Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42015X0421(01)

    Ir-Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant, ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur [2015/622]

    ĠU L 102, 21.4.2015, p. 67–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/118/oj

    21.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/67


    It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali ppubblikata. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

    Ir-Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant, ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur [2015/622]

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Is-suppliment 1 għas-serje ta' emendi 02 — Data tad-dħul fis-seħħ: fit-3 ta' Novembru 2013.

    WERREJ

    IR-REGOLAMENT

    1.

    Il-kamp ta' applikazzjoni

    2.

    Id-definizzjonijiet: Ġenerali

    3.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    L-approvazzjoni

    5.

    Parti I: L-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq l-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna, u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew il-kapaċità tal-materjali li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

    6.

    Parti II: L-approvazzjoni ta' komponent rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità tiegħu li jirreżisti l-karburant jew il-lubrikant

    7.

    Il-modifikazzjoni tat-tip u l-estenzjoni tal-approvazzjoni

    8.

    Il-konformità tal-produzzjoni

    9.

    Il-penali għan-nuqqas ta' konformità fil-produzzjoni

    10.

    Il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox

    11.

    L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    12.

    Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    ANNESSI

    1

    Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-vettura

    2

    Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-komponent

    3

    Il-komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura)

    4

    Il-komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' komponent)

    5

    L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    6

    It-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali

    7

    It-test li jiddetermina l-mod tat-tidwib tal-materjali

    8

    It-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali

    9

    It-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

    1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imġiba tal-ħruq (kemm jaqbdu, jinħarqu, u jdubu malajr) il-materjali li jintużaw fil-vetturi tal-kategoriji M3, il-Klassijiet II u III (1), u kemm huma kapaċi jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti.

    L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

    1.2.

    Parti I — L-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin.

    1.3.

    Parti II — L-approvazzjoni tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità tagħhom li jirreżisti l-karburanti u l-lubrikanti.

    2.   ID-DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

    2.1.

    “Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli quddiem l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b'mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni.

    2.2.

    “Kompartiment ta' ġewwa” tfisser kull kompartiment maħsub għall-passiġġieri, għas-sewwieqa u/jew għall-ekwipaġġ, li jkun infurrat minn ġewwa fuq dawn il-faċċati:

    (a)

    Is-saqaf;

    (b)

    L-art;

    (c)

    Il-faċċati ta' quddiem, ta' wara u tal-ġnub,

    (d)

    Il-bibien;

    (e)

    Il-ħġieġ tat-twieqi li jagħtu għal barra.

    2.3.

    “Il-kompartiment tal-magna” tfisser il-kompartiment fejn tkun installata l-magna u fejn jista' jkun hemm ukoll ħiter tal-kombustjoni.

    2.4.

    “Kompartiment separat tat-tisħin” tfisser kompartiment għall-ħiter tal-kombustjoni li jkun barra l-kompartimenti ta' ġewwa u tal-magna.

    2.5.

    “Materjali tal-produzzjoni” tfisser prodotti, f'għamla ta' materjali kbar (eż. rollijiet ta' tapizzerija) jew komponenti preformati li jiġu fornuti lill-manifattur biex jiddaħħlu f'tip ta' vettura li jkun approvat skont dan ir-Regolament, jew fornuti lil garaxx biex jintużaw għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi.

    2.6.

    “Sit” tfisser struttura li tista' tkun jew ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn sit forma ta' bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna adulta waħda.

    2.7.

    “Grupp ta' sits” tfisser sit forma ta' bank, jew sits li huma separati iżda maġenb xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta' quddiem ta' sit wieħed bi dritt jew quddiem l-ankraġġi ta' wara u bi dritt jew wara l-ankraġġi ta' quddiem ta' sit ieħor) u li jakkomodaw persuna waħda adulta jew iktar minn persuna waħda bilqiegħda.

    2.8.

    “Sit f'forma ta' bank” tfisser struttura kompluta b'kollox, maħsuba biex fuqha jpoġġu aktar minn persuna adulta waħda.

    2.9.

    “Materjal installat f'pożizzjoni vertikali” tfisser materjali li jkunu installati fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'xi kompartiment tat-tisħin, li l-inklinazzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 fil-mija mil-linja orizzontali meta l-massa tal-vettura tkun iċċentrata fl-istat tal-ġiri u l-vettura tkun fuq art orizzontali lixxa.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' vettura jew ta' tip ta' komponent fir-rigward ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.

    3.2.   Għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-informazzjoni li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness 1 jew l-Anness 2.

    3.3.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu pprezentati lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

    3.3.1.

    Fil-każ ta' approvazzjoni ta' vettura: vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat.

    3.3.2.

    Fil-każ ta' komponenti li t-tip tagħhom huwa diġà approvat: fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tiħi inkluża lista tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tip mill-manifattur tal-partijiet ikkonċernati, għandha tiġi inkluża;

    3.3.3.

    Fil-każ ta' komponenti li għad ma għandhomx approvazzjoni tat-tip:

    3.3.3.1.

    Kampjuni, li n-numru tagħhom huwa speċifikat fl-Annessi 6 sa 9, tal-komponenti użati fil-vetturi, li jirrappreżentaw it-tip li jrid jiġi approvat;

    3.3.3.2.

    Barra minn hekk, għandu jiġi ppreżentat kampjun wieħed lis-Servizz Tekniku biex iservi bħala referenza fil-futur;

    3.3.3.3.

    Għal apparati bħal sits, purtieri, ħitan diviżorji, eċċ, il-kampjuni speċifikati fil-paragrafu 3.3.3.1 flimkien ma' apparat wieħed sħiħ, kif imsemmi qabel.

    3.3.3.4.

    Il-kampjuni jridu jiġu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant u bl-indikazzjoni tat-tip.

    4.   APPROVAZZJONI

    4.1.   Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jilħaq ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta' dak it-tip għandha tingħata.

    4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 02 li jikkorrispondi mas-serje ta' emendi 02 ) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkludu l-aktar emendi tekniċi prinċipali riċenti li jkunu saru għar-Regolament fiż-żmien meta tingħata l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura jew ta' komponent, kif iddefinit f'dan ir-Regolament.

    4.3.   Għandha tiġi kkomunikata notifika tal-approvazzjoni jew tal-estenzjoni tal-approvazzjoni ta' tip skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' waħda mill-formoli konformi mal-mudelli fl-Annessi 3 jew 4, kif applikabbli, skont dan ir-Regolament.

    4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imwaħħal, fejn jidher sew u f'post faċilment aċċessibbli li jkun ġie speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni li jkun fiha:

    4.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

    4.4.2.

    In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “I” li jindika l-Parti I ta' dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.4.3.

    Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat skont Regolament wieħed jew iżjed annessi mal-Ftehim fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiddaħħal darba oħra; f'dak il-każ, ir-Regolamenti li skonthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.4.4.

    Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u trid tkun ma titħassarx.

    4.4.5.

    Il-marka tal-approvazzjoni trid titqiegħed qrib il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur, jew fuqha.

    4.5.   Il-materjali tal-produzzjoni ma għandhomx jiġu mmarkati individwalment. Madankollu, l-imballaġġ tagħhom għandu jkun immarkat bil-marka tal-approvazzjoni internazzjonali fl-għamla li ġejja:

    4.5.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

    4.5.2.

    In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “II” li jindika l-Parti II ta' dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

    4.5.3.

    Viċin iċ-ċirku:

    4.5.3.1.

    Simboli li juru d-direzzjoni għall-installazzjoni tal-materjal:

    Image

    Għad-direzzjoni orizzontali (ara l-para. 6.2.1);

    Image

    Għad-direzzjoni vertikali (ara l-para. 6.2.3 u 6.2.4);

    Image

    Għad-direzzjonijiet orizzontali u vertikali (ara l-para. 6.2.1, 6.2.3 u 6.2.4).

    4.5.3.2.

    Is-simbolu “V” li juri li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.

    4.5.4.

    Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u trid tkun ma titħassarx.

    4.6.   Il-komponenti jistgħu jkunu mmarkati bil-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 4.5.

    4.6.1.   Jekk il-komponenti sħaħ bħalma huma s-sits, il-ħitan diviżorji, l-ixtillieri tal-bagalji, eċċ. jkunu mmarkati, din il-marka għandu jkun fiha s-simbolu “CD” li juri li l-komponent ġie approvat bħala biċċa sħiħa kif inhu.

    4.7.   L-Anness 5 ta' dan ir-Regolament jagħti l-eżempji ta' kif iridu jitpoġġew il-marki tal-approvazzjoni.

    5.   PARTI I: L-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' VETTURA RIGWARD L-IMĠIBA TAL-ĦRUQ L-KOMPONENTI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TA' ĠEWWA, FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA, U F'KULL KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN, U/JEW IL-KAPAĊITÀ TAL-MATERJALI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA U F'KULL KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN, LI JIRREŻISTU L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

    5.1.   Definizzjoni

    Għall-iskop tal-Parti I ta' dan ir-Regolament,

    5.1.1.

    “Tip ta' vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħall-isem tat-tip tal-manifattur.

    5.2.   Speċifikazzjonijiet

    5.2.1.   Il-materjali fil-kompartiment ta' ġewwa u mhux iktar minn 13-il mm 'il barra minnu, il-materjali tal-kompartiment tal-magna u l-materjali ta' kull kompartiment tat-tisħin, li jintużaw fil-vettura li trid tiġi approvata għat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti II ta' dan ir-Regolament.

    5.2.2.   Il-materjali u/jew it-tagħmir li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat u/jew fl-apparat approvat bħala komponenti, iridu jiġu installati b'mod li jnaqqsu r-riskju li n-nar jaqbad u jinfirex.

    5.2.3.   Dawn il-materjali u/jew it-tagħmir iridu jiġu installati skont l-iskopijiet li jkunu maħsuba għalihom u skont it-test(ijiet) li jkunu għaddew minnhom (ara l-paragrafi 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, u 6.2.7), speċjalment fir-rigward tal-mod kif jinħaraq u tat-tidwib tagħhom (direzzjoni orizzontali/vertikali) u/jew rigward il-kapaċità tagħhom li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant.

    5.2.4.   Kull aġent adeżiv li jintuża biex jitwaħħal il-materjal intern mal-istruttura tas-sostenn tiegħu m'għandux, kemm jista' jkun, jaggrava l-mod ta' kif jinħaraq il-materjal.

    6.   PARTI II: L-APPROVAZZJONI TA' KOMPONENT RIGWARD L-IMĠIBA TAL-ĦRUQ U/JEW IL-KAPAĊITÀ TIEGĦU LI JIRREŻISTI L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

    6.1.   Definizzjonijiet

    Għall-iskop tal-Parti II ta' dan ir-Regolament,

    6.1.1.

    “Tip ta' komponent” tfisser komponenti li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

    6.1.1.1.

    L-isem tat-tip tal-manifattur;

    6.1.1.2.

    l-użu maħsub (tapizzerija tas-sits, il-kisi tas-saqaf, l-iżolament eċċ),

    6.1.1.3.

    Il-materjali bażiċi (eż. suf, plastik, lastiku, materjali mħallta),

    6.1.1.4.

    L-għadd ta' saffi fil-każ ta' materjali komposti, u

    6.1.1.5.

    Il-karatteristiċi l-oħra sa fejn ikollhom effett sinifikanti fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament.

    6.1.2.

    “Rata tal-ħruq” tfisser il-kwozjent tad-distanza maħruqa mkejjel skont l-Anness 6 u/jew l-Anness 8 ta' dan ir-Regolament u l-ħin li damet biex tinħaraq din id-distanza. Tiġi mfissra f'millimetri kull minuta.

    6.1.3.

    “Materjal kompost” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta' materjali simili jew differenti bl-uċuħ imwaħħla flimkien permezz ta' tkaħħil, tgħaqqid, ikkuttunar, iwweldjar, eċċ. Meta jkunu mwaħħla flimkien materjali differenti b'mod intermittenti (pereżempju, permezz ta' ħjata, ta' wweldjar bi frekwenza għolja, permezz ta' msiemer irbattuti), dawn il-materjali m'għandhomx jitqiesu bħala materjali komposti.

    6.1.4.

    “Faċċata esposta” tfisser in-naħa ta' materjal li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-magna u lejn kull kompartiment separat tat-tisħin meta l-materjal jiġi mmuntat fil-vettura.

    6.1.5.

    “Tappizzerija” tfisser l-ikkuttunar intern flimkien mal-materjal tal-finitura tal-wiċċ li flimkien jikkostitwixxu l-kuxin tal-istruttura tas-sit.

    6.1.6.

    “Kisjiet interni” tfisser materjal(i) li (flimkien) jikkostitwixxi/u l-finitura tal-wiċċ u tas-sottostrat ta' saqaf, ta' ħajt jew ta' art.

    6.1.7.

    “Materjal(i) iżolanti” tfisser materjal(i) li jintuża(w) biex inaqqsu t-tixrid tas-sħana permezz tal-konduzzjoni, tar-radjazzjoni jew tal-konvezzjoni, u li jintuża(w) biex jaqtgħu l-ħsejjes fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin.

    6.1.8.

    “Kapaċità li jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti” tfisser il-kapaċità tal-materjali biex jirreżistu l-karburanti jew il-lubrikanti meta jitkejlu skont l-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

    6.2.   Speċifikazzjonijiet

    6.2.1.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament:

    (a)

    Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f'pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment ta' ġewwa u,

    (b)

    Materjal(i) iżolanti installat(i) f'pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

    Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq orizzontali ma tkunx iktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl.

    Il-materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3. jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

    6.2.2.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament:

    (a)

    Materjal(i) u materjal(i) komposti installati 'l fuq minn 500 mm mill-kuxin tas-sit u fis-saqaf tal-vettura,

    (b)

    Materjal(i) iżolanti installat(i) fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

    Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ma tifforma l-ebda qatra li tqabbad it-tajjar.

    6.2.3.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament:

    (a)

    Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f'pożizzjoni vertikali fil-kompartiment ta' ġewwa,

    (b)

    Materjal(i) iżolanti installat(i) f'pożizzjoni vertikali fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

    Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx iktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl.

    6.2.4.   Materjali li jiksbu valur medju tas-CFE (fluss termiku kritiku fil-ħin li jintefa n-nar) li jkun ta' 20 kW/m2 jew iktar meta jiġu ttestjati skont l-ISO 5658-2 (3), jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2 u 6.2.3, sakemm ma jiġi nnutat l-ebda taqtir ta' materjal jaqbad meta jkunu qegħdin jitqiesu l-agħar riżultati tat-testijiet.

    6.2.5.   Il-materjali iżolanti kollha installati fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin iridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

    Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, iż-żieda fil-piż tal-kampjun tat-test ma tkunx aktar minn 1 g.

    L-ispazji vojta li jkunu meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, eż. biex minn ġol-materjal jgħaddu xi tubi jew partijiet tal-istruttura, huma permessi sakemm tinżamm il-protezzjoni (eż. permezz ta' siġillant jew tejp, jew xi mezz ieħor).

    6.2.6.   Il-kejbils tal-elettriku jridu jgħaddu mit-test tar-reżistenza kontra l-propagazzjoni tal-fjammi deskritt fil-paragrafu 12 tal-istandard ISO 6722:2006.

    Ir-riżultat tat-test jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, kull fjamma fil-ħruq ta' materjal iżolanti tintefa fi żmien 70 sekonda u mill-inqas 50 mm tal-iżolant fin-naħa ta' fuq tal-kampjun tat-test jibqa' mhux maħruq.

    6.2.7.   Il-materjali li mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-testijiet deskritti fl-Annessi 6 sa 8 huma:

    6.2.7.1.

    Il-partijiet magħmula mill-metall jew mill-ħġieġ;

    6.2.7.2.

    Kull aċċessorju individwali ta' sit b'massa ta' materjal mhux metalliku ta' anqas minn 200 g. Jekk il-massa totali ta' dawn l-aċċessorji taqbeż l-400 g ta' materjal mhux metalliku għal kull sit, allura għandu jiġi ttestjat kull materjal individwali;

    6.2.7.3.

    L-elementi li l-erja tas-superfiċje jew il-volum tagħhom ma jaqbżux rispettivament:

    6.2.7.3.1.

    100 cm2 jew 40 cm3 għall-elementi li huma marbutin mal-pożizzjoni individwali ta' sit;

    6.2.7.3.2.

    300 cm2 jew 120 cm3 għal kull filliera ta' sits ubħala massimu, għal kull metru lineari ta' ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri għal dawn l-elementi li huma mqassma fil-vettura u li mhumiex marbutin ma' sit ta' persuna waħda;

    6.2.7.4.

    L-elementi li għalihom ma jkunx possibbli li jittieħed kampjun bid-dimensjonijiet preskritti kif speċifikat fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6, u fil-paragrafu 3 tal-Anness 7.

    7.   IL-MODIFIKA TAT-TIP U L-ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

    7.1.   Kull modifika ta' vettura jew ta' tip ta' komponent fir-rigward ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura jew tal-komponent. L-awtorità mbagħad tista':

    7.1.1.

    Tkun tal-fehma li probabbli l-modifiki li jkunu saru mhux se jkollhom effett negattiv sinifikanti u li f'kull każ il-vetturi jew il-komponenti xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti, jew

    7.1.2.

    Tesiġi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku inkarigat biex jagħmel it-testijiet.

    7.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun qed testendi l-validità tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni mħejjija għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

    8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    8.1.

    Il-Vetturi/komponenti approvati skont dan ir-Regolament iridu jkunu manifatturati b'mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament.

    8.2.

    L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

    9.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

    9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux ssodisfati.

    9.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudelli fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 jew dak fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

    11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

    12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    12.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

    12.2.   Minn 24 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura jew it-tip ta' komponent li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

    12.3.   Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

    12.4.   Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje preċedenti ta' emendi ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

    12.5.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta' emendi 00 ta' dan ir-Regolament.

    12.6.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

    12.7.   Minn 48 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura jew it-tip ta' komponent li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

    12.8.   Minn 60 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

    12.9.   Minn 96 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje tal-emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 02.

    12.10.   Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje preċedenti ta' emendi ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.


    (1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

    (2)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

    (3)  ISO 5658-2:2006 Reazzjoni għat-testijiet tan-nar — tixrid ta' fjammi — Il-Parti 2: Tixrid laterali fuq il-prodotti tal-bini u tat-trasport f'konfigurazzjoni vertikali.


    ANNESS 1

    DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-VETTURA

    Skont il-paragrafu 3.2 ta' dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta' ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u ta' kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew dwar il-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

    1.   Ġenerali

    1.1.   Il-marka (marka kummerċjali tal-manifattur): …

    1.2.   It-ip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

    1.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

    1.4.   Fejn tinsab din il-marka: …

    1.5.   Il-kategorija tal-vettura (1): …

    1.6.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    1.7.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

    2.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

    2.1.   Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta' vettura rappreżentattiva:

    3.   Il-karozzerija

    It-tagħmir ta' ġewwa u/jew il-materjali iżolanti

    3.1.   Is-sits

    3.1.1.   L-għadd: …

    3.2.   Il-materjal(i) li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, għal kull materjal irid jiġi ddikjarat

    3.2.1.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jekk jeżisti: …

    3.2.2.   L-għamla: …

    3.2.3.   L-isem tat-tip: …

    3.2.4.   Ittestjat bi qbil mal-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4 (2).: …

    3.2.5.   Għal materjali mhux approvati

    3.2.5.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    3.2.5.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

    3.2.5.3.   It-tip ta' kisi (2): …

    3.2.5.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

    3.3.   Il-mterjali li jintużaw għall-iżolazzjoni fil-kompartiment tal-magnau/jew f'kompartiment separat tat-tisħin, għal kull materjal irid jiġi ddikjarat

    3.3.1.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jekk jeżisti: …

    3.3.2.   L-għamla: …

    3.3.3.   L-isem tat-tip: …

    3.3.4.   Ittestjat bi qbil mal-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5. (2): …

    3.3.5.   Għal materjali mhux approvati

    3.3.5.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    3.3.5.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

    3.3.5.3.   It-tip ta' kisi (2): …

    3.3.5.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

    3.4.   Il-kejbils tal-elettriku, għal kull tip irid jiġi ddikjarat

    3.4.1.   In-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, jekk jeżisti: …

    3.4.2.   L-għamla: …

    3.4.3.   L-isem tat-tip: …

    3.4.4.   Għal materjali mhux approvati

    3.4.4.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    3.4.4.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

    3.4.4.3.   It-tip ta' kisi (2): …

    3.4.4.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm


    (1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emenda 2, para. 2).

    (2)  Ingassa dak li ma japplikax.


    ANNESS 2

    DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-KOMPONENT

    Skont il-paragrafu 3.2 tar-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta' ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew il-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant.

    1.   Ġenerali

    1.1.   Il-marka (marka kummerċjali tal-manifattur): …

    1.2.   It-ip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

    1.3.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

    1.4.   Fil-każ tal-komponenti u l-unitajiet separati, il-pożizzjoni u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni: …

    1.5.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

    2.   Il-materjali interni

    2.1.   Il-materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)

    Il-materjal maħsub biex ikun installat 'il fuq minn 500 mm mill-kuxin tas-sit u/jew fis-saqaf tal-vettura: iva/ma japplikax (1)

    2.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    2.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

    2.4.   It-tip ta' kisi (1): …

    2.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

    2.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

    3.   Il-materjali iżolanti

    3.1.   Il-materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)

    3.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    3.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

    3.4.   It-tip ta' kisi (1): …

    3.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

    3.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

    4.   Il-kejbils tal-elettriku

    4.1.   Il-materjal(i) li jintuża(w) għal: …

    4.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

    4.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

    4.4.   It-tip ta' kisi (1): …

    4.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

    4.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …


    (1)  Ingassa dak li ma japplikax.


    ANNESS 3

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 4

    Image

    Test ta 'immaġni

    Appendiċi 1

    L-appendiċi tal-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent skont ir-Regolament Nru 118

    1.   Informazzjoni addizzjonali.

    1.1.   Il-materjali interni

    1.1.1.   Id-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent: orizzontali/vertikali/kemm f'direzzjoni orizzontali kif ukoll vertikali (1).

    1.1.2.   Jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.2: iva/ma japplikax (1)

    1.1.3.   Il-konformità tal-komponenti bħala unitajiet sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)

    1.1.4.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni:

    1.2.   Il-materjali iżolanti

    1.2.1.   Id-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent: orizzontali/vertikali/kemm f'direzzjoni orizzontali kif ukoll vertikali (1).

    1.2.2.   Il-konformità tal-komponenti bħala unitajiet sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)

    1.2.3.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni:

    1.3.   Il-kejbils tal-elettriku

    1.3.1.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni: …

    2.   Rimarki: …


    (1)  Ingassa dak li ma japplikax.


    ANNESS 5

    L-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    Eżempju 1

    (ara l-Parti I ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) b'konformità mal-Parti I tar-Regolament Nru 118 skont l-approvazzjoni Nru 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118.

    Eżempju 2

    (Ara l-Parti II ta' dan ir-Regolament)

    Image

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti II tar-Regolament Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118.

    Is-simbolu addizzjonali Image juri d-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent:

    Is-simbolu Image juri li l-komponent jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.

    Is-simbolu Image juri l-approvazzjoni ta' komponent bħala unità sħiħa, pereżempju sits, ħitan diviżorji, eċċ.

    Is-simboli addizzjonali jintużaw biss fejn japplika.


    ANNESS 6

    TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ ORIZZONTALI TAL-MATERJALI

    1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

    1.1.   Fil-każ ta' materjal iżotropiku, iridu jgħaddu mit-test ħames kampjuni, jew għaxar kampjuni fil-każ ta' materjal mhux iżotropiku (ħamsa għal kull direzzjoni).

    1.2.   Il-kampjuni jridu jittieħdu mill-materjal li jkun qed jiġi ttestjat. Il-materjali li għandhom rati ta' ħruq differenti f'direzzjonijiet differenti iridu jiġu ttestjati minn kull direzzjoni. Il-kampjuni jridu jittieħdu u jitqiegħdu fl-apparat tat-test biex titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq. Meta l-materjal ikun fornit fil-wisa', irid jinqata' tul ta' mill-inqas 500 mm biex tkun koperta l-wisa' kollha. Minn din il-biċċa maqtugħa, il-kampjuni jridu jittieħdu b'mod li jkunu mill-inqas 100 mm mit-tarf tal-materjal u ekwidistanti minn xulxin. Bl-istess mod iridu jittieħdu l-kampjuni minn prodotti kompluti, meta tippermetti l-forma tal-prodott. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk ikun possibbli, it-test għandu jitwettaq, skont is-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna oriġinali tal-materjal, li għandha tissemma fir-rapport tat-test.

    Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kienu ta' kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv iridu jiġu ttestjati individwalment.

    1.3.   Kampjun jinżamm orizzontalment f'kontenitur forma ta' U u jiġi espost għall-azzjoni ta' fjamma definita għal 15-il sekonda f'kompartiment tal-kombustjoni, fejn il-fjamma taħdem fuq it-tarf tal-kampjun li jisporġi mill-kontenitur. It-test jiddetermina jekk u meta tintefa l-fjamma jew il-ħin li fih il-fjamma taqbeż distanza mkejla.

    2.   L-APPARAT

    2.1.   Kompartiment tal-kombustjoni (Dijagramma 1), preferibbilment tal-azzar ma jsaddadx u bid-dimensjonijiet mogħtija fid-Dijagramma 2. In-naħa ta' quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa tal-osservazzjoni reżistenti għan-nar, li tista' tgħatti n-naħa ta' quddiem u li tista' tinbena bħala bieba għall-aċċess.

    In-naħa ta' isfel tal-kompartiment għandha t-toqob għall-arja, u n-naħa ta' fuq għandha qasma għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-komubustjoni jitqiegħed fuq erba' saqajn, b'għoli ta' 10 mm.

    Il-kompartiment jista' jkollu toqba f'tarf wieħed minn fejn jiddaħħal il-kontenitur li fih il-kampjun; fin-naħa l-oħra, hemm toqba għall-pajp tal-gass. Il-materjal imdewweb jinqabad f'dixx (ara d-Dijagramma 3) li jitpoġġa fil-qiegħ tal-kompartiment bejn it-toqob tal-arja b'mod li ma jgħatti ebda toqba tal-arja.

    Dijagramma 1

    Eżempju ta' kompartiment tal-kombustjoni bil-kontenitur tal-kampjun u d-dixx tat-taqtir

    Image

    Dijagramma 2

    Eżempju ta' kompartiment tal-kombustjoni

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Dijagramma 3

    Dixx tat-taqtir tipiku

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    2.2.   Kontenitur tal-kampjun, li jikkonsisti minn żewġ pjanċi jew frejms tal-metall forma ta' U magħmulin minn materjal reżistenti għall-korrużjoni. Id-dimensjonijiet jingħataw fid-Dijagramma 4.

    Il-pjanċa ta' isfel tkun mgħammra bil-labar, dik ta' fuq b'toqob korrispondenti sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b'mod konsistenti. Il-labar iservu wkoll bħala punti ta' kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq.

    Għandu jkun hemm tagħmir tal-irfid forma ta' wajers reżistenti għas-sħana b'dijametru ta' 0,25 mm li jgħaddu minn naħa għall-oħra tal-frejm ta' taħt bil-forma ta' U, b'intervalli ta' 25 mm (ara d-Dijagramma 5).

    Il-wiċċ ta' taħt tal-kampjuni għandu jkun 178 mm 'l fuq mill-pjanċa tal-art. It-tarf ta' quddiem tal-ħowlder tal-kampjun irid ikun 22 mm 'l bod mit-tarf tal-kompartiment; il-ġnub lonġitudinali tal-ħowlder tal-kampjun iridu jkunu 50 mm 'l bod mill-ġnub tal-kompartiment (il-qisien kollha minn ġewwa tal-kompartiment). (Ara d-Dijagrammi 1 u 2)

    Dijagramma 4

    Eżempju ta' ħowlder tal-kampjun

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Dijagramma 5

    Eżempju ta' sezzjoni tal-forma tal-frejm ta' taħt bil-forma ta' U, biex joqgħod faċilment fuq il-frejm tal-wajer

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    2.3.   Il-berner tal-gass

    Is-sors żgħir tat-tqabbid jingħata minn Bunsen berner li jkollu dijametru fuq ġewwa ta' 9,5 ± 0,5 mm. Dan jitpoġġa ġol-kabinett tat-test b'tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tkun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta' taħt tan-naħa l-miftuħa tal-kampjun (ara d-Dijagramma 2).

    2.4.   Il-gass għat-test

    Il-gass li jintuża għall-berner għandu jkollu valur kalorifiku viċin it-38 MJ/m3 (pereżempju gass naturali).

    2.5.   Pettne tal-metal, twil mill-anqas 110 mm, b'seba jew tmien snien lixxi ġejjin għat-tond f'kull 25 mm.

    2.6.   Stop-watch, bi preċiżjoni ta' 0,5 sekondi.

    2.7.   Kabinett għad-dħaħen. Il-kompartiment tal-kombustjoni jista' jitpoġġa f'kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, imma mhux aktar minn 110 darbiet ikbar mill-volum tal-kompartiment tal-kombustjoni u sakemm l-ebda dimensjoni tal-għoli, tal-wisa', jew tat-tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn darbtejn u nofs ta' kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, trid tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja minn naħa għall-oħra tal-kabinett għad-dħaħen; 100 mm minn quddiem u minn wara l-posizzjoni finali ta' fejn ikun jinsab il-kompartiment tal-kobustjoni. Din trid tkun ta' bejn 0,10 u 1,30 m/s biex tevita li tikkawża skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista' jintuża kabinett għad-dħaħen b'ventilazzjoni naturali u b'veloċità xierqa tal-arja.

    3.   IL-KAMPJUNI

    3.1.   Il-forma u d-dimensjonijiet

    3.1.1.   Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni jingħataw fid-Dijagramma 6. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi mal-ħxuna tal-prodott li għandu jiġi ttestjat. Ma għandhiex tkun aktar minn 13-il mm. Jekk waqt it-teħid tal-kampjun ikun possibbli, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti mat-tul kollu tiegħu.

    Dijagramma 6

    Il-kampjun

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    3.1.2.   Jekk id-daqs u d-dimensjonijiet ta' prodott ma jippermettux li jittieħed kampjun tad-daqs mogħti, iridu jinżammu dawn id-dimensjonijiet minimi:

    (a)

    Għall-kampjuni b'wisa' ta' bejn 3 u 60 mm, it-tul għandu jkun ta' 356 mm. F'dan il-każ il-materjal għandu jiġi ttestjat fil-wisa' tal-prodott;

    (b)

    Għall-kampjuni li jkollhom wisa'ta' bejn 60 u 100 mm, it-tul għandu jkun għall-inqas 138 mm. F'dan il-każ id-distanza potenzjali tal-ħruq tikkorrespondi mat-tul tal-kampjun, il-kejl jibda mill-ewwel punt ta' kejl.

    3.2.   L-ikkundizzjonar

    Il-kampjuni jridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn sebat ijiem f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u jridu jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

    4.   IL-PROĊEDURA

    4.1.   Qiegħed il-kampjuni li jkollhom wiċċ bil-pil jew bit-trofof fuq superfiċje ċatta u omxot darbtejn kontra l-pil bil-pettne (paragrafu 2.5).

    4.2.   Qiegħed il-kampjun fil-ħowlder tal-kampjuni (paragrafu 2.2) b'mod li l-ġenb mikxuf ikun iħares 'l isfel lejn il-fjamma.

    4.3.   Irranġa l-fjamma tal-gass għal għoli ta' 38 mm permezz tal-marka fil-kompartiment, bit-tagħmir għad-dħul tal-arja ġol-berner magħluq. Qabel ma jingħata bidu għall-ewwel test, il-fjamma trid tkun ilha mixgħula għal mill-anqas minuta biex tilħaq tistabilizza ruħha.

    4.4.   Imbotta l-ħowlder tal-kampjuni fil-kompartiment tal-kombustjoni hekk li t-tarf tal-kampjun ikun espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda agħlaq iċ-ċirkolazzjoni tal-gass.

    4.5.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta s-sieq tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva t-tixrid tal-fjamma fil-ġenb li jinħaraq aktar malajr mill-ieħor (ta' fuq jew ta' taħt).

    4.6.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq ikun lest meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sal-aħħar punt tal-kejl. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti dekomposta tal-kampjun, li l-wiċċ jew l-intern tiegħu jinqered mill-ħruq.

    4.7.   Sakemm il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jinħaraq wara li l-berner ikun intefa, jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl, b'mod li ma jitkejjel l-ebda ħin ta' ħruq, niżżel fir-rapport tat-test li r-rata tal-ħruq hija 0 mm/min.

    4.8.   Meta twettaq serje ta' testijiet jew testijiet ripetuti, kun ċert li l-kompartiment tal-kombustjoni u l-kontenitur tal-kampjuni jkollhom temperatura massima ta' 30 °C qabel ma tibda t-test li jmiss.

    5.   IL-KALKOLU

    Ir-rata ta' ħruq, B (1), f'millimetri kull minuta, tingħata permezz tal-formola:

    B = 60 s/t

    fejn:

    s

    =

    id-distanza maħruqa, f'millimetri;

    t

    =

    il-ħin, f'sekondi, biex tinħaraq id-distanza s


    (1)  Ir-rata ta' ħruq (B) għal kull kampjun tiġi kkalkulata biss fil-każ li l-fjamma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl jew it-tmiem tal-kampjun.


    ANNESS 7

    TEST LI JIDDETERMINA L-MOD TAT-TIDWIB TAL-MATERJALI

    1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

    1.1.   Iridu jiġu ttestjati erba' kampjuni għaż-żewġ faċċati (jekk ma jkunux identiċi).

    1.2.   Il-kampjun għandu jitqiegħed f'pożizzjoni orizzontali u jiġi espost għal radjatur tal-elettriku. Taħt il-kampjun għandu jitqiegħed kontenitur biex jiġbor il-qtar li joħorġu. Fil-kontenitur titqiegħed biċċa tajjar biex jiġi vverifikat jekk xi qatra tkunx qed tinħaraq.

    2.   L-APPARAT

    L-apparat għandu jikkonsisti minn (Dijagramma 1):

    (a)

    Radjatur tal-elettriku;

    (b)

    Tagħmir bi gradilja biex iżomm il-kampjun;

    (c)

    Kontenitur (għall-qtar li joħorġu);

    (d)

    Irfid (għall-apparat).

    2.1.   Is-sors tas-sħana huwa radjatur tal-elettriku b'enerġija utli ta' 500 W. Il-wiċċ tar-radjazzjoni għandu jkun magħmul minn pjanċa tal-kwartz trasparenti b'dijametru ta' 100 ± 5 mm.

    Is-sħana rradjata mill-apparat, imkejla fuq wiċċ li jkun parallel mal-wiċċ tar-radjatur f'distanza ta' 30 mm, trid tkun ta' 3W/cm2.

    2.2.   Il-kalibrazzjoni

    Għall-kalibrazzjoni tar-radjatur, għandu jintuża miter tal-fluss tas-sħana (radjometru) tat-tip Gardon (fojl) b'medda tad-disinn li ma taqbiżx l-10W/cm2. L-oġġett fil-mira li jirċievi r-radjazzjoni, u possibbilment xi ftit konvezzjoni wkoll, għandu jkun ċatt, tond, b'dijametru ta' mhux iktar minn 10 mm u miksi b'finitura sewda matta reżistenti.

    L-oġġett fil-mira jrid jitpoġġa ġo kontenitur imkessaħ bl-ilma li l-wiċċ ta' quddiem tiegħu ikun magħmul minn metall ċatt illustrat tajjeb, magħmul forma tonda, b'dijametru ta' madwar 25 mm, u li jaqbel mal-pjan tal-oġġett.

    Ir-radjazzjoni ma għandha tgħaddi mill-ebda tieqa qabel ma tilħaq l-oġġett fil-mira.

    L-istrument irid ikun robust, sempliċi biex jintrama u jintuża, mhux sensittiv għall-kurrenti tal-arja, u stabbli fil-kalibrazzjoni. L-istrument għandu jkollu preċiżjoni sa ± 3 fil-mija u b'ripetibbiltà sa 0,5 fil-mija.

    Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss tas-sħana trid tiġi vverifikata meta titwettaq kalibrazzjoni mill-ġdid tar-radjatur, billi titqabbel ma' strument ikkunsidrat standard ta' referenza u mhux użat għal kwalunkwe skop ieħor.

    L-istrument tal-istandard ta' referenza jrid jiġi kkalibrat kompletament f'intervalli annwali skont standard internazzjonali.

    2.2.1.   Il-verifika tal-kalibrazzjoni

    Ir-radjazzjoni prodotta mill-input tal-enerġija li l-kalibrazzjoni oriġinali tkun uriet li tikkorrispondi għal radjazzjoni ta' 3W/cm2 trid tiġi vverifikata spiss (mill-inqas darba kull 50 siegħa ta' tħaddim) u l-apparat irid jiġi kkalibrat mill-ġdid jekk din il-verifika turi devjazzjoni ikbar minn 0,06 W/cm2.

    2.2.2.   Il-proċedura tal-kalibrazzjoni

    L-apparat irid jitqiegħed f'ambjent essenzjalment ħieles minn kurrenti tal-arja (mhux iktar minn 0,2 m/s).

    Qiegħed il-miter tal-fluss tas-sħana fl-apparat fil-pożizzjoni tal-kampjun b'mod li l-oġġett fil-mira tal-miter tal-fluss tas-sħana jinsab ċentralment fis-superfiċje tar-radjatur.

    Ixgħel il-provvista elettrika u stabbilixxi l-input tal-enerġija tat-tagħmir tal-kontroll meħtieġa biex tiġi prodotta radjazzjoni fiċ-ċentru tas-superfiċje tar-radjatur ta' 3W/cm2. L-aġġustament fl-unità tal-enerġija biex jiġu reġistrati 3W/cm2 għandu jkun segwit minn perjodu ta' ħames minuti mingħajr aġġustament addizzjonali biex jiġi żgurat l-ekwilibriju.

    2.3.   It-tagħmir li jirfed il-kampjuni għandu jkun ċirku tal-metall (Dijagramma 1). Qiegħed gradilja fuq dan l-irfid, magħmula minn wajers tal-azzar ma jissaddadx, li jkollha dawn id-dimensjonijiet:

    (a)

    Dijametru interjuri: 118 mm,

    (b)

    Dimensjoni tat-toqob: 2,10 mm kwadri,

    (c)

    Dijametru tal-wajer tal-azzar: 0,70 mm.

    2.4.   Il-kontenitur għandu jikkonsisti minn tubu ċilindriku b'dijametru intern ta' 118-il mm u fond ta' 12-il mm. Il-kontenitur irid jimtela bit-tajjar.

    2.5.   L-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 2.1, 2.3 u 2.4 iridu jkunu appoġġati minn Kolonna vertikali.

    Ir-radjatur jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-irfid b'tali mod li s-superfiċje tar-radjazzjoni tkun orizzontali u r-radjazzjoni tkun 'l isfel.

    Trid titpoġġa lieva/pedala fil-kolonna biex jintrefa' t-tagħmir li jirfed ir-radjatur bil-mod. Irid ikun mgħammar ukoll b'qafla biex jiġi żgurat li r-radjatur ikun jista' jitqiegħed lura fil-pożizzjoni normali.

    Fil-pożizzjoni normali tagħhom, l-assi tar-radjatur, it-tagħmir li jirfed il-kampjun u l-kontenitur iridu jiltaqgħu.

    3.   IL-KAMPJUNI

    Il-kampjuni għat-test irid ikollhom dawn il-qisien: 70 mm × 70 mm. Il-kampjuni jridu jittieħdu bl-istess mod minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx jista' jsir, skont is-Servizz Tekniku, it-test irid isir fuq il-wisa' oriġinali tal-materjal, u dan għandu jissemma fir-rapport tat-test.

    Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3 tar-Regolament) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kellhom kostruzzjoni uniformi.

    Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin) iridu jiġu ttestjati individwalment.

    Il-massa totali tal-kampjun li se jiġi ttestjat trid tkun ta' mill-inqas 2 g. Jekk il-massa ta' kampjun wieħed tkun inqas, iridu jiżdiedu biżżejjed kampjuni biex iwasslu għal 2 g.

    Jekk iż-żewġ faċċati tal-materjal ivarjaw, iż-żewġ faċċati jridu jiġu ttestjati, dan ifisser li jridu jiġu ttestjati tmien kampjuni. Il-kampjuni u t-tajjar iridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u jridu jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

    4.   IL-PROĊEDURA

    Il-kampjun jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-irfid u dan tal-aħħar jitqiegħed b'tali mod li d-distanza bejn il-wiċċ tar-radjatur u n-naħa ta' fuq tal-kampjun tkun ta' 30 mm.

    Il-kontenitur, li jkun fih it-tajjar, jitqiegħed taħt il-gradilja tat-tagħmir tal-irfid f'distanza ta' 300 mm.

    Ir-radjatur jitwarrab, biex ma jitfax raġġi fuq il-kampjun, u jinxtegħel. Meta jkun laħaq l-ogħla kapaċità, jitqiegħed 'il fuq mill-kampjun u jibda jittieħed il-ħin.

    Jekk il-materjal idub jew jisforma ruħu, l-għoli tar-radjatur jinbidel biex tinżamm id-distanza ta' 30 mm.

    Jekk il-materjal jaqbad, ir-radjatur jitwarrab tliet sekondi wara. Dan jitpoġġa lura fil-pożizzjoni meta tkun intfiet il-fjamma u l-istess proċedura tiġi ripetuta bil-frekwenza meħtieġa matul l-ewwel ħames minuti tat-test.

    Wara l-ħames minuta tat-test:

    (i)

    Jekk il-kampjun ikun intefa (kemm jekk ikun qabad u kemm jekk ma qabadx matul l-ewwel ħames minuti tat-test) ħalli r-radjatur fl-istess pożizzjoni anki jekk il-kampjun jerġa' jaqbad;

    (ii)

    Jekk il-materjal ikun għadu jaqbad, stenna sakemm jintefa n-nar qabel ma terġa' tressaq ir-radjatur fil-pożizjoni tiegħu.

    F'kull każ, it-test għandu jitkompla għal ħames minuti addizzjonali.

    5.   IR-RIŻULTATI

    Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, bħal:

    (i)

    Jekk jaqa' xi qtar, kemm jekk ikunu qed jaqbad kif ukoll jekk ma jkunx;

    (ii)

    Jekk it-tajjar ikunx qabad in-nar.

    Dijagramma 1

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 8

    TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ VERTIKALI TAL-MATERJALI

    1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

    1.1.   It-test għandu jsir fuq tliet kampjuni fil-każ ta' materjal iżotropiku, jew fuq sitt kampjuni fil-każ ta' materjal mhux iżotropiku.

    1.2.   Dan it-test jikkonsisti fl-esponiment tal-kampjuni, miżmuma f'pożizzjoni vertikali quddiem fjamma, u d-determinazzjoni tal-veloċità tat-tixrid tal-fjamma fuq il-materjal li għandu jiġi ttestjat.

    2.   L-APPARAT

    L-apparat għandu jikkonsisti minn:

    (a)

    Ħowlder tal-kampjun;

    (b)

    Berner;

    (c)

    Sistema ta' ventilazzjoni biex tneħħi l-prodotti tal-gass u tal-kombustjoni;

    (d)

    Mudell;

    (e)

    Ħjut tal-qoton bojod mogħtija l-leqqa użati biex jimmarkaw, li jkollhom densità lineari massima ta' 50 tex.

    2.1.   Il-ħowlder tal-kampjun għandu jkollu qafas rettangolari b'għoli ta' 560 mm u għandu jkollu żewġ vireg paralleli konnessi b'mod riġidu bi spazju ta' 150 mm bejniethom li fuqhom għandhom jitwaħħlu l-labar biex jiġi mmuntat il-kampjun tat-test li jitqiegħed fuq pjan mill-inqas 20 mm mill-qafas. Il-labar li jintużaw għall-immuntar ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 2 mm u jridu jkunu twal mill-anqas 27 mm. Il-labar jitqiegħdu fuq il-vireg paralleli fil-postijiet li jidhru fid-Dijagramma 1. Il-qafas jiġi mmuntat fuq tagħmir tal-irfid adattat biex iżomm il-vireg orjentati vertikalment matul l-ittestjar (biex il-kampjun jitqiegħed fuq il-labar fuq pjan 'il bogħod mill-qafas, maġenb il-labar jistgħu jintużaw biċċiet għall-ispazju b'dijametru ta' 2 mm).

    2.2.   Il-berner huwa deskritt fid-Dijagramma 3.

    Il-gass ipprovdut lill-berner jista' jkun gass tal-propan kummerċjali jew gass tal-butanu kummerċjali.

    Il-berner irid jitqiegħed quddiem il-kampjun, iżda 'l isfel minnu hekk li jkun qiegħed fi pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali vertikali tal-kampjun u b'mod perpendikulari mal-wiċċ tiegħu (ara d-Dijagramma 2), hekk li l-fus lonġitudinali jkun imxaqleb 'il fuq fi 30° lejn il-linja vertikali tat-tarf ta' isfel tal-kampjun. Id-distanza bejn il-ponta ta' fuq tal-berner u t-tarf ta' isfel tal-kampjun għandha tkun ta' 20 mm.

    2.3.   L-apparat tat-test jista' jitqiegħed f'kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum ta' ġol-kabinett jkun għall-inqas 20 darba, iżda mhux aktar minn 110 darbiet akbar mill-volum tal-apparat tat-test u sakemm: l-ebda dimensjoni unika ta' għoli, wisa' jew tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn darbtejn u nofs waħda miż-żewġ dimensjonijiet. Qabel it-test, għandha titkejjel il-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett tad-dħaħen 100 mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali fejn se jitqiegħed l-apparat tal-ittestjar. Din trid tkun ta' bejn 0,10 u 1,30 m/s biex tevita li tikkawża skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista' jintuża kabinett għad-dħaħen b'ventilazzjoni naturali u b'veloċità xierqa tal-arja.

    2.4.   Għandu jintuża mudell ċatt u iebes magħmul minn materjal addattat u ta' daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-kampjun. Fil-mudell iridu jittaqqbu toqob b'dijametru ta' madwar 2 mm li jitqegħdu b'mod li d-distanzi bejn iċ-ċentri tat-toqob jikkorrispondu mad-distanzi bejn il-labar ta' fuq l-oqfsa (ara d-Dijagramma 1). It-toqob iridu jkunu ekwidistanti madwar il-linji ċentrali vertikali tal-mudell.

    3.   IL-KAMPJUNI

    3.1.   Id-dimensjonijiet tal-kampjun huma dawn: 560 × 170 mm.

    Jekk dan ma jkunx jista' jsir minħabba d-dimensjonijiet tal-materjal, it-test irid isir skont is-Servizz Tekniku, fuq il-wisa' oriġinali tal-materjal, u dan għandu jissemma fir-rapport tat-test.

    3.2.   Meta l-ħxuna tal-mudell tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq, skont is-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna oriġinali tal-materjal, li għandha tissemma fir-rapport tat-test. Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kienu ta' kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv iridu jiġu ttestjati individwalment.

    3.3.   Il-kampjuni jridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

    4.   IL-PROĊEDURA

    4.1.   It-test għandu jitwettaq f'atmosfera b'temperatura ta' bejn 10 °C u 30 °C u f'umdità relattiva ta' bejn 15 fil-mija u 80 fil-mija.

    4.2.   Il-berner irid jissaħħan minn qabel għal 2 minuti. L-għoli tal-fjamma għandu jiġi aġġustat għal 40 ± 2 mm imkejla bħala d-distanza bejn il-ponta ta' fuq tat-tubu tal-berner u l-ponta ta' fuq tal-parti s-safra tal-fjamma meta l-berner ikollu orjentazzjoni vertikali u l-fjamma tidher f'dawl baxx.

    4.3.   Wara li jitqiegħdu l-ħjut tal-immarkar tan-naħa ta' wara, il-kampjun għandu jitpoġġa fuq il-labar tal-qafas tat-test, filwaqt li jiġi żgurat li l-labar jgħaddu mill-punti mmarkati fuq il-mudell u li l-kampjun ikun mill-inqas 20 mm 'il bogħod mill-qafas. Il-qafas għandu jitwaħħal fuq it-tagħmir tal-irfid b'mod li l-kampjun ikun vertikali.

    4.4.   Il-ħjut tal-immarkar iridu jitwaħħlu orizzontalment quddiem u wara l-kampjun fil-postijiet li jidhru fid-Dijagramma 1. F'kull pożizzjoni, għandha tiġi mmuntata ingassa tal-ħajt b'mod li ż-żewġ segmenti jkollhom spazju ta' 1 mm u 5 mm mill-faċċata ta' quddiem u mill-faċċata ta' wara tal-kampjun.

    Kull ingassa għandha tkun imwaħħla ma' apparat xieraq li jkejjel il-ħin. Il-ħjut iridu jinġibdu biex ikun hemm biżżejjed tensjoni biex iżommu l-pożizzjoni tagħhom mal-kampjun.

    4.5.   Il-fjamma għandha tiġi applikata fuq il-kampjun għal 5 sekondi. Jekk il-ħruq tal-kampjun jibqa' sejjer għal 5 sekondi wara li titneħħa l-fjamma li tkun tat in-nar, dan jista' jitqies li jkun qabad. Jekk il-kampjun ma jiħux in-nar, il-fjamma trid tiġi applikata għal 15-il sekonda fuq kampjun ieħor ikkundizzjonat.

    4.6.   Jekk kwalunkwe riżultat fi kwalunkwe sett ta' tliet kampjuni jaqbeż ir-riżultat minimu b'50 fil-mija, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta' tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata. Jekk kampjun wieħed jew tnejn fi kwalunkwe sett ta' tliet kampjuni ma jaqbadx sal-ħajta tal-immarkar ta' fuq, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta' tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata.

    4.7.   Għandhom jitkejlu l-ħinijiet li ġejjin, f'sekondi:

    (a)

    Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' l-ewwel ħajta tal-immarkar (t1);

    (b)

    Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' t-tieni ħajta tal-immarkar (t2);

    (c)

    Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' t-tielet ħajta tal-immarkar (t3).

    4.8.   Jekk il-kampjun ma jaqbadx jew ma jibqax jaqbad wara li jintefa l-berner, jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinħaraq għalkollox l-ewwel ħajta tal-immarkar, u ma jkun tkejjel l-ebda ħin tal-ħruq, ir-rata tal-ħruq titqies bħala 0 mm/minuta.

    4.9.   Jekk il-kampjun jaqbad u l-fjammi jaslu sal-għoli tat-tielet ħajta tal-immarkar mingħajr ma jkunu qerdu l-ewwel u t-tieni ħajta tal-immarkar (eż. minħabba l-karatteristiki tal-kampjun tal-materjal irqiq), ir-rata tal-ħruq titqies li tkun aktar minn 100 mm/min.

    5.   IR-RIŻULTATI

    Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, u jinkludu:

    (a)

    It-tul ta' żmien tal-kombustjoni: t1, t2 and t3 f'sekondi, u

    (b)

    Id-distanzi tal-ħruq korrispondenti: d1, d2 u d3 f'mm.

    Ir-rata tal-ħruq V1 u r-rati V2 u V3, jekk japplikaw, għandhom jiġu kkalkulati (għal kull kampjun jekk il-fjamma tilħaq mill-anqas waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar) kif ġej:

    Vi = 60 di/ti (mm/min)

    Għandha tiġi meqjusa l-ogħla rata tal-ħruq ta' V1, V2 u V3.

    Dijagramma 1

    Il-ħowlder tal-kampjun

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Dijagramma 2

    Il-pożizzjoni ta' fejn jinxtegħel il-berner

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Dijagramma 3

    Il-berner tal-gass

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 9

    TEST LI JIDDETERMINA L-KAPAĊITÀ TAL-MATERJALI LI JIRREŻISTU L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

    1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

    Dan l-anness jelenka l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata r-reżistenza tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fil-kompartiment separat tat-tisħin.

    2.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

    2.1.   Il-kampjuni tat-test irid ikollhom dawn il-qisien: 140 mm × 140 mm.

    2.2.   Il-ħxuna tal-kampjuni trid tkun ta' 5 mm. Meta l-ħxuna tal-kampjun tkun aktar minn 5 mm, din trid titnaqqas għal 5 mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment tal-magna jew tal-kompartiment separat tat-tisħin.

    2.3.   Il-likwidu li jintuża fit-test irid ikun karburant tad-diżil skont l-istandard EN 590:1999 (Karburanti kummerċjali) jew inkella karburant tad-diżil skont ir-Regolament Nru 83 (l-Anness 10: Speċifikazzjoni tal-karburanti ta' referenza).

    2.4.   Iridu jiġu ttestjati erba' kampjuni.

    3.   L-APPARAT (ARA D-DIJAGRAMMI 4a U 4b)

    L-apparat għandu jikkonsisti minn:

    A

    pjanċa ċatta għall-bażi, ta' ebusija ta' mill-inqas 70 Shore D.

    B

    wiċċ assorbenti (eż. biċċa karta) fuq il-bażi;

    C

    ċilindru tal-metall (b'dijametru ta' ġewwa ta' 120 mm, u b'dijametru ta' barra ta' 50 mm), mimli bil-likwidu tat-test;

    D-D′

    żewġ viti bl-iskorfini b'żewġ widnejn;

    E

    il-kampjun tat-test;

    F

    il-pjanċa ta' fuq

    4.   IL-PROĊEDURA

    4.1.   Il-kampjun tat-test u l-apparat iridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta' 50 ± 5 % u għandhom jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

    4.2.   Il-kampjun tat-test irid jintiżen.

    4.3.   Il-kampjun tat-test, bil-wiċċ mikxuf fin-naħa ta' fuq, jitwaħħal b'mod sod fuq il-bażi tal-apparat permezz tal-viti li jżommu liċ-ċilindru f'pożizzjoni ċentrali. Il-likwidu tat-test ma għandux inixxi.

    4.4.   Imla ċ-ċilindru tal-metall bil-likwidu tat-test sa għoli ta' 20 mm u ħalli kollox jistrieħ għal 24 siegħa.

    4.5.   Neħħi l-likwidu tat-test u l-kampjun tat-test minn fuq l-apparat. Jekk ikun hemm xi likwidu tat-test fuq il-kampjun, dan għandu jitneħħa mingħajr ma jintgħafas il-kampjun.

    4.6.   Il-kampjun tat-test irid jintiżen.

    Dijagramma 4a

    Apparat għat-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

    (Dimensjonijiet f'millimetri)

    Image

    Dijagramma 4b

    Apparat għat-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

    (Dehra mill-ġenb)

    Image

    Top