EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004DC0841

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas legali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi {SEG(2004)1639}

/* KUMM/2004/0841 finali */

52004DC0841

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas legali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi {SEG(2004)1639} /* KUMM/2004/0841 finali */


Brussel 29.12.2004

KUMM(2004) 841 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas legali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi {SEG(2004)1639}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas legali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi

WERREJ

1. Daħla……..………………………………………………………………………... 3

2. Għanijiet u Azzjoni….………………………………..………………………..... .. 3

2.1. Assigurazzjoni ta’ Suq Intern li jaħdem tajjeb fl-ambitu tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi………………………………………………………………………….............. 3

2.2. Kisba ta’ effiċjenza akbar fix-xiri pubbliku, titjib tal-kontroll u l-kompetittività…. 8

2.3. Ħidma biex ikun hemm qafas internazzjonali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi………………………………………………………………..…………. ........... 11

3. Implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni u Monitoraġġ għax-xiri b’mezzi elettroniċi ..……................................................................................................................... 11

1. DAħLA

Din il-Komunikazzjoni tipproponi Pjan ta’ Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi adottat f’April ta’ l-2004 bħala parti mill-pakkett leġislattiv tad-Direttivi dwar ix-Xiri Pubbliku, 2004/18/KE u 2004/17/KE. Dawn jipprovdu qafas koerenti sabiex ix-xiri b’mezzi elettroniċi jsir b’mod miftuħ, trasparenti u bla diskriminazzjoni, jistabbilixxu regoli għall-offerti pubbliċi b’mezzi elettroniċi u jiffissaw il-kondizzjonijiet għal tekniki moderni tax-xiri msejsa fuq mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni.

Jekk ix-xiri b’mezzi elettroniċi jinfirex b’mod aktar ġenerali, il-gvernijiet jistgħu jiffrankaw sa 5% fuq l-infiq, u sa bejn 50-80% fuq l-ispejjeż tat-transazzjonijiet kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-fornituri. Filwaqt li huwa diffiċli tikkwantifika l-benefiċċji f’termini ta’ kompetizzjoni u effiċjenza għall-UE b’mod ġenerali, it-titjib fil-kompetizzjoni u fl-effiċjenza fis-swieq tax-xiri pubbliku jista’ ikollu effett – b’mod dirett jew indirett – fuq l-ekonomija kollha u jaf ikollu sehem importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Lisbona.

Madankollu, l-introduzzjoni b’mod mhux xieraq tax-xiri b’mezzi elettroniċi tippreżenta perikli kbar ta’ tifrik tas-suq. L-ostakli legali, tekniċi u ta’ organizzazzjoni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat tax-xiri elettroniku huma fost l-akbar sfidi għal min ifassal il-politika.

Il-konsultazzjonijiet bħala parti mill-valutazzjoni ta’ l-impatt, li qiegħda ssir mill-Kummissjoni[1], jikkonfermaw il-ħtieġa ta’ Pjan ta’ Azzjoni. L-Istati Membri, dawk li applikaw għas-sħubija u l-intrapriżi kummerċjali huma lesti biex jipparteċipaw f’dan il-Pjan. Il-Kummissjoni qiegħda tibni fuq l-isforzi li saru biex ikunu mmodernizzati s-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku biex dawn isiru aktar miftuħa u kompetittivi, u qiegħda tipproponi miżuri fuq dawn is-sisien:

- Tiżgura Suq Intern li jaħdem tajjeb fl-ambitu tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi;

- Tikseb effiċjenza akbar fix-xiri u ttejjeb il-kontroll;

- Taħdem biex ikun hemm qafas internazzjonali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi.

2. GħANIJIET U AZZJONI

2.1. Tiżgura Suq Intern li jaħdem tajjeb fl-ambitu tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi

2.1.1. Timplimenta il-qafas legali b’mod korrett u fil-ħin

L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-qafas legali l-ġdid sal-31 ta’ Jannar 2006, iżda xi dewmien ma jistax ikun eskluż. Jeħtieġ li d-disposizzjonijiet il-ġodda dwar ix-xiri b’mezzi elettroniċi jkunu adottati mill-aktar fis sabiex ikunu evitati l-ostakli u t-tfixkil tal-kompetizzjoni. Importanti ħafna wkoll għall-iżvilupp rapidu u l-użu effettiv tax-xiri b’mezzi elettroniċi min-naħa ta’ l-operaturi ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom iħaddmu l-mezzi kollha sabiex josservaw it-terminu tad-Direttivi.

Interpretazzjoni ħażina jew diverġenti tar-regoli l-ġodda tista’ toħloq ostakli għall-kummerċ bejn il-pajjiżi u fl-aħħar mill-aħħar twassal għat-tifrik’ tas-suq. Il-Kummissjoni sejra teżamina mill-viċin it-traspożizzjoni u tinkoraġġixxi skambju xieraq ma’ l-Istati Membri fl-istadju ta’ abbozz ma’ l-Istati Membri sabiex tiffaċilita l-fehim tal-qafas legali. L-istess Kummissjoni sejra toħroġ dokument li jinterpreta l-ħtiġiet legali għax-xiri b’mezzi elettroniċi. Fl-istess ħin, ikunu pprovduti dimostraturi ħarrieġa li jissimulaw l-ambjent elettroniku l-ġdid sabiex jgħinu fit-taħriġ ta’ l-amministrazzjonijiet u l-intrapriżi.

L-ewwel kwart ta’ l-2005 Il-Kummissjoni toħroġ dokument li jinterpreta r-regoli l-ġodda għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi L-ewwel kwart ta’ l-2005 Il-Kummissjoni tipprovdi dimostraturi ħarrieġa b’mezzi elettroniċi sabiex l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi, li jidħlu għall-obbligazzjonijiet kontrattwali, jkollhom l-opportunità li jsiru midħla tad-disposizzjonijiet u l-għodod il-ġodda tax-xiri elettroniku L-2005 Il-Kummissjoni tagħti l-assistenza meħtieġa lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-disposizzjonijiet legali l-ġodda |

2.1.2. Ittemm il-qafas legali bl-għajnuna tal-għodod bażiċi xierqa

Min-notifiki kollha mibg ħuta għall-pubblikazzjoni fit-TED[2], 90 % minnhom għadhom jinbagħtu fuq karta. Il-formoli standard stabbiliti fid-Direttiva 2001/78/KE tejbu xi ftit is-sitwazzjoni. Madankollu, l-ipproċessar tagħhom xorta jinvolvi spejjeż kbar, joħloq dewmien fil-pubblikazzjoni u ta’ jżid il-periklu li jsiru l-iżbalji.

Id-Direttivi l-ġodda ma jaħsbux għal sistema ta’ notifiki kollha kemm hija b’mezzi elettroniċi; dan ma jkunx fattibbli fi żmien qasir minħabba l-livelli differenti ta’ żvilupp u penetrazzjoni tal-mezzi elettroniċi fl-Istati Membri. Minflok, intgħażel metodu maqsum f’fażijiet. Kmieni fl-2005, il-Kummissjoni sejra tadotta Regolament dwar formoli standard li jaġġustaw il-formoli eżistenti skond l-elementi introdotti bid-Direttivi l-ġodda, eż., irkanti b’mezzi eletrroniċi, sistemi ta’ xiri dinamiċi u profili tax-xerrejja. Sa tmiem l-2006, il-Kummissjoni sejra tipproponi ġenerazzjoni ġdida ta’ formoli standard elettroniċi strutturati li jaħsbu għall-ġbir, l-ipproċessar u t-tixrid elettroniċi tan-notifiki kollha ta’ xiri pubbliku li jaqgħu taħt id-Direttivi. Din il-ġenerazzjoni l-ġdida għandha tiffaċilita l-produzzjoni awtomatika tas-sommarji fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ l-UE, u ma humiex mistennija diffikultajiet biex tkun integrata fis-sistemi ta’ xiri b’mezzi elettroniċi li joperaw bħalissa. Għandu jkun ikkunsidrat ukoll li jsir direttorju tax-xerrejja pubbliċi ta’ l-UE.

Id-Direttivi l-ġodda jagħmlu użu mill-Vokabularju Komuni għax-Xiri (CPV), introdott bir- Regolament 2195/2002/KE, mandatorju. Ix-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi joħloq possibbiltajiet ġodda għall-użu taċ-CPV, eż., l-istrutturar u l-analiżi ta’ l-infiq għal dan it-tip ta’ xiri, jew il-ġbir ta’ statistika. Bħalissa hemm għaddejja r-reviżjoni taċ-CPV sabiex tkun aġġustata għall-użu f’ambjent kollu kemm hu elettroniku. Għal dan il-għan, tnieda studju li l-Istati Membri u partijiet oħra interessati se jkunu mistiedna jikkontrwixxu għalih b’mod attiv. Jekk jitwettaq b’suċċess, għandu jwassal għal mudell ta’ klassifikazzjoni internazzjonali ta’ livell mondjali fl-ambitu tal-kuntratti tax-xiri pubbliku.

Fil-bidu ta’ l-2005 Il-Kummissjoni tadotta Formoli Standard ġodda bil-konsiderazzjoni tal-proċeduri l-ġodda u l- mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni Sal-bidu ta’ l-2006 Il-Kummissjoni tippreżenta proposti għar-reviżjoni tal-Vokabularju Komuni għax-Xiri bbażati fuq ir-riżultati ta’ l-istudju ta’ stħarriġ li għaddej bħalissa Sa tmiem l-2006 Il-Kummissjoni tippreżenta pjan għal sistema sħiħa elettronika għall-ġbir u l-pubblikazzjoni ta’ notifiki ta’ xiri fuq it-TED Sa tmiem l-2007 L-Istati Membri jimplimentaw is-sistemi elettroniċi sħaħ fuq livell nazzjonali. Dan għandu jinkludi l-għodod neċessarji għall-ġbir awtomatiku u l-pubblikazzjoni fuq it-TED |

2.1.3. Tneħħi / tiiprevjeni l-ostakli fl-ambitu tal-proċeduri tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi

Fost l- ostakli li l-aktar ibeżżgħu lill-intrapriżi fil-kummerċ ta’ bejn il-pajjiżi nsibu d-disinn fqir tas-sistemi li bihom isiru l-offerti u standards inkompatibbli fit-teknoloġija ta’ l-informatika (IT). Id-diversità u l-inkompatibilità ta’ soluzzjonijiet tekniċi jistgħu jagħmulha impossibbli għall-fornituri li jaċċedu għas-sistemi ta’ xiri b’mezzi elettroniċi jew jaqtgħulhom qalbhom meta jiġu biex jipparteċipaw, minħabba diffikultajiet żejda jew spejjeż miżjuda. L-ostakli jistgħu jeżistu f'termini ta’ karatteristiċi kemm funzjonali kif ukoll tekniċi.

Bit-tqegħid tas-sistemi tax-xiri fuq il-meżżi elettroniċi, l-Istati Membri għandhom f’kull stadju jimxu mal-kunċett bażiku li l-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-għodod użati fis-sistemi tax-xiri pubbliku b’mezzi eletttroniċi ma jridux ikunu diskriminatorji, għandhom ikunu disponibbli u u interoperabbli b’mod ġenerali u ma għandhom bl-ebda mod joħonqu l-aċċess min-naħa ta’ l-operaturi ekonomiċi għall-proċedura ta’ l-offerti.

Sabiex ikunu evitat il-ħolqien ta’ ostakli elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultati ta' l-analiżi funzjonali tal-ħtiġiet tal-Kummissjoni ippreparati mill-IDA[3] fl-abbozzar tal-liġijiet d-disinn ta’ sistemi ta’ xiri b’mezzi elettroniċi. Ir-riżultati tal-proġett għandhom ikunu rratifikati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fid-dawl tad-dokument interpretattiv li għandu jinħareġ mill-Kummissjoni fl-2005.

Sabiex tinbena l-fiduċja fix-xiri b’mezzi elettroniċi, l-iżvilupp ta’ skemi li jivvalutaw jekk hemmx konformità għandu jkun inkoraġġit. Il-Kummissjoni tirrikmanda b’mod qawwi li l-Istati Membri, dejjem skond id-Direttivi, jintroduċu jew iżommu skemi ta' akkreditazzjoni volontarja biex jiżguraw li s-sistemi ta' xiri b'mezzi elettroniċi jkunu skond il-ħtiġiet tad-Direttivi. Jidher li hija mixtieqa skema Ewropea li tibni fuq u li tintegra l-iskemi nazzjonali sabiex tiżgura li s-Suq Intern ikun jista’ jitħaddem mingħajr xkiel. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw, permezz ta’ studju ta’ fattibilità, l-iżvilupp ta' tali skema TRUST ( T ransparent R eliable U nhindered S ecure T endering) i bbażata fuq il-ħtiġiet funzjonali.

Ċerti problemi orizzontali jistgħu wkoll ixekklu u jaffettwaw b’mod ħażin il-ħidma tas-Suq Intern u l-varar tax-xiri b'mezzi elettroniċi. Id-diffikultajiet li jista’ jkun hemm huma marbuta ma’ l-użu ta’ firem elettroniċi avvanzati, b’mod partikulari dawk il-firem ibbażati fuq ċertifikat kwalifikat u li jiħolqu permezz ta’ apparat li joħloq firem ta’sigurtà (aktar ’il quddiem imsejħa ‘firem ikkwalifikati’).

Id-Direttivi l-ġodda ma jgħidux liema tip ta’ firma elettronika għandha tintuża fl-offerti b'mezzi elettroniċi. Għaldaqstant, l-Istati Membri – li kollha għandhom kunċetti differenti inkwantu il-firem legali – jistgħu jagħżlu l-livell li jeħtieġu skond id-Direttiva 1999/93/KE dwar firem elettroniċi. Madankollu, id-Direttivi jobbligaw lil kull xerrej pubbliku fl-UE biex effettivament jagħraf, jirċievi u jipproċessa l-offerti sottomessi, jekk meħtieġ, permezz ta’ firma kkwalifikata flimkien maċ-ċertifikati li jakkumpanjawha, irrispettivament mill-post ta’ l-oriġini fl-UE jew il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ukoll meta jkollhom dokumenti ta’ oriġini differenti (jiġifieri, minn konsorzju ta’ fornituri) u possibbilment, ikollhom firem ta’ livelli differenti minn sorsi differenti (jiġifieri minn awtoritajiet nazzjonali differenti).

Minħabba dan, ix-xiri b’mezzi elettroniċi huwa l-ewwel settur li fih l-intrapriżi jinqdew b’firem ikkwalifikati fit-transazzjonijiet ma’ l-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru mhux ta’ l-istess pajjiż. Id-differenzi sinifikanti li hemmeżistenti bejn il-firem ikkwalifikati kif meħtieġa f’xi Stati Membri għandha għaldaqstant toħloq tħassib kbir. Il-problemi ta’ l-interoperabbiltà li ħarġu minkejja l-eżistenza ta’ l-istandards[4], u l-assenza ta’ suq Ewropew matur għal dawn it-tipi ta’ firem jippreżentaw xkiel reali u li x’aktarx jippersisti għax-xiri b’mezzi elettroniċi bejn il-pajjiżi[5].

Proġett bl-isem ta’ Bridge/Gateway CA kien varat taħt il-programm ta’ l-IDA fl-2002. Dan kellu jindirizza l-problema ta’ għarfien ta’ u l-fiduċja fiċ-ċertifikati elettroniċi maħruġa minn Awtoritajiet ta’ Ċertifikazzjoni differenti (CAs) fi ħdan il-qafas tat-tpartit ta’ posta u firem żguri b’mezzi elettroniċi bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali differenti. Ir-riżultati tal-programm pilota Bridge/Gateway CA , li jinkludu rakkomandazzjonijiet dwar aspetti tekniċi, ta’ organizzazzjoni u ta’ operazzjoni għandhom ikunu disponibbli sa nofs l-2005. Minkejja li uħud mill-problemi li kellhom x’jaqsmu max-xiri b’mezzi elettroniċi kienu indirizzati, dan żgur li ma huwiex biżżejjed biex il-problemi msemmija aktar kmieni jissolvew qabel id-data ta’ għeluq stabbilita għall-2006. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikompli jibnu fuq dak li sar qabel u jaħdmu flimkien fuq proġett li jista’ jitwettaq biex tinsab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr, ibbażata fuq il-prinċipju tal-għarfien reċiproku. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni hija favur soluzzjoni li tittestja u tmexxi ‘l quddiem dawk is-soluzzjonijiet li jiffavorixxu l-użu ta’ firem ikkwalifikati bejn il-pajjiżi. Kull soluzzjoni li tkun identifikata għandha tkun faċli li tkun applikata fl-oqsma l-oħra ta’ attività. Intant, il-Kummissjoni tirrikmanda lill-Istati Membri li jeżaminaw kull miżura transitorja adattata, eż. il-konferma fuq werqa karta ta’ l-offerti li l-firem elettroniċi tagħhom ma jikkorrispondux ma’ dik meħtieġa.

In-nuqqas ta’ għodod ġeneralizzati u interoperabbli fl-ambitu ta’ l-ordnijiet u l-fatturi elettroniċi tas-Suq Intern joħloq ukoll bosta ostakli li jxekklu l-parteċipazzjoni ugwali tal-fornituri fix-xiri b’mezzi elettroniċi. Fil-preżent, dawn it-transazzjonijiet, fil-prattika, jintużaw ftit li xejn u fuq bażi li ma hijiex obbligatorja biss. Il-Kummissjoni tibqa’ teżamina s-sitwazzjoni waqt li jsir it-tiftix għas-soluzzjonijiet fi ħdan il-qafas ta’ l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni mibdija mill-UE.

Fl-2005 L-Istati Membri u l-Kummissjoni jittestjaw, jirfinaw u jirratifikaw ir-riżultati tal-ħtiġiet funzjonali komuni ta’ l-IDA għal sistemi ta’ xiri b’mezzi elettroniċi, ibbażati fuq l-istudju tal-ħtiġiet funzjonali komuni ta’ l-IDA ta’ l-2004 Kmieni fl-2006 L-Istati Membri jaraw li s-sistemi kollha tax-xiri b’mezzi elettroniċi kienu irranġati skond il-ħtiġiet tad-Direttivi Sa nofs l-2005 L-Istati Membri jintroduċu skemi ta’ akkreditazzjoni nazzjonali li jivverifikaw li s-sistemi ta’ sottomissjoni ta’ offerti b’mezzi elettroniċi fi ħdan il-qafas legali, qegħdin ikunu osservati Sa tmiem l-2005 Permezz ta’ studju li juri l-possibbiltà ta’ twettiq, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaraw jekk huwiex il-każ li tkun introdotta skema Ewropea għall-verifika ta’ l-osservanza Fl-2005-2006 Il-Kummissjoni tipproponi azzjoni taħt il-programm ta’ l-IDA biex tgħin lill-Istati Membri jikkoordinaw l-implimentazzjoni ta’ l-użu ta’ firem ikkwalifikati avvanzati biex jissolvew il-problemi ta’ l-interoperabbiltà[6] Sal-31 ta’ Jannar 2006 L-Istati Membri jadottaw, jekk mitluba mil-liġijiet nazzjonali, il-firem elettroniċi kkwalifikati interoperabbli |

2.1.4. Tinduna u tindirizza il-problemi ta’ interoperabbiltà fuq medda ta’ żmien

Fid-dawl ta’ dak li hemm miktub hawn fuq, jidher ċar li l-problemi ta’ l-interoperabbiltà qegħdin jippersistu jew għadhom jistgħu joħorġu. Uħud minnhom ġa kienu osservati u azzjonijiet adattati kienu introdotti; oħrajn għandhom jinkixfu permezz ta’ gap analysis tal-bżonnijiet fl-ambitu ta’ l-interoperabbiltà fix-xiri b’mezzi elettroniċi li bħalissa qiegħed jitwettaq mill-CEN/ISSS[7]. Madankollu, l-interoperabbiltà għandha tibqa’ kawża għall-ansjetà. Minħabba l-iżviluppi tekniċi u ta’ operazzjoni jeħtieġ li s-sistemi eżistenti, li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tax-xiri, jkunu riveduti u mtejba. L-istandards f’dan l-ambitu huma mmexxija mis-suq. Għandha tkun ikkunsidrata ukoll l-informazzjoni relevanti meħuda mill-proġetti tal-RTD fl-ambitu ta’ l- e-government. Il-gvernijiet għandhom jimxu u jaħdmu skond soluzzjonijiet li jkunu interoperabbli bejn il-partijiet differenti involuti jew fuq livel nazzjonali jew Ewropew, u għandhom iżommu akkont ta’ l-iżviluppi fil-kummerċ elettroniku ta’ bejn l-intrapriżi (B2B) sabiex ma jiddaħħalx feles bejn is-swieq ta’ xiri privat u dak pubbliku.

Il-Kummissjoni tkompli teżamina s-sitwazzjoni li minnha jistgħu joħorġu problemi ta’ interoperabbiltà fis-Suq Intern u fil-kummerċ internazzjonali u, jekk meħtieġ, tikkunsidra l-ħruġ ta’ mandati ta’ l-istandardizzazzjoni. Tkun ħaġa tajba jekk jitkompla x-xogħol attwali mibdi mill- workshop ta’ l-IDA dwar ix-xiri b’mezzi elettroniċi, u l-monitoraġġ ta’ l-iżviluppi sabiex titqassam l-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-prattiki tajba.

SA l-1 kwart ta’ l-2005 CEN/ISSS ittemm il-gap analysis fuq il-bżonnijiet ta’ l-interoperabbiltà biex ikun hemm xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi 2005-2007 Il-Kummissjoni tipproponi li tkompli l-attivitajiet fl-ambitu tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi taħt il-programm tal-IDABC fuq it-tpartit u d-diskussjoni ta’ problemi ta’ interoperabbiltà, u tkompli teżamina l-iżviluppi fl-Istati Membri 2005-2007 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmexxu ‘l quddiem l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fuq livell Ewropew u jżommu kuntatt ma’ entitajiet ta’ standardizzazzjoni internazzjonali |

2.2. Tikseb effiċjenza akbar fix-xiri pubbliku, ittejjeb il-kontroll u l-kompetittività

2.2.1. Iżżid l-effiċjenza fix-xiri pubbliku u ttejjeb il-kontroll

It-tmexxija tas-settur tax-xiri għal fuq il-mezzi ta’ l-elettronika teħtieġ bidliet legali, istituzzjonali u ta’ organizzazzjoni fuq bosta livelli.L-Istati Membri jkollhom jiddeċiedu fuq it-tip u l-iskop tax-xiri li jridu jpoġġu fuq is-sistema elettronika, il-politika li trid tkun implimentata, is-sistemi u l-għodod li jridu jintużaw u l-livell ta’ amministrazzjonijiet involuti. Ir-riskji ta’ falliment ma humiex ftit. Għaldastant, ikun essenzjali li dawn l-isforzi jkunu ppjanti u eżaminati.

L-effiċjenza akbar tiddependi fuq il-grad ta’ awtomazzjoni fl-ambitu tax-xiri pubbliku b’mod ġenerali, minkejja li żvilupp mifrux fuq fażijiet x’aktarx li jżied l-importanza tal-benefiċċji fis-settur pubbliku u dak privat. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jittrasferixxu l-aspetti kollha tal-pakkett leġislattiv fil-liġijiet nazzjonali b’mod li jiftiehem. Madakollu, il-gvernijiet iridu jkunu jistgħu jimmodulaw u jirranġaw l-implimentazzjoni ta’ għodod u tekniki elettroniċi ġodda fuq medda ta’ żmien. B’mod partikulari, għandhom jagħmlu mezz li ma jkunx hemm il-possibbiltà ta’ ċentralizzazzjoni eċċessiva jew abużiva tax-xiri, l-użu mhux xieraq ta’ irkanti elettroniċi u preferenza għas-sistemi ta’ xiri magħluqa (eż. ftehim qafas) minflok is-sistemi miftuħa. Tali prattika tista’ tikkanċella l-benefiċċji li jinħolqu bħala riżultat ta’ effiċjenza mtejba.

Sabiex isir l-aħjar użu mill-benfiċċji, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjani nazzjonali li magħhom jinżiedu l-pjanijiet individwali, fuq kollox fejn jidħlu x-xerrejja b’ċertu saħħa kummerċjali. Il-proponiment ta’ għanijiet uniformi u modijiet ta’ kif jista’ jkun ġeneralizzat ix-xiri b’mezzi elettroniċi ma jidhirx li huwa utli, peress li l-kondizzjonijiet f’kull Stat Membru jvarjaw b’mod konsiderevoli. Fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri f’dan l-eżerċizzju u tiffaċilita t-tixrid u t-tqassim ta’ l-informazzjoni. L-istess Kummissjoni tikkontrolla ukoll l-iżviluppi permezz ta’ indikaturi adegwati billi tuża l-informazzjoni meħuda mill-banka tad-dati tat-TED. In-Netwerk tax-Xiri Pubbliku stabbilit f’Kopenħagen f’Jannar ta’ l-2003 jaf jipprovdi forum utli għat-tpartit bejn l-Istati Membri.

It-titjib fl-effiċjenza jiddependi ukoll fuq l-awtomazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ transazzjonijiet bħalma huma l-fatturi, l-ordnijiet u l-pagamenti. Illum, minn stadju bikri, l-iżvilupp tagħhom x’aktarx li jaqbad ritmu tajjeb minħabba l-pressjoni ta’ l-istandardizzazzjoni u l-awtomazzjoni tas-sistemi finanzjarji u dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-estimi. Wara mandat maħruġ mill-Kummissjoni, il-CEN/ISSS ivvalutat l-ħtiġiet ta’ l-istandards u waslet fil-punt fejn qiegħda tiffinalizza materjal ddettaljat li jservi ta’ gwida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 115/KE/2001 dwar il-fatturi elettroniċi. Barra dan, l-IDA qiegħed imexxi proġett għall-iżvilupp ta’ l-iskemi XML għax-xiri b’mezzi elettroniċi, inklużi l-fatturi u l-ordnijiet bl-istess mezzi. Sforzi f’dan l-ambitu għandhom jitkomplew sabiex jintlaħqu soluzzjonijiet interoperabbli.

Politiki nazzjonali bil-kemm jistgħu jiżviluppaw bil-kwalità mistennija mingħajr stampa ċara tas-swieq tax-xiri. L-informazzjoni statistika eżistenti fil-parti l-kbira tagħha tibqa’ inkompluta u l-mekkaniżmi għall-ġbir ta’ l-informazzjoni huma organizzati b’mod pjuttost fqir. Ix-xiri b’mezzi elettroniċi joffri l-opportunità biex titranġa s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni sejra tmexxi il-Kumitat Konsultattiv dwar Kuntratti Pubbliċi (ACPC) u l- Working Group ta’ l-Informazzjoni ta’ l-Istatistika, sabiex jieħdu l-akbar vantaġġ possibbli mill-introduzzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda tax-xiri b’mezzi elettroniċi.

Sa tmiem l-2005 Kull Stat Membru jrid jipprepara pjan nazzjonali għall-introduzzjoni tax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi li fih ikun hemm il-miri tat-twettiq li jistgħu jitkejlu, dejjem bl-attenzjoni mogħtija lill-bżonnijiet nazzjonali speċifiċi Sa tmiem l-2005 Kull Stat Membru jinkoraġġixxi t-tlestija ta’ pjani simili minn xerrejja nazzjonali individwali, u l-koordinazzjoni u l-montoraġġ ta’ l-implimentazzjoni tagħhom Fl-2005-2006 Il-Kummissjoni tkompli x-xogħol ta’ monitoraġġ fuq il-fatturi elettroniċi permezz tal-CEN/ISSS u tipproponi l-issoktar ta’ l-attivitajiet tal-XML imwettqa fl-2003-2004 fuq fatturi u ordnijiet elettroniċi taħt l-IDABC Sa tmien l-2006 L-Istati Membri jistabbilixxu sistemi elettroniċi effiċjenti għall ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni statistika tax-xiri |

2.2.2. Iżżid il-kompetittività fis-swieq tax-xiri pubbliku fl-UE

Il-konsultazzjoni elettronika min-naħa tal-Kummissjoni ma’ l-intrapriżi kummerċjali uriet li l-aspett prinċipali tal-komputerizzazzjoni tax-xiri pubbliku, kien it-trasparenza, flimkien mal-fiduċja murija fil-proċeduri ta’ kif jinħarġu l-għotjiet. Il-mezzi elettroniċi joffru trasparenza akbar peress li l-informazzjoni dwar kuntratti titwassal aktar faċilment u fil-ħin, u jnaqqsu l-opportunitajiet u l-inċentivi għall-azzjonijiet dolużi. Jistgħu ukoll itejbu l-kontroll tax-xiri min-naħa tal-gvern, il-monitoraġġ u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-prattiki relatati mat-tixrid ta’ l-informazzjoni dwar kuntratti tista’ tvarja minn Stat Membru għal ieħor, u l-istess għall-ħtiġiet tat-traċċabilità u tal-verifika tal-kontijiet fl-operazzjonijiet tax-xiri b’mezzi elettroniċi. In-Netwerk tax-Xiri Pubbliku jaf ikollu funzjoni attiva fit-tpartit ta' l-informazzjoni u l-prattiki relatati ma’ dawn l-argumenti. Il-Kummissjoni tista' tappoġġja eżerċizzju ta’ benchmarking bil-għan li jkunu mqabbla u mkejla l-ħidmiet f’dan l-ambitu.

Il-parti l-kbira ta’ l-intrapriżi jikkunsidraw li x-xiri b’mezzi elettroniċi għandu jirrikjedi inqas sforz meta mqabbel mal-proċeduri tradizzjonali. Id-disposizzjonijiet u l-linjigwida amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri għax-xiri kienu ideati minħabba l-immaniġġjar ta’ l-operazzjonijiet li kienu jaslu fuq werqa karta. Il-mezzi elettroniċi joffru opportunitajiet ġodda biex il-proċeduri jsiru aktar effiċjenti u biex il-fornituri jiffrankaw il-ħin u l-flus. Is-suċċess jiddependi minn kemm il-proċeduri li soltu jsiru mingħajr l-użu tal-mezzi elettroniċi jibdew isiru proprju b’dawn il-mezzi. Biex dan iseħħ jeħtieġ li jkun hemm proċess ta’ ħsieb dwar is-servizz offrut u l-proċessi differenti jridu jingħataw bixra ġdida.

Sabiex ix-xiri b’mezzi elettroniċi jilħaq firxa usa’, huwa importanti li jittieħdu l-passi kollha biex jitnaqqas il-piż regolatorju. L-istandardizzazzjoni u l-istrutturar tad-dokumenti kummerċjali, kif ukoll il-bżonn ta’ aktar uniformità fid-dokumenti marbuta mal-proċess ta’ l-offerti għandhom jgħinu sabiex ċerti prattiki ta’ xiri jsiru awtomatizzati u jippermettu li ż-żewġ naħat jikkonċentraw fuq dak li huwa importanti fix-xirja.

Każ tipiku ta’ burokrazija jikkonċerna l-ħafna ċertifikati u dokumenti kummerċjali meħtieġa. Rari huma dawk il-każi li dawn jikunu disponibbli f’format elettroniku. Barra dan l-użu tagħhom irid ikun faċli u aċċettabbli għall-pajjiżi kollha. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu janalizzaw u jqabblu r-riżultati milħuqa f’dan l-ambitu fuq livell nazzjonali fi ħdan il-qafas ta’ l-ACPC bil-għan li sa kmieni fl-2006 jintlaħaq ftehim fuq sett komuni ta’ ċertifikati elettoniċi, l-aktar fuq dawk li jintalbu ta’ spiss. Ix-xiri b’mezzi elettroniċi għandu jservi ta’ bażi tajba għat-testijiet li jsiru fl-iżvilupp ta’ tali servizzi ta’ l- e-government . Il-Kummissjoni tipproponi lill-Istati Membri li jimxu fuq dawn il- passi.

Argument importanti ieħor jinvolvi il-katalogi elettroniċi. It-tqassim u l-użu tagħhom huwa importanti b’mod partikulari, sabiex l-intrapriżi żgħar u dawk medji (SMEs) ikunu involuti fix-xiri pubbliku. L-applikazzjonijiet attwali joffru l-opportunità lill-intrapriżi li jippreżentaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-entitajiet li jixtiquhom għall-prezzijiet, ħinijiet u sforzi raġonevoli. In-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet u standards uniformi fejn jidħlu l-katalogi jfisser li hemm ir-riskju li jkun hemm fis-suq, applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tas-settur pubbliku. Ix-xogħol involut biex isir qafas ta’ standards rigward l-ikkatalogar għaddej bħalissa f' workshop speċifiku tal-CEN/ISSS. Sabiex jitkompla l-proċess involut fil-proġett tal-ħtiġiet funzjonali ta’ l-IDA huwa meħtieġ li l-użu tal-katalogi elettroniċi fis-sistemi dinamiċi ta’ xiri u l-qafas tax-xiri b'mezzi elettroniċi jkunu studjati aktar u ttestjati.

Finalment, l-intrapriżi qegħdin jistennew li x-xiri b’mezzi elettroniċi jżied l-opportunitajiet għall-kuntatti kummerċjali, jiffaċilita l-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi l-oħra u jġiegħlu lill-proċeduri ta’ xiri jirħasu u jsiru aktar malajr. Ix-xiri pubbliku joffri potenzjal enormi għall-SMEs. Sabiex jinkoraġġixxu dawk l-SMEs interessati fil-kuntratti pubbliċi, l-Istati Membri għandhom kull interess li jmexxu ‘l quddiem sistemi standard għax-xiri bbażati fuq teknoloġiji sempliċi eżistenti, u jaddattaw l-opportunitajiet ta’ kuntratti b’mod u maniera li l-SMEs ma jkunux esklużi.

It-tieni nofs ta’ l-2005 Il-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi servizzi għall-forniment elettroniku ta’ informazzjoni u ċertifikati kummerċjali fix-xiri pubbliku fl-implimentazzjoni tagħhom taħt il-programm IDABC Fl-2005-2006 L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu fuq sett komuni ta’ ċertifikati elettroniċi l-aktar mitluba għall-użu fil-proċeduri tax-xiri pubbliku Fl-2005 Il-Kummissjoni tipproponi li tvara studju dwar il-katalogi elettroniċi fl-ambitu tas-sitemi dinamiċi ta’ xiri u l-ftehim qafas fl-elettronika billi tinqeda bix-xogħol magħmul mill-CEN/ISSS taħt il-programm IDABC Fl-2005 In-Netwerk tax-Xiri Pubbliku jvara eżerċizzju ta’ benchmarking fuq it-trasparenza, traċċabilità u l-verifika tal-kontijiet fejn jidħlu s-sistemi tax-xiri b’mezzi elettroniċi Fl-2006 In-Netwerk tax-Xiri Pubbliku jorganizza workshops biex imexxi ’l quddiem it-tpartit ta’ informazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ l-offerti Bejn l-2005 u l-2007 L-Istati Membri jvaraw u jappoġġjaw kampanji speċifiċi li jqajmu kuxjenza, kif ukoll programmi ta’ taħriġ immirati lejn l-SMEs fuq livell nazzjonali u reġjonali |

2.3. Taħdem biex tilħaq qafas internazzjonali għax-xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi

Waqt li x-xiri b’mezzi elettroniċi jiżviluppa mad-dinja kollha, il-ftehim internazzjonali attwali ma jirregolax l-użu tiegħu. Għażliet kemm legali kif ukoll tekniċi fis-sistemi tax-xiri b’mezzi elettroniċi jistgħu jnaqqsu l-opportunitajiet ta’ xiri għall-intrapriżi ta’ l-UE involuti ma' terzi pajjiżi, u jistgħu joħonqu l-aċċess tal-fornituri mit-terzi pajjiżi għas-suq ta’ l-UE. Il-Kummissjoni sejra teżamina l-iżviluppi biex tiżgura li l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ xiri ġdid fi ħdan l-UE jirrifletti bi sħiħ l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ l-Unjoni, waqt li fl-istess ħin tieħu l-inizjattiva neċessarja biex tadatta d-dixxiplini internazzjonali. Il-Kummissjoni tosserva ukoll b'attenzjoni l-inizjattivi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni kemm attwali kif ukoll futuri.

Il-Kummissjoni tikkunsidra ukoll kull aġġustament li jkun neċessarju u kemm jista’ jitwettaq ix-xiri b’mezzi elettroniċi fil-kuntest ta’ l-istrumenti ta’ għajnuna esterna ta’ l-UE. Ġa tikkoopera mill-viċin ma’ entitajiet internazzjonali bħalma huma l-Bank Dinji biex tiżgura li t-twettiq ta’ xiri ffinanzjat minn dawn it-terzi pajjiżi ma jkunx ta’ ostaklu għall-fornituri ta’ l-UE. Finalment, tieħu l-miżuri kollha neċessarji mmirati lejn il-qsim ta’ esperjenzi u kisbiet fi ħdan l-UE ma’ pajjiżi li għadhom jiżviluppaw.

Fl-2005 Il-Kummissjoni tirsisti għan-negozjati fuq ir-reviżjoni tal-Ftehim dwar ix-Xiri Governattiv (GPA) Fl-2007 Il-Kummissjoni tieħu inizjattivi fil-GPA sabiex timxi lejn l-utilizzazzjoni ta’ nomenklatura komuni waħdanija għall-klassifikazzjoni tax-Xiri ta’ oġġetti u servizzi Fl-2005-2007 Il-Kummissjoni tmexxi ’l quddiem l-attivitajiet ta’ u tikkoopera ma’ entitajiet u fora ta’ standardizzazzjoni internazzjonali sabiex ikun evitat it-tfaċċar ta’ l-ostakli teknoloġiċi ta’ l-interoperabbiltà fuq livell internazzjonali Fl-2005-2007 Il-Kummissjoni tikkoopera man-netwerk ta’ Banek ta’ l-Iżvilupp Multilaterali (MDBs) bil-għan li tikkoordina l-assistenza teknika lit-terzi pajjiżi li jappoġġaw ir-riorganizzazzjoni u l-komputerizzazzjoni tas-sistemi tagħhom ta’ xiri pubbliku Fl-2005 Il-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe aġġustament li jkun neċessarju u l-possibbiltà ta’ twettiq tax-xiri b’mezzi elettroniċi fil-kuntest ta’ l-istrument ta’ għajnuna esterni fi ħdan l-UE |

3. TIMPLIMENTA PJAN TA’ AZZJONI U MONITORAġġ GħAX-XIRI B’MEZZI ELETTRONIċI

Tul perjodu twil, il-komputerizzazzjoni tal-prattiki ta’ xiri pubbliku jkollu impatt fuq il-mod kif ikunu organizzati l-prattiki ta’ xiri pubbliku nazzjonali. L-implimentazzjoni b’suċċess tax-xiri b’mezzi elettroniċi tista’ titlob bidla fil-prattiki amministrattivi, mhux biss dawk magħquda direttament mal-proċess tax-xiri, iżda ukoll, b’mod indirett, mar-reviżjoni ta’ l-estimi finanzjarji. Aktar ma jseħħu malajr, aħjar ikun għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri għall-Pjan ta’ Azzjoni jipprovdu l-aħjar taħlita sabiex il-benfiċċji potenzjali involuti fit-tqegħid tax-xiri pubbliku fuq il-mezzi elettroniċi, jkunu sfruttati kemm jista’ jkun, filwaqt li r-riskji jitnaqqsu. Il-pajjiżi li applikaw għas-sħubija jkunu assoċjati mill-viċin ma’ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Il-Kummissjoni megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kuntratti Pubbliċi jżomm għajnejh fuq il-progress li jsir kollu kemm huwa. Sa tmiem l-2007, il-Kummissjoni terġa’ tirrevedi s-sitwazzjoni u tagħmel rapport dwar ir-riżultati miksuba; f’kwalunkwe ħin tista’, jekk ikun neċessarju, tipproponi azzjoni korrettiva jew miżuri addizzjonali.

LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT

Policy area(s): Internal Market Activit(y/ies): IDABC Programme, Standardisation, Publications |

TITLE OF ACTION: ACTION PLAN FOR THE IMPLEMENTATION OF THE LEGAL FRAMEWORK FOR ELECTRONIC PUBLIC PROCUREMENT |

1. BUDGET LINES

1.1. Budget lines (operational lines and related technical and administrative assistance lines (ex- B. A lines)) including headings.

The administrative and operational expenditure form part of and are covered by, the existing budget lines and programmes and do not lead to the commitment of supplementary credits with regard to official Commission financial programming.

MARKT

12.0201 Implementation and development of the Internal Market

OPOCE

260201 Procedures for awarding and advertising public supply, works and services contracts

ENTR

020403 Standardisation and approximation of legislation

02020401 Pan-European eGovernment services to public administrations, enterprises and citizens (IDAbC)

02010405 Pan-European eGovernment services to public administrations, business and citizens (IDABC) - Administrative expenditure

1.2. Duration of the action and of the financial impact:

2005-2007

1.3. Budgetary characteristics ( add rows if necessary) :

Budget line | Type of expenditure | New | EFTA contribution | Contributions from applicant countries | Heading in financial perspective |

120201 | Non-comp | Diff[1] | NO | YES | NO | No [3] |

020403 | Non-comp | Diff | NO | NO | NO | No [3] |

260201 | Non-comp | Diff | NO | NO | NO | No [3] |

02020401 | Non-comp | Diff | No | YES | NO | No [3] |

02010405 | Non-comp | Non-Diff | No | YES | NO | No [3] |

2. SUMMARY OF RESOURCES

2.1. Financial Resources

2.1.1. Summary of commitment appropriations (CA) and payment appropriations (PA)

EUR million (to 3 decimal places)

Expenditure type | Section no. | Year n (2005) | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 and later | Total |

Operational expenditure[8] |

Commitment Appropriations (CA)[9] | 8.1 | a | 1,15 | 1,35 | 0,705 | 3,205 |

Payment Appropriations (PA) | b | 0,855 | 0,875 | 0,875 | 0,6 | 3,205 |

Administrative expenditure within reference amount[10] |

Technical & administrative assistance (NDA) | 8.2.4 | c | 0,080 | 0,080 | 0,080 | 0,240 |

TOTAL REFERENCE AMOUNT |

Commitment Appropriations | a+c | 1,23 | 1,43 | 0,785 | 3,445 |

Payment Appropriations | b+c | 0,935 | 0,955 | 0,955 | 0,6 | 3,445 |

Administrative expenditure not included in reference amount[11] The needs for human and administrative resources shall be covered within the allocation granted to the managing DG in the framework of the annual allocation procedure |

Human resources and associated expenditure (NDA) | 8.2.5 | d | 0,594 | 0,594 | 0,594 | 1,782 |

Administrative costs, other than human resources and associated costs, not included in reference amount (NDA) | 8.2.6 | e | 0,109 | 0,109 | 0,109 | 0,327 |

Total indicative financial cost of intervention

TOTAL CA including cost of Human Resources | a+c+d+e | 1,933 | 2,133 | 1,488 | 5,554 |

TOTAL PA including cost of Human Resources | b+c+d+e | 1,638 | 1,658 | 1,658 | 0,6 | 5,554 |

2.1.2. Compatibility with Financial Programming

X Proposal is compatible with existing financial programming for 2005 and 2006.Pour l'année 2007, la proposition est conforme au nouveau cadre des perspectives financières 2007-2013, voir la Communication [COM(2004)101] de la Commission de février 2004.

( Proposal will entail reprogramming of the relevant heading in the financial perspective.

( Proposal may require application of the provisions of the Interinstitutional Agreement[12] (i.e. flexibility instrument or revision of the financial perspective).

2.1.3. Financial impact on Revenue

X Proposal has no financial implications on revenue

( Proposal has financial impact – the effect on revenue is as follows:

3. CHARACTERISTICS AND OBJECTIVES

Details of the context of the proposal are required in the Explanatory Memorandum. This section of the Legislative Financial Statement should include the following specific complementary information:

3.1. Need to be met in the short or long term

On 30 April 2004, the European Parliament and the Council have adopted Directives 2004/17/EC and 2004/18/EC as part of the legislative package of Procurement Directives. These Directives provide for the first time a coherent framework for conducting procurement electronically in an open, transparent and non-discriminatory way, establish rules for tendering electronically and fix the conditions for modern purchasing techniques based on electronic means of communication.

However, the move towards using electronic means in the procurement process is not without risks. Incorrect application of the new EU rules and discriminatory technical solutions and practices could fragment the Internal Market and increase the risk of inefficiencies and bad governance. Implementing the new EU provisions on electronic public procurement correctly and as quickly as possible will determine Europe’s capacity to keep open the markets for electronic public procurement and contribute to achieving the Lisbon objectives.

3.2. Value-added of Community involvement and coherence of the proposal with other financial instruments and possible synergy

The transformation of public procurement from procedures carried out on paper to electronic procedures is a complex operation which requires action and decisions at many levels beyond the simple transposition of the new rules by Member States. Organisational, technical and institutional issues should be addressed by governments in order to re-engineer existing processes for tendering and purchasing, and to exploit the available ICT solutions and tools. Adoption of the EU legal framework for the use of electronic means in the public procurement process was a first significant step in order to remove legal uncertainties and to establish the required safeguards for open, transparent and non-discriminatory public procurement using electronic means.

Use of electronic means should guarantee in practice that any business in Europe with a PC and internet connection can participate in a public purchase conducted electronically. Besides ensuring compliance with the legal framework, Community involvement is intended to provide guidance and impetus to Member States’ efforts and coordination. Through the Action Plan, it addresses risks and problems in particular in the following areas: legal environment; technical environment; administrative and organisational processes; businesses’ access to public procurement markets; knowledge-building, skills and awareness.

In doing so, Community action in relation to e-procurement may be expected to provide a coherent framework for introducing e-government services more generally and sustain convergence of RTD efforts in this field. Eventually, use of e-procurement at national, regional and local level in the Member States may also contribute to more efficient management of Community structural funds.

3.3. Objectives, expected results and related indicators of the proposal in the context of the ABM framework

To achieve generalised use of for electronic public procurement by 2010, the Commission proposes an Action Plan for a functioning Internal Market and good governance in electronic public procurement. The Action Plan shall assist Member States and facilitate implementation of the relevant provisions of the Directives correctly and in time, in particular with the aim:

- To prevent fragmentation, e.g. the emergence of new ‘e-barriers’ in EU public procurement markets;

- To provide the conditions for ensuring good governance and greater efficiency of public procurement markets and

- To work towards an international framework for electronic public procurement.

The Commission assisted by the Advisory Committee for Public Contracts will monitor overall progress in implementing the Action Plan. By the end of 2007, the Commission will review the situation and report on the results achieved. This assessment will concentrate on the progress achieved on the legal front, the development of the necessary infrastructures for carrying procurement electronically, the use of electronic means and progress achieved in implementing the Action Plan. An assessment of economic impacts would be rather premature as experience shows that benefits from such reforms take longer to materialise. The Commission will use the following indicators to monitor progress:

- Indicators for the implementation of the legal framework: Proper alignment of national legislations to the legislative package, e.g. transposition of all provisions on electronic public procurement in each Member State; implementation of the directives in due time; number of legal actions for failure in transposing into national legislation; date of transposition of the directives into national legislation.

- Indicators for use of electronic means in public procurement process: General development of electronic procurement across the Union, e.g. share of notices dispatched electronically by contracting authorities; share of tender documents accessible electronically; number and volume of dynamic purchasing systems; share of calls for tender using electronic auctions; share of cross-border procurement. And increased transparency and compliance in public procurement activities

- Economic indicators: statistical information is already being collected on public procurement markets; this information will be progressively extended to cover electronic means such as the share of central purchasing and evolution of dynamic purchasing systems. The Action Plan envisages improvements to collection and processing of procurement data at both, national and Community level.

To implement the Action Plan on e-procurement, the Commission intends to carry out a substantial number of actions, among which an Interpretative Communication on electronic public procurement and a Commission Regulation establishing standard forms for the publication of notices. In this context, the Commission will table proposals and take the appropriate initiatives according to the time-table set out in the Action Plan. It will provide the necessary legal support and assistance to the Member States for the transposition of the public procurement directives and monitor the application of Community law as well as organise meetings of the relevant committees, in particular, the Public Procurement Advisory Committee and the Working Group on e-procurement; it will also propose continuation of the activities of the e-procurement workshop managed under the IDA programme. In addition, meetings with Member States will be organised within the Statistics working group to improve data collection and explore solutions to automate it in view of the end-2006 deadline laid down in the e-procurement Action Plan. Finally, the Commission will participate actively in international fora and provide adequate input to international standardisation fora, most particularly on interoperability issues.

Commission output will be surveyed in terms of timely delivery and content of outputs; the completion of studies on time; compliance cost indicators for public procurement rules; appropriate impact assessments where applicable and the degree of acceptance from stakeholders. The quality of economic indicators will be judged by the quantity of reliable data available, and the fulfilment of EU statistical obligations.

3.4. Method of Implementation (indicative)

Show below the method(s)[13] chosen for the implementation of the action.

X Centralised Management

X Directly by the Commission

ٱ Indirectly by delegation to:

ٱ Executive Agencies

ٱ Bodies set up by the Communities as referred to in art. 185 of the Financial Regulation

ٱ National public-sector bodies/bodies with public-service mission

ٱ Shared or decentralised management

ٱ With Member states

ٱ With Third countries

ٱ Joint management with international organisations (please specify)

Relevant comments:

4. MONITORING AND EVALUATION

4.1. Monitoring system

4.2. Evaluation

4.2.1. Ex-ante evaluation

Extended impact assessment

4.2.2. Measures taken following an intermediate/ex-post evaluation (lessons learned from similar experiences in the past)

Not relevant

4.2.3. Terms and frequency of future evaluation

Review by the Commission and Advisory Committee for Public Contracts in 2007; if necessary, additional evaluation exercises will be considered.

[1] SEC (2004)1639, Valutazzjoni ta’ l-Impatt Estiża għal Pjan ta’ Azzjoni dwar xiri pubbliku b’mezzi elettroniċi, Dokument operattiv tal-ħaddiema tal-Kummissjoni

[2] ‘ Tenders Electronic Daily ’, il-websajt uffiċjali ta’ l-UE fejn li tippubblika n-notifiki kollha li jaqgħu taħt id-Direttivi dwar ix-Xiri Pubbliku.

[3] Il-programm ta’‘Skambju ta’ l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet’

[4] Skond id-Direttiva 1999/93/KE, standards tekniċi kienu mnieda fl- e-Sign Workshop fi ħdan l-ETSI ESI u l-CEN/ISSS

[5] Għal analiżi ddettaljata ara “L-aspetti tas-suq u legali tal-firem elettroniċi”, Studju għall-Kummissjoni Ewropea, Ċentru Interdixxiplinari għal-Liġi u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika CUL, Leuven, Ott. ta’ l-2003.

[6] Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw formalment id-Deċiżjoni 2004/387/KE fil-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi l-Programm IDABC. Billi jibni fuq il-merti tal-programm preċedenti ta’ l-IDA, l-għan tal-programm il-ġdid huwa li jidentifika, jappoġġa u jmexxi ‘l quddiem, l-iżvilupp ta’ servizzi elettroniċi pan-Ewropej fl- e-Government mill-2005.

[7] Centre Européen de Normalisation/Workshop fuq Sistemi ta’ Standardizzazzjoni fit-Teknoloġija ta’ l-Informatika.

[8] Expenditure that does not fall under Chapter xx 01 of the Title xx concerned.

[9] Investments by the Publications Office should over time considerably reduce expenditure for publications in the Official Journal.

[10] Expenditure within article xx 01 04 of Title xx.

[11] Expenditure within chapter xx 01 other than articles xx 01 04 or xx 01 05.

[12] See points 19 and 24 of the Interinstitutional agreement.

[13] If more than one method is indicated please provide additional details in the "Relevant comments" section of this point

Top