Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42018X1704

    Regolament Nru 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L2, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss [2018/1704]

    ĠU L 290, 16.11.2018, p. 1–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1704/oj

    16.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/1


    It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Regolament Nru 9 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L2, L4 u L5 fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss [2018/1704]

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Suppliment 3 tas-serje ta' emendi 07 – Data tad-dħul fis-seħħ: 10 ta' Ottubru 2017

    KONTENUT

    REGOLAMENT

    1.

    Kamp ta' applikazzjoni

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Marki

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet

    7.

    Modification and extension of approval of a vehicle type or a type of exhaust or silencing system(s)

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    11.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    12.

    Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    Annessi

    1.

    Komunikazzjoni

    2.

    Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

    3.

    Il-metodi u l-istrumenti għall-kejl tal-ħoss mill-vetturi motorizzati

    4.

    Limiti tal-livell massimu tal-ħoss (vetturi ġodda)

    5.

    Speċifikazzjonijiet għas-sit tat-test

    1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji L2, L4 u L5 (1) fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss.

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,

    2.1.

    “Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-livell tal-ħoss u s-sistema tal-egżost oriġinali bħala unità teknika ta' tip ta' vettura, li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    2.2.

    “Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi motorizzati li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

    2.2.1.

    Il-forma u materjali kostitwenti tal-karozzerija (b'mod partikolari l-kompartiment tal-magna u s-soundproofing tagħha);

    2.2.2.

    It-tul u l-wisa' tal-vettura;

    2.2.3.

    It-tip ta' magna (tqabbid bl-ispark jew tqabbid bil-kompressjoni; pistuni b'moviment alternat jew rotatorju; l-għadd u ċ-ċilindrata taċ-ċilindri; l-għadd u t-tip tal-karburaturi jew tas-sistemi ta' injezzjoni, l-arranġament tal-valvi; il-potenza netta massima nominali u l-veloċità nominali tal-magna).

    Għall-magni bil-pistuni b'moviment rotatorju, iċ-ċilindrata kubika għandha titqies bħala li hija d-doppju tal-volum tal-kompartiment.

    2.2.4.

    Il-mutur elettriku fil-każ ta' vettura elettrika ibrida.

    2.2.5.

    Is-sistema tal-mototrażmissjoni, b'mod partikolari l-għadd u l-proporzjonijiet tal-gerijiet tat-trażmissjoni u l-proporzjon finali.

    2.2.6.

    L-għadd, it-tip u l-arranġament tas-sistemi tal-egżost.

    2.3.

    “Potenza netta massima nominali” tfisser il-potenza nominali tal-magna kif definita fl-ISO 4106:2012.

    Is-simbolu Pn jindika l-valur numeriku tal-potenza netta massima nominali espressa f'kW.

    2.4.

    “Veloċità nominali tal-magna” tal-magna bil-kombustjoni tfisser il-veloċità li biha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha kif iddikjarata mill-manifattur. (2).

    Is-simbolu nrated jindika l-veloċità nominali tal-magna espressa f'min– 1.

    2.5.

    “Sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjar” tfisser sett sħiħ ta' komponenti meħtieġa sabiex jiġi limitat il-ħoss emess mill-vettura motorizzata u l-egżost tagħha.

    2.6.

    “Sistema oriġinali tal-egżost jew tas-silenzjar” tfisser sistema tat-tip li biha tkun mgħammra l-vettura fi żmien l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni. Din tista' tkun parti mit-tagħmir oriġinali jew sostituzzjoni.

    2.7.

    “Sistema tal-egżost jew tas-silenzjar ta' tipi differenti” tfisser sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar li jvarjaw f'aspetti essenzjali bħal:

    2.7.1.

    Li l-komponenti tagħhom ikollhom ismijiet jew marki kummercjali differenti;

    2.7.2.

    Li l-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu komponent ikunu differenti jew li l-komponenti jvarjaw fl-għamla jew fid-daqs;

    2.7.3.

    Li l-prinċipji tat-tħaddim ta' mill-inqas komponent wieħed ikunu differenti;

    2.7.4.

    Li l-komponenti tagħhom jiġu mmuntati b'mod differenti.

    2.8.

    “Komponent tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar” tfisser waħda mill-partijiet kostitwenti individwali li meta jkunu armati flimkien jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar (3).

    Jekk il-magna tkun mgħammra b'apparat tal-intake (filtru tal-arja u/jew assorbitur tal-ħoss fl-intake li jkun essenzjali sabiex tiġi żgurata konformità mal-limiti tal-livell tal-ħoss), dan l-apparat għandu jitqies bħala komponent tal-istess importanza bħas-sistema tal-egżost proprja, u jiġi inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn taħt u jkollu l-marki preskritti fil-paragrafu 4.1 ta' hawn taħt.

    2.9.

    “Massa ta' referenza” tfisser il-massa tal-vettura lesta għal tħaddim normali u armata bit-tagħmir li ġej:

    (a)

    Tagħmir elettriku sħiħ inklużi l-apparati tat-tidwil u tas-sinjalazzjoni pprovduti mill-manifattur;

    (b)

    L-istrumenti u l-fittings kollha meħtieġa minn kwalunkwe leġiżlazzjoni li fir-rigward tagħhom qed isir kejl tal-massa tal-vettura mingħajr tagħbija;

    (c)

    Il-varjetà kollha ta' likwidi meħtieġa sabiex ikun żgurat il-funzjonament korrett ta' kull parti tal-vettura u t-tank tal-fjuwil mimli mill-inqas sa 90 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur;

    (d)

    It-tagħmir awżiljarju ġeneralment ipprovdut mill-manifattur flimkien ma' dak li jkun meħtieġ għal tħaddim normali (kitt tal-għodod, carrier(s), windscreen(s), tagħmir protettiv, eċċ.);

    (e)

    il-massa tal-batterija tal-propulsjoni, jekk applikabbli.

    Is-simbolu mref jindika l-massa ta' referenza espressa f'kg.

    Noti:

    1.

    Fil-każ ta' vettura li taħdem b'taħlita ta' fjuwil/żejt:

    1.1.

    Meta l-fjuwil u ż-żejt ikunu mħallta minn qabel, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi tali taħlita lesta minn qabel ta' fjuwil u ta' żejt;

    1.2.

    Meta l-fjuwil u ż-żejt jiġu mkejla separatament, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi biss il-petrol. Iż-“żejt”, f'dan il-każ, diġà huwa inkluż fis-subparagrafu (c) ta' dan il-paragrafu.

    2.10.

    “Test mass” means the reference mass plus the combined mass of the driver and test equipment.

    Il-massa kkombinata tas-sewwieq u tat-tagħmir tat-test użat fuq il-vettura għandha tkun mhux aktar minn 90 kg u mhux inqas minn 70 kg. Jekk il-limitu ta' 70 kg minimu ma jintlaħaqx, għandhom jitqiegħdu piżijiet fuq il-vettura.

    Is-simbolu mt jindika l-massa tat-test espressa f'kg.

    2.11.

    “Veloċità massima tal-vettura” tfisser il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura kif imkejla skont ISO 7116:2011 għal vetturi tal-kategorija L2 u skont ISO 7117:2010 għal vetturi tal-kategoriji L4 u L5.

    Is-simbolu vmax jindika l-veloċità massima tal-vettura espressa f'km/h.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss għandha titressaq mill-manifattur tagħha jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat b'mod xieraq.

    3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

    3.2.1.

    Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip ta' vettura;

    3.2.2.

    Lista tal-komponenti, debitament identifikati, li jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar;

    3.2.3.

    Tpinġija tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura;

    3.2.4.

    Disinji dettaljati ta' kull komponent sabiex ikun jista' jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati.

    3.3.   Fuq it-talba tas-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jressaq ukoll kampjun tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar.

    3.4.   Vettura rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.

    4.   MARKI

    4.1.   Il-komponenti tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jkollhom fuqhom il-marki ta' identifikazzjoni li ġejjin:

    4.1.1.

    L-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar u tal-komponenti tagħha;

    4.1.2.

    Id-deskrizzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur;

    4.1.3.

    In-numri ta' identifikazzjoni tal-parts;

    4.1.4.

    Għas-silenzjaturi oriġinali kollha, il-marka “E” segwita bl-identifikazzjoni tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip lill-komponent (4).

    4.1.5.

    Kwalunkwe imballaġġ ta' parts ta' sostituzzjoni oriġinali għas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jiġi mmarkat b'mod leġibbli bil-kelmiet “original part” [“part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anki r-referenza tal-pajjiż ta' oriġini.

    4.1.6.

    Dan l-immarkar ma għandux ikun jista' jitħassar, għandu jkun leġibbli b'mod ċar u għandu jkun ukoll viżibbli, fil-pożizzjoni fejn il-komponent irid jiġi mmuntat fuq il-vettura.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6. u 7 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.

    5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri ta' dan in-numru (fil-preżent 07 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 07 li daħlet fis-seħħ fit-3 ta' Novembru 2013) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkludu l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m'għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura mgħammra b'tip ieħor ta' sistema tal-egżost jew tas-silenzjar jew lil tip ieħor ta' vettura.

    5.3.   In-notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula konformi mal-mudell muri fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' tpinġijiet yas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar (ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm), jew mitwijin għal dak il-format, u fuq skala xierqa.

    5.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

    5.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistinwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (4) u

    5.4.2.

    In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq.

    5.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra anness/i mal-Ftehim tal-1958, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq.

    5.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

    5.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura.

    5.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

    6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali

    6.1.1.   Il-vettura, il-magna tagħha u s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li l-vettura, waqt l-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li tista' tkun soġġetta għaliha, tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    6.1.2.   Is-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandha tkun iddisinjata, mibnija u mmuntata b'tali mod li tkun kapaċi tirreżisti l-azzjoni ta' korrużjoni li għaliha tiġi esposta.

    6.1.3.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq vettura motorizzata f'post faċilment aċċessibbli imma mhux bilfors viżibbli mill-ewwel:

    (a)

    Isem il-manifattur;

    (b)

    Il-veloċità mira tal-magna u r-riżultat finali tat-test fuq vettura wieqfa kif definit fil-paragrafu 3.1.4 tal-Anness 3.

    6.2.   Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss

    6.2.1.   Metodi tal-kejl

    6.2.1.1.   Il-ħoss emess mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel bil-metodu/i deskritt(i) fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament għall-vettura miexja u għall-vettura wieqfa (5); fil-każ ta' vettura b'mutur elettriku jew b'magna bil-kombustjoni interna li ma taħdimx meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss emess għandu jitkejjel biss meta l-vettura tkun miexja.

    Jekk il-vettura għandha programmi jew modalitajiet ta' softwer li jistgħu jintgħażlu mill-utent li jaffettwaw l-emissjoni tal-ħoss tal-vettura, dawn il-modalitajiet kollha għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu. L-ittestjar għandu jkun ibbażat fuq l-agħar xenarju possibbli.

    Għal vetturi elettriċi ibridi, it-testijiet għandhom jitwettqu darbtejn fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Kundizzjoni A: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta' ċarġ massimu tagħhom; jekk ikun hemm disponibbli aktar minn “modalità ibrida” waħda, għat-test għandha tintgħażel l-aktar modalità ibrida elettrika;

    (b)

    Kundizzjoni B: Il-batteriji għandhom ikunu fl-istat ta' ċarġ minimu tagħhom; jekk ikun hemm disponibbli aktar minn “modalità ibrida” waħda, għat-test għandha tintgħażel il-modalità bl-ogħla konsum tal-fjuwil.

    Ir-riżultat finali huwa dak l-ogħla fost ir-riżultati tat-test fil-kundizzjonijiet A u fil-kundizzjoni B.

    6.2.1.2.   Il-valur(i) mkejla skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1.1 ta' hawn fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    6.2.1.3.   Il-livell tal-ħoss determinat permezz tal-metodu deskritt fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, meta l-vettura miexja, ma għandux ikun ogħla mil-limiti preskritti (għal vetturi ġodda u għal sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar ġodda) fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament għall-kategorija li l-vettura tappartjeni għaliha.

    6.3.   Rekwiżiti addizzjonali

    6.3.1.   Dispożizzjonijiet ta' protezzjoni mit-tbagħbis

    Is-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar kollha għandhom jiġu mibnija b'tali mod li ma jippermettux it-tneħħija tal-baffles, tal-exit-cones u ta' partijiet oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-silenzjar/espansjoni. Meta l-inkorporazzjoni ta' parti bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata (eż. b'fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b'tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.

    6.3.2.   Sistemi multimodali tal-egżost jew tas-silenzjar

    Is-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar b'modalitajiet ta' tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jintgħażlu mis-sewwieq, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fil-modalitajiet ta' tħaddim kollha. Il-livelli ta' ħoss irrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta' ħoss.

    6.3.3.   Projbizzjoni tal-apparat ta' manipulazzjoni

    Il-manifattur tal-vettura ma għandux ibiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment kwalunkwe apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-ħoss ta' dan ir-Regolament, jekk dawn ma jkunux operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.

    7.   MODIFICATION AND EXTENSION OF APPROVAL OF A VEHICLE TYPE OR A TYPE OF EXHAUST OR SILENCING SYSTEM(S)

    7.1.   Kull modifika tat-tip ta' vettura jew tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura. L-Awtorità msemmija tista' mbagħad jew:

    7.1.1.

    Tqis li l-modifiki li jkunu saru x'aktarx mhux se jkollhom effett avvers sinifikanti; jew

    7.1.2.

    Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    7.2.   Konferma jew rifjut ta' approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' hawn fuq.

    7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din estensjoni u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell indikat fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

    8.1.   Kull vettura li jkollha fuqha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat, tkun mgħammra b'sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjar li biha tkun ġiet approvata u tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' hawn fuq.

    8.2.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritta fil-paragrafu 8.1 ta' hawn fuq, mill-produzzjoni tas-serja għandha tittieħed vettura li jkollha fuqha l-marka tal-approvazzjoni meħtieġa f'dan ir-Regolament. Il-produzzjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jekk il-livelli mkejla bl-użu tal-metodu deskritt fl-Anness 3 ma jkunux ogħla b'aktar minn 3 dB (A) mill-valur imkejjel waqt l-aċċettazzjoni, lanqas b'aktar minn 1 dB (A) mil-limiti preskritti fil-paragrafu 6.2.1.3 ta' hawn fuq.

    9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma tinżammx il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 ta' hawn fuq jew jekk il-vettura ma tgħaddix mit-testijiet previsti fil-paragrafu 8.2 ta' hawn fuq.

    9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell indikat fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' vettura jew ta' sistema tal-egżost jew tas-silenzjar approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell indikat fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    11.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    11.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

    11.2.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

    11.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.

    11.4.   Sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip, nazzjonali jew reġjonali, ta' vettura, approvat skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.

    11.5.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 07 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jkunux obbligati jaċċettaw, għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, vettura b'approvazzjoni tat-tip skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.

    11.6.   Notwithstanding the transitional provisions above, Contracting Parties whose application of this Regulation comes into force after the date of entry into force of the most recent series of amendments are not obliged to accept type approvals which were granted in accordance with any of the preceding series of amendments to this Regulation and are only obliged to accept type approval granted in accordance with the 07 series amendments.

    11.7.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjoni tat-tip skont is-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07 għal dan ir-Regolament.

    11.8.   Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07 għal dan ir-Regolament.

    12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.


    (1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.4, para. 2.

    (2)  Jekk il-potenza netta massima nominali tintlaħaq b'diversi veloċitajiet tal-magna, il-veloċità nominali tal magna tintuża f'dan ir-Regolament bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-potenza netta massima nominali.

    (3)  Dawn il-komponenti huma, b'mod partikolari, il-manifold tal-egżost, il-pajpijiet tal-egżost, il-kompartiment ta' espansjoni, is-silenzjatur proprja, eċċ. Jekk l-intake tal-magna jkun mgħammar b'filtru tal-arja u l-preżenza tal-filtru tkun essenzjali biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-limiti preskritti tal-livell tal-ħoss, il-filtru għandu jitqies bħala komponent tas-“sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjar” u jkollu l-marki preskritti fil-paragrafi 3.2.2. u 4.1.

    (4)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jidhru għal darb'oħra fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.4).

    (5)  It-test fuq vettura wieqfa jsir sabiex jipprovdi valur ta' referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu biex jiċċekkjaw il-vetturi li qed jintużaw.


    ANNESS 1

    Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TA' APPROVAZZJONI

    Mudell A

    (Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru. 9 bin-Numru tal-approvazzjoni 072439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 9 kif emendat mis-serje ta' emendi 07.

    Mudell B

    (Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru. 9 u Nru. 33 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-data meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 9 inkluda s-serje ta' emendi 07 u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


    (1)  It-tieni numru qed jingħata biss bħala eżempju.


    ANNESS 3

    IL-METODI U L-ISTRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-ĦOSS EMESS MINN VETTURI TAL-KATEGORIJI L2, L4 U L5

    1.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

    1.1.   Ġenerali

    L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell ta' pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windscreen rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti fl-IEC 61672-1:2013. Il-kejl għandu jsir bl-użu tal-ponderazzjoni tal-ħin “F” tal-istrument tal-kejl akustiku u tal-ponderazzjoni tal-kurva tal-frekwenza “A” deskritti wkoll fl-IEC 61672-1:2013. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn 30 ms. L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrumenti.

    1.2.   Il-kalibrazzjoni

    Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta' kejl, is-sistema kollha tal-kejl akustiku għandha tiġi verifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:2003. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun ta' inqas minn jew ta' 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandhomx jitqiesu.

    1.3.   Il-konformità mar-rekwiżiti

    Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tas-sistema tal-istrumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-1:2013 għandha tiġi vverifikata tal-anqas darba kull sentejn. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju awtorizzat biex iwettaq kalibrazzjonijiet skont l-istandards xierqa.

    1.4.   L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

    Il-veloċità rotazzjonali tal-magna għandha titkejjel bi strument bi preċiżjoni ta' mill-inqas ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li jkun qed isir.

    Il-veloċità tal-vettura fit-triq għandha titkejjel bi strumenti bi preċiżjoni minima ta' ± 0,5 km/h, fejn jintużaw apparati ta' kejl kontinwu. Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità tal-vettura, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta' ± 0,2 km/h (1).

    1.5.   L-istrumentazzjoni meteoroloġika

    L-istrumentazzjoni meteoroloġika li tintuża għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

     

    ± 1 °C jew inqas għal apparat li jkejjel it-temperatura;

     

    ± 1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ;

     

    ± 5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika;

     

    ± 5 fil-mija għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva.

    2.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

    2.1.   Is-sit tat-test, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-korrezzjoni tal-livell tal-ħoss fl-isfond

    2.1.1.   Is-sit tat-test

    Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f'korsa ċentrali tal-aċċelerazzjoni mdawra b'żona tat-test sostanzjalment ċatta. Il-korsa tat-test għandha tkun ċatta; is-superfiċe tat-triq għandu jkun niexef u ddisinjat b'mod tali li l-ħoss tat-tajers jibqa' baxx.

    Fis-sit tat-test, għandhom jinzammu kundizzjonijiet ta' kamp akustiku ħieles bi preċiżjoni ta' ± 1 dB bejn is-sors tal-ħoss imqiegħed fin-nofs tas-sezzjoni tal-aċċelerazzjoni u l-mikrofonu. Din il-kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm xi oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss bħalma huma reċinti, ġebel, pontijiet, jew bini sa 50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċelerazzjoni. Is-superfiċe tal-korsa tat-test għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

    Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jaffettwa l-kamp akustiku qrib tal-mikrofonu u ma għandu jkun hemm l-ebda persuna bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu jsib tali pożizzjoni li fiha ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

    Is-superfiċe tal-korsa tat-test għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament jew mal-ISO10844:2014. Wara tmiem il-perjodu indikat fil-paragrafu 11.8 ta' dan ir-Regolament, bħala referenza għandu jintuża biss l-ISO 10844:2014.

    2.1.2.   Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-korrezzjoni tal-ħoss fl-isfond

    Il-kejl ma għandux jittieħed f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena. Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss, it-testijiet m'għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, tkun aktar minn 5 m/s.

    Għal finijiet tal-kejl, il-livell tal-ħoss ponderat (A) tas-sorsi tal-ħoss għajr fuq il-vettura tat-test u l-livell tal-ħoss prodott mill-effett tar-riħ għandhom ikunu mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura. Il-mikrofonu jista' jkun mgħammar bi lqugħ xieraq tar-riħ, dment li jitqiesu l-effetti tiegħu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.

    Jekk id-differenza bejn il-livell tal-ħoss ambjentali u dak tal-ħoss imkejjel tkun bejn 10 u 15 dB(A), sabiex jiġi kkalkulat ir-riżultat tat-test, il-korrezzjoni rilevanti għandha titnaqqas mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, kif indikat fit-Tabella 1.

    Tabella 1

    Korrezzjoni applikata lil valur individwali mkejjel tat-test

    Id-differenza tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond mil-livell imkejjel ta' pressjoni tal-ħoss, f'dB

    10

    11

    12

    13

    14

    > 15

    Korrezzjoni, f'dB(A)

    0,5

    0,4

    0,3

    0,2

    0,1

    0,0

    2.2.   Il-kundizzjoni tal-vettura

    2.2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

    Il-vettura għandha tiġi pprovduta kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

    Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-vettura għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali tagħha fir-rigward ta':

    Temperaturi

    Tuning;

    Fjuwil;

    Sparking plugs, karburatur(i), eċċ., (kif ikun xieraq).

    Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fannijiet li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m'għandiex tiġi mbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.

    Jekk il-vettura tkun mgħammra b'apparati li mhumiex meħtieġa għall-propulsjoni tagħha, iżda li jintużaw waqt li l-vettura tkun qed tinsaq normali fit-triq, dawk l-apparati għandhom jitħaddmu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

    Għall-vetturi li jkollhom aktar minn rota waħda bi trażmissjoni, tista' tintuża biss it-trażmissjoni pprovduta għal tħaddim normali fit-triq. Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trailer jew semi-trailer, għall-finijiet tat-test dan għandu jitneħħa.

    2.2.2.   Massa tat-test tal-vettura

    Il-vettura għandha tiġi ttestjata bil-massa tat-test tagħha kif definita fil-paragrafu 2.10 ta' dan ir-Regolament.

    2.2.3.   L-għażla u l-kundizzjoni tat-tajers

    It-tajers għandhom ikunu dawk xierqa għall-vettura u għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.

    It-tajers għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet u mit-tipi tat-tajers indikati għall-vettura mill-manifattur tal-vettura. Il-fond minimu tal-wiċċ tat-tajer għandu jkun mill-inqas ta' 80 fil-mija tal-fond sħiħ tal-profil tat-tajer.

    3.   METODI TAL-KEJL

    3.1.   Il-kejl tal-emissjoni tal-ħoss tal-vettura miexja, s

    3.1.1.   L-arranġament tat-test u l-pożizzjonijiet tal-mikrofoni

    3.1.1.1.   L-arranġament tat-test huwa indikat fil-Figura 1.

    Fuq il-korsa tat-test għandhom jiġu mmarkati żewġ linji, AA′ u BB′, paralleli mal-linja tal-mikrofoni PP′ u li jkunu rispettivament 10 m 'il quddiem u 10 m lura minn dik il-linja.

    3.1.1.2.   Id-distanza tal-pożizzjonijet tal-mikrofoni mil-linja CC′, fuq il-linja tal-mikrofonu PP′, perpendikulari mal-linja ta' referenza CC′ fuq il-korsa tat-test (ara l-Figura 1), għandha tkun ta' 7,5 ± 0,05 m.

    Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art. Id-direzzjoni ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' kamp akustiku ħieles (ara l-IEC 61672-1:2013) għandha tkun orizzontali u diretta b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC′ tal-vettura.

    3.1.2.   It-twettiq tat-test tal-aċċelerazzjoni, il-veloċità tal-avviċinament tal-vettura u l-użu tal-gerijiet

    3.1.2.1.   It-twettiq tat-test tal-aċċelerazzjoni

    Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità inizjali stabbli tal-vettura vAA′ kif speċifikat hawn taħt. Meta quddiem tal-vettura jilħaq il-linja AA′ il-manku tal-aċċeleratur għandu jiġi miftuħ kollu kemm jista' jkun malajr fil-prattika u miżmum f'dik il-pożizzjoni sakemm wara tal-vettura jilħaq il-linja BB′; il-manku tal-aċċeleratur għandu mbagħad jiġi rritornat kemm jista' jkun malajr fil-pożizzjoni idle. Il-veloċità tal-vettura miksuba meta wara tal-vettura jilħaq il-linja BB' tissejjaħ vBB′.

    Il-veloċitajiet tal-magna li jikkorrispondu għal vAA′ u vBB′ f'kundizzjoni speċifika tat-test jissejħu nAA′ u nBB′.

    Fil-każ ta' vetturi artikulati li jikkonsistu f'żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati u li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trailer ma għandux jitqies fid-determinazzjoni ta' meta tinqasam il-linja BB′.

    Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tinsaq f'linja dritta tul il-korsa tat-test b'tali mod li l-korsa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura tkun kemm jista' jkun qrib tal-linja CC′.

    Figura 1

    Il-pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin

    Image

    3.1.2.2.   Determinazzjoni tal-veloċità tal-avviċinament tal-vettura u l-użu tal-gerijiet

    3.1.2.2.1.   Vettura mingħajr gearbox

    Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità stabbli tal-vettura vAA′ li tikkorrispondi f'termini tal-veloċità tal-magna (min– 1), jew għal 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament, jew għal 75 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna permessa mir-regolatur, jew għal 50 km/h, liema minnhom tkun l-inqas.

    3.1.2.2.2.   Vetturi bi trażmissjonijiet manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi jew bi trażmissjonijiet kontinwament varjabbli (CVT's) ittestjati bi proporzjonijiet ta' gerijiet illokkjati

    Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni b'modalità doppja (eż. baxxa u għolja), għandha titgħażel il-modalità għat-tħaddim normali fit-triq.

    Jekk il-vettura tkun mgħammra b'gearbox b'żewġ jew tliet jew erba' gerijiet 'il quddiem jew bl-istess numru ta' gerijiet li jistgħu jiġu llokkjati fi trażmissjoni awtomatika jew f'CVT, għandu jintuża t-tieni ger. Jekk il-gearbox ikollha aktar minn erba' gerijiet 'il quddiem jew l-istess numru ta' gerijiet li jistgħu jiġu llokkjati fi trażmissjoni awtomatika jew f'CVT, għandu jintuża it-tielet ger.

    Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità stabbli tal-vettura vAA′ li tikkorrispondi f'termini tal-veloċità tal-magna, jew għal 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament, jew għal 75 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna permessa mir-regolatur, jew għal 50 km/h, liema minnhom tkun l-inqas.

    Jekk, permezz tal-proċedura msemmija hawn fuq, il-veloċità tal-magna nBB′, miksuba meta wara tal-vettura jgħaddi l-linja BB′, tkun ogħla mill-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament, l-ewwel ger ogħla (jew ger illokkjat) li jiżgura li l-veloċità tal-magna tibqa' inqas mill-veloċità nominali tal-magna sal-linja BB′ fiż-żona tal-kejl għandu jintuża minflok it-tieni jew tielet ger.

    Il-proporzjonijiet step-up awżiljarji (“overdrive”) ma għandhomx jintużaw.

    3.1.2.2.3.   Vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew bi trażmissjonijiet bi proporzjonijiet ta' trażmissjoni varjabbli ttestjati b'gerijiet mhux illokkjati

    Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għat-tħaddim għalkollox awtomatiku.

    Meta jkunu disponibbli diversi modalitajiet ta' tħaddim għalkollox awtomatiku (eż. modalità ekonomika, sportiva, eċċ), għandha tintgħażel dik il-modalità li twassal għall-ogħla aċċelerazzjoni medja tal-vettura bejn il-linji AA′ u BB′.

    It-test imbagħad jista' jinkludi twaqqigħ tal-gerijiet u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u għal aċċellerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Fi kwalunkwe każ, bidla fil-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata fi traffiku urban għandha tiġi evitata.

    Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, biex ikun ipprevenut it-twaqqaigħ tal-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban. Il-funzjonalità tal-apparati għandha tiġi deskritta fil-formola ta' komunikazzjoni.

    Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità stabbli tal-vettura vAA′ ta' 50 km/h jew b' 75 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura kif definita fil-paragrafu 2.11 ta' dan ir-Regolament, skont liema waħda minnhom tkun l-iktar baxxa.

    3.1.3.   Determinazzjoni tal-livell tal-ħoss

    Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat fuq kull naħa tal-vettura għandu jitnaqqas b'1dB(A) sabiex titqies l-ineżattezza tal-kejl u, matematikament, għandu jitqarreb għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, 78,45 għandu jitniżżel bħala 78,5 filwaqt li 78,44 għandu jitniżżel bħala 78,4). Dawn il-valuri jikkostitwixxu r-riżultati tal-kejl.

    Il-kejl ikun invalidu jekk tiġi rrekordjata d-diskrepanza mhux normali bejn l-ogħla valur u l-livell tal-ħoss ġenerali.

    Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet fuq kull naħa tal-vettura.

    Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kejlijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma tkunx akbar minn 2 dB(A).

    Il-kejlijiet preliminari jistgħu jittieħdu għal finijiet ta' aġġustament, iżda ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tar-riżultati tal-kejl.

    3.1.4.   Kalkolu tar-riżultat finali tat-test

    Ir-riżultat finali tat-test huwa l-medja tal-erba' riżultati tat-test imqarrba għall-eqreb decibel sħiħ. Jekk iċ-ċifra ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jitqarreb 'l isfel u jekk ikun bejn 5 u 9 jitqarreb 'il fuq.

    Fil-każ ta' vetturi elettriċi ibridi, ir-riżultat finali huwa l-ogħla mir-riżultati tat-test fil-kundizzjonijiet A u B kif deskritt fil-paragrafu 6.2.1.1 ta' dan ir-Regolament.

    3.2.   Il-kejl tal-ħoss emess minn vetturi wieqfa (għall-ittestjar ta' vetturi fl-użu)

    3.2.1.   Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss qrib l-iżbokk(i) tas-sistema tal-egżost

    Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar sussegwenti ta' vetturi fl-użu, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel qrib l-iżbokk tas-sistema tal-egżost (is-sistema tas-silenzjar), f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt, u r-riżultat ta' dan il-kejl għandu jiġi inkluż fir-rapport tat-test ippreparat għall-ħruġ tad-dokument imsemmi fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    3.2.2.   L-Istrumenti tal-kejl

    Il-kejl għandu jsir bl-użu ta' miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss skont il-paragrafu 1 ta' dan l-anness.

    3.2.3.   Il-kundizzjonijiet tal-kejl

    3.2.3.1.   Il-kundizzjoni tal-vettura

    Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna tal-vettura għandha tinġieb għat-temperatura tat-tħaddim normali tagħha. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fannijiet awtomatiċi, dawn ma għandu jsirilhom l-ebda aġġustament waqt il-kejl tal-livell tal-ħoss.

    Filwaqt li jittieħed il-kejl, il-gear lever għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx tista' tiġi skonnessa, ir-rota motorizzata tal-vettura għandha tkun tista' taħdem taħt kundizzjonijiet ta' ebda tagħbija, pereżempju, billi l-vettura titqiegħed fuq irfid jew fuq rombli.

    3.2.3.2.   Is-sit tat-test

    Kwalunkwe żona li mhix suġġetta għal perturbazzjonijiet akustiċi kbar tista' tintuża bħala sit tat-test. Jistgħu jintużaw żoni ċatti miksija bil-konkrit, bl-asfalt jew b'xi materjal iebes ieħor u li jkunu jirriflettu ħafna; ma għandhomx jiġu użati superfiċi magħmulin minn trab li jkun ġie mballat. Is-sit tat-test għandu jkollu mill-inqas id-dimensjonijiet ta' rettangolu li l-ġnub tiegħu ikunu 3 m lil hinn mit-tarf ta' barra tal-vettura (esklużi l-manilji). L-ebda ostakolu sinifikanti, pereżempju persuna, apparti mill-osservatur u s-sewwieq ma għandu jkun ġewwa dan ir-rettangolu.

    Il-vettura għandha titqiegħed fil-limiti tar-rettangolu msemmi hawn fuq b'tali mod li l-mikrofonu tal-kejl ikun imbiegħed mill-inqas metru minn kwalunkwe xifer tal-ġebel.

    3.2.3.3.   Mixxellanji

    Il-qari tal-istrument li jiġi kkawżat minn ħsejjes ambjentali jew mill-ħoss tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) inqas mill-livell tal-ħoss li jrid jitkejjel. Il-mikrofonu jista' jkun mgħammar bi lqugħ xieraq tar-riħ, dment li jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.

    3.2.4.   Il-metodu tal-kejl

    3.2.4.1.   L-għadd ta' kejlijiet

    Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f'kull punt tal-kejl. Il-kejl għandu jitqies validu biss jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ma tkunx akbar minn 2 dB(A).

    3.2.4.2.   Pożizzjonament tal-mikrofonu (ara l-Figura 2)

    Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost iddefinit fil-Figura 3 u f'angolu ta' 45° ± 5° mal-pjan vertikali li minnu jgħaddi l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta' referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m mis-superfiċe tal-art. L-assi ta' referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel mas-superfiċe tal-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta' referenza fuq l-iżbokk tal-egżost.

    Figura 2

    Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu għall-kejl tal-ħoss tal-vettura wieqfa

    Image Test ta 'immaġni

    Figura 3

    Punt ta' referenza

    Image

    Spjega:

    T

    =

    id-dehra minn fuq

    S

    =

    id-dehra mill-ġenb

    1

    =

    il-punt ta' referenza

    2

    =

    is-superfiċe tat-triq

    A

    =

    pajp imġannat b'angolu

    B

    =

    pajp milwi 'l isfel

    C

    =

    pajp dritt

    D

    =

    pajp vertikali

    Il-punt ta' referenza għandu jkun l-ogħla punt li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-punt ta' referenza għandu jkun fit-tarf tal-pajp tal-egżost,

    (b)

    Il-punt ta' referenza għandu jkun fuq il-pjan vertikali li jinkludi ċ-ċentru tal-iżbokk tal-egżost u l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp tal-egżost.

    Jekk ikunu possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar mbiegħed lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura.

    Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp tal-iżbokk tal-egżost ikun f'angolu ta' 90° ± 5° mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jkun fil-punt li jkun l-iktar 'il bogħod mill-magna.

    Jekk vettura jkollha żewġ żbokki tal-egżost jew iktar imbegħdin minn xulxin b'inqas minn 0,3 m u konnessi ma' silenzjatur wieħed, għandu jsir kejl wieħed biss. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed b'mod relattiv mal-iżbokk l-aktar imbiegħed mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura jew, meta ma jkunx hemm żbokk ta' din ix-xorta, mal-iżbokk li jkun l-ogħla 'l fuq mill-art.

    Għal vetturi li jkollhom egżost bi żbokki mbegħdin minn xulxin b'aktar minn 0,3 m, għandu jsir kejl wieħed għal kull żbokk daqslikieku kien l-uniku wieħed, u għandu jitniżżel l-ogħla livell tal-pressjoni tal-ħoss.

    Għall-finijiet tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq, il-punt ta' referenza jista' jiġi mċaqlaq għas-superfiċe tal-karozzerija tal-vettura.

    Għall-vetturi mgħammra b'diversi żbokki tal-egżost, il-livell irrapportat tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun għall-iżbokk li jkollu l-ogħla livell medju tal-pressjoni tal-ħoss.

    3.2.4.3.   Kundizzjonijiet tat-tħaddim

    Il-veloċità tal-magna għandha tinżamm stabbli f'wieħed mill-valuri li ġejjin:

     

    50 fil-mija ta' nrated jekk nrated ikun aktar minn 5 000 min– 1

     

    75 fil-mija ta' nrated jekk nrated ma jkunx aktar minn 5 000 min– 1

    Fejn nrated hija l-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament.

    Għal vettura li, f'test fuq vettura wieqfa, ma tistax tilħaq il-veloċità mira tal-magna definita hawn fuq, bħala veloċità mira tal-magna, minflok għandha tintuża 95 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna li tista' tintlaħaq f'test fuq vettura wieqfa.

    Il-veloċità tal-magna għandha tiġi miżjuda b'mod gradwali minn veloċità idle għall-veloċità mira tal-magna u tinżamm kostanti f'medda ta' tolleranza ta' ± 5 fil-mija. Imbagħad il-kontroll tat-throttle għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa' għal tħaddim tal-magna mhux ingranata. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu li fih il-veloċità tal-magna tinżamm kostanti għal mill-inqas sekonda waħda (1 s) u matul il-perjodu ta' deċelerazzjoni kollu. Il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss għandu jitqies bħala l-valur tat-test.

    Kejl għandu jitqies bħala validu biss jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tkunx varjat mill-veloċità mira tal-magna b'iktar mit-tolleranza speċifikata ta' ± 5 fil-mija għal mill-inqas 1 s.

    3.2.4.4.   Il-kejl għandu jsir fil-post(ijiet) fejn jitqiegħdu l-mikrofoni preskritti hawn fuq. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss differenzjat-A massimu indikat waqt it-test għandu jitniżżel, fejn tinżamm ċifra waħda sinifikanti wara l-post deċimali (pereżempju, 92,45 għandu jitniżżel bħala 92,5 filwaqt li 92,44 għandu jitniżżel bħala 92,4).

    It-test għandu jiġi ripetut sakemm f'kull żbokk jinkisbu tliet kejlijiet konsekuttivi li jkunu fil-limiti ta' 2,0 dB(A) minn xulxin.

    Ir-riżultat għal żbokk partikolari huwa l-medja aritmetika tat-tliet kejlijiet validi, matematikament imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (pereżempju, 92,5 għandu jitniżżel bħala 93 filwaqt 92,4 għandu jitniżżel bħala 92).

    3.2.4.5.   Sistema multimodali tal-egżost

    3.2.4.5.1.   Il-vetturi mgħammra b'sistema tal-egżost b'diversi modalitajiet u manwalment aġġustabbli għandhom jiġu ttestjati fil-modalitajiet kollha.

    3.2.4.5.2.   Għall-vetturi mgħammra b'sistema multimodali tal-egżost u b'kontroll manwali tal-modalità tal-egżost, il-livell irrapportat tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun dak tal-modalità li jkollha l-ogħla livell medju tal-pressjoni tal-ħoss.

    4.   Il-ħoss mill-vettura miexja (dejta rrapportata sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar tal-vettura fl-użu).

    4.1.   Proċedura tat-test għall-ittestjar tal-konformità fl-użu tista' tiġi ddefinita minn Parti Kontraenti, fejn titqies b'mod xieraq kwalunkwe differenza mill-kundizzjonijiet tat-test użati fl-approvazzjoni tat-tip.

    4.2.   Sabiex jiġi ffaċilitat it-test tal-konformità fl-użu tal-vetturi, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss imwettaq skont il-paragrafu 1 tal-Anness 3 għall-vettura miexja tissejjaħ dejta ta' referenza tal-konformità fl-użu:

    (a)

    Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test;

    (b)

    Il-veloċità tal-vettura vAA′ f'km/h fil-bidu tat-test tal-aċċelerazzjoni bit-throttle miftuħ kollu bil-ger (i); u

    (c)

    Ir-riżultat finali tat-test f'dB(A) kif determinat skont il-paragrafu 3.1.4 ta' dan l-anness.

    4.3.   Id-dejta ta' referenza tal-konformità fl-użu għandha titniżżel fil-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-Anness 1.

    5.   SISTEMI ORIĠINALI TAL-EGŻOST (SILENZJAR)

    5.1.   Rekwiżiti għal silenzjaturi li fihom materjali fibrużi assorbenti

    5.1.1.   Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista' jintuża fil-kostruzzjoni tas-silenzjaturi biss jekk, permezz ta' apparati xierqa, jiġi żgurat li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f'postu l-ħin kollu li s-silenzjatur ikun qed jintuża u li s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar tissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mill-paragrafi 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4 jew 5.1.5 ta' hawn taħt.

    5.1.2.   Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.1.3 ta' dan ir-Regolament.

    5.1.3.   Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f'dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    5.1.3.1.

    Il-materjal għandu jissaħħan f'temperatura ta' 650 ± 5 °C għal erba' sigħat f'forn mingħajr ma jiġi rreġistrat tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità tal-massa tal-fibra.

    5.1.3.2.

    Wara li jissaħħan f'temperatura ta' 650 ± 5 °C għal siegħa f'forn, mill-inqas 98 fil-mija tal-materjal għandu jinżamm f'għarbiel b'daqs nominali tal-fetħa ta' 250 μm f'konformità mal-istandard ISO 3310/1:2000 meta ttestjat skont l-istandard ISO 2559:2011.

    5.1.3.3.

    It-telf fil-piż tal-materjal ma għandux ikun ta' aktar minn 10,5 fil-mija wara li jiġi mgħaddas għal 24 siegħa u f'temperatura ta' 90 ± 5 °C f'kondensat sintetiku li jkollu din il-kompożizzjoni:

    1 N aċidu idrobromiku (HBr)

    10 ml

    1 N aċidu sulfuriku (H2SO4)

    10 ml

    Ilma distillat sabiex jinkiseb volum ta' 1 000 ml

    Nota: Il-materjal għandu jiġi maħsul f'ilma ddistillat u mnixxef għal siegħa f'temperatura ta' 105 °C, qabel ma jintiżen.

    5.1.4.   Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont il-paragrafu 3 ta' hawn fuq, din għandha titqiegħed fi stat normal għall-użu fit-triq permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:

    5.1.4.1.   Kundizzjonament bi tħaddim kontinwu fit-triq

    5.1.4.1.1.   Skont iċ-ċilindrata tal-magna tal-vettura, id-distanzi minimi li għandhom jiġu kkompletati waqt il-kundizzjonament huma:

    Kategorija tal-vettura skont iċ-ċilindrata f'cm3

    Distanza (km)

    1.

    ≤ 250

    4 000

    2.

    > 250 ≤ 500

    6 000

    3.

    > 500

    8 000

    5.1.4.1.2.   50 fil-mija ± 10 fil-mija ta' dan iċ-ċiklu ta' kundizzjonament għandu jkun jkun magħmul minn sewqan fil-belt u l-bqija fi provi ta' distanzi twal b'veloċità għolja tal-vettura; iċ-ċiklu ta' tħaddim kontinwu fit-triq jista' jiġi mibdul bi programm korrispondenti fuq il-korsa tat-test;

    5.1.4.1.3.   Iż-żewġ reġimi ta' veloċità tal-vettura għandhom jiġu alternati għal mill-inqas sitt darbiet;

    5.1.4.1.4.   Il-programm tat-test kollu għandu jinkludi minimu ta' 10 waqfiet ta' mill-inqas 3 sigħat biex jiġu riprodotti l-effetti ta' tkessiħ u ta' kondensazzjoni.

    5.1.4.2.   Il-kundizzjonament bil-pulsazzjoni

    5.1.4.2.1.   Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandha tiġi armata fuq il-vettura jew fuq il-magna.

    Fl-ewwel każ, il-vettura għandha tkun immuntata fuq romblu dinamometriku. Fit-tieni każ, il-magna għandha tkun immuntata fuq il-bank tat-test.

    L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu tidher fil-Figura 4, għandu jkun immuntat fil-ħruġ tas-sistema tal-egżost. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

    Figura 4

    L-apparat tat-test għall-kundizzjonament permezz tal-pulsazzjoni

    Image Test ta 'immaġni

    1.

    Il-flanġ jew sleeve tad-dħul għall-konnessjoni man-naħa ta' wara tas-sistema tal-egżost tat-test.

    2.

    Il-valv tar-regolazzjoni li jitħaddem bl-idejn.

    3.

    It-tank ta' riserva ta' kumpens, b'kapaċità massima ta' 40 l u ħin biex jimtela ta' mhux inqas minn sekonda.

    4.

    Swiċċ tal-pressjoni b'medda operattiva ta' 5 kPa sa 250 kPa.

    5.

    It-time-delay switch.

    6.

    Il-pulse counter.

    7.

    Il-valv ta' azzjoni rapida, bħall-valv tal-egżost tal-brejk b'dijametru ta' 60 mm, li jitħaddem permezz ta' ċilindru pnewmatiku b'output ta' 120 N f'400 kPa. Il-ħin tar-rispons, kemm meta jinfetaħ kif ukoll meta jingħalaq, ma għandux ikun aktar minn 0,5 sekondi.

    8.

    L-evakwazzjoni tal-gass tal-egżost.

    9.

    Il-pajp flessibbli.

    10.

    Il-gejġ tal-pressjoni.

    5.1.4.2.2.   It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat sabiex il-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi interrott u ristabbilit 2 500 darba permezz ta' valv ta' azzjoni rapida.

    5.1.4.2.3.   Il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gass tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm 'l isfel mil-flanġ tal-intake, tilħaq valur ta' bejn 35 kPa u 40 kPa. Jekk din il-figura ma tkunx tista' tintlaħaq minħabba l-karatteristiċi tal-magna, il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gass tilħaq livell ekwivalenti għal 90 fil-mija tal-valur massimu li jista' jitkejjel qabel ma tieqaf il-magna. Il-valv għandu jingħalaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b'aktar minn 10 fil-mija mill-valur stabilizzat bil-valv miftuħ.

    5.1.4.2.4.   It-time-delay switch għandu jiġi ssettjat għad-durata tal-gassijiet tal-egżost li tiġi kkalkulata abbażi tar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.4.2.3 ta' hawn fuq.

    5.1.4.2.5.   Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta' 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament.

    5.1.4.2.6.   Il-potenza indikata mid-dinamometru għandha tkun ta' 50 fil-mija tal-potenza bit-throttle miftuħ kollu mkejla b'75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament.

    5.1.4.2.7.   Waqt it-test, kwalunwe toqba ta' tbattil għandha tingħalaq.

    5.1.4.2.8.   It-test kollu għandu jitwettaq fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun meħtieġ, wara kull siegħa għandu jiġi permess perjodu ta' tkessiħ.

    5.1.4.3.   Il-kundizzjonament fuq bank tat-test

    5.1.4.3.1.   Is-sistema tal-egżost għandha tiġi armata fuq magna rappreżentattiva tat-tip armat fuq il-vettura li għalih tkun iddisinnjata s-sistema, u mmuntata fuq bank tat-test.

    5.1.4.3.2.   Il-kundizzjonament għandu jkun magħmul min-numru speċifiku ta' ċikli tal-bank tat-test għall-klassi taċ-ċilindrata tal-magna tal-vettura, li għaliha ġiet iddisinnjata s-sistema tal-egżost. In-numru ta' ċikli għal kull klassi ta' vettura għandu jkun:

    Kategorija tal-vettura skont iċ-ċilindrata f'cm3

    Numru ta' ċikli

    1.

    ≤ 250

    6

    2.

    > 250 ≤ 500

    9

    3.

    > 500

    12

    5.1.4.3.3.   Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta' mill-inqas sitt sigħat sabiex jiġu riprodotti l-effetti ta' tkessiħ u ta' kondensazzjoni.

    5.1.4.3.4.   Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jkun magħmul minn sitt fażijiet. Il-kundizzjonijiet tal-magna għal, u d-durata ta' kull fażi għandhom ikunu:

    Fażi

    Kundizzjonijiet

    Durata tal-fażi

    Magni ta' inqas minn 250 cm3

    Magni ta' 250 cm3 jew aktar

     

     

    (min)

    (min)

    1

    Idling

    6

    6

    2

    25 fil-mija tagħbija b'75 fil-mija ta' nrated

    40

    50

    3

    50 fil-mija tagħbija b'75 fil-mija ta' nrated

    40

    50

    4

    100 fil-mija tagħbija b'75 fil-mija ta' nrated

    30

    10

    5

    50 fil-mija tagħbija b'100 fil-mija ta' nrated

    12

    12

    6

    25 fil-mija tagħbija b'100 fil-mija ta' nrated

    22

    22

     

    Ħin totali

    2 h 30 min

    2 h 30 min

    5.1.4.3.5.   Matul din il-proċedura ta' kundizzjonament, fuq it-talba tal-manifattur, il-magna u s-silenzjatur jistgħu jitkessħu sabiex it-temperatura rreġistrata f'punt mhux iktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma tkunx ogħla minn dik imkejla meta l-vettura tkun għaddejja b'110 km/h jew b'75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna, fl-ogħla ger, kif definita fil-paragrafu 2.4 ta' dan ir-Regolament. Il-veloċitajiet tal-magna u/jew tal-vettura għandhom jiġu ddeterminati b'tolleranza ta' ± 3 fil-mija.

    5.1.5.   Il-gassijiet tal-egżost ma jkunux f'kuntatt ma' materjali fibrużi u l-materjali fibrużi ma jiġux affettwati minn varjazzjonijiet fil-pressjoni.

    5.2.   Dijagramma u marki

    5.2.1.   Id-dijagramma u sezzjoni trasversali bid-dimensjonijiet tas-silenzjatur għandhom jiġu annessi mad-dokument imsemmi fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    5.2.2.   Is-silenzjaturi oriġinali kollha għandu jkollhom fuqhom mill-inqas dawn il-marki:

    (a)

    Il-marka “E” segwita bir-referenza tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip;

    (b)

    L-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tal-vettura; u

    (c)

    L-għamla u n-numru ta' identifikazzjoni tal-part.

    Din ir-referenza għandha tkun leġibbli, ma titħassarx u viżibbli fil-pożizzjoni li fiha titwaħħal.

    5.2.3.   Kwalunkwe imballaġġ ta' parts ta' sostituzzjoni oriġinali għas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jiġi mmarkat b'mod leġibbli bil-kelmiet “original part” [“part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anki r-referenza tal-pajjiż ta' oriġini.

    5.3.   Silenzjaturi tal-intake

    Jekk l-intake tal-magna jrid ikun armat b'filtru tal-arja u/jew silenzjatur tal-intake sabiex jikkonforma mal-livelli tal-ħoss permessibbli, il-filtru u/jew is-silenzjatur għandhom jitqiesu bħala parti mis-silenzjatur u r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1 u 5.2 japplikaw għalihom ukoll.


    (1)  Kejl indipendenti tal-veloċità huwa meta żewġ apparati separati jew iktar jiddeterminaw il-valuri ta' vAA′ u ta' vBB′. Apparat ta' kejl kontinwu, bħal radar, jiddetermina l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-veloċità b'apparat wieħed.


    ANNESS 4

    LIMITI TAL-LIVELL MASSIMU TAL-ĦOSS (VETTURI ĠODDA)

    Il-kategorija tal-vettura

    Valuri tal-livell massimu tal-ħoss f'dB(A)

    L2

    76

    L4

    80

    L5

    80


    ANNESS 5

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KORSA TAT-TEST (1)

    1.   INTRODUZZJONI

    Dan l-anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u l-konfigurazzjoni tal-korsa tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ibbażati fuq standard speċjali (2), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

    2.   KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊE

    Is-superfiċe jitqies li jkun konformi ma' dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut ta' spazji jew il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss ikunu tkejlu u nstab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta' hawn taħt, u sakemm ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2 ta' hawn taħt).

    2.1.   Kontenut ta' spazji residwi

    Il-kontenut ta' spazji residwi, VC, tat-taħlita għall-pavimentar tal-korsa tat-test ma għandux ikun altar minn 8 fil-mija. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1 ta' hawn taħt.

    2.2.   Koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss

    Jekk is-superfiċe ma jkunx konformi mar-rekwiżit tal-kontenut ta' spazji residwi, is-superfiċe ikun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss tiegħu jkun α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.2 ta' hawn taħt. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.1 ta' hawn fuq u ta' dan il-paragrafu jiġu ssodisfati wkoll jekk jitkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u dan jinstab li jkun α ≤ 0,10.

    Nota: Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta' spazji residwi huwa aktar familjari fost il-kostrutturi tat-toroq. Madanakollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk is-superfiċe ma jkunx konformi mar-rekwiżit ta' ispazji. Dan huwa dovut għall-fatt li l-ispazji huma konnessi ma' inċertezzi relattivament kbar f'termini kemm ta' kejl kif ukoll ta' rilevanza u wħud mis-superfiċi għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b'mod żbaljat, abbażi tal-kejl tal-ispazji biss.

    2.3.   Il-fond tal-istruttura

    Il-fond tal-istruttura (texture depth - TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3 ta' hawn taħt) għandu jkun:

    TD ≥ 0,4 mm

    2.4.   L-omoġeneità tas-superfiċe

    Għandu jsir kull sforz prattiku biex jiġi żgurat li, fiż-żona tat-test, is-superfiċe jkun kemm jista' jkun omoġenju. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta' spazji, iżda għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta' rromblar jirriżulta f'romblar aktar effettiv f'ċerti pożizzjonijiet minn oħrajn, l-istruttura tista' tkun differenti u jista' jkun hemm diżlivell li joħloq il-qbiż.

    2.5.   Il-perjodu tal-ittestjar

    Sabiex jiġi vverifikat jekk is-superfiċe jibqax konformi mar-rekwiżiti tal-istruttura u tal-kontenut ta' spazji jew tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f'dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċe fl-intervalli li ġejjin:

    (a)

    Għal kontenut ta' spazji residwi jew għall-assorbiment tal-ħoss:

    Meta s-superfiċe jkun ġdid; Jekk is-superfiċe jissodisfa r-rekwiżiti meta jkun ġdid, ma jkun meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor.

    (b)

    Għall-fond tal-istruttura (TD):

    Meta s-superfiċe jkun ġdid; meta jibda l-ittestjar tal-ħoss (Nota: Mhux qabel erba' ġimgħat wara li titqiegħed is-superfiċe); imbagħad kull 12-il xahar.

    3.   ID-DISINN TAS-SUPERFIĊE TAT-TEST

    3.1.   Żona

    Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-korsa tat-test huwa importanti li jiġi żgurat, bħala rekwiżit minimu, li ż-żona fejn jaqsmu l-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b'marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan ikun jeħtieġ li l-wisa' tal-korsa jkun mill-inqas 3 m u li t-tul tal-korsa jestendi lil hinn mil-linji AA u BB b'mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta' sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tiġi kkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċe tat-test speċifikat. Skont il-paragrafu 3.1.1.1 tal-Anness 3, il-kejl għandu jittieħed fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista' jsir jew billi jsir kejl b'żewġ pożizzjonijiet fejn jitqiegħdu l-mikrofoni (wieħed fuq kull naħa tal-korsa) u s-sewqan ikun f'direzzjoni waħda, jew billi jsir kejl b'mikrofonu wieħed biss fuq naħa waħda tal-korsa iżda bil-vettura tinsaq f'żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, allura ma hemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċe fuq dik in-naħa tal-korsa fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.

    Figura 1

    Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona tas-superfiċe tat-test. Il-parti skurata tissejjaħ iż-“Żona tat-Test”

    Image Test ta 'immaġni

    3.2.   Id-disinn u l-preparazzjoni tas-superfiċe

    3.2.1.   Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn; is-superfiċe tat-test għandu jissodisfa erba' rekwiżiti tad-disinn:

    3.2.1.1.

    Dan għandu jkun magħmul minn konkrit asfaltat dens;

    3.2.1.2.

    Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta' 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 sa 10 mm);

    3.2.1.3.

    Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta' ≥ 30 mm;

    3.2.1.4.

    Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum bi grad ta' penetrazzjoni diretta mhux modifikat.

    3.2.2.   Linji gwida għad-disinn

    Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċe, fil-Figura 2 qed tintwera kurva granulometrika tal-aggregat li tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva granulometrika hija skont din il-formula:

    P (% ta' aggregat li jgħaddi) = 100 · (d/dmax)1/2

    fejn:

    d

    =

    id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f'mm

    dmax

    =

    8 mm għall-kurva medja

    dmax

    =

    10 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' taħt

    dmax

    =

    6,3 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' fuq

    Figura 2

    Kurva granulometrika tal-aggregat fit-taħlita tal-asfalt bit-tolleranzi

    Image

    Id-daqs tat-toqob tal-għarbiel, f'mm

    Perċentwal, ta'-aggregat li jgħaddi (skont il-massa)

    Minbarra dak imsemmi hawn fuq, jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 fil-mija ta' ramel naturali u mill-inqas 45 fil-mija ta' ramel mitħun;

    (b)

    Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajbin, skont l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq;

    (c)

    Iż-żrar għandu jkun imfarrak (100 fil-mija tal-uċuh imfarrka) u għandu jkun ta' materjal b'reżistenza kbira għat-tifrik;

    (d)

    Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jiġi maħsul;

    (e)

    L-ebda żrar żejjed ma għandu jiġi miżjud fuq is-superfiċe;

    (f)

    L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40-60, 60-80 jew saħansitra 80-100, jiddependi mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista' jkun, basta tkun konsistenti mal-prattika komuni;

    (g)

    It-temperatura tat-taħlita qabel tiġi rromblata għandha tingħażel bil-ħsieb li l-kontenut ta' spazji meħtieġ jinkiseb permezz tal-irromblar sussegwenti. Sabiex tiżdied il-probabbiltà li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta' hawn fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss billi tiġi magħżula temperatura adatta għat-taħlita, imma wkoll permezz ta' numru xieraq ta' passati u permezz tal-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita.

    Tabella 1

    Linji gwida għad-disinn

     

    Valuri mira

    Tolleranzi

    skont il-massa totali tat-taħlita

    skont il-massa tal-aggregat

    Massa tal-ġebel, għarbiel b'toqob kwadri (SM) > 2 mm

    47,6 %

    50,5 %

    ± 5

    Massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm

    38,0 %

    40,2 %

    ± 5

    Massa tal-materjal li jimla SM < 0,063 mm

    8,8 %

    9,3 %

    ± 2

    Massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum)

    5,8 %

    Mhux applikabbli

    ± 0,5

    Daqs massimu taż-żrar

     

    8 mm

    6,3 - 10

    Ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

    (ara l-paragrafu 3.2.2 (f))

    Koeffiċjent ta' ġebel ippolixxjat (PSV)

     

    > 50

    Kompattezza, relattiva għall-kompattezza Marshall

     

    98 %

    4.   METODU TAL-ITTESTJAR

    4.1.   Kejl tal-kontenut ta' spazji residwi

    Għall-finijiet ta' dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi mill-korsa f'mill-inqas erba' pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b'mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġu evitati n-nuqqas ta' omoġeneità u n-nuqqas ta' uniformità fil-korsijiet tar-roti, il-kampjuni ċilindriċi ma għandhomx jittieħdu fil-korsijiet tar-roti nfushom, imma minn qribhom. Żewġ kampjuni ċilindriċi (bħala minimu) għandhom jittieħdu minn qrib il-korsijiet tar-roti, u kampjun ċilindriku ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-korsijiet tar-roti u l-pożizzjoni ta' kull mikrofonu.

    Jekk ikun hemm suspett li l-kundizzjoni ta' omoġeneità mhix qed tiġi ssodisfata (ara l-paragrafu 2.4 ta' hawn fuq), għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi minn pożizzjonijiet oħra fiż-żona tat-test. Għal kull kampjun ċilindriku għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta' spazji residwi, imbagħad il-valur medju tal-kampjuni ċilindriċi kollha għandu jiġi kkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1 ta' hawn fuq. Barra minn hekk, l-ebda kampjun ċilindriku wieħed ma għandu jkollu valur ta' spazji ogħla minn 10 fil-mija. Il-kostruttur tas-superfiċe tat-test għandu jżomm f'moħħu l-problema li tista' tinqala' meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b'pajpijiet jew b'wajers tal-elettriku, u jkunu jridu jittieħdu l-kampjuni ċlilindriċi minn din iż-żona. Tali installazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati sew fir-rigward tal-pożizzjonijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni ċilindriċi. Huwa rakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkunx hemm l-ebda wajer/pajp jew dawn ikunu jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li jittieħdu mis-saff tas-superfiċe.

    4.2.   Koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss

    Il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza fejn tintuża l-proċedura speċifikata fl-ISO/DIS 10 534: “Acoustics - Determination of sound absorption coefficient and impedance by a tube method”.

    Fir-rigward tal-kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti bħal dawk segwiti fir-rigward tal-kontenut ta' spazji residwi (ara l-paragrafu 4.1 ta' hawn fuq).

    L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-medda ta' bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-medda ta' bejn 800 Hz u 1 600 Hz (mill-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-baned ta' terz ta' ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ meded ta' frekwenzi.

    Imbagħad, għall-kampjuni ċilindriċi tat-test kollha, għanda tiġi kkalkulata l-medja ta' dawn il-valuri biex minnhom jinħareġ ir-riżultat finali.

    4.3.   Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura

    Għall-fini ta' dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li jkunu mbegħdin b'mod uniformi tul il-korsijiet tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Għad-deskrizzjoni tal-proċedura, ara l-istandard ISO 10844:1994.

    5.   STABBILTÀ MAŻ-ŻMIEN U MANUTENZJONI

    5.1.   L-effetti taż-żmien

    Bħal kwalunkwe superfiċi oħra, ikun mistenni li l-livell tal-ħoss ta' rrolljar tat-tajers imkejjel fuq is-superfiċe tat-test jista' jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni tiegħu.

    Is-superfiċe għandu jikseb il-karatteristiċi meħtieġa tiegħu mhux qabel ma jgħaddu erba' ġimgħat mill-kostruzzjoni.

    L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompazzjoni mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċe. Din għandha tiġi ċċekkjata perjodikament kif iddikjarat fil-paragrafu 2.5 ta' hawn fuq.

    5.2.   Il-manutenzjoni tas-superfiċe

    Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet, li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-fond effettiv tal-istruttura, għandhom jitneħħew mis-superfiċe. F'pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ. Il-melħ jista' jimmodifika s-superfiċe b'mod temporanju jew saħansitra b'mod permanenti b'tali mod li jżid il-ħoss u għalhekk, l-użu tal-melħ mhux irrakkomandat.

    5.3.   Pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test

    Jekk ikun hemm bżonn li l-korsa tat-test tiġi ppavimentata mill-ġdid, normalment ma jkunx hemm bżonn li jiġi ppavimentat aktar mill-istrixxa tat-test (wisa' ta' 3 m, fil-Figura 1) li fuqha jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra mill-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta' spazji residwi jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkun ġiet imkejla.

    6.   DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQU

    6.1.   Dokumentazzjoni tas-superfiċe tat-test

    Id-dejta li ġejja għandha tingħata f'dokument li jiddeskrivi s-superfiċe tat-test:

    6.1.1.

    Fejn tinsab il-korsa tat-test.

    6.1.2.

    It-tip tas-sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta' aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċe u l-kurva granulometrika ddeterminata minn kampjuni ċilindriċi mill-korsa tat-test.

    6.1.3.

    Il-metodu ta' kompazzjoni (eż. it-tip ta' romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta' passati).

    6.1.4.

    It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ waqt it-tqegħid tas-superfiċe'

    6.1.5.

    Id-data ta' meta tqiegħed is-superfiċe u l-isem tal-kuntrattur.

    6.1.6.

    Ir-riżultati tat-test kollha jew għall-inqas l-aktar riżultat reċenti, inklużi:

    6.1.6.1.

    Il-kontenut ta' spazji residwi ta' kull kampjun ċilindriku;

    6.1.6.2.

    Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni ċilindriċi biex jitkejlu l-ispazji;

    6.1.6.3.

    Il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss ta' kull kampjun ċilindriku (jekk ikun tkejjel). Speċifika r-riżultati għal kull kampjun ċilindriku u għal kull medda ta' frekwenzi, kif ukoll il-medja globali;

    6.1.6.4.

    Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni ċilindriċi biex jitkejjel l-assorbiment;

    6.1.6.5.

    Il-fond tal-istruttura, inkluż in-numru ta' testijiet u d-devjazzjoni standard;

    6.1.6.6.

    L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skont il-paragrafi 6.1.6.1 u 6.1.6.2 ta' hawn fuq u t-tip ta' tagħmir li ntuża;

    6.1.6.7.

    Id-data tat-test(ijiet) u d-data meta l-kampjuni ċilindriċi ttieħdu mill-korsa tat-test.

    6.2.   Dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħoss tal-vetturi mwettqa fuq is-superfiċe

    Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħoss tal-vetturi, għandu jiġi ddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-istandard ġewx issodisfati jew le. Skont il-paragrafu 6.1, għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


    (1)  L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test deskritti f'dan l-Anness huma validi sa tmiem il-perjodu indikat fil-paragrafu 11.8 ta' dan ir-Regolament.

    (2)  ISO 10844:1994


    Top