmexxija mqassma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skond l-Artikolu 53, il-paragrafu 1, il-punt b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002[10] tal-Kunsill, ħlief għall-għajnuna teknika msemmija fl-Artikolu 43.

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba.

    2. Il-Kummissjoni tħaddem ir-responsabbiltà tagħha biex timplimenta l-estmi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej f’dawn il-modi li ġejjin:

    a) il-Kummissjoni għandha tivverifika l-eżistenza u t-tħaddim xieraq tas-sistemi ta’ tmexxija u kontroll fl-Istati Membri skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 69 u 70;

    b) il-Kummissjoni għandha twaqqaf, iżżomm jew tissospendi l-ħlasijiet kollha jew parti minnhom skond l-Artikoli 89, 90 u 91 jekk is-sistemi ta’ tmexxija u kontroll nazzjonali jonqsu, u għandha tapplika kull korrezzjoni finanzjarja meħtieġa, skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 101 u 102;

    c) il-Kummissjoni għandha tivverifika r-rimborż ta’ ħlas fuq il-kont u tħoll b’mod awtomatiku r-rabtiet ta’ l-estmi skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 81(2), 93 u 96.

    Artikolu 13

    L-Addizzjonalità

    1. L-għajnuniet mill-Fondi Strutturali m’għandhomx jieħdu post nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti minn xi Stat Membru.

    2. Għar-reġjuni li huma koperti bl-għan tal-“Konverġenza”, il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jistabbilixxu l-livell tan-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti li l-Istat Membru għandu jżomm fir-reġjuni kollha kkonċernati matul il-perjodu ta’ pprogrammar.

    Dwar in-nefqa għandu jkun hemm ftehim bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmi fl-Artikolu 25.

    3. Il-livell tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun mill-inqas ugwali għall-ammont tan-nefqa medja ta’ kull sena f’termini reali li jkun intlaħaq matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

    Il-livell tan-nefqa għandu jkun stabbilit b’referenza għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi ġenerali li fihom ikun sar l-iffinanzjar u waqt li jitqiesu ċerti sitwazzjonijiet ekonomiċi speċifiċi, l-aktar il-privatizzazzjonijiet kif ukoll il-livell eċċezzjonali ta’ nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti li tkun saret mill-Istat Membru matul il-perjodu ta’ pprogrammar ta’ qabel.

    4. Għall-għan tal-“Konverġenza” il-Kummissjoni għandha, flimkien ma’ kull Stat Membru, tivverifika l-addizzjonalità ta’ nofs it-terminu fl-2011 u l- ex-post sat-30 ta’ Ġunju 2016.

    Fejn sat-30 ta’ Ġunju 2016 Stat Membru ma jkunx jista’ juri li l-addizzjonalità mifthiema fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali kienet ġiet imħarsa, il-Kummissjoni għandha tkompli biex tittieħed korrezzjoni finanzjarja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 101.

    Artikolu 14

    Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru jitmexxew ’il quddiem matul l-istadji differenti ta’ l-implimentazzjoni tal-Fondi.

    KAPITOLU V IL-QAFAS FINANZJARJU

    Artikolu 15

    Ir-Riżorsi globali

    1. Ir-riżorsi disponibbli għal rabta mill-Fondi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 għandhom ikunu, fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-2004, ta’ 336.1 biljun Euro, skond it-taqsim ta’ kull sena muri fl-Anness 1.

    Għall-għan ta’ l-ipprogrammar tagħhom u l-inklużjoni tagħhom aktar tard fl-estmi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-ammonti msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu għandhom ikunu indiċjati għal 2% kull sena.

    It-taqsim tar-riżorsi ta’ l-estmi bejn l-għanijiet iddefiniti fl-Artikolu 3(2) għandu jkun tali li jilħaq konċentrazzjoni sostanzjali fuq ir-reġjuni ta’ l-għan tal-“Konverġenza”.

    2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-taqsim indikattiv ta’ kull sena li għandu jsir mill-Istati Membri skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 16, 17 u 18 u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 20 u 21.

    Artikolu 16

    Ir-Riżorsi għall-għan tal-“Konverġenza”

    1. Ir-riżorsi ġenerali għall-għan tal-“Konverġenza” għandhom ilaħħqu it-78,54% tar-riżorsi msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l- Artikolu 15 (i.e. total ta’ 264.0 biljun Euro). Dawn għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

    a) 67.34% għall-iffinanzjar msemmi fl-Artikolu 5(1), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex ikun jista’ jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru;

    b) 8.38% għall-appoġġ transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 5(2), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru;

    c) 23.86% għall-iffinanzjar imsemmi fl-Artikolu 5(3), billi jintużaw il-popolazzjoni, id-DGN per capita waqt li jitqies it-tijib fil-ġid nazzjonali fuq il-perjodu ta’ qabel, u l-erja tal-wiċċ biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru; u

    d) 0.42% għall-iffinazjar imsemmi fl-Artikolu 5(4), billi tintuża l-popolazzjoni eliġibbli bħala kriterju biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

    2. It-taqsim ta’ kull sena ta’ l-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu b) għandu jkun digressiv mill-1 ta’ Jannar 2007. L-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun iktar baxxa milli fl-2006, ħlief għal dawk ir-reġjuni li ma jkunux eliġibbli kompletament għall-Għan 1 fl-1 ta’ Jannar 2000 skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u li għalihom l-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun oġġettiva u ġusta.

    Artikolu 17

    Ir-Riżorsi għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”

    1. Ir-riżorsi ġenerali għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom ikunu ta’ 17.22% tar-riżorsi msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l- Artikolu 15 (i.e. total ta’ 57.9 biljun Euro) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

    a) 83.44% għall-iffinanzjar msemmi fl-Artikolu 6(1), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-qgħad, ir-rata tax-xogħol u d-densità tal-popolazzjoni bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru; u

    b) 16.56% għall-appoġġ transitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 6(2), billi jintużaw il-popolazzjoni eliġibbli, il-ġid reġjonali, il-ġid nazzjonali u l-qgħad bħala kriterji biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

    2. L-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu a) għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-programmi ffinanzjati mill-ERDF u dawk iffinanzjati mill-ESF.

    3. Il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ESF jibbenefikaw sa 50% tal-krediti disponibbli kif imsemmi fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu b). Għal dan il-għan, il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ESF għandhom jipprevedu prijorità speċifika.

    4. It-taqsim ta’ kull sena ta’ l-approprijazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sotto-paragrafu b) għandu jkun digressiv mill-1 ta’ Jannar 2007. L-approprijazzjonijiet fl-2007 għandhom ikunu aktar baxxi milli fl-2006, ħlief għal dawk ir-reġjuni li l-eliġibbiltà tagħhom għall-Għan 1 skond ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tkun bdiet fl-2004 u li għalihom l-approprijazzjoni fl-2007 għandha tkun waħda oġġettiva u ġusta.

    Artikolu 18

    Ir-Riżorsi għall-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”

    Ir-riżorsi ġenerali għall għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” għandhom ilaħħqu t-3.94% tar-riżorsi msemmija taħt il-paragrafu ta’ l- Artikolu 15 (i.e. total ta’ 13.2 biljun Euro) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

    a) 35.61% għall-iffinanzjar tal-kooperazzjoni interterritorjali msemmija fl-Artikolu 7(1), billi tintuża l-popolazzjoni eliġibbli bħala kriterju biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

    12.12% għall-għajnuna ta’ l-ERDF għal-linja ta’ żvilupp interterritorjali ta’ l-Istrument tal-Qrubija u s-Sħubija Ewropea skond ir-Regolament (KE) Nru […] u ta’ l-Istrument għal Qabel is-Sħubija skond ir-Regolament (KE) Nru […]. Dawn ir-Regolamenti juru li l-għajnuna taż-żewġ strumenti għall-kooperazzjoni interterritorjali ma’ l-Istati Membri hija ekwivalenti għal dik ta’ l-ERDF.

    b) 47.73% għall-iffinanzjar tal-kooperazzjoni transnazzjonali kif hemm imsemmi fl-Artikolu 7(2), billi tintuża l-popolazzjoni eliġibbli bħala kriterju biex jinħadem it-taqsim indikattiv mill-Istat Membru.

    c) 4.54% għall-iffinanzjar ta’ networks ta’ kooperazzjoni u ta’ bdil ta’ esperjenzi kif hemm imsemmi fl-Artikolu 7(3).

    Artikolu 19

    Ir-Riżorsi li mhumiex trasferibbli

    L-approprijazzjonijiet kollha allokati mill-Istat Membru taħt kull wieħed mill-għanijiet tal-Fondi u l-komponenti tagħhom m’għandhomx jiġu ttrasferiti bejniethom. B’deroga, l-allokazzjoni finanzjarja mill-Istat Membru taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” tista’ tkun suġġetta għall-flessibbiltà ta’ 10% ta’ l-ammonti allokati bejn il-komponent interterritorjali u dak transnazzjonali.

    Artikolu 20

    Ir-Riżorsi għar-riżerva tat-turija u l-kwalità

    3,0% tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 16(1), is-sotto-paragrafi a) u b), u l-Artikolu 17(1) għandhom jiġu allokati skond l-Artikolu 48.

    Artikolu 21

    Ir-Riżorsi għall-għajnuna teknika

    0,30% tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 15(1), għandhom jingħataw għall-għajnuna teknika lill-Kummissjoni kif iddefinit fl-Artikolu 43.

    Artikolu 22

    Ir-Riżorsi għar-riżerva

    Il-Kummissjoni tiżgura li l-allokazzjonijiet kollha ta’ kull sena mill-Fondi għal kull Stat Membru skond dan ir-Regolament, inkluża l-għajnuna ta’ l-ERDF biex tiġi ffinanzjata l-linja ta’ żvilupp interterritorjali ta’ l-Istrument tal-Qrubija u s-Sħubija Ewropea skond ir-Regolament (KE) Nru […] u l-Istrument għal Qabel is-Sħubija skond ir-Regolament (KE) Nru […], u dik mill-parti tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) skond ir-Regolament (KE) Nru […] li joriġina mis-taqsima tal-Gwida tal-FAEGG, u tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) skond ir-Regolament (KE) Nru […] li kollha jgħinu fl-għan tal-“Konverġenza”, m’għandhomx ikunu aktar minn 4% tal-PGD ta’ l-Istati Membri kif kien stmat fi żmien l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali.

    Ir-regolamenti ta’ l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, għajr il-Fondi, fihom dispożizzjoni simili.

    TITOLU II

    AVVIċINAMENT STRATEġIKU GħALL-KOEżJONI

    KAPITOLU I IL-LINJIGWIDI STRATEĠIĊI TAL-KOMUNITÀ FUQ IL-KOEŻJONI

    Artikolu 23

    Il-Kontenut

    Il-Kunsill qed iwaqqaf fuq livell ta’ Komunità linjigwidi strateġiċi fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali li jiddefinixxu qafas għall-intervent tal-Fondi.

    Għal kull wieħed mill-għanijiet tal-Fondi, dawk il-linjigwidi għandhom jolqtu l-aktar il-prijoritajiet tal-Komunità bil-ħsieb li jitmexxa ’l quddiem żvilupp ibbilanċjat, armonjuż u sostenibbli.

    Dawn il-linjigwidi qed ikunu stabbiliti waqt li titqies l-istrateġija tal-politika ekonomika ta’ nofs it-terminu kif imfisser fil-Linjigwidi Wiesgħa dwar il-Politika Ekonomika (BEPGs).

    Fl-isfera tax-xogħol u r-riżorsi umani, il-prijoritajiet għandhom ikunu dawk ta’ l-Istrateġija Ewropea għax-Xogħol waqt li jitqiesu l-ispeċifiċtajiet reġjonali u lokali.

    Artikolu 24

    L-Adozzjoni u r-reviżjoni

    Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 23 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat. Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Il-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti, jekk ikun meħtieġ, għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat, biex jitqiesu b’mod partikulari it-tibdiliet fil-prijoritajiet tal-Komunità.

    KAPITOLU II IL-QAFAS TA’ REFERENZA STRATEĠIKA NAZZJONALI

    Artikolu 25

    Il-Kontenut

    1. L-Istat Membru għandu jippreżenta qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali li jkun jiżgura li l-għajnuna strutturali tal-Komunità tkun konsistenti mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, u li jkun jidentifika r-rabta bejn il-prijoritajiet tal-Komunità, min-naħa waħda, u l-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jitmexxa ’l quddiem żvilupp sostenibbli kif ukoll il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali fuq ix-xogħol, min-naħa l-oħra.

    Il-qafas għandu jsawwar strument ta’ referenza biex jitħejja l-ipprogrammar tal-Fondi.

    2. Kull qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandu jkollu deskrizzjoni fil-qosor dwar l-istrateġija ta’ l-Istat Membru u dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operat tiegħu.

    3. It-taqsima strateġika tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandha tispeċifika l-istrateġija magħżula għall-għan tal-“Konverġenza” u dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, u turi kif l-għażliet li jkunu saru jkunu konsistenti mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità fuq il-bażi ta’ stħarriġ dwar id-disparità ta’ l-iżvilupp, id-dgħufijiet u l-potenzjal marbut, l-aktar, mal-bidliet mistennija fl-ekonomija ta’ l-Ewropa u f’dik tad-dinja. Din għandha tispeċifika:

    a) il-prijoritajiet tematiċi u territorjali, inkluż għar-riġenerazzjoni urbana u d-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomiji rurali u ta’ nħawi li jiddependu mis-sajd;

    b) għall-għan tal-“Konverġenza” biss, l-azzjoni prevista għat-tisħiħ ta’ l-effiċjenza amministrattiva ta’ l-Istat Membru, inkluż dwar it-tmexxija tal-Fondi, u l-pjan ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 46(1);

    c) għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” biss, il-lista tar-reġjuni magħżula għall-kompetittività reġjonali kif imsemmi fit-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 6(1).

    Biex ikun jista’ jsir il-monitoraġġ, l-għanijiet ewlenin tal-prijoritajiet imsemmija fil-punt a) għandhom ikunu kkwantifikati waqt li għandhom jiġu identifikati numru limitat ta’ indikaturi ta’ turija u impatt;

    4. Għall-għan tal-“Konverġenza” u għal dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, it-taqsima tat-tħaddim għandha jkun fiha:

    a) il-lista tal-programmi ta’ l-operat u l-allokazzjoni indikattiva ta’ kull sena minn kull Fond skond il-programm, waqt li jkun żgurat li jkun hemm bilanċ xieraq bejn l-azzjoni reġjonali u tematika. Din il-lista għandha tinkludi fiha l-ammont tar-riżerva ta’ kontinġenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49;

    b) il-mekkaniżmi biex tkun żgurata l-koordinazzjoni bejn il-programmi ta’ l-operat u l-Fondi;

    c) l-għajnuna ta’ strumenti finanzjarji oħrajn, l-aktar il-EIB, u l-koordinazzjoni tagħhom mal-Fondi.

    5. Għar-reġjuni ta’ l-għan tal-“Konverġenza”, it-taqsima tat-tħaddim għandha jkun fiha:

    a) l-ammont ta’ l-approprijazzjoni totali ta’ kull sena mogħtija taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd;

    b) it-tagħrif meħtieġ għall-verifika ex-ante dwar il-konformità mal-prinċipju ta’ l-addizzjonalità msemmi fl-Artikolu 13.

    6. It-tagħrif li jkun hemm fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandu jqis l-arranġamenti istituzzjonali speċifiċi ta’ kull Stat Membru.

    Artikolu 26

    It-Tħejjija u l-adozzjoni

    1. Il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali għandu jitħejja mill-Istat Membru skond l-istruttura istituzzjonali tiegħu u f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 10. Dan għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni proposta għal qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippreżentaw fl-istess waqt il-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni tinnegozja din il-proposta fil-qafas tas-sħubija.

    3. Qabel l-adozzjoni tal-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 36, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 105, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2) li tkun tkopri dawn l-aspetti li ġejjin:

    a) it-temi ta’ l-istrateġija u l-prijorità magħżula għall-għajnuna tal-Fondi u l-arranġamenti għall-monitoraġġ tagħhom;

    b) il-lista ta’ programmi ta’ l-operat u l-firxa indikattiva tar-riżorsi skond il-programm għal kull wieħed mill-għanijiet tal-Fondi, inkluż l-ammont tar-riżerva ta’ kontinġenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49; u

    c) għall-għan tal-“Konverġenza” biss, il-livell tan-nefqa li jiggrantixxi l-konformità mal-prinċipju ta’ l-addizzjonalità msemmi fl-Artikolu 13 u l-azzjoni prevista biex jissaħħu l-effiċjenza amministrattiva u t-tmexxija tajba.

    Dik id-deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull bidliet fil-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 32.

    KAPITOLU III L-ISSUKTAR STRATEĠIKU U D-DIBATTITU TA’ KULL SENA

    Artikolu 27

    Ir-Rapport ta’ kull sena mill-Istati Membri

    1. Għall-ewwel darba fl-2008 u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport fuq il-progress fl-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija tiegħu u biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, waqt li jqis l-indikaturi stabbiliti u l-għajnuna ta’ dawn biex ikunu jistgħu jiġu implimentati l-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità fuq il-koeżjoni, kif ukoll il-valutazzjonijiet disponibbli.

    Ir-rapport għandu jirreferi għall-pjan ta’ azzjoni nazzjonali fuq ix-xogħol.

    2. Il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali fuq ix-xogħol jiddeskrivi kull sena kif il-linjigwidi ta’ l-istrateġija Ewropea fuq ix-xogħol jiġu implimentati f’kull Stat Membru.

    Artikolu 28

    Ir-Rapport ta’ kull sena mill-Kummissjoni

    1. Għall-ewwel darba 2009 u fil-bidu ta’ kull sena, il-Kummissjonui għandha tadotta rapport annwali li jkun jiġbir fil-qosor l-iżviluppi, ix-xejriet u l-isfidi ewlenin dwar l-implimentazzjoni tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità u l-oqsfa ta’ referenza strateġika nazzjonali.

    2. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq eżami u valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rapporti ta’ kull sena ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 27 u ta’ kull tagħrif disponibbli ieħor. Ir-rapport għandu jsemmi l-miżuri ta’ ssuktar li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fid-dawl tal-konklużjonijiet tiegħu.

    Artikolu 29

    L-eżami ta’ kull sena

    1. Ir-rapport ta’ kull sena mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 28 għandu jintbagħat lill-Kunsill flimkien mar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-BEPG, ir-rapport konġunt fuq ix-xogħol u r-rapport ta’ implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija tas-Suq Intern, b’viżjoni għall-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa.

    Dan għandu jintbagħat għall-opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni.

    2. Kull rebbiegħa l-Kunsill għandu jistħarreġ ir-rapport annwali tal-Kummissjoni, flimkien mar-rapport ta’ implimentazzjoni tal-BEPG, ir-rapport konġunt fuq ix-xogħol u r-rapport ta’ implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija tas-Suq Intern.

    3. Fuq il-bażi tar-rapport annwali tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 28 u fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jadotta konklużjonijiet fuq l-implimentazzjoni tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-konklużjonijiet ikunu ssuktati.

    Artikolu 30

    Ir-Rapport ta’ koeżjoni

    Ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 159, it-tieni sotto-paragrafu, tat-Trattat għandu jinkludi l-aktar:

    a) rekord tal-progress li jkun sar b’rabta mal-koeżjoni ekonomika u soċjali, inklużi s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjuni, kif ukoll l-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-Komunità;

    b) rekord tar-rwol tal-Fondi, il-EIB u l-istrumenti finanzjarji l-oħrajn, kif ukoll l-effett tal-politika tal-Komunità u nazzjonali l-oħra fuq il-progress li jkun sar.

    Ir-rapport għandu jkun fih, jekk ikun meħtieġ, kull proposti fuq il-miżuri tal-Komunità u l-politika li għandhom jiġu adottati biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Dan għandu jipproponi wkoll, jekk ikun meħtieġ, proposti dwar kull aġġustament marbut ma’ inizjattivi ġodda ta’ politika tal-Komunità fil-linjigwidi strateġiċi fuq il-koeżjoni.

    Fis-sena li fiha r-rapport jiġi ppreżentat, dan għandu jieħu post ir-rapport annwali tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 28. Dan għandu jkun suġġett għal dibattitu annwali skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29.

    TITOLU III

    L-IPPROGRAMMAR

    KAPITOLU I ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI FUQ IL-FONDI STRUTTURALI U L-FOND TAL-KOEŻJONI

    Artikolu 31

    It-Tħejjija u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ l-operat

    1. Il-ħidmiet tal-Fondi fl-Istati Membri għandhom jieħdu l-għamla ta’ programmi ta’ l-operat fil-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali. Kull programm ta’ l-operat għandu jkopri perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013. Programm ta’ l-operat għandu jkopri biss wieħed mit-tliet għanijiet msemmija fl-Artikolu 3, ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.

    2. Kull programm ta’ l-operat għandu jitfassal mill-Istat Membru jew minn kull awtorità maħtura mill-Istat Membru, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 10.

    3. L-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni proposta għal programm ta’ l-operat li jkun fiha l-komponenti kollha msemmija fl-Artikolu 36, kemm jista’ jkun malajr wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 26 jew fl-istess żmien tal-preżentazzjoni tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali msemmi fl-istess Artikolu 26.

    4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-programm ta’ l-operat propost biex ikun stabbilit jekk dan ikunx jgħin tabilħaqq għall-għanijiet u l-prijortajiet tal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali u għal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità. Fejn il-Kummissjoni tqis li programm ta’ l-operat ma jkunx konsistenti mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità jew mal-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali, din għandha titlob lill-Istat Membru biex jirrevedi l-programm propost kif suppost.

    5. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull programm ta’ operat kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni formali tiegħu mill-Istat Membru.

    Artikolu 32

    Ir-Reviżjoni tal-programmi ta’ l-operat

    1. Fuq l-inizjattiva ta’ l-Istat Membru jew il-Kummissjoni, u wara l-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Monitoraġġ, il-programmi ta’ l-operat għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, jiġu riveduti għall-bqija tal-perjodu ta’ pprogrammar wara li jkunu saru tibdiliet soċjo-ekonomiċi sostanzjali jew biex tingħata attenzjoni akbar jew differenti lill-prijoritajiet tal-Komunità, l-aktar fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-programmi ta’ l-operat jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid fid-dawl tal-valutazzjoni u wara diffikultajiet ta’ implimentazzjoni. Jekk ikun meħtieġ il-programmi ta’ l-operat jistgħu jiġu riveduti wara l-allokazzjoni tar-riżervi msemmija fl-Artikoli 48 u 49.

    2. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni fuq it-talbiet għar-reviżjoni tal-programmi ta’ l-operat kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni formali tat-talba mill-Istat Membru.

    Artikolu 33

    Il-Karattru speċifiku tal-Fondi

    1. Il-programmi ta’ l-operat għandhom jirċievu l-iffinanzjar minn Fond wieħed biss, ħlief fejn jissemma mod ieħor fil-paragrafu 3.

    2. Mingħajr preġudizzju għad-derogi stabbiliti fir-regolamenti speċifiċi tal-Fondi, il-ERDF u l-ESF jistgħu jiffinanzjaw, f’manjiera kumplementari u suġġett għal limitu ta’ 5% ta’ kull prijorità ta’ programm ta’ l-operat, miżuri li jkunu jaqgħu fl-għan ta’ għajnuna ta’ Fond ieħor, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tajba ta’ l-operat u jkunu marbutin direttament miegħu.

    3. L-Istati Membri li jirċievu appoġġ mill-Fond tal-Koeżjoni, il-ERDF u l-Fond tal-Koeżjoni għandhom jipprovdu b’mod konġunt għajnuna għall-programmi ta’ l-operat fuq l-infrastruttura tat-trasport u l-ambjent, inklużi proġetti maġġuri.

    Artikolu 34

    L-Għan ġeografiku

    1. Il-programmi ta’ l-operat sottomessi taħt l-għan tal-“Konverġenza” għandhom jitfasslu fuq livell ġeografiku xieraq u mill-inqas fuq il-livell reġjonali NUTS II.Il-programmi ta’ l-operat sottomessi taħt l-għan tal-“Konverġenza” li jkollhom l-għajnuna tal-Fond tal-Koeżjoni għandhom jitfasslu fuq livell nazzjonali.

    2. Il-programmi ta’ l-operat sottomessi taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandhom jitfasslu fuq il-livell reġjonali NUTS I jew NUTS II, skond is-sistema istituzzjonali speċifika għall-Istat Membru u għar-reġjuni li jgawdu mill-iffinanzjar ta’ l-ERDF, ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru. Dawn għandhom jitfasslu mill-Istat Membru fuq il-livell li jkun xieraq jekk dawn ikunu ffinanzjati mill-ESF.

    3. Il-programmi ta’ l-operat sottomessi taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” għall-kooperazzjoni interterritorjali għandhom jitfasslu għal kull territorju jew grupp ta’ territorji bi ġbir xieraq fi gruppi fuq livell NUTS III, inklużi territorji mdawrin minn artijiet barranin ta’ ħaddieħor. Il-programmi ta’ l-operat sottomessi taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea” għall-kooperazzjoni transnazzjonali għandhom jitfasslu fuq il-livell ta’ kull żona ta’ kooperazzjoni transnazzjonali. Il-programmi ta’ networking għandhom ikollhom x’jaqsmu mat-territorju kollu tal-Komunità.

    Artikolu 35

    Il-Parteċipazzjoni tal-Bank ta’ l-Investment Ewropew u l-Fond ta’ l-Investment Ewropew

    1. Il-EIB u l-Fond ta’ l-Investment Ewropew (EIF) jistgħu jieħdu sehem, skond il-modalitajiet stabbiliti fl-istatuti tagħhom, fl-ipprogrammar ta’ l-għajnuna tal-Fondi.

    2. Il-EIB u l-EIF jistgħu, fuq it-talba ta’ l-Istati Membri, jieħdu sehem fit-tħejjija ta’ l-oqsfa ta’ referenza strateġika nazzjonali u fil-programmi ta’ l-operat, kif ukoll fil-ħidmiet li għandhom x’jaqsmu mat-tħejjija ta’ proġetti maġġuri, l-arranġament ta’ l-iffinanzjar, u s-sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat. L-Istat Membru, bi ftehim ma’ l-EIB u l-EIF, jista’ jikkonċentra s-self li jkun ingħata fuq waħda mill-prijoritajiet jew aktar ta’ programm ta’ l-operat, l-aktar fl-isferi ta’ l-innovazzjoni u l-ekonomija ta’ l-għerf, il-kapital uman, l-ambjent u proġetti ta’ infrastuttura bażika.

    3. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-EIB u lill-EIF qabel l-adozzjoni ta’ l-oqsfa ta’ referenza strateġika nazzjonali u l-programmi ta’ l-operat. Dik il-konsultazzjoni għandha jkollha x’taqsam l-aktar mal-programmi ta’ l-operat li jkollhom lista indikattiva ta’ proġetti maġġuri jew programmi li, minħabba l-prijoritajiet tagħhom, ikunu adattati biex jimmobilizzaw is-self jew għamliet oħrajn ta’ ffinanzjar bbażat fuq is-suq.

    4. Il-Kummissjoni tista’, jekk din tqis bħala xieraq għall-valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri, titlob lill-EIB biex jeżamina l-kwalità teknika ta’ dawk il-proġetti kif ukoll il-vijabbiltà ekonomika u finanzjarja tagħhom, l-aktar dwar l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja li għandhom jiġu implimentati u żviluppati.

    KAPITOLU II IL-KONTENUT TA’ L-IPPROGRAMMAR

    TAQSIMA 1 IL-PROGRAMMI TA’ L-OPERAT

    Artikolu 36

    Il-Programmi ta’ l-operat għall-għanijiet tal-“Konverġenza” u l-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”

    1. Il-programmi ta’ l-operat marbuta ma’ l-għan tal-“Konverġenza” u ma’ dak tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għandu jkollhom:

    a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ saħħiet u dgħufiji u l-istrateġija magħżula bħala reazzjoni;

    b) ġustifikazzjoni tal-prijoriatjiet magħżula waqt li jitqiesu l-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali u l-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm ta’ l-operat, kif ukoll l-impatt mistenni li jkun ġej mill-valutazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 46;

    c) tagħrif fuq il-prijoritajiet u l-miri speċifiċi tagħhom. Dawk il-miri għandhom ikunu kkwantifikati bl-użu ta’ numru limitat ta’ indikaturi għall-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-impatt, waqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-indikaturi għandhom jagħmluha possibbli biex jitkejjel il-progress b’rabta mas-sitwazzjoni tal-linjabażi u l-effettività tal-miri li jimplimentaw il-prijoritajiet;

    d) taqsim ta’ l-isferi ta’ għajnuna skond il-kategorija, skond ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

    e) pjan finanzjarju li jkollu żewġ tabelli:

    i) tabella li turi f’partijiet għal kull sena, skond l-Artikoli 50 sa 53, l-ammont ta’ l-approprijazzjoni finanzjarja sħiħa previst għall-għajnuna ta’ kull Fond. Il-pjan ta’ ffinanzjar għandu juri, b’mod separat fil-kontribuzzjoni sħiħa mill-Fondi Strutturali, l-approprijazzjonijiet mogħtija lir-reġjuni li jkunu qed jirċeievu appoġġ transitorju. L-għajnuna sħiħa tal-Fondi li jingħataw ta’ kull sena għandhom ikunu kumpatibbli mal-Perspettiva Finanzjarja applikabbli u waqt li jitqies it-tnaqqis gradwali stabbilit fl-Artikoli 16(2) u 17(4);

    ii) tabella li tkun tispeċifika, għall-perjodu kollu ta’ pprogrammar u għal kull prijorità, l-ammont ta’ l-approprijazzjoni finanzjarja sħiħa ta’ l-għajnuna tal-Komunità kif ukoll il-kontropartijiet nazzjonali pubbliċi u r-rata ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi. Din għandha turi, għal skopijiet ta’ tagħrif, l-għajnuna ta’ l-EIB u ta’ l-istrumenti finanzjarji l-oħra;

    f) tagħrif fuq il-kumplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u dawk iffinanzjati mill-Fond Ewropew għas-Sajd;

    g) id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-programmi ta’ l-operat, inklużi:

    i) l-għażla mill-Istat Membru ta’ l-entitajiet kollha stipulati fl-Artikolu 58 jew, jekk l-Istat Membru jeżerċita l-għażla pprovduta fl-Artikolu 73, l-għażla ta’ entitajiet u proċeduri oħrajn skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 73;

    ii) deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat tal-Monitoraġġ;

    iii) definizzjoni tal-proċeduri għall-mobilizzazzjoni u ċ-ċirkulazzjoni ta’ l-andamenti finanzjarji biex tkun żgurata t-trasparenza tagħhom;

    iv) id-dispożizzjonijiet stabbiliti biex ikun żgurat li l-programm ta’ l-operat jiġi rreklamat;

    v) deskrizzjoni tal-proċeduri miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru għall-bdil ta’ data kompjuterizzata biex jintlaħqu l-kriterji tal-ħlas, tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni stabbiliti b’dan ir-Regolament;

    h) l-għażla ta’ l-“entità tal-valutazzjoni tal-konformità” msemmija fl-Artikolu 70.

    i) lista indikattiva ta’ proġetti maġġuri fit-tifsira ta’ l-Artikolu 38 li għandha tiġi sottomessa matul il-perjodu ta’ pprogrammar, inkluża skeda indikattiva ta’ kull sena.

    Ir-regoli ta’ implimentazzjoni tal-punt d) huma adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2).

    2. Il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati b’mod konġunt mill-ERDF u l-Fond tal-Koeżjoni dwar it-trasport u l-ambjent għandhom ikunu s-suġġett ta’ prijoritajiet li jkunu speċifiċi għal kull Fond u ta’ rabta speċifika skond il-Fond.

    3. Kull programm ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” jinkludi ġustifikazzjoni għall-konċentrazzjoni tematika, ġeografika u finanzjarja.

    Għall-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ERDF, din il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq:

    a) ir-rabta verifikabbli bejn l-għan relatat ma’ l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjun u l-prijoritajiet magħżula;

    b) l-effett ta’ qawwa fuq il-prijoritajiet ewlenin għall-iżvilupp tar-reġjun ikkonċernat, l-aktar fl-isfera ta’ l-innovazzjoni, eżerċitat b’massa kritika finanzjarja u b’numru sostanzjali ta’ benefiċjarji.

    Għall-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ESF, din il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq:

    a) il-kontribuzzjoni tal-prijoritajiet magħżula għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fuq l-implimentazzjoni tal-politika tax-xogħol fl-Istati Membri;

    b) l-effett ta’ qawwa fuq il-prijoritajiet u l-miri ewlenin ta’ l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol u fuq il-miri tal-Komunità fl-isfera ta’ l-inklużjoni soċjali.

    4. Il-programmi ta’ l-operat iffinanzjati mill-ERDF għandu jkollhom ukoll għall-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”:

    a) azzjonijiet għall-kooperazzjoni interreġjonali ma’, mill-inqas, reġjun wieħed ta’ Stat Membru ieħor f’kull programm reġjonali;

    b) tagħrif fuq l-avviċinament għat-tema urbana, inkluża l-lista ta’ bliet magħżula u l-proċeduri għas-sub-delegazzjoni lill-awtoritajiet urbani, possibbilment b’għajnuna globali;

    c) azzjonijiet biex l-ekonomiji reġjonali jiġu adattati, f’manjiera preventiva, għall-bidliet ta’ l-ambjent ekonomiku Ewropew u internazzjonali;

    d) prijoritajiet speċifiċi għall-miżuri ffinanzjati, taħt l-allokazzjoni addizzjonali msemmija fil-punt (d) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 16, fi programmi ta’ l-operat li jkunu joffru għajnuna lir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

    5. B’deroga għall-paragrafu 1, il-programm ta’ l-operat propost minn kull Stat Membru għar-riżerva ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikolu 49, skond l-Artikolu 31, jinkludi biss it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punti e) vrus i), h) u g) kif ukoll:

    a) stħarriġ tas-sitwazzjoni ta’ oqsma vulnerabbli u oqsma li jistgħu jintlaqtu bil-konsegwenzi tal-ftuħ kummerċjali;

    b) indikazzjoni tal-prijoritajiet relatati ma’ l-adattament ta’ dawk li huma potenzjalment ikkonċernati max-xogħol u għad-diversifikazzjoni ta’ l-ekonomiji reġjonali.

    6. Meta jseħħ wieħed mill-avvenimenti mhux mistennija msemmi fl-Artikolu 49, l-Istat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex issir reviżjoni tal-programm ta’ l-operat skond l-Artikolu 32, inkluż it-tagħrif msemmi fil-punti c), e) vers ii) tal-paragrafu 1.

    Artikolu 37

    Il-Programmi ta’ l-operat għall-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, qed jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq l-ipprogrammar fir-Regolament (KE) Nru tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-Fond ta’ l-Iżvilupp Reġjonali Ewropew b’rabta mal-programmi ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    TAQSIMA 2 PROġETTI MAġġURI

    Artikolu 38

    Il-Kontenut

    Bħala parti minn programm ta’ l-operat, il-ERDF u l-Fond tal-Koeżjoni jistgħu jiffinanzjaw nefqa b’rabta ma’ ħidma li tkun tinkludi sensiela ta’ xogħlijiet, ħidmiet jew servizzi u maħsuba li twettaq biċċa xogħol indiviżibbli ta’ natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollha għanijiet identifikati b’mod ċar u li l-valur totali tagħha ikun jaqbeż il-25 miljun Euro fil-każ ta’ l-ambjent u 50 miljun Euro f’oqsma oħrajn, minn hawn ’il quddiem imsejħa “proġetti maġġuri”.

    Artikolu 39

    It-Tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni

    B’rabta ma’ proġetti maġġuri, l-awtorità tat-tmexxija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej:

    a) tagħrif fuq l-entità li se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni;

    b) tagħrif fuq in-natura ta’ l-investment u deskrizzjoni tiegħu, il-volum finanzjarju u l-lokazzjoni tiegħu;

    c) ir-riżultati ta’ l-istudji tal-flessibbiltà;

    d) orarju għall-implimentazzjoni tal-proġett u, fejn il-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-ħidma kkonċernata x’aktarx ikun itwal mill-perjodu tal-programm, il-fażijiet li għalihom ikun qed jintalab il-ko-finanzjar tal-Komunità matul il-perjodu tal-programm 2007-2013;

    e) analiżi ta’ kemm jaqbel, inkluża valutazzjoni tar-riskju u ta’ l-impatt previst fuq il-qasam ikkonċernat u fuq is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ l-Istat Membru u/jew reġjun u, meta jkun possibbli, tar-reġjuni l-oħra tal-Komunità;

    f) garanzija ta’ konformità mal-liġi tal-Komunità;

    g) analiżi ta’ l-impatt ambjentali;

    h) ġustifikazzjoni għall-għajnuna pubblika;

    i) il-pjan ta’ ffinanzjar li juri r-riżorsi ppjanati kollha u l-għajnuna ppjanata tal-Fondi, ta’ l-EIB, ta’ l-EIF u ta’ l-għejjun ta’ ffinanzjar l-oħra kollha tal-Komunità, inkluża l-iskeda ta’ kull sena tal-proġett.

    Artikolu 40

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-proġett maġġuri, jekk meħtieġ billi tikkonsulta esperti barranin, inkluż il-EIB, fid-dawl tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 39, u tistħarreġ il-konsistenza ta’ dan mal-prijoritajiet tal-programm ta’ l-operat, il-kontribut ta’ dan biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dawk il-prijoritajiet u l-koerenza tiegħu ma’ politika oħra tal-Komunità.

    2. Il-Kummissjoni għandha toffri lill-Istati Membri appoġġ metodoloġiku u għandha tiftiehem dwar valuri ta’ referenza għall-parametri ewlenin ta’ l-analiżi ta’ kemm jaqbel.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr wara s-sottomissjoni mill-Istat Membru jew mill-awtorità tat-tmexxija tat-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 39. Dik id-deċiżjoni għandha tiddefinixxi l-għan fiżiku, l-ammont li għalih tapplika r-rata ta’ ko-finanzjar għall-prijorità, u l-iskeda ta’ kull sena.

    4. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta li tagħti għajnuna finanzjarja għal proġett maġġuri, din għandha tavża lill-Istat Memrbu u tagħtih ukoll ir-raġunijiet.

    TAQSIMA 3 GħAJNUNIET GLOBALI

    Artikolu 41

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. L-awtorità tat-tmexxija tista’ tafda t-tmexxija u l-implimentazzjoni ta’ parti minn programm ta’ l-operat lil entità intermedja waħda jew aktar, maħtura mill-awtorità tat-tmexxija, inklużi awtoritajiet lokali, entitajiet ta’ żvilupp reġjonali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi. Dawn għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ ħidma jew ħidmiet skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehim mitmum bejn l-awtorità tat-tmexxija u dik l-entità.

    Din id-delegazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà finanzjarja ta’ l-awtorità tat-tmexxija u ta’ l-Istati Membri.

    2. L-entità intermedja responsabbli mit-tmexxija ta’ l-għajnuna globali għandha tipprovdi garanziji dwar is-solvenza u l-ħila tagħha fit-tmexxija amministrattiva u finanzjarja. Normalment, fiż-żmien li din tkun magħżula, din għandha tkun stabbilita jew irrappreżentata fir-reġjun jew reġjuni koperti bil-programm ta’ l-operat.

    Artikolu 42

    Regoli ta’ implimentazzjoni

    Il-ftehim mitmum bejn l-awtorità tat-tmexxija u l-entità intermedja għandu jagħti b’mod dettaljat dan li ġej:

    a) il-ħidmiet li se jiġu implimentati;

    b) il-kriterji biex jintgħażlu l-benefiċjarji;

    c) ir-rati ta’ l-għajnuna tal-Fondi u r-regoli li jikkontrollaw dik l-għajnuna, inkluż dwar l-użu ta’ kull interess dovut;

    d) l-arranġamenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u biex ikun żgurat il-kontroll finanzjarju ta’ l-għajnuna globali msemmija fl-Artikolu 58(1) vis-à-vis l-awtorità tat-tmexxija, inklużi l-modalitajiet biex jiġu rkuprati ammonti li ma jkunux tħallsu kif suppost u l-preżentazzjoni tal-kontijiet;

    e) l-użu ta’ garanzija finanzjarja jew faċilità ekwivakenti.

    TAQSIMA 4 L-GħAJNUNA TEKNIKA

    Artikolu 43

    L-Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

    1. Fuq l-inizjattiva ta’ u/jew f’isem il-Kummissjoni, u suġġett għal limitu ta’ 0.30% ta’ l-allokazzjoni annwali rispettiva tagħhom, il-Fondi jistgħu jiffinanzjaw il-miżuri ta’ tħejjija, ta’ monitoraġġ, ta’ amministrazzjoni u appoġġ tekniku, ta’ valutazzjoni, ta’ awditjar u spezzjoni li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u kull dispożizzjoni oħra ta’ dak ir-Regolament u tal-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tiegħu li jgħoddu għal din il-forma ta’ twettiq ta’ l-estmi.

    Dawk l-azzjonijiet għandhom jinkludu:

    a) studji marbuta mat-tfassil tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, ir-rapport annwali tal-Kummissjoni u r-rapport tal-koeżjoni ta’ kull tliet snin;

    b) valutazzjonijiet, rapporti ta’ l-esperti, statistiċi u studji, inklużi dawk ta’ natura ġenerali dwar it-tħaddim tal-Fondi;

    c) miżuri mmirati lejn l-imsieħba, il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna tal-Fondi u l-pubbliku ġenerali, inklużi miżuri ta’ tagħrif;

    d) miżuri biex jixxerred it-tagħrif, in- networking , jitqajjem għarfien, u biex jitmexxew ’il quddiem il-kooperazzjoni u l-bdil ta’ esperjenzi fl-Unjoni kollha;

    e) it-twaqqif, it-tħaddim u l-interkonnessjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għat-tmexxija, il-monitoraġġ, l-ispezzjoni u l-valutazzjoni;

    f) titjib fil-metodi ta’ valutazzjoni u l-bdil ta’ tagħrif fuq prattiċi f’dan il-qasam.

    2. Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni għall-azzjonijiet imniżżla taħt l-ewwel paragrafu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2), meta tkun prevista għajnuna mill-ERDF jew mill-Fond tal-Koeżjoni.

    3. Il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni għall-azzjonijiet imniżżla taħt l-ewwel paragrafu, wara li tkun ikkonsultat il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 105, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2), meta tkun prevista l-għajnuna ta’ l-ESF.

    Artikolu 44

    L-Għajnuna teknika ta’ l-Istati Membri

    1. Fuq l-inizjattiva ta’ l-Istat Membru, għal kull programm ta’ l-operat, il-Fondi jistgħu jiffinanzjaw ħidmiet ta’ tħejjija, ta’ tmexxija, ta’ monitoraġġ, ta’ valutazzjoni, ta’ tagħrif u kontroll u ħidmiet oħrajn biex tissaħħaħ il-ħila amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fondi fil-limiti li ġejjin:

    a) 4% ta’ l-ammont sħiħ allokat għal kull programm ta’ l-operat taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u l-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”;

    b) 6% ta’ l-ammont sħiħ allokat għal kull programm ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    2. Għall-għan tal-“Konverġenza”, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta’ għajnuna teknika, sa limitu ta’ 4% ta’ l-allokazzjoni sħiħa, fl-għamla ta’ programmi speċifiċi.ta’ l-operat

    TITOLU IV

    L-EFFETTIVITÀ

    KAPITOLU I Il-VALUTAZZJONI

    Artikolu 45

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. Il-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali, u l-programmi ta’ l-operat għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni.

    Il-valutazzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-kwalità, l-effettività u l-konsistenza ta’ l-għajnuna tal-Fond u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat. Dawn għandhom ukoll jagħmlu valutazzjoni ta’ l-impatt tagħhom b’rabta ma’ l-għanijiet strateġiċi tal-Komunità, l-Artikolu 158 tat-Trattat u l-problemi strutturali speċifiċi li jolqtu lill-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati, waqt li jitqiesu l-ħtiġiet ta’ żvilupp sostenibbli u l-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità dwar l-impatt ambjentali u l-valutazzjoni strateġika ambjentali.

    2. Il-valutazzjoni tista’ tkun strateġika biex tistħarreġ l-evoluzzjoni ta’ programm jew ta’ grupp ta’ programmi b’rabta mal-prijoritajiet tal-Komunità u nazzjonali. Tista’ tkun ukoll operazzjonali biex tappoġġja l-monitoraġġ ta’ programm ta’ l-operat. Il-valutazzjonijiet jistgħu jsiru qabel, waqt jew wara l-perjodu tal-programm.

    3. Il-ħidmiet ta’ valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat Membru jew il-Kummissjoni, skond kif xieraq, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità u fuq il-bażi ta’ sħubija bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Il-valutazzjonijiet għandhom isiru minn assessuri indipendenti. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati, ħlief fejn l-awtorità responsabbli għall-valutazzjoni toġġezzjona b’mod oġġettiv skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fuq l-aċċess għad-dokumenti[11].

    4. Il-valutazzjonijiet għandhom ikunu ffinanzjati mill-estmi għall-għajnuna teknika.

    5. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf il-metodi u l-istandards tal-valutazzjoni li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(2).

    Artikolu 46

    Ir-Responsabbiltà ta’ l-Istati Membri

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex isiru l-valutazzjonijiet, biex jorganizzaw il-produzzjoni u jiġbru d-data meħtieġa u biex jużaw l-għamliet differenti ta’ tagħrif li jkun inkiseb mis-sistema ta’ monitoraġġ.

    Dawn għandhom ifasslu, taħt l-għan tal-“Konverġenza”, pjan ta’ valutazzjoni biex titjieb it-tmexxija tal-programmi ta’ l-operat u l-ħila tal-valutazzjoni tagħhom. Dan il-pjan jippreżenta l-ħidmiet ta’ valutazzjoni indikattiva li l-Istat Membru jkun beħsiebu jagħmel fil-fażijiet differenti ta’ l-implimentazzjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni ex-ante għall-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali biex jistħarrġu l-impatt ta’ l-intervent propost u l-koerenza mal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità u mal-prijoritajiet nazzjonali u reġjonali magħżula.

    3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni ex-ante għal kull programm ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Konverġenza”.

    Għall għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, dawn għandhom jew jagħmlu valutazzjoni li tkun tkopri l-programmi kollha ta’ l-operat jew valutazzjoni għal kull Fond jew valutazzjoni għal kull prijorità jew valutazzjoni għal kull programm ta’ l-operat.

    Il-valutazzjoni ex-ante għandha jkollha l-għan li jsir l-aħjar użu mill-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ l-estmi taħt il-programmi ta’ l-operat u biex ittejjeb il-kwalità tal-programmi. Din għandha tidentifika u tistħarreġ il-ħtiġiet għal perjodu medju u twil, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-miri kkwantifikati, il-koerenza, jekk ikun meħtieġ, ta’ l-istrateġija proposta għar-reġjun, il-valur miżjud tal-Komunità, il-limitu li għalih il-prijoritajiet tal-Komunità jkunu tqiesu, it-tagħlim li jkun inkiseb mill-programmi ta’ qabel u l-kwalità tal-proċeduri għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u t-tmexxija finanzjarja.

    4. Biex issir valutazzjoni tal-progress tal-programm fejn għandhom x’jaqsmu r-rabtiet li jkunu ttieħdu fil-bidu tal-perjodu, l-integrazzjoni tal-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità, u l-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali, kull Stat Membru għandu jagħmel, mill-inqas fl-2010, jew valutazzjoni li tkun tkopri l-programmi operazzjonali kollha għal kull għan, jew valutazzjoni għal kull programm ta’ l-operat.

    5. Matul il-perjodu tal-programm, l-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni ad hoc li tkun marbuta mal-monitoraġġ ta’ programmi ta’ l-operat fejn il-monitoraġġ tal-programmi juri tbegħid sostanzjali mill-għanijiet stabbiliti fil-bidu u fejn isiru proposti biex il-programmi ta’ l-operat jiġu riveduti. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu lill-kumitat tal-monitoraġġ ta’ dak il-programm ta’ l-operat u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 47

    Ir-Responsabbiltà tal-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet biex tħejji u timmonitorja l-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità.

    2. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha jew bi sħab ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tagħmel valutazzjonijiet ad hoc kif hemm imsemmi fl-Artikolu 46(5).

    3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni ex-post għal kull għan flimkien ma’ l-Istat Membru u l-awtoritajiet tat-tmexxija, li għandhom jgħinu fil-ġbir tad-data meħtieġa.

    Din għandha tkopri l-programmi ta’ l-operat kollha taħt kull għan u tistħarreġ il-limitu li għalih ir-riżorsi jkunu ntużaw, l-effettività u l-effiċjenza tal-programm tal-Fond, l-impatt soċjo-ekonomiku u l-impatt fuq il-prijoritajiet tal-Komunità.

    Din għandha ssir għal kull Għan u għandha tiġbed konklużjonijiet għall-politika tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

    Din għandha tidentifika l-fatturi li jwasslu għas-suċċess jew il-falliment ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat, inklużi t-termini ta’ sostenibbiltà, kif ukoll prattika tajba.Il-valutazzjoni ex-post għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2015.

    KAPITOLU II IR-RIŻERVI

    Artikolu 48

    Ir-Riżerva tal-Komunità għall-kwalità u t-turija

    1. Fil-kuntest tad-dibattitu annwali msemmi fl-Artikolu 29, fl-2011 il-Kunsill, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat, għandu jalloka r-riżerva msemmija fl-Artikolu 20 fost l-Istati Membri biex jippremja l-progress li jkun sar meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-bidu:

    a) għall-għan tal-“Konverġenza”, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

    i) tkabbir fil-prodott gross domestiku per capita imkejjel fuq livell NUTS II, f’rabta mal-medja tal-Komunità, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010;

    ii) tkabbir fir-rata tax-xogħol fuq livell NUTS II, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010;

    b) għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

    i) pro rata għal dawk ir-reġjuni li bejn l-2007 u l-2010 ikunu nefqu mill-inqas 50% tal-fondi allokati lilhom mill-ERDF fuq ħidmiet marbuta ma’ l-innovazzjoni kif hemm imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru […];

    ii) żieda fir-rata tax-xogħol fuq livell NUTS II, fuq il-bażi tad-data disponibbli għall-perjodu 2004-2010.

    2. Kull Stat Membru għandu jalloka l-ammonti kkonċernati bejn il-programmi ta’ l-operat waqt li jitqiesu l-kriterji msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

    Artikolu 49

    Ir-Riżerva ta’ kontinġenza nazzjonali

    1. L-Istat Membru għandu jirriżerva ammont ta’ 1% ta’ l-għajnuna ta’ kull sena tal-Fond Strutturali għall-għan tal-“Konverġenza” u 3% ta’ l-għajnuna ta’ kull sena tal-Fond Strutturali għall-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” biex ikunu koperti kriżijiet lokali jew settorjali mhux mistennija li jkunu marbuta mar-ristrutturar ekonomiku u soċjali jew ma’ l-effetti tal-ftuħ kummerċjali.

    Din ir-riżerva tgħin l-adattabbiltà tal-ħaddiema kkonċernati u d-diversifikazzjoni ekonomika tar-reġjuni kkonċernati, bħala kumplement għall-programmi ta’ l-operat.

    2. Kull Stat Membru għandu jipproponi programmi ta’ l-operat speċifiċi għar-rabtiet ta’ l-estmi li jkunu jkopru l-perjodu kollu biex ikun hemm ilqugħ għall-kriżijiet imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

    TITOLU V

    L-GħAJNUNA FINANZJARJA MILL-FONDI

    KAPITOLU I L-GĦAJNUNA TAL-FONDI

    Artikolu 50

    Il-Modulazzjoni tar-rati ta’ l-għajnuna

    L-għajnuna tal-Fondi għandha tkun immodulata fid-dawl ta’ dan li ġej:

    a) is-serjetà tal-problemi speċifiċi, l-aktar ta’ natura ekonomika, soċjali u territorjali;

    b) l-importanza ta’ kull prijorità għall-prijoritajiet tal-Komunità kif stabbilit fil-linjigwidi strateġiċi tal-Komunità;

    c) il-ħarsien u t-tijib ta’ l-ambjent, l-aktar bl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva, u l-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas;

    d) ir-rata ta’ mobilizzazzjoni ta’ l-iffinanzjar mill-privat, l-aktar taħt sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat, fl-oqsma kkonċernati.

    Artikolu 51

    L-Għajnuna tal-Fondi

    1. Id-deċiżjoni li tadotta programm ta’ l-operat għandha tiffissa l-ogħla rata u l-ogħla ammont ta’ l-għajnuna tal-Fond għal kull programm ta’ l-operat taħt kull prijorità. Id-deċiżjoni għandha turi b’mod separat l-approprijazzjonijiet għar-reġjuni li jkunu qed jirċievu appoġġ transitorju.

    2. L-għajnuna tal-Fondi għandha tinħadem f’rabta man-nefqa pubblika sħiħa.

    3. L-għajnuna tal-Fondi għal kull prijorità għandha tkun suġġetta għal-limiti li ġejjin:

    a) 85% tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-Fond tal-Koeżjoni;

    b) 75% tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-ERDF jew il-ESF taħt programmi ta’ l-operat f’reġjuni li huma eliġibbli taħt l-għan tal-“Konverġenza”;

    c) 50% tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-ERDF jew il-ESF taħt programmi ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”;

    d) 75% tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-ERDF taħt programmi ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”;

    e) ir-rata ta’ ko-finanzjar għal miżuri speċifiċi ffinanzjati taħt allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, imsemmija fl-Artikolu 5(4), għandha tkun ta’ 50% tan-nefqa pubblika.

    B’deroga għall-punt b), fejn ir-reġjuni jkunu jinsabu fi Stat Membru kopert bil-Fond tal-Koeżjoni, l-għajnuna tal-Komunità tista’ tiżdied, f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati, għal massimu ta’ 80% tan-nefqa pubblika ko-finanzjata mill-ERDF jew il-ESF.

    4. L-ogħla għajnuna tal-Fondi għandha tiżdied għal 85% tan-nefqa pubblika għal programmi ta’ l-operat taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” fl-iktar reġjuni imbiegħda u għal programmi ta’ l-operat tal-gżejjer Griegi imbiegħda taħt l-għan tal-“Konverġenza”.

    Artikolu 52

    Iż-Żieda ta’ l-għajnuna

    1. Minkejja l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 51, l-għajnuna ta’ l-ERDF għall-prijoritajiet ta’ programmi ta’ l-operat tista’ tiżdied b’:

    a) 10 punti perċentawli għall-kooperazzjoni interreġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 36(4), il-punt b), taħt l-għanijiet tal-“Koverġenza” u l-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol”;

    b) 5 punti perċentwali taħt l-għan tal-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” fejn il-prijorità tkun tikkonċerna l-aktar inħawi bi żvantaġġi ġeografiċi jew naturali, iddefiniti kif ġej:

    i) Stati Membri gżejjer eliġibbli taħt il-Fond tal-Koeżjoni, u gżejjer oħra ħlief dawk fejn il-belt kapitali ta’ Stat Membru tkun tinstab fuq jew ikollha rabta fissa ma’ l-art ewlenija.

    ii) inħawi bil-muntanji kif iddefinit bil-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru;

    iii) inħawi li huma ftit (inqas minn 50 abitant għal kull kilometru kwadru) u li huma ftit li xejn abitati (inqas minn 8 abitanti għal kull kilometru kwadru);

    iv) l-inħawi li kienu t-territorju ta’ barra tal-Komunità fit-30 ta’ April 2004 u li ma baqgħux wara dik id-data.

    Iż-żieda għal inħawi bi żvantaġġi ġeografiċi jew naturali m’għandhiex tirriżulta f’appoġġ sħiħ mogħti għal prijorità, liema ammont ikun iktar minn 60% tan-nefqa pubblika ta’ dik il-prijorità.

    2. Minkejja l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 51, l-għajnuna ta’ l-ESF għall-prijoritajiet ta’ programmi ta’ l-operat taħt l-għanijiet tal-“Konverġenza” u l-“Kompetittività reġjonali u x-xogħol” għal azzjonijiet favur il-kooperazzjoni interreġjonali u transnazzjonali tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiffurmaw parti minn prijorità speċifika.

    Artikolu 53

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    1. L-għajnuna tal-Fondi għal kull prijorità m’għandhiex tkun anqas minn 20% tan-nefqa pubblika.

    2. Il-miżuri ta’ għajnuna teknika implimentati fuq l-inizjattiva ta’ jew f’isem il-Kummissjoni jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rata ta’ 100%.

    3. Matul il-perjodu ta’ l-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 55(1):

    a) Prijorità tista’ tirċievi għajnuna ta’ Fond wieħed biss kull darba;

    b) Ħidma tista’ tirċievi għajnuna ta’ Fond taħt programm ta’ l-operat wieħed biss kull darba.

    4. Biex tingħata għajnuna lin-negozji, l-għajnuna pubblika mogħtija taħt programmi ta’ l-operat għandha tħares il-limiti fuq l-għajnuna pubblika.

    5. Nefqa li tkun ko-finanzjata mill-Fondi m’għandhiex tirċievi għajnuna ta’ strument finanzjarju ieħor tal-Komunità.

    KAPITOLU II PROĠETTI LI JIĠĠENERAW ID-DĦUL

    Artikolu 54

    Proġetti li jiġġeneraw id-dħul

    1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, proġett li jiġġenera d-dħul għandu jkun wieħed li jinvolvi infrastruttura li l-użu tagħha jinvolvi miżati li jinġarru direttament mill-utenti u kull ħidma li tkun ġejja minn bejgħ jew kiri ta’ art jew bini.

    2. In-nefqa pubblika fuq proġetti li jiġġeneraw id-dħul għandha tinħadem fuq il-bażi tal-valur ta’ l-investment tnaqqas il-valur kurrenti tad-dħul nett mill-investment matul perjodu speċifiku ta’ referenza. Il-kalkolu għandu jqis il-profitabbiltà li normalment tkun mistennija mill-kategorija ta’ investment ikkonċernat u mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas, u, jekk ikun meħtieġ, mill-prinċipju ta’ l-ekwità marbuta mal-ġid relattiv ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

    3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jgħoddu għal proġetti li jkunu suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna pubblika fil-ħsieb ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat.

    4. Fejn ħidma tkun tinvolvi bejgħ, sħiħ jew parzjali, li jiġġenera d-dħul, dak id-dħul għandu jitnaqqas mill-bażi biex jinħadem l-ammont eliġibbli li l-Awtorità tat-Tmexxija tiddikjara lill-Kummissjoni.

    KAPITOLU III L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA

    Artikolu 55

    L-eliġibbiltà tan-nefqa

    1. Nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna tal-Fondi jekk din tkun fil-fatt saret minn benefiċjarju biex iwettaq ħidma bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2015. Ħidmiet li jkunu ko-finanzjati ma jridux ikunu tlestew qabel id-data tal-bidu ta’ l-eliġibbiltà.In-nefqa fuq proġetti maġġuri għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni tal-proġett lill-Kummissjoni.

    2. Nefqa għandha tkun eliġibbli għall-għajnuna tal-Fondi biss fejn din tkun saret għal ħidmiet deċiżi mill-awtorità tat-tmexxija tal-programm ta’ l-operat ikkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skond il-kriterji ffissati mill-kumitat tal-monitoraġġ.

    Nefqa ġdida, miżjuda waqt il-modifikazzjoni ta’ programm ta’ l-operat msemmija fl-Artikolu 32, għandha tkun eliġibbli mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet it-talba għall-modifikazzjoni tal-programm ta’ l-operat. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tgħodd għall-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 36(5).

    3. Ir-regoli fuq l-eliġibbiltà tan-nefqa għandhom ikunu stabbiliti fuq livell nazzjonali suġġett għall-eċċezzjoni pprovduta fir-Regolamenti speċifiċi ta’ kull Fond. Dawn ikopru l-intier tan-nefqa ddikjarata taħt il-programm ta’ l-operat.

    4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 43.

    KAPITOLU IV ID-DEWMIEN FIL-ĦIDMIET

    Artikolu 56

    Id-Dewmien fil-ħidmiet

    1. L-Istat Membru jew l-awtorità tat-tmexxija għandhom jiżguraw li ħidma żżomm l-għajnuna tal-Fondi biss jekk dik il-ħidma ma tkunx, fi żmien seba’ snin mid-data tad-deċiżjoni ta’ l-iffinanzjar li tkun ittieħdet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ l-Awtorità tat-Tmexxija, għaddiet minn modifikazzjoni sostanzjali:

    a) li taffettwa n-natura tagħha jew il-kundizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni tagħha jew li tagħti li xi kumpannija jew entità pubblika vantaġġ mhux xieraq;

    b) li tkun ġejja jew minn bidla fin-natura tas-sjieda ta’ punt ta’ infrastruttura jew mill-waqfien ta’ ħidma produttiva.

    2. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar kull modifikazzjoni bħal din. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

    3. Somom ta’ flus li ma jkunux tħallsu kif xieraq għandhom jiġu rkuprati skond l-Artikoli 99 sa 103.

    4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li impriżi li huma jew li kienu suġġetti għal proċedura ta’ rkupru skond il-paragrafu 3 wara li jkun seħħ it-trasferiment ta’ ħidma produttiva fi Stat Membru jew lejn Stat Membru ieħor, ma jgawdux mill-għajnuna tal-Fondi.

    TITOLU VI IT-TMEXXIJA, IL-MONITORAġġ U L-KONTROLLI

    KAPITOLU I IS-SISTEMI TAT-TMEXXIJA U L-KONTROLL

    Artikolu 57

    Il-Prinċipji ġenerali tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll

    1. Is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll tal-programmi ta’ l-operat stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jipprovdu għal:

    a) definizzjoni ċara tal-funzjonijiet ta’ l-entitajiet ikkonċernati fit-tmexxija u l-kontroll u allokazzjoni ċara tal-funzjonijiet fi ħdan kull entità;

    b) firda ċara tal-funzjonijiet bejn l-entitajiet ikkonċernati fit-tmexxija, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa u l-kontroll u bejn dawk il-funzjonijiet f’kull entità;

    c) riżorsi adegwati għal kull entità biex iwettqu l-funzjonijiet allokati lilhom;

    d) arranġamenti ta’ awditjar intern effettiv;

    e) sistemi ta’ kontabbiltà, monitoraġġ u rappurtar finanzjarju kredibbli f’għamla kompjuterizzata;

    f) sistema effettiva ta’ rappurtar u monitoraġġ fejn it-turija tax-xogħol tkun ġiet iddelegata;

    g) l-eżistenza ta’ manwali ta’ proċedura għall-funzjonijiet li jridu jsiru;

    h) arranġamenti effettivi biex jiġi awditjat it-tħaddim proprju tas-sistema;

    i) sistemi u proċeduri biex jiżguraw sekwenza ta’ transazzjonijiet adegwata;

    j) proċeduri ta’ rappurtar u monitoraġġ dwar irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti li ma jkunux tħallsu kif xieraq.

    2. Il-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti b), c), d), f), u h) għandhom ikunu proporzjonali għan-neqfa pubblika taħt il-programm ta’ l-operat ikkonċernat.

    Artikolu 58

    Il-Ħatra ta’ l-awtoritajiet

    1. Għal kull programm ta’ l-operat l-Istat Membru għandu jaħtar dawn li ġejjin:

    a) awtorità tat-tmexxija: awtorità, jew entità pubblika jew privata nazzjonali, reġjonali jew lokali, maħtura minn Stat Membru, jew l-Istat Membru nnifsu meta ikun huwa stess li jwettaq ix-xogħol, biex tmexxi programm ta’ l-operat;

    b) awtorità li tiċċertifika: entità jew awtorità lokali, reġjonali jew nazzjonali maħtura mill-Istat Membru biex tiċċertifika r-rendikont tan-nefqa u l-applikazzjonijiet tal-ħlas qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni;

    c) awtorità ta’ l-awditjar: entità li tkun taħdem b’mod indipendenti mill-awtorità tat-tmexxija u minn dik taċ-ċertifikazzjoni li tinħatar mill-Istat Membru għal kull programm ta’ l-operat biex tivverifika t-tħaddim tajjeb tas-sistema tat-tmexxija u l-kontroll.

    2. Barra mill-awtoritajiet msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, l-Istat Membru għandu wkoll jaħtar entità kompetenti biex tirċievi l-ħlas li jkun sar mill-Kummissjoni u entità jew entitajiet li jkunu responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji.

    3. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli li jikkontrollaw ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ dawk l-awtoritajiet u entitajiet u r-relazzjonijiet ta’ dawn mal-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi r-relazzjonijiet reċiproċi ta’ dawk l-awtoritajiet li għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom skond is-sistemi istituzzjonali, legali u finanzjarji ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

    4. Suġġett għall-Artikolu 57(1), il-punt b), ħafna mill-funzjonijiet ta’ tmexxija, ħlas, ċertifikazzjoni u kontroll, jew kollha kemm huma, jistgħu jsiru mill-istess entità.

    5. Fir-Regolament (KE) Nru […] għandhom jiġu sstabbiliti regoli speċifiċi fuq it-tmexxija u l-kontroll tal-programmi ta’ l-operat taħt l-għan tal-“Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.

    6. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati biex tħaddem l-Artikoli 59, 60 u 61 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3).

    Artikolu 59

    Il-Funzjonijiet ta’ l-Awtorità tat-Tmexxija

    L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli biex tmexxi u timplimenta l-programm ta’ l-operat b’mod effiċjenti, effettiv u korrett u l-aktar biex:

    a) tiżgura li l-ħidmiet jintgħażlu għall-iffinanzjar skond il-kriterji li jgħoddu għall-programm ta’ l-operat u li dawn ikunu konformi, matul il-perjodu kollu ta’ implimentazzjoni, mar-regoli applikabbli tal-Komunità u dawk nazzjonali;

    b) tivverifika t-twassil tal-prodotti u servizzi ko-finanzjati u li n-nefqa ddikjarata għall-ħidmiet tkun saret tabilħaqq u tkun konformi mar-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali;

    c) tiżgura li jkun hemm sistema biex jiġu rreġistrati u maħżuna f’għamla kompjuterizzata r-rekords dettaljati ta’ kontabbiltà dwar kull ħidma taħt il-programm ta’ l-operat u li tinġabar id-data fuq l-implimentazzjoni meħtieġa għat-tmexxija finanzjarja, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-valutazzjoni;

    d) tiżgura li l-benfiċjarji u l-entitajiet l-oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-ħidmiet iżommu jew sistema ta’ kontabbiltà separata jew kowd ta’ kontabbiltà adegwata għat-transazzjonijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-ħidma;

    e) tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-programmi ta’ l-operat imsemmija fl-Artikolu 46 jitwettqu fiż-żmien stabbilit f’dan ir-Regolament u li jkunu jilħqu standards ta’ kwalità li dwarhom ikun hemm ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru;

    f) twaqqaf proċeduri biex tiżgura li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar meħtieġ biex jiżgura sekwenza ta’ transazzjonijiet adegwata jsiru skond il-kriterji ta’ l-Artikoli 88 u 98;

    g) tiżgura li, għall-għan ta’ ċertifikazzjoni, l-awtorità li tiċċertifika tkun irċeviet it-tagħrif kollu meħtieġ fuq il-proċeduri u l-awditjar li jkun sar f’rabta man-nefqa;

    h) twassal lill-Kumitat tal-Monitoraġġ u tagħtih id-dokumenti meħtieġa biex il-kwalità ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat tkun tista’ tiġi mmonitorjata fid-dawl ta’ l-għanijiet speċifiċi tiegħu;

    i) tfassal u, wara l-approvazzjoni mill-Kumitat tal-Monitoraġġ, tibgħat lill-Kummissjoni r-rapporti annwali u ta’ l-aħħar fuq l-implimentazzjoni;

    j) tiżgura li jkun hemm konformità mal-kriterji tat-tagħrif u l-pubbliċità stabbiliti fl-Artikolu 68;

    k) tipprovdi lill-Kummissjoni b’tagħrif biex din tkun tista’ tagħmel valutazzjoni ta’ proġetti maġġuri.

    Artikolu 60

    Il-Funzjonijiet ta’ l-Awtorità li Tiċċertifika

    L-Awtorità li Tiċċertifika ta’ programm ta’ l-operat għandha tkun responsabbli l-aktar biex:

    a) tfassal u tibgħat lill-Kummissjoni rendikonti ċċertifikati tan-nefqa u ta’ l-applikazzjonijiet għall-ħlas f’għamla kompjuterizzata;

    b) tiċċertifika li:

    i) ir-rendikont tan-nefqa huwa korrett, ġej minn sistemi kredibbli ta’ kontabbiltà u hu bbażat fuq dokumenti ta’ appoġġ li jistgħu jiġu vverifikati,

    ii) in-nefqa ddikjarata tkun konformi mar-regoli applikabbli tal-Komunità u nazzjonali, tkun saret b’rabta ma’ ħidmiet magħżula għall-iffinanzjar skond il-kriterji li jgħoddu għall-programm, u tkun konformi mar-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali;

    c) għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni, tiżgura li din tkun irċeviet tagħrif adegwat mill-Awtorità tat-Tmexxija fuq il-proċeduri u l-awditjar li jkun sar b’rabta man-nefqa inkluża fir-rendikonti tan-nefqa;

    d) għall-għanijiet ta’ ċertifikazzjoni, tqis r-riżultati ta’ l-awditjar kollu li jkun sar minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità ta’ l-Awditjar;

    e) iżżomm ir-rekords tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni f’għamla kompjuterizzata;

    f) tiżgura l-irkupru ta’ kull finanzjar tal-Komunità li ma jkunx sar kif xieraq minħabba irregolaritajiet li jkunu nstabu, flimkien ma’ l-interessi fejn ikun xieraq, billi jinżamm kont ta’ l-ammonti li jkunu ġew irkuprati u billi jitħallsu lura lill-Kummissjoni l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, fejn ikun possibbli billi dawn jitnaqqsu mir-rendikont tan-nefqa li jmiss.

    Artikolu 61

    Il-Funzjonijiet ta’ l-Awtorità ta’ l-Awditjar

    1. L-Awtorità ta’ l-Awditjar ta’ programm ta’ l-operat għandha tkun reponsabbli l-aktar biex:

    a) tiżgura li l-awditjar isir skond standards internazzjonali ta’ awditjar biex tivverifika l-ħidma effettiva tas-sistema tat-tmexxija u l-kontroll tal-programm ta’ l-operat;

    b) tiżgura li l-awditjar li jsir fuq il-ħidmiet isir fuq il-bażi ta’ kampjun xieraq biex tivverifika n-nefqa ddikjarata;

    c) tippreżenta lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm ta’ l-operat strateġija ta’ awditjar li tkun tkopri l-entitajiet li se jwettqu l-awditjar imsemmi fis-sotto-paragrafi a) u b), il-metodu li se jintuża, il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-awditjar fuq il-ħidmiet, kif ukoll l-ippjanar indikattiv ta’ l-awditjar biex ikun żgurat li l-entitajiet ewlenin jiġu awditjati u li l-awditjar ikun mifrux indaqs matul il-perjodu tal-programm kollu;

    d) fejn sistemi komuni jkunu japplikaw f’aktar minn programm ta’ operat wieħed, tista’ tkun sottomessa strateġija kkumbinata waħda ta’ awditjar taħt is-sotto-paragrafu c);

    e) sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena mill-2008 sa l-2016:

    i) tippreżenta rapport ta’ kontroll annwali li jkun jistabbilixxi t-tisjib ta’ l-awditjar li jkun sar skond l-istrateġija ta’ awditjar b’rabta mal-programm ta’ l-operat matul is-sena ta’ qabel u tirrapporta kull nuqqas li jkun instab fis-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll tal-programm. It-tagħrif dwar is-snin 2014 u 2015 jista’ jkun inkluż fir-rapport finali biex jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-validità;

    ii) tagħti opinjoni dwar jekk is-sistema tat-tmexxija u l-kontroll tkunx ħadmet b’mod effettiv biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli fuq il-korrettezza tar-rendikonti tan-nefqa li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni matul dik is-sena u l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet bażiċi.

    f) tipprovdi tagħrif fuq l-awiditjar u l-opinjonijiet, li jistgħu jinġabru f’rapport wieħed meta sistema komuni tkun tgħodd għal iktar minn programm ta’ l-operat wieħed;

    g) fi tmiem il-programm ta’ l-operat tipprovdi dikjarazzjoni li tagħmel valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ aħħari u tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet bażiċi koperti bl-aħħar rendikont finali tan-nefqa; din ta’ l-aħħar għandha tkun appoġġjata b’rapport finali tal-kontroll.

    2. Fejn l-awditjar imsemmi fis-sotto-paragrafi a) u b) jsir minn entità għajr l-Awtorità ta’ l-Awditjar, l-Awtorità ta’ l-Awditjar għandha tiżgura li dawn l-entitajiet ikollhom l-indipendenza ta’ l-operat meħtieġa u li x-xogħol isir skond standards internazzjonali ta’ awditjar.

    KAPITOLU II IL-MONITORAĠĠ

    Artikolu 62

    Il-Kumitat tal-Monitoraġġ

    L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ għal kull programm ta’ l-operat, bi ftehim ma’ l-Awtorità tat-Tmexxija u wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba.

    Kull Kumitat tal-Monitoraġġ għandu jitwaqqaf fi żmien tliet xhur mid-deċiżjoni li tkun tapprova il-programm ta’ l-operat.

    Dan għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura tiegħu fil-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju ta’ l-Istat Membru kkonċernat u jadottahom bi ftehim ma’ l-Awtorità tat-Tmexxija.

    Artikolu 63

    Il-Kompożizzjoni

    1. Il-Kumitat tal-Monitoraġġ għandu jitmexxa minn rappreżentant ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-Awtorità tat-Tmexxija.

    Il-kompożizzjoni ta’ dan għandha tiġi deċiża mill-Istat Membru u dan għandu jinkludi l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 10 kif ukoll l-Awtorità tat-Tmexxija.

    2. Fuq inizjattiva tiegħu, rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jieħu sehem fix-xogħol tal-kumitat tal-monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva. Rappreżentant ta’ l-EIB u ta’ l-EIF jistgħu jieħdu sehem f’kapaċità konsultattiva għal dawk il-programmi ta’ l-operat li għalihom dawn ikunu qed jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom.

    Artikolu 64

    Ix-Xogħol

    Il-Kumitat tal-Monitoraġġ għandu jissodisfa lilu nnifsu dwar l-effettività u l-kwalità ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    a) għandu jikkunsidra u japprova l-kriterji għall-għażla tal-ħidmiet ffinanzjati fi żmien erba’ xhur mill-approvazzjoni tal-programm ta’ l-operat. Il-kriterji ta’ l-għażla għandhom jiġu riveduti skond il-ħtiġiet tal-programm;

    b) għandu jirrevedi perjodikament il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-miri speċifiċi tal-programm ta’ l-operat fuq il-bażi tad-dokumenti sottomessi mill-Awtorità tat-Tmexxija;

    c) għandu jistħarreġ ir-riżultati ta’ l-implimentazzjoni, l-aktar l-akkwist tal-miri stabbiliti għal kull prijorità u l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(5);

    d) għandu jqis u japprova r-rapporti annwali u ta’ l-aħħar fuq l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 66 qabel ma dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni;

    e) għandu jkun mgħarraf dwar ir-rapport tal-kontroll annwali u dwar il-kummenti kollha li l-Kummissjoni tista’ tagħmel wara li tkun eżaminat ir-rapport;

    f) fuq l-inizjattiva ta’ l-Istat Membru, dan jista’ jkun mgħarraf dwar ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 27;

    g) jista’ jipproponi lill-Awtorità tat-Tmexxija kull aġġustament jew reviżjoni fil-programm ta’ l-operat li x’aktarx jagħmluha possibbli li jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondi msemmija fl-Artikolu 3 jew itejbu t-tmexxija tagħhom, inkluża t-tmexxija finanzjarja tagħhom;

    h) għandu jqis u japprova kull proposta biex ikun emendat il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-għajnuna tal-Fondi.

    Artikolu 65

    L-Arranġamenti għall-monitoraġġ

    1. L-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ għandhom jiżguraw il-kwalità ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat.

    2. L-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ għandhom jagħmlu l-monitoraġġ b’referenza għall-indikaturi finanzjarji u l-indikaturi ta’ implimentazzjoni, ir-riżultati, u l-impatt speċifikat fil-programm ta’ l-operat.Fejn in-natura ta’ l-għajnuna tkun tippermetti, l-istatistiċi għandhom jinqasmu skond is-sess u skond il-qies ta’ l-impriżi ta’ min jirċievi l-għajnuna.

    3. Il-Kummissjoni, bi sħab ma’ l-Istati Membri, għandha tistħarreġ l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programm ta’ l-operat.

    Artikolu 66

    Ir-Rapport annwali u r-rapport ta’ l-aħħar fuq l-implimentazzjoni

    1. Għall-ewwel darba fl-2008 u sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-Awtorità tat-Tmexxija għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport annwali fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport ta’ l-aħħar fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat sat-30 ta’ Ġunju 2016.

    2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej biex tinkiseb stampa ċara ta’ l-implimentazzjoni tal-program ta’ l-operat:

    a) il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat u l-prijoritajiet f’rabta mal-miri speċifiċi u verifikabbli tagħhom, bi kwantifikazzjoni, kulmeta u kulfejn dawn jisilfu lilhom infushom għall-kwantifikazzjoni, ta’ l-indikaturi fiżiċi u dawk ta’ implimentazzjoni, tar-riżultati, kif ukoll ta’ l-impatt għal kull prijorità;

    b) l-implimentazzjoni finanzjarja tal-programm ta’ l-operat, li tagħti fid-dettal għal kull prijorità n-nefqa li tkun tħallset mill-benefiċjarju u l-għajnuna pubblika li tikkorrispondi, il-ħlasijiet sħaħ li jkunu ħadu mill-Kummissjoni, u tikkwantifika l-indikaturi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 65(2);

    c) fejn ikun xieraq, l-implimentazzjoni finanzjarja f’żoni li jirċievu appoġġ tranistorju għandha tkun ippreżentata b’mod separat f’kull programm ta’ l-operat;

    d) l-implimentazzjoni finanzjarja skond il-qasam ta’ għajnuna adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3);

    e) il-miżuri meħuda mill-Awtorità tat-Tmexxija u l-Kumitat tal-Monitoraġġ biex ikunu żgurati l-kwalità u l-effettività ta’ l-implimentazzjoni, l-aktar:

    i) il-miżuri ta’ monitoraġġ u valutazzjoni, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir tad-data;

    ii) taqsira ta’ kull problema sostanzjali li tkun seħħet fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat u l-miżuri kollha li jkunu ttieħdu, inklużi dawk biex iwieġbu għall-kummenti li jkunu saru taħt l-Artikolu 67;

    iii) l-użu li jkun sar mill-għajnuna teknika;

    f) il-miżuri meħuda biex jingħata tagħrif u ssir kampanja pubbliċitarja fuq il-programm ta’ l-operat;

    g) dikjarazzjoni li l-liġi tal-Komunità tkun tħarset matul l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat u, fejn ikun xieraq, li tidentifika l-problemi kollha li jkunu nqalgħu u l-miżuri meħuda biex dawn jiġu ttrattati;

    h) il-progress u l-iffinanzjar ta’ proġetti maġġuri u għajnuniet globali;

    i) tagħrif fuq ir-regoli li jikkontrollaw l-għajnuna ta’ l-iffinanzjar preferenzjali f’inħawi li għandhom żvantaġġi naturali;

    j) l-użu li jkun sar mill-għajnuna mħallsa lura lill-Awtorità tat-Tmexxija jew lil awtorità pubblika oħra matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-progarmm ta’ l-operat.

    Il-wisa’ tat-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun proporzjonali għall-ammont sħiħ tan-nefqa pubblika tal-programm ta’ l-operat ikkonċernat.

    3. Ir-rapporti għandhom jiġu ġġudikati bħala aċċettabbli fejn dawn ikollhom it-tagħrif kollu mniżżel fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni fuq l-aċċettibbiltà tar-rapport annwali fi żmien 10 ġranet ta’ xogħol.

    4. Il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni fuq il-kontenut tar-rapport annwali fuq l-implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità tat-Tmexxija fi żmien xahrejn. Għar-rapport ta’ l-aħħar fuq il-programm ta’ l-operat, il-limitu ta’ żmien għandu jkun ta’ ħames xhur. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx fiż-żmien stabbilit, ir-rapport għandu jitqies bħala aċċettabbli.

    Artikolu 67

    L-eżami annwali tal-programmi

    1. Ta’ kull sena, meta r-rapport annwali fuq l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 66 jiġi sottomess u skond ir-regoli li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn l-Istat Membru u l-Awtorità tat-Tmexxija kkonċernati, il-Kummissjoni u l-Awtorità tat-Tmexxija għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat, ir-riżultati ewlenin miksuba matul is-sena ta’ qabel, l-implimentazzjoni finanzjarja u fatturi oħrajn bil-ħsieb li titjieb l-implimentazzjoni.

    L-aspetti kollha tat-tħaddim tas-sistema tat-tmexxija u l-kontroll li jkunu tqajmu fir-rapport tal-kontroll annwali, imsemmi fl-Artikolu 61(1), il-punt e) i), ukoll jistgħu jiġu eżaminati.

    2. Wara l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tagħmel xi kummenti lill-Istat Membru u lill-Awtorità tat-Tmexxija. Dawn għandhom jgħarrfu lill-Kumitat tal-Monitoraġġ dwar dawn. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet biex iwieġeb għal dawn il-kummenti.

    3. Meta l-valutazzjonijiet ex-post ta’ l-għajnuna mogħtija waqt il-programm ta’ bejn l-2000 u l-2006 ikunu disponibbli, ir-riżultati ġenerali għandhom jiġu eżaminati fl-eżami annwali li jkun imiss.

    KAPITOLU III IT-TAGĦRIF U KAMPANJI TA’ PUBBLIĊITÀ

    Artikolu 68

    It-Tagħrif u kampanji ta’ pubbliċità

    L-Istati Membri għandhom jagħtu tagħrif u jagħmlu kampanji ta’ pubbliċità fuq il-programmi u l-ħidmiet li jkunu ko-finanzjati. It-tagħrif għandu jkun indirizzat liċ-ċittadini Ewropej u lill-benefiċjarji. Dan għandu jagħti importanza lis-sehem li għandha l-Komunità u jiżgura li l-għajnuna tal-fondi tkun waħda trasparenti.

    L-Awtorità tat-Tmexxija għall-programm ta’ l-operat għandha tkun responsabbli biex tirreklamah skond ir-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, adottat mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3).

    KAPITOLU IV IL-KONTROLLI

    TAQSIMA 1 IR-RESPONSABBILTAJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 69

    Tmexxija finanzjarja tajba

    1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw tmexxija finanzjarja tajba tal-programmi ta’ l-operat kif ukoll il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet bażiċi.

    2. Huma għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-tmexxija, l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni, l-entitajiet intermedji, l-awtoritajiet ta’ l-awditjar u kull entità oħra jirċievu linjigwidi adegwati fuq it-twaqqif tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll msemmija fl-Artikoli 57 sa 61 biex jiżguraw li l-iffinanzjar tal-Komunità qed jintuża tajjeb u b’mod effiċjenti.

    3. L-Istati Membri għandhom jevitaw, jiskopru u jsewwu l-irregolaritajiet. Dawn għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dawn l-irregolaritajiet, skond ir-regoli, u jżommu lill-Kummissjoni mgħarrfa dwar il-progress tal-proċeduri amministrattivi u legali.

    Fejn ammonti li ma jkunux tħallsu kif xieraq li xi benefiċjarju ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati, l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli biex irodd lura l-ammonti mitlufa lill-estmi tal-Komunitajiet Ewropej, ħlief fejn ikun ippruvat li t-telf li jkun sar ma jkunx ġie kkawżat minħabba xi irregolarità jew nuqqas min-naħa tiegħu.

    4. Ir-regoli dettaljati biex ikunu implimentati l-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3).

    Artikolu 70

    Is-Sistemi tat-tmexxija u l-kontroll

    1. Qabel l-adozzjoni ta’ programm ta’ l-operat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll għall-programmi ta’ l-operat ikunu ġew stabbiliti skond l- Artikoli 57 sa 61. Dawn għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li s-sistemi jkunu jaħdmu b’mod effettiv matul il-perjodu kollu tal-programm.

    2. Fi żmien tliet xhur wara l-approvazzjoni ta’ kull programm ta’ l-operat, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni deskrizzjoni dwar is-sistemi, li tkun tkopri l-aktar l-organizzazzjoni u l-proċeduri ta’ l-awtoritajiet tat-tmexxija u taċ-ċertifikazzjoni u ta’ l-entitajiet intermedji kif ukoll is-sistemi ta’ l-awditjar intern li jkunu qed jitħaddmu f’dawk l-awtoritajiet u entitajiet, l-awtorità ta’ l-awditjar, u kull entità oħra li tagħmel l-awditjar taħt ir-responsabbiltà tagħha.

    3. Din id-deskrizzjoni għandha tkun mehmuża ma’ rapport maħruġ minn “entità tal-valutazzjoni ta’ l-osservanza” li jistabbilixxi r-riżultati ta’ valutazzjoni tas-sistemi u jagħti opinjoni fuq il-konformità ta’ dawn ma’ l-Artikoli 57 sa 61. Fil-każ li l-opinjoni jkollha xi riżervi, ir-rapport għandu juri n-nuqqas u s-serjetà tagħhom. L-Istat Membru għandu jfassal, bi ftehim mal-Kummissjoni, pjan li jwaqqaf il-miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu u l-orarju għall-implimentazzjoni tagħhom.

    L-“entità tal-valutazzjoni ta’ l-osservanza” għandha tinħatar sa mhux aktar tard minn meta jiġi adottat il-programm ta’ l-operat. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta l-Awtorità ta’ l-Awditjar għall-programm ta’ l-operat bħala l-“entità tal-valutazzjoni ta’ l-osservanza” fejn din ikollha l-ħila meħtieġa. L-“entità tal-valutazzjoni ta’ l-osservanza” għandu jkollha l-indipendenza ta’ l-operat meħtieġa u għandha twettaq ix-xogħol tagħha fuq standards internazzjonali ta’ awditjar.

    4. Fejn jintużaw sistemi għal aktar minn programm ta’ operat wieħed, id-deskrizzjoni tas-sistemi komuni tista’ tiġi nnotifikata f’rapport wieħed taħt il-paragrafi 2 u 3.

    5. Ir-regoli dettaljati biex jiġu implimentati l-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 104(3).

    TAQSIMA 2 IR-RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMMISSJONI

    Artikolu 71

    Ir-Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nfisha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 70 li l-Istati Membri jkunu waqqfu sistemi ta’ tmexxija u kontroll li jkunu konformi ma’ l-Artikoli 57 sa 61, u fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-kontroll u l-awditjar tagħha stess li s-sistemi jkunu qed jaħdmu b’mod effettiv matul il-perjodu ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-operat.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-awditjar li jkun sar mill-Istati Membri, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu awditjar fuq il-post biex jivverifikaw il-ħidma effettiva tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll. Dan jista’ jinkludi awditjar fuq ħidmiet inklużi fil-programm ta’ l-operat, b’avviż ta’ mill-inqas ġurnata ta’ xogħol. L-Uffiċjali jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ l-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f’dan l-awditjar.

    3. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jagħmel kontroll fuq il-post biex jivverifika t-tħaddim korrett tas-sistemi jew il-korrettezza ta’ transazzjoni waħda jew aktar. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dan l-awditjar.

    Artikolu 72

    Il-Kooperazzjoni ma’ l-entitajiet tal-kontroll ta’ l-Istati Membri

    1. Il-Kummissjoni għandha tikkoopera ma’ l-awtoritajiet ta’ l-awditjar ta’ programmi ta’ l-operat biex jikkoordinaw il-pjani ta’ kontroll u l-metodi ta’ awditjar rispettivi tagħhom, u għandha minnufih tagħmel bdil tar-riżultati ta’ l-awditjar li jkun sar fuq is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll biex isir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi tal-kontroll u biex ikun evitat xogħol doppju mhux iġġustifikat.

    Il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet ta’ l-Awditjar għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari, ġeneralment mill-inqas darba fis-sena, biex flimkien jistħarrġu r-rapport ta’ l-awditjar annwali li jkun ġie ppreżentat taħt l-Artikolu 61 u biex jibdlu l-opinjonijiet tagħhom fuq punti oħrajn li jkollhom x’jaqsmu mat-titjib tat-tmexxija u l-kontroll tal-programmi ta’ l-operat.

    Il-Kummissjoni għandha tagħti l-kummenti tagħha fuq l-istrateġija ta’ l-awditjar li tkun ġiet ippreżentata taħt l-Artikolu 61. Din għandha tagħtihom sa mhux aktar tard minn tliet xhur jew fl-ewwel laqgħa wara li tkun irċeviet din l-istrateġija.

    2. Fit-twaqqif ta’ l-istrateġija ta’ l-awditjar tagħha, il-Kummissjoni għandha tidentifika dawk il-programmi ta’ l-operat li għalihom l-opinjoni fuq il-konformità tas-sistema taħt l-Artikolu 61 tkun mingħajr riżervi jew fejn ir-riżervi jkunu ġew irtirati wara li jkunu ttieħdu miżuri korrettivi, fejn l-istrateġija ta’ l-awditjar ta’ l-Awtorità ta’ l-Awditjar tkun tajba, u fejn tkun inkisbet assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll ikunu qed jaħdmu b’mod effettiv fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-awditjar li jkun sar mill-Kummissjoni u l-Istat Membru.

    3. Għal dawk il-programmi, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati li din se tistrieħ l-aktar fuq l-opinjoni ta’ l-Awtorità ta’ l-Awditjar fejn għandhom x’jaqsmu l-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u li din se tagħmel l-awditjar tagħha stess fuq il-post f’każijiet eċċezzjonali biss.

    TAQSIMA 3 DISPOżIZZJONIJIET PROPORZJONALI FIL-QASAM TAL-KONTROLL

    Artikolu 73

    L-Arranġamenti tal-kontroll proporzjonali

    1. Għall-programmi li għalihom il-livell ta’ ko-finanzjar mill-fondi tal-Komunità ma jkunx aktar minn 33% tan-nefqa pubblika taħt il-programm ta’ l-operat u l-ammont tal-Fondi ma jkunx aktar minn 250 miljun Euro, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61, il-punti c), d), u e) i) ma jgħoddux.

    2. Għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla li jwaqqfu skond ir-regoli nazzjonali l-entitajiet u l-proċeduri biex iwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 59, il-punt b), u fl-Artikoli 60 u 61. Fejn Stat Membru jeżerċita din l-għażla, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 58(1), il-punti b) u c), u ta’ l-Artikolu 60(1), il-punt c) ma jgħoddux.

    Fejn il-Kummissjoni tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 59, 60 u 61, din għandha tispeċifika d-dispożizzjonijiet li m’għandhomx jgħoddu għal dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw l-għażla msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu.

    3. L-Artikolu 70(3) għandu jgħodd mutatis mutandis fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel sotto-paragrafu.

    4. Għall-programmi ta’ l-operat kollha msemmija fil-paragrafu 1, u irrispettivament minn jekk Stat Membru jeżerċitax l-għażla msemmija fil-paragrafu 2, fejn l-opinjoni fuq il-konformità tas-sistema ma jkollha l-ebda riżervi, jew fejn ir-riżervi kollha jkunu ġew irtirati wara li jkunu ttieħdu miżuri korrettivi, il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li hi se tistrieħ l-aktar fuq l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità ta’ l-Awditjar, jew l-entità maħtura mill-Istat Membru fejn dan ikun eżerċita l-għażla msemmija, dwar il-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u li din se tagħmel l-awditjar tagħha stess fuq il-post f’każijiet eċċezzjonali biss.

    F’każ li jkun hemm indikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li ma jkunux nstabu fi żmien xieraq mill-awtoritajiet ta’ l-awditjar nazzjonali jew li ma kinux suġġetti għal miżuri korrettivi xierqa, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru biex jagħmel awditjar skond l-Artikolu 71(3) jew inkella din twettaq l-awditjar tagħha stess taħt l-Artikolu 71(2) biex tikseb assigurazzjoni fuq il-korrettezza, il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata.

    TITOLU VII

    IT-TMEXXIJA FINANZJARJA

    KAPITOLU I IT-TMEXXIJA FINANZJARJA

    TAQSIMA 1 IR-RABRIET TA’ L-ESTMI

    Artikolu 74

    Ir-Rabtiet ta’ l-estmi

    1. Ir-rabtiet ta’ l-estmi tal-Komunità fil-programmi ta’ l-operat (minn hawn ’il quddiem imsejħa “rabtiet ta’ l-estmi”) għandhom jiġu effettwati kull sena għal kull Fond matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013. L-ewwel rabta ta’ estmi għandhom isiru qabel ma’ l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tapprova l-programm ta’ l-operat. Kull rabta li tiġi wara għandha ssir mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna tal-Fondi msemmija fl-Artikolu 31.

    2. Fejn Stat Membru ma jkun ippropona l-ebda modifikazzjoni fil-programmi ta’ l-operat msemmija fl-Artikolu 36(5) u fejn ma jkun sar l-ebda ħlas, l-Istat Membru jista’ jitlob, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena, biex isir it-trasferiment tar-rabtiet tal-programmi ta’ l-operat li għandhom x’jaqsmu mar-riżerva ta’ kontinġenza nazzjonali lejn programmi oħrajn ta’ l-operat. Fit-talba tiegħu l-Istat Membru għandu jispeċifika l-programmi ta’ l-operat li jkunu se jgawdu minn dak it-trasferiment.

    TAQSIMA 2 IR-REGOLI KOMUNI GħALL-ħLAS

    Artikolu 75

    Ir-Regoli komuni għall-ħlas

    1. Il-ħlas mill-Kummissjoni ta’ l-għjnuna mill-Fondi għandu jsir skond ir-rabtiet ta’ l-estmi. Il-ħlasijiet kollha għandhom jintbagħtu lill-eqreb rabta ta’ estmi li tkun miftuħa.

    2. Il-ħlasijiet għandhom isiru fil-forma ta’ iffinanzjar tal-bidu, ħlasijiet interim u l-ħlas tal-bilanċ. Dawn għandhom isiru lill-entità maħtura mill-Istat Membru.

    3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni aġġornament tat-tbassir tat-talbiet ta’ ħlas għas-sena finanzjarja kurrenti u għas-sena finanzjarja li jkun imiss.

    4. Il-bdil kollu li jkun jikkonċerna t-transazzjonijiet finanzjarji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri għandu jsir b’mezzi elettroniċi skond ir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3).

    Artikolu 76

    Ir-Regoli fuq kif jinħadmu l-ħlasijiet interim u l-ħlasijiet tal-bilanċ

    Il-ħlasijiet interim u dawk tal-bilanċ għandhom jinħadmu billi tiġi applikata r-rata ta’ ko-finanzjar għal kull prijorità għan-nefqa pubblika, li tkun ġiet iċċertifikata taħt dik il-prijorità, u fuq il-bażi tar-rendikont tan-nefqa ċċertifikata mill-awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni.

    Artikolu 77

    Ir-Rendikont tan-nefqa

    1. Ir-rendikonti kollu tan-nefqa għandhom jinkludu, għal kull prijorità, l-ammont tan-nefqa li tkun saret mill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-ħidmiet u l-għajnuna tal-fondi pubbliċi li tikkorrispondi. In-nefqa li tkun tħallset mill-benefiċjarji għandha tkun appoġġjata b’fatturi mmarkati bħala mħallsa jew b’dokumenti ta’ kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti.Dwar l-iskemi ta’ għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87 tat-Trattat biss, in-nefqa ċċertifikata lill-Kummissjoni għandha tkun dik imħallsa mill-benefiċjarji li lilhom ikun sar il-ħlas mill-entità li tagħti l-għajnuna.

    2. Ir-rendikont tan-nefqa għandha tagħti importanza, għal kull programm ta’ l-operat, lin-nefqa mħallsa li għandha x’taqsam mar-reġjuni li jkunu qed jirċievu għajnuna transitorja.

    3. Dwar azzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja u l-aktar il-fondi ta’ kapital ta’ riskju, fondi ta’ garanzija u fondi ta’ self, in-nefqa ċċertifikata lill-Kummissjoni għandha tkun in-nefqa mħallsa biex jitwaqqfu dawn il-fondi. Madankollu, fi tmiem il-programm ta’ l-operat, in-nefqa għandha tkun stabbilita fuq il-bażi tal-ħlasijiet attwali minn kull Fond flimkien ma’ l-ispejjeż eliġibbli tat-tmexxija.

    Artikolu 78

    L-Akkumulazzjoni tal-ħlasijiet tal-bidu u ta’ dawk interim

    1. It-total kumulattiv tal-ħlasijiet tal-bidu u ta’ dawk interim li jkunu saru m’għandux ikun aktar minn 95% ta’ l-għajnuna tal-Fondi għall-programm ta’ l-operat.

    2. Meta jintlaħaq dan il-limitu, l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni għandha tkompli tgħaddi lill-Kummissjoni kull nefqa ċċertifikata fil-31 ta’ Diċemrbu tas-sena n, kif ukoll l-ammonti rkuprati matul is-sena għal kull Fond, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena n+1.

    Artikolu 79

    Is-Sħuħija tal-ħlas lill-benefiċjarji

    L-Istati Membri għandhom jissodisfaw lilhom infushom li l-entità responsabbli li tagħmel il-ħlasijiet tiżgura li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna tal-fondi pubbliċi kemm jista’ jkun malajr u b’mod sħiħ. L-ebda ammonti m’għandhom jitnaqqsu jew jiġu rtirati, u l-ebda spiża speċifika oħra jew spejjeż oħrajn b’effett ekwivalenti m’għandhom jiġu imposti li jwasslu għal tnaqqis f’dawn l-ammonti li jingħataw lill-benefiċjarji.

    Artikolu 80

    L-Użu ta’ l-Euro

    Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq il-programmi ta’ l-operat, ir-rabtiet u l-ħlasijiet tal-Kummissjoni, u l-ammonti tan-nefqa ċċertifikata u talbiet għall-ħlas mill-Istati Membri għandhom jintwerew u jsiru f’Euro, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(3).

    TAQSIMA 3 IL-ĦLAS TAL-BIDU

    Artikolu 81

    Il-Ħlas

    1. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-għajnuna tal-Fondi għal programm ta’ l-operat, il-Kummissjoni għandha tħallas ammont wieħed bħala ħlas tal-bidu lill-entità maħtura mill-Istat Membru. Dan il-ħlas tal-bidu għandu jirrappreżenta 7% ta’ l-għajnuna tal-Fondi Strutturali u 10.5% ta’ l-għajnuna tal-Fond tal-Koeżjoni għal dak il-programm ta’ l-operat. Dan jista’ jkun mifrux fuq sentejn finanzjarji, skond id-disponibbiltà tal-fondi ta’ l-estmi.

    2. L-ammont sħiħ li jkun tħallas bħala ħlas tal-bidu għandu jintradd lura lill-Kummissjoni mill-entità maħtura mill-Istat Membru jekk l-ebda talba għall-ħlas taħt il-programm ta’ l-operat ma tkun intbagħtet fi żmien erbgħa u għoxrin xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament mill-ammont tal-ħlas tal-bidu.

    Artikolu 82

    L-Interessi

    Kull interess iġġenerat mill-ħlas tal-bidu għandu jintbagħat lill-programm ta’ l-operat in kwistjoni u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika ddikjarata fir-rendikont finali tan-nefqa.

    Artikolu 83

    L-Approvazzjoni

    L-ammont imħallas bħala ħlas tal-bidu għandu jkun approvat mill-kontijiet meta jingħalaq il-programm ta’ l-operat.

    TAQSIMA 4 IL-ĦLASIJIET INTERIM

    Artikolu 84

    Il-Ħlasijiet interim

    1. Għandhom isiru ħlasijiet interim għal kull programm ta’ l-operat.

    2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-ħlasijiet interim, jekk tkun irċeviet assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll għall-programmi ta’ l-operat stabbiliti mill-Istat Membru jkunu skond l-Artikoli 58 sa 61. Din l-assigurazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport li jkun sar mill-entità ta’ l-awditjar indipendenti msemmija fl-Artikolu 70.

    Artikolu 85

    L-Aċċettabbiltà tat-talbiet tal-ħlas

    1. Kull ħlas interim li jkun sar mill-Kummissjoni għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

    a) il-Kummissjoni għandha tkun irċeviet talba għall-ħlas u rendikont tan-nefqa, skond l-Artikolu 75;

    b) mhux iktar mill-ogħla ammont ta’ l-għajnuna tal-Fondi għandu jkun ingħata matul il-perjodu kollu għal kull prijorità;

    c) l-awtorità tat-tmexxija għandha tkun bagħtet lill-Kummissjoni l-aktar rapport ta’ implimentazzjoni annwali riċenti saż-żmien stabbilit, skond l-Artikolu 66(3);

    d) la s-sospensjoni tal-ħlasijiet kif spjegat fid-dettal fl-Artikolu 91 u l-ebda opinjoni rraġunata mill-Kummissjoni dwar xi ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, b’rabta mal-ħidma(iet) li għaliha(hom) n-nefqa tkun saret skond it-talba tal-ħlas in kwistjoni.

    2. Jekk waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx intlaħqet, l-Istat Membru u l-awtorità li tiċċertifika għandhom ikunu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr mill-Kummissjoni li t-talba għall-ħlas li tkun saret mhix aċċettabbli.

    Artikolu 86

    Id-Data tal-preżentazzjoni tat-talbiet għall-ħlas u d-dewmien fil-ħlas

    1. L-awtorità li tiċċertifika għandha tiżgura li t-talbiet għall-ħlasijiet interim għall-programmi ta’ l-operat jinġabru flimkien u jintbagħtu lill-Kummissjoni, kemm jista’ jkun malajr, fi tliet okkażjonijiet separati fis-sena. Għal ħlas li għandu jsir mill-Kummissjoni fis-sena kurrenti, l-aktar data tard li fiha tista’ tiġi sottomessa talba għall-ħlas hija l-31 ta’ Ottubru.

    2. Suġġett għad-disponibbiltà tal-fondi, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħlas interim sa mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data li fiha tkun ġiet irreġistrata talba għall-ħlas li tkun tilħaq il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq fl-Artikolu 85.

    TAQSIMA 5 IL-ĦLAS TAL-BILANċ U T-TMIEM TAL-PROGRAMM

    Artikolu 87

    Il-Kundizzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ

    1. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ sakemm din tkun irċeviet id-dokumenti li ġejjin sat-30 ta’ Ġunju 2016:

    a) talba għall-ħlas tal-bilanċ u rendikont tan-nefqa skond l-Artikolu 75;

    b) ir-rapport ta’ l-implimentazzjoni finali għall-programm ta’ l-operat, inkluż it-tagħrif stabbilit fl-Artikolu 66;

    c) dikjarazzjoni tal-validità għat-talba tal-ħlas tal-bilanċ imsemmija fl-Artikolu 61, il-punt g), flimkien mar-rapport ta’ l-awditjar finali;

    Il-ħlas tal-bilanċ huwa suġġett li jiġu aċċettati r-rapport ta’ l-implimentazzjoni finali u d-dikjarazzjoni tal-validità għat-talba tal-ħlas tal-bilanċ.

    2. F’każ li xi wieħed mid-dokumenti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel ma jintbagħtux lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2016 dan għandu jwassal awtomatikament għat-taħlil mir-rabta tal-bilanċ, skond l-Artikolu 92.

    3. Suġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ sa mhux aktar minn ħamsa u erbgħin jum mid-data li fiha din tkun aċċettat ir-rapport finali u d-dikjarazzjoni tal-validità għat-talba tal-ħlas tal-bilanċ. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, il-bilanċ tar-rabta ta’ l-estmi għandha tinħall sitt xhur wara li jkun sar il-ħlas.

    4. Wara t-30 ta’ Ġunju 2016, l-ebda nefqa oħra li ma tkunx ġiet iċċertifikata qabel dik id-data ma tista’ tiżdied ma’ xi rendikont ieħor tan-nefqa.

    5. Minkejja r-riżultati ta’ kull awditjar li jkun sar mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri, il-bilanċ imħallas mill-Kummissjoni għall-programm ta’ l-operat jista’ jiġi emendat fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha dan ikun tħallas jew, fejn ikun hemm bilanċ negattiv li għandu jintradd lura mill-Istat Membru, fi żmien disa’ xhur mid-data li fiha tkun inħarġet in-nota ta’ debitu.

    Artikolu 88

    Iż-Żamma tad-dokumenti

    L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tiżgura li d-dokumenti ta’ appoġġ kollha dwar in-nefqa u l-awditjar fuq il-programm ta’ l-operat ikkonċernat għandhom jibqgħu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri. Dawn għandhom jibqgħu disponibbli mill-inqas għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ programm ta’ l-operat, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jikkontrollaw l-għajnuna ta’ l-Istat. Id-dokumenti għandhom jinżammu jew fl-istat oriġinali jew f’verżjonijiet iċċertifikati li huma konformi ma’ l-oriġinal fuq mezzi ta’ żamma ta’ data li huma aċċettabbli minn kulħadd. Dan il-perjodu għandu jitwaqqaf jew fil-każ ta’ proċeduri legali jew fuq it-talba tal-Kummissjoni li fiha din għandha tagħti r-raġunijiet tagħha.

    TAQSIMA 6 L-INTERRUZZJONI, Iż-żAMMA U S-SOSPENSJONI TAL-ħLASIJIET

    Artikolu 89

    L-Interruzzjoni

    1. Għeluq iż-żmien tal-ħlas għandu jkun interrott mill-uffiċjal li jawtorizza, b’delega fit-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għal perjodu massimu ta’ sitt xhur. Dan iseħħ fejn ikun hemm dubji dwar it-tħaddim proprju tas-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll jew jekk dak l-uffiċjal ikun jeħtieġ tagħrif ieħor mill-awtoritajiet nazzjonali waqt li jkun qed isir il-monitoraġġ ta’ l-osservazzjonijiet li jkunu saru taħt ir-reviżjoni annwali, jew jekk dan/din j(t)issuspetta li jkun hemm irregolaritajiet serji, misjuba jew preżunti, fin-nefqa ddikjarata.

    Il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru u lill-awtorità li tiċċertifika dwar ir-raġunijiet għal din l-interruzzjoni. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrettifika s-sitwazzjoni kemm jista’ jkun malajr.

    2. Fejn ikun meħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni skond l-Artikoli 90 u 91, u skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-perjodu ta’ interruzzjoni msermmi fuq għandu jitwal għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

    Artikolu 90

    Iż-Żamma

    1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li żżomm mill-ħlasijiet interim 20% tas-somom li jridu jitħallsu mill-Kummissjoni fejn l-elementi essenzjali tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva msemmi fl-Artikolu 70(3) ikunu ġew implimentati, waqt li n-nuqqasijiet serji msemmija fir-rapport annwali mill-awtorità ta’ l-awditjar għall-programm imsemmi fl-Artikolu 61, il-punt e) i) ikunu ġew irrettifikati iżda jkunu għadhom iridu jsiru xi emendi biex il-Kummissjoni jkollha assigurazzjoni raġonevoli dwar is-sistemi tat-tmexxija u l-kontroll.

    2. Kull deċiżjoni ta’ żamma għandha tkun adottata mill-Kummissjoni wara li din tkun offriet lill-Istat Membru l-possibbiltà li dan jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu f’perjodu ta’ xahrejn.

    3. Il-bilanċ tal-ħlasijiet interim għandhom jitħallsu meta l-miżuri kollha meħtieġa jkunu ġew adottati. Inkella, tista’ tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja skond l-Artikolu 100.

    Artikolu 91

    Is-Sospensjoni

    1. Il-ħlasijiet interim kollha jew parti minnhom fuq il-livell ta’ prijoritajiet jew programmi jistgħu jiġu sospiżi mill-Kummissjoni fejn:

    a) ikun hemm nuqqas serju fis-sistema tat-tmexxija u l-kontroll tal-programm li jaffettwa l-kredibbiltà tal-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħlas u li għal dan ma jkunux ittieħdu miżuri ta’ korrezzjoni; jew

    b) in-nefqa f’rendikont ta’ nefqa li jkun iċċertifikat tkun marbuta ma’ irregolarità serja li ma tkunx ġiet korretta; jew

    c) Stat Membru ma jkunx konformi ma’ l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 69 u 70.

    2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi ħlasijiet interim wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex dan jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn.

    3. Il-Kummissjoni tista’ ttemm is-sospensjoni ta’ ħlasijiet interim fejn din tkun tqis li l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex titneħħa s-sospensjoni. Fejn l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni biex jitnaqqas l-ammont nett jew tħassar l-għajnuna tal-Komunità għall-programm ta’ l-operat skond l-Artikolu 100.

    TAQSIMA 7 IT-TAħLIL AWTOMATIKU MIR-RABTA

    Artikolu 92

    Il-Prinċipji

    1. Il-Kummissjoni għandha tinħall awtomatikament mill-irbit ta’ kull parti ta’ l-estmi fi programm ta’ l-operat li ma jkunux intużaw biex jitħallsu l-ħlasijiet tal-bidu jew dawk interim, jew li għalihom ma tkunx irċeviet talba għall-ħlas li tkun aċċettabbli, kif iddefinit fl-Artikolu 85, sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena wara dik tar-rabta ta’ l-estmi taħt il-programm.

    2. Dik il-parti tar-rabtiet li tkun għadha miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2015 għandha tinħall awtomatikament jekk il-Kummissjoni ma tkunx irċeviet għaliha talba għall-ħlas li tkun ġiet aċċettata sat-30 ta’ Ġunju 2016.

    3. Jekk dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, il-perjodu li warajh l-ewwel taħlil awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 ikun jista’ jsir għandu jitwal, għall-ewwel rabta, bin-numru ta’ xhur bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-data ta’ l-ewwel rabta ta’ l-estmi.

    Artikolu 93

    Dewmien fil-proġetti maġġuri u r-reġimi ta’ għajnuna

    Fejn tkun meħtieġa deċiżjoni sussegwenti tal-Kummissjoni biex jiġu awtorizzati proġett maġġuri jew skema ta’ għajnuna, l-ammonti annwali kkonċernati potenzjalment mit-taħlil awtomatiku msemmi fl-Artikolu 92(1) għandhom jiġu rranġati bid-differenza bejn l-iskeda tal-proġett maġġuri jew ta’ l-iskema ta’ għajnuna li l-Istat Membru jkun għadda fil-bidu u l-iskeda tal-proġett maġġuri jew l-iskema ta’ għajnuna li tkun twaqqfet meta l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni fuq il-proġett maġġuri jew l-iskema ta’ għajnuna. L-iskeda annwali tista’ tiġi mmodifikata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3), f’każijiet eċċezzjonali li jkunu ġġustifikati kif xieraq.

    Artikolu 94

    L-interruzzjoni tad-dewmien fil-proċeduri legali u f’appelli amministrattivi

    Il-perjodu ta’ taħlil awtomatiku mill-irbit imsemmi fl-Artikolu 92(1) għandu jkun interrott, għall-ammont li għandu x’jaqsam mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu kollu tal-proċeduri legali jew ta’ appell amministrattiv li jkollu effett ta’ sospensjoni, fuq kundizzjoni li sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+2 l-Istat Membru jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif li jkun isemmi r-raġunijiet.

    Għal dik il-parti ta’ rabtiet li tkun għadha miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 92(2) għandu jiġi interrott taħt l-istess kundizzjonijiet li jgħoddu għall-ammont marbut ma’ l-operat ikkonċernat.

    Artikolu 95

    Eċċezzjonijiet għat-taħlil awtomatiku mill-irbit

    Dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu biex jinħadem it-taħlil awtomatiku mill-irbit:

    a) dik il-parti tar-rabta ta’ l-estmi li għaliha tkun saret talba għall-ħlas iżda li r-rimborż tagħha kien ġie interrott, miżmum jew sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena n+2 skond l-Artikoli 89, 90 u 91. Jekk dawn l-ammonti fl-aħħarnett jitqisux jew le jiddependi fuq ir-riżultat tal-problema li tkun ġejja miż-żamma, l-interruzzjoni jew mis-sospensjoni tal-ħlas.

    b) dik il-parti tar-rabta ta’ l-estmi li għaliha tkun saret talba għall-ħlas iżda li r-rimborż tagħha jkun limitat minħabba nuqqas ta’ risżorsi ta’ l-estmi.

    c) dik il-parti tar-rabta ta’ l-estmi li għaliha ma kienx possibbli li ssir talba aċċettabbli għall-ħlas għal raġunijiet ta’ force majeure li jkunu jolqtu serjament l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat. L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti fuq l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-operat kollu jew ta’ parti minnu.

    Artikolu 96

    Il-Proċedura

    1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fi żmien tajjeb lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet ikkonċernati kulmeta jkun hemm riskju li jiġi applikat it-taħlil awtomatiku mir-rabta imsemmi fl-Artikolu 92. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru u lill-awtoritajiet ikkonċernati dwar l-ammont tat-taħlil awtomatiku mir-rabta; dan jinkiseb mit-tagħrif li l-Kummissjoni jkollha fil-pussess tagħha.

    L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn żmien mid-data li huwa jkun irċieva dak it-tagħrif biex jiftiehem dwar l-ammont jew biex jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha twettaq it-taħlil awtomatiku mir-rabta sa mhux aktar minn disa’ xhur wara l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 92.

    2. L-għajnuna tal-Fondi għall-programm ta’ l-operat għandha titnaqqas, għas-sena ikkonċernata, mill-ammont li jkun inħall awtomatikament mir-rabta. L-Istat Membru għandu jipproduċi pjan finanzjarju rivedut biex jifrex l-ammont imnaqqas ta’ l-għajnuna fuq il-prijoritajiet tal-programm ta’ l-operat. F’każ ta’ nuqqas, il-Kummissjoni għandha tnaqqas fi proporzjon l-ammonti allokati għal kull prijorità.

    TAQSIMA 8 L-GħELUQ PARZJALI

    Artikolu 97

    L-Għeluq parzjali

    1. L-għeluq parzjali ta’ programmi ta’ l-operat jista’ jsir f’perjodi magħżula mill-Istat Membru.

    L-għeluq parzjali għandu jkollu x’jaqsam ma’ ħidmiet li jkunu tlestew u li għalihom ikun sar ħlas finali lill-benefiċjarju sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena n-1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-operat għandu jitqies li jkun lest fejn il-ħidmiet li jkun hemm taħtu jkunu saru u l-benefiċjarju jkun irċieva l-ħlas ta’ l-aħħar jew fejn il-benefiċjarju jkun wera dokument ta’ effett ekwivalenti lill-awtorità tat-tmexxija.

    2. L-ammont tal-ħlasijiet li jikkorrispondu għal operat li jkun tlesta għandu jintwera fir-rendikonti tan-nefqa.

    L-għeluq parzjali għandu jsir fuq kundizzjoni li sat-30 ta’ Ġunju tas-sena n, l-awtorità tat-tmexxija tibgħat lill-Kummissjoni dawn li ġejjin:

    a) rendikont tan-nefqa dwar dak l-operat;

    b) dikjarazzjoni li tiċċertifika l-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet ikkonċernati mir-rendikont tan-nefqa; din għandha tinħareġ mill-awtorità ta’ l-awditjar għall-programm imsemmi fl-Artikolu 61.

    Artikolu 98

    Iż-Żamma tad-dokumenti

    1. L-awtorità tat-tmexxija għandha jkollha disponibbli għall-Kummissjoni lista ta’ operazzjonijiet lesti li għalihom ikun sar il-ħlas ta’ l-aħħar.

    2. L-awtorità tat-tmexxija għandha tiżgura li d-dokumenti ta’ appoġġ kollha dwar in-nefqa u l-awditjar fuq l-operat ikkonċernat għandhom jibqgħu disponibbli għall-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri. Id-dokumenti għandhom jinżammu mill-inqas għal perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq parzjali ta’ programm ta’ l-operat, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jikkontrollaw l-għajnuna ta’ l-Istat. Id-dokumenti għandhom jinżammu jew fl-istat oriġinali jew f’verżjonijiet iċċertifikati li huma konformi ma’ l-oriġinal fuq mezzi ta’ żamma ta’ data li huma aċċettabbli minn kulħadd. Dan il-perjodu għandu jitwaqqaf jew fil-każ ta’ proċeduri legali jew fuq it-talba tal-Kummissjoni li fiha din għandha tagħti r-raġunijiet tagħha.

    3. Kull korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu saru skond l-Artikoli 99 u 100 dwar operat li jkun suġġett għal għeluq parzjali għandhom ikunu bħala korrezzjonijiet finanzjarji netti.

    KAPITOLU II KORREZZJONIJIET FINANZJARJI

    TAQSIMA 1 IL-KORREZZJONI FINANZJARJA MILL-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 99

    Il-Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

    1. L-Istati Membri għandhom l-ewwel iġorru r-responsabbiltà biex jistħarrġu irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq ix-xhieda ta’ kull bidla kbira li tolqot in-natura ta’ jew il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni jew il-kontroll ta’ l-għajnuna u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa.

    2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa b’rabta ma’ irregolaritajiet individwali jew sistematiċi li jkunu nstabu fl-operat jew fil-programmi ta’ l-operat. Il-korrezzjonijiet li jsiru minn Stat Membru għandhom jinkludu l-irkurpu ta’ l-għajnuna kollha tal-Komunità jew ta’ parti minnha. L-Istat Membru għandu jqis in-natura u s-serjetà ta’ l-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fond.

    Il-Fondi tal-Komunità li jitħallew b’dan il-mod jistgħu jerġgħu jintużaw mill-ġdid mill-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru 2015 għall-programm ta’ l-operat ikkonċernat skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

    L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapport annwali tal-ħidma u l-kontroll li huma se jibagħtu lill-Kummissjoni, taħt l-Artikoli 61 u 66, lista tal-proċeduri ta’ tħassir li jkunu nbdew fis-sena kkonċernata.

    3. L-għajnuna tal-Fondi li tkun tħassret skond il-paragrafu 2 tista’ ma terġax tintuża mill-ġdid għall-operat li kien is-suġġett tal-korrezzjoni u, fejn tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal żball sistematiku, lanqas għall-operat li jaqa’ fil-prijorità fejn dan l-iżball sistematiku jkun sar.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 66 dwar kif dawn ikunu ddeċidew jew ipproponew li jużaw mill-ġdid il-Fondi mħassra u, jekk ikun xieraq, li jemendaw il-pjan finazjarju għall-programmm ta’ l-operat.

    4. Fil-każ ta’ irregolaritajiet sistematiċi l-Istat Membru għandu jwessa’ l-istħarriġ tiegħu biex ikopri l-operat kollu li x’aktarx jintlaqat.

    TAQSIMA 2 IL-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI MILL-KUMMISSJONI

    Artikolu 100

    Il-Kriterji għall-korrezzjonijiet

    1. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tħassar l-għajnuna kollha tal-Komunità jew ta’ parti minnha għall-programm ta’ l-operat, fejn wara li tkun wettqet l-istħarriġ meħtieġ din tikkonkludi li:

    a) jkun hemm nuqqas serju fis-sistema tat-tmexxija u l-kontroll tal-programm li jkun poġġa f’riskju l-għajnuna tal-Komunità li tkun tħallset diġà għall-programm;

    b) in-nefqa murija f’rendikont ta’ nefqa ċċertifikat tkun irregolari u ma tkunx ġiet korretta mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni taħt dan il-paragrafu;

    c) Stat Membru ma jkunx konformi ma’ l-obbligi li hemm taħt l-Artikolu 69 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni li hemm taħt dan il-paragrafu.

    2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha fuq każijiet individwali ta’ irregolarità li jkunu nstabu, waqt li titqies in-natura sistematika ta’ l-irregolarità biex jiġi stabbilit jekk għandhiex tiġi applikata korrezzjoni ta’ rata fissa jew estrapolata. Fejn il-każ ta’ l-irregolarità jkollu x’jaqsam ma’ rendikont ta’ nefqa li għalih tkun ingħatat assigurazzjoni pożittiva skond l-Artikolu 61(1), il-punt e) ii) fir-rapport annwali tal-kontroll, għandu jkun hemm preżunzjoni tal-problema sistematika li twassal biex issir korrezzjoni ta’ rata fissa jew estrapolata, sakemm l-Istat Membru jkun jista’ juri xhieda fi żmien xahrejn li hu jista’ jikkonfuta din il-preżunzjoni.

    3. Il-Kummissjoni għandha, meta din tiddeċiedi l-ammont tal-korrezzjoni, tqis l-importanza ta’ l-irregolarità u l-limitu u l-implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqassijiet li jkunu nstabu fil-programm ta’ l-operat ikkonċernat.

    4. Fejn il-Kummissjoni tibbaża l-pożizzjoni tagħha fuq il-fatti stabbiliti mill-awdituri għajr dawk tas-servizzi tagħha stess, din għandha tiġbed il-konklużjonijiet tagħha dwar il-konsegwenzi finanzjarji, wara li tkun stħarrġet il-miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat taħt l-Artikolu 70, ir-rapporti pprovduti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1681/94, u kull tweġiba li tkun ingħatat mill-Istat Membru.

    5. Meta Stat Membru ma jħarisx l-obbligi tiegħu kif hemm imsemmi fl-Artikolu 13(4), il-Kummissjoni tista’ tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tħassar l-għajnuna kollha tal-Komunità jew parti minnha lill-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 101

    Il-Proċedura

    1. Qabel ma tieħu deċiżjoni fuq korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftaħ il-proċedura billi tgħarraf lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet provviżorji u titlob lill-Istat Membru biex dan jissottometti l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn.

    Fejn il-Kummissjoni tipproponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi ta’ estrapolazzjoni jew rata fissa, l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li juri, bi stħarriġ fuq il-fajls ikkonċernati, li l-limitu attwali ta’ irregolarità kien anqas minn dak tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista’ jillimita l-għan ta’ dan l-istħarriġ għal proporzjon jew kampjun xieraq tal-fajls ikkonċernati. Ħlief f’każijiet li jkunu ġġustifikati kif xieraq, iż-żmien awtorizzat għal dan l-istħarriġ m’għandux ikun aktar minn perjodu ieħor ta’ xahrejn wara l-perjodu ta’ xahrejn l-ieħor imsemmi fuq.

    2. Il-Kummissjoni għandha tqis kull xhieda li tingħata mill-Istat Membru matul dak il-perjodu stabbilit.

    3. Fejn l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, dan għandu jkun mistieden mill-Kummissjoni għal smigħ, li fih iż-żewġ naħat, f’kooperazzjoni bbażata fuq is-sħubija, jagħmlu sforz biex jilħqu ftehim dwar l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet li għandhom jittieħdu minnhom. Jekk fi żmien sitt xhur mid-data tas-smigħ ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq il-korrezzjoni finanzjarja. Jekk ma jsir l-ebda smigħ, il-perjodu ta’ sitt xhur għandu jibda jgħodd mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet it-tiċħid ta’ l-Istat Membru biex dan jattendi għas-smigħ.

    Artikolu 102

    Il-Ħlas lura

    1. Kull ħlas lura li għandu jsir lill-Kummissjoni għandu jsir qabel id-data murija fl-ordni ta’ l-irkupru stabbilita skond l-Artikolu 81 tar-regoli ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-estmi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12]. Din id-data għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ ta’ l-ordni.

    2. Kull dewmien biex isir il-ħlas lura għandu jwassal biex jibdew jgħoddu l-interessi fuq il-kont ta’ l-aħħar pagament; dawn jibdew jgħoddu minn dik id-data u jintemm f’dik tal-ħlas attwali. Ir-rata ta’ l-interessi għandha tkun ta’ 1½ punti perċentwali fuq ir-rata applikata, fl-ewwel jum tax-xahar li fih tkun taqa’ dik id-data, mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operat tar-rifinanzjar ewlieni tiegħu.

    Artikolu 103

    L-Obbligi ta’ l-Istati Membri

    Korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni m’għandhiex tippreġudika b’xi mod l-obbligu ta’ l-Istat Membru biex dan jissokta bl-irkupri taħt l-Artikolu 100 u li jirkupra għajnuna pubblika taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

    TITOLU VIII

    IL-KUMITATI

    KAPITOLU I IL-KUMITAT TA’ L-ERDF, IL-FOND TAL-KOEŻJONI U L-KOORDINAZZJONI TAL-FOND

    Artikolu 104

    Il-Kumitat u l-proċedura

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ l-ERDF, il-Fond tal-Koeżjoni u l-Koordinazzjoni tal-Fond (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: il-“kumitat”).

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tgħodd, skond l-Artikolu 7(3) ta’ din.

    3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura tat-tmexxija stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tgħodd, skond l-Artikolu 7(3) ta’ din.

    Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qed ikun iffissat għal xahar.

    4. Il-kumitat għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

    5. Il-EIB u l-EIF għandhom jaħtru rappreżentant li ma jkollux id-dritt tal-vot.

    KAPITOLU II IL-KUMITAT TAĦT L-ARTIKOLU 147 TAT-TRATTAT

    Artikolu 105

    Il-Kumitat taħt l-Artikolu 147 tat-Trattat

    1. Il-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 147 tat-Trattat li jgħin lill-Kummissjoni fit-tmexxija tal-ESF, għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed tal-gvern, rappreżentant wieħed ta’ l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u minn rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem minn kull Stat Membru. Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli biex imexxi l-Kumitat jista’ jiddelega dik ir-responsabbiltà lil uffiċjal anzjan tal-Kummissjoni.

    2. Kull Stat Membru għandu jaħtar sostitut għal kull rappreżentant ta’ kull kategorija msemmija fil-paragrafu ta’ qabel. Fin-nuqqas ta’ memebru wieħed, is-sostitut għandu jkun intitolat awtomatikament biex jieħu sehem fil-proċeduri.

    3. Il-membri u s-sostituti għandhom jinħatru mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għal perjodu ta’ tliet snin. Dawn jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid. Il-Kunsill għandu, fejn għandha x’taqsam il-kompożizzjoni tal-Kumitat, jagħmel ħiltu biex jiżgura li jkun hemm rappreżentanza ġusta tal-gruppi differenti kkonċernati. Għall-punti fuq l-aġenda li jkunu jaffettwawhom, il-EIB u l-EIF jistgħu jaħtru rappreżentant li ma jkollux id-dritt tal-vot.

    4. Il-Kumitat għandu jkun kkonsultat fejn dan jiddiskuti l-kwistjonijiet li ġejjin:

    a) abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fuq l-oqsfa ta’ referenza strateġika nazzjonali;

    b) il-kategoriji ta’ miżuri ta’ għajnuna teknika msemmija fl-Artikolu 43 fil-każ ta’ appoġġ mill-ESF.

    5. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kumitat fuq kwistjonijiet oħrajn għajr dawk msemmija fil-paragrafu 4.

    TITOLU IX

    DISPOżIZZJONIJIET TA’ L-AħħAR

    Artikolu 106

    Dispożizzjonijiet transitorji

    1. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifikazzjoni, inkluż it-taħsira sħiħa jew parzjali, ta’ l-għajnuna li tkun ġiet approvata mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolamenti (KEE) Nru 2052/88, (KEE) Nru 4253/88, (KE) Nru 1164/94 u (KE) Nru 1260/1999, jew kull leġislazzjoni oħra li tkun tgħodd għal dik l-għajnuna fil-31 ta’ Diċembru 2006.

    2. Fit-tfassil ta’ l-għajnuna tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tqis kull miżura li tkun ġiet approvata mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jkollha riperkussjonijiet finanzjarji matul il-perjodu kopert b’dik l-għajnuna.

    3. Somom parzjali mogħtija għall-għajnuna li jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u l-31 ta’ Diċembru 2006, u li għalihom id-dokumenti meħtieġa għat-tmiem ta’ l-għajnuna ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sa għeluq iż-żmien għas-sottomissjoni tar-rapport finali, għandhom jinħallu mill-irbit mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, waqt li jsir il-ħlas lura ta’ flus li ma jkunux tħallsu kif xieraq.

    Id-dokumenti meħtieġa għat-tmiem ta’ l-għajnuna għandhom ikunu t-talba għall-ħlas tal-bilanċ, ir-rapport ta’ implimentazzjoni ta’ l-aħħar u d-dikjarazzjoni li tkun saret minn persuna jew dipartment li jkollhom funzjoni indipendenti mill-entità tat-tmexxija; din ta’ l-aħħar għandha tiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet ta’ l-awditjar li jkun sar u l-assessjar tal-validità tat-talba għall-ħlas tal-bilanċ ta’ l-aħħar kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet koperti biċ-ċertifikat finali tan-nefqa, kif imsemmi fl-Artikolu 38(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.L-ammonti marbuta ma’ ħidmiet jew programmi li jkunu ġew sospiżi minħabba proċeduri legali jew appelli amministrattivi li jkollhom effett ta’ sospensjoni m’għandhomx jitqiesu biex jinħadem l-ammont tat-taħlil awtomatiku.

    Artikolu 107

    Klawsola ta’ reviżjoni

    Il-Kunsill għandu jirrevedi dan ir-Regolament sa mhux aktar mill-31 ta’ Diċembru 2013 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 161 tat-Trattat.

    Artikolu 108

    Ir-Revoka

    Ir-Regolament (KE) Nru 1260/99 qed jiġi hawnhekk irrevokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1260/99 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 109

    Id-Dħul fis-seħħ

    Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Dan għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    […]

    ANNESS

    IL-FONDI STRUTTURALI U L-FOND TAL-KOEŻJONI

    It-Taqsim ta’ kull sena ta’ l-approprijazzjonijiet ta’ rabta għas-snin 2007 sa l-2013(imsemmija fl- Artikolu 15)

    (Miljun Euro – prezzijiet ta’ l-2004)

    +++++ TABLE +++++

    LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT

    +++++ TABLE +++++

    1. BUDGET LINE(S) + HEADING(S)

    2. OVERALL FIGURES

    2.1. Total allocation for action (Part B): 336 194 € million for commitment

    2.2. Period of application:

    1 January 2007 – 31 December 2013

    2.3. Overall multiannual estimate of expenditure:

    (a) Schedule of commitment appropriations/payment appropriations (financial intervention) (see point 6.1.1)

    € million ( to three decimal places)

    +++++ TABLE +++++

    (b) Technical and administrative assistance and support expenditure (see point 6.1.2)

    +++++ TABLE +++++

    +++++ TABLE +++++

    (c) Overall financial impact of human resources and other administrative expenditure (see points 7.2 and 7.3)

    Les besoins en ressources humaines et administratives seront couverts à l’intérieure de la dotation allouée à la DG gestionnaire dans le cadre de la procédure d’allocation annuelle.

    L'allocation de postes dépendra d'une part de l'organisation interne de la prochaine Commission et d'autre part d'une éventuelle réallocation de postes entre services suite aux nouvelles perspectives financières.

    +++++ TABLE +++++

    2.4. Compatibility with financial programming and financial perspective

    [X] Proposal is compatible with existing financial programming.Cette proposition est compatible avec la proposition de la Commission pour les perspectives financiers 2007-2013 [COM(2004)101 final du 10.02.2004]. Elle s’inscrit dans le cadre de la rubrique 1 « Croissance durable ».

    Proposal will entail reprogramming of the relevant heading in the financial perspective.

    Proposal may require application of the provisions of the Interinstitutional Agreement.

    2.5. Financial impact on revenue: [13]

    [X] Proposal has no financial implications (involves technical aspects regarding implementation of a measure)

    OR

    Proposal has financial impact – the effect on revenue is as follows:

    (NB All details and observations relating to the method of calculating the effect on revenue should be shown in a separate annex.)

    (€ million to one decimal place)

    +++++ TABLE +++++

    4. LEGAL BASIS

    Article 161

    5. DESCRIPTION AND GROUNDS

    Voir document « Analyse d'impact étendue de la proposition de paquet législatif portant révision des règlements applicables à la gestion des fonds structurels et de cohésion ».

    6. FINANCIAL IMPACT

    6.1. Total financial impact on Part B - (over the entire programming period)

    (The method of calculating the total amounts set out in the table below must be explained by the breakdown in Table 6.2. )

    6.1.1. Financial intervention

    Commitments (in € million to three decimal places)

    +++++ TABLE +++++

    6.1.2. Technical and administrative assistance, support expenditure and IT expenditure (commitment appropriations)

    +++++ TABLE +++++

    6.2. Calculation of costs by measure envisaged in Part B (over the entire programming period)[14]

    (Where there is more than one action, give sufficient detail of the specific measures to be taken for each one to allow the volume and costs of the outputs to be estimated.)

    Commitments (in € million to three decimal places)

    +++++ TABLE +++++

    If necessary explain the method of calculation

    7. IMPACT ON STAFF AND ADMINISTRATIVE EXPENDITURE

    7.1. Impact on human resources

    +++++ TABLE +++++

    7.2. Overall financial impact of human resources

    +++++ TABLE +++++

    The amounts are total expenditure for twelve months.

    7.3. Other administrative expenditure deriving from the action

    +++++ TABLE +++++

    The amounts are total expenditure for twelve months.

    1 Specify the type of committee and the group to which it belongs.

    +++++ TABLE +++++

    (In the estimate of human and administrative resources required for the action, DGs/Services must take into account the decisions taken by the Commission in its orientation/APS debate and when adopting the preliminary draft budget (PDB). This means that DGs must show that human resources can be covered by the indicative pre-allocation made when the PDB was adopted.

    Exceptional cases (i.e. those where the action concerned could not be foreseen when the PDB was being prepared) will have to be referred to the Commission for a decision on whether and how (by means of an amendment of the indicative pre-allocation, an ad hoc redeployment exercise, a supplementary/amending budget or a letter of amendment to the draft budget) implementation of the proposed action can be accommodated.)

    8. FOLLOW-UP AND EVALUATION

    8.1. Follow-up arrangements

    Un comité de pilotage est créé pour chaque programme opérationnel par l'État membre, en accord avec l'autorité de gestion après consultation des partenaires. Le comité de pilotage s'assure de l'efficacité et de la qualité de la mise en oeuvre de l'intervention. Il examine et approuve les critères de sélection des opérations financées, évalue périodiquement les progrès réalisés pour atteindre les objectifs spécifiques du programme opérationnel, examine les résultats de la mise en œuvre et examine et approuve le rapport annuel d'exécution et le rapport final d'exécution avant leur envoi à la Commission

    L'autorité de gestion et le comité de pilotage assurent le suivi au moyen d'indicateurs de résultat, y compris les indicateurs physiques, d’impact et financiers définis dans le programme opérationnel. Ces indicateurs se réfèrent au caractère spécifique du secteur de l’Etat membre et aux objectifs poursuivis. La Commission en partenariat avec les Etats membres et en conformité avec le principe de proportionnalité examine les indicateurs nécessaires au suivi et à l’évaluation du programme opérationnel.

    L'autorité de gestion envoie un rapport annuel d'exécution et de contrôle du programme opérationnel à la Commission, dans les six mois suivant la fin de chaque année civile entière de mise en oeuvre. Avant leur transmission à la Commission, chaque rapport est examiné et approuvé par le comité de pilotage.

    8.2. Arrangements and schedule for the planned evaluation

    Les programmes opérationnels des Etats membres pour la mise en œuvre du Fonds font l’objet d’une évaluation ex-ante, d’une évaluation intermédiaire et d’une évaluation ex-post.

    L’évaluation ex-ante vise à optimiser l’allocation des ressources budgétaires des programmes opérationnels et améliorer la qualité de la programmation. Elle est conduite sous la responsabilité de l’Etat membre.

    L’évaluation intermédiaire vise à examiner l’efficacité des programmes opérationnels en vue de leur adaptation pour améliorer la qualité des interventions et leur mise en œuvre. Elle est réalisée lorsque le suivi des programmes font apparaître que les réalisations s’écartent de manière significative des objectifs initialement prévus ou lorsque des modifications substantielles sont proposées. Elle est organisée à l’initiative de l’autorité de gestion, en concertation avec la Commission ou à l’initiative de la Commission en concertation avec l’autorité de gestion.

    L’évaluation ex-post est conduite sous la responsabilité de la Commission en concertation avec l’Etat membre et l’autorité de gestion qui doit assurer la collecte des données nécessaires à sa réalisation. Elle est finalisée au plus tard deux ans à la fin de la période de programmation, les principaux résultats sont intégrés dans les rapports de clôture des programmes.

    9. ANTI-FRAUD MEASURES

    La Commission s’assure de l’existence et du bon fonctionnement dans les Etats membres des systèmes de gestion et de contrôle. Elle se base également sur les rapports annuels de contrôle et sur ses propres contrôles sur place pour vérifier le bon fonctionnement des ces systèmes. La Commission coopère avec les autorités nationales d’audit des programmes opérationnels, avec lesquelles elles se réunit au moins une fois par an.

    En cas de défaillance des systèmes de gestion et de contrôle nationaux, la Commission interrompt, retient ou réduit tout ou partie des paiements.

    La Commission peut effectuer des corrections financière en annulant tout ou partie de la contribution communautaire pour un programme opérationnel lorsqu’elle constate qu’il existe des déficiences dans les systèmes de gestion et de contrôle qui mettent en péril les contributions communautaires déjà octroyées, que les déclarations des dépenses sont irrégulières et n’ont pas fait l’objet de mesures de correction par les Etats membres ou que les Etats membres n’ont pas donné suite aux observations formulées par la Commission sur le rapport annuel d’exécution et de contrôle établit par l’autorité de gestion.

    [1] ĠU C […], […], p. […].

    [2] ĠU C […], […], p. […].

    [3] ĠU C […], […], p. […].

    [4] ĠU C […], […], p. […].

    [5] ĠU L 161, is-26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tas-Sħubija ta’ l-2003.

    [6] ĠU L […], […], p. […].

    [7] ĠU L 154, il-21.6.2003, p. 1.

    [8] ĠU L 184, is-17.7.1999, p. 23.

    [9] ĠU L 134, it-30.4.2004, p. 114.

    [10] ĠU L 248, is-16.9.2002, p. 1

    [11] ĠU L 145, id-31.5.2001, p. 43.

    [12] Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ĠU L 357, it-31.12.2002.

    [13] For further information, see separate explanatory note.

    [14] For further information, see separate explanatory note.

    Top