Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42019D1200

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2019/1200 tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-10 ta' Lulju 2019 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

ST/9964/2019/INIT

ĠU L 189, 15.7.2019, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1200/oj

15.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/69


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/1200 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-10 ta' Lulju 2019

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandat ta' tlieta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jintemm fil-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Jenħtieġ li jsiru ħatriet sabiex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025.

(3)

Is-Sur Roberto MASTROIANNI u s-Sinjura Ornella PORCHIA ġew innominati għall-ewwel mandat bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali biex jissostitwixxu lis-Sur Guido BERARDIS u lis-Sur Ezio PERILLO rispettivament.

(4)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-adegwatezza ta' dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li s-Sur Roberto MASTROIANNI jinħatar biex jissostitwixxi lis-Sur Guido BERARDIS, u li s-Sinjura Ornella PORCHIA tinħatar biex tissostitwixxi lis-Sur Ezio PERILLO għall-ewwel mandat bħala Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025:

Is-Sur Roberto MASTROIANNI,

Is-Sinjura Ornella PORCHIA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.

Il-President

M. RISLAKKI


Top