Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42012X1114(01)

    Ir-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju

    ĠU L 317, 14.11.2012, p. 1–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/41/oj

    14.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 317/1


    It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 41 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-muturi fir-rigward tal-istorbju

    Jinkorpora t-test validu kollu sa:

    Is-serje 04 ta’ emendi — Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-13 ta’ April 2012

    WERREJ

    1.

    Kamp ta’ applikazzjoni

    2.

    Definizzjonijiet, termini u simboli

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Immarkar

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet

    7.

    Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ mutur jew tat-tip ta’ sistema(i) tal-egżost jew tas-sajlensers

    8.

    Konformità tal-produzzjoni

    9.

    Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    10.

    Produzzjoni mwaqqfa definittivament

    11.

    Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u ta’ Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

    12.

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    ANNESSI

    ANNESS 1 —

    Komunikazzjoni

    ANNESS 2 —

    Arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

    ANNESS 3 —

    Metodi u strumenti għall-kejl tal-istorbju li jagħmlu l-muturi

    ANNESS 4 —

    Speċifikazzjonjiet għas-sit tat-test

    ANNESS 5 —

    Sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers li jkun fihom materjal fibruż

    ANNESS 6 —

    Limiti massimi tal-livelli tal-ħoss

    ANNESS 7 —

    Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet ta’ Ħsejjes (ASEP)

    ANNESS 8 —

    Dikjarazzjoni ta’ konformità mad-Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet ta’ Ħsejjes (ASEP)

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L3  (1) fir-rigward tal-istorbju.

    2.   DEFINIZZJONIJIET, TERMINI U SIMBOLI

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

    2.1.   “Approvazzjoni ta’ mutur” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur fir-rigward tal-istorbju;

    2.2.   “Tip ta’ mutur fir-rigward tal-livell tal-ħoss u tas-sistema tal-egżost tiegħu” tfisser muturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal dawn:

    2.2.1.

    It-tip ta’ magna (two-stroke jew four-stroke, magna bil-pistuni b’moviment alternat jew magna bil-pistun idur, in-numru ta’ ċilindri u ċ-ċilindrata, in-numru u t-tip ta’ karburaturi jew ta’ sistemi ta’ injezzjoni, l-arranġament tal-valvijiet, il-qawwa netta massima nominali u l-veloċità tal-magna korrispondenti). Għall-magni bil-pistun idur, il-kapaċità kubika għandha titqies bħala li hija d-doppju tal-volum tal-kompartiment;

    2.2.2.

    Is-sistema ta’ trażmissjoni, b’mod partikolari n-numru u l-proporzjonijiet tal-gerijiet;

    2.2.3.

    In-numru, it-tip u l-arranġament tas-sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers.

    2.3.   “Sistema tal-egżost jew tas-sajlensers” tfisser sett sħiħ ta’ komponenti meħtieġa sabiex jiġi limitat l-istorbju kkawżat mill-magna u mill-egżost ta’ mutur.

    2.3.1.

    “Sistema oriġinali tal-egżost jew tas-sajlensers” tfisser sistema ta’ tip immuntata fuq il-vettura fi żmien l-approvazzjoni tat-tip jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Hija tista’ tkun ukoll il-part ta’ sostituzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

    2.3.2.

    “Sistema mhux oriġinali tal-egżost jew tas-sajlensers” tfisser sistema ta’ tip għajr dik immuntata fuq il-vettura fi żmien l-approvazzjoni tat-tip jew l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip.

    2.4.   “Sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers ta’ tipi differenti” tfisser sistemi li jkunu fundamentalment differenti f’wieħed mill-modi li ġejjin:

    2.4.1.

    Sistemi li jinkludu komponenti li jkollhom fuqhom marki tal-fabbrika jew marki kummerċjali (trademarks) differenti;

    2.4.2.

    Sistemi li jinkludu kwalunkwe komponent magħmul minn materjali b’karatteristiċi differenti jew li jinkludu komponenti li jkollhom forma jew daqs differenti;

    2.4.3.

    Sistemi fejn il-prinċipji operattivi ta’ mill-inqas komponent wieħed huma differenti;

    2.4.4.

    Sistemi li jinkludu komponenti f’kombinazzjonijiet differenti.

    2.5.   “Komponent ta’ sistema tal-egżost jew tas-sajlensers” tfisser wieħed mill-komponenti individwali li flimkien jifformaw is-sistema tal-egżost (bħall-pajpijiet tal-egżost, is-sajlenser proprja) u s-sistema tal-intake (filtru tal-arja) jekk ikun hemm.

    Jekk il-magna għandha tkun mgħammra b’sistema tal-intake (filtru tal-arja u/jew assorbitur tal-istorbju tal-intake) sabiex tkun konformi mal-livelli massimi permissibbli ta’ ħoss, il-filtru u/jew l-assorbitur għandhom jiġu ttrattati bħala komponenti li għandhom l-istess importanza bħas-sistema tal-egżost.

    2.6.   “Massa mhux okkupata” (kif ġiet iddefinita fit-Taqsima 4.1.2 tal-ISO 6726: 1988) tfisser il-massa tal-vettura lesta għal tħaddim normali u mgħammra bit-tagħmir li ġej:

    (a)

    Tagħmir elettriku sħiħ inklużi l-apparati tad-dawl u tas-sinjalazzjoni pprovduti mill-manifattur;

    (b)

    L-istrumenti u l-fittings kollha meħtieġa minn kwalunkwe leġiżlazzjoni li fir-rigward tagħhom qed isir kejl tal-massa niexfa tal-vettura;

    (c)

    Firxa sħiħa ta’ likwidi sabiex ikun żgurat il-funzjonament korrett ta’ kull parti tal-vettura u t-tank tal-fjuwil mimli mill-inqas sa 90 fil-mija tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur;

    (d)

    It-tagħmir awżiljarju ġeneralment ipprovdut mill-manifattur flimkien ma’ dak li jkun meħtieġ għal tħaddim normali (kitt tal-għodod, mezzi biex jiġu ttrasportati l-muturi (carrier(s)), windskrin(s), tagħmir protettiv, eċċ.)

    Noti:

    1.

    Fil-każ ta’ vettura li taħdem b’taħlita ta’ fjuwil u ta’ żejt:

    1.1.

    Fejn il-fjuwil u ż-żejt ikunu mħallta minn qabel, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi tali taħlita lesta minn qabel ta’ fjuwil u ta’ żejt;

    1.2.

    Fejn il-fjuwil u ż-żejt jiġu mkejla separatament, il-kelma “fjuwil” tiġi interpretata bħala li tinkludi biss il-petrol. [Iż-“żejt”, f’dan il-każ, diġà huwa inkluż fis-subparagrafu (c) ta’ dan il-paragrafu.]

    2.7.   “Qawwa netta massima nominali” tfisser il-qawwa nominali tal-magna kif ġiet iddefinita fl-ISO 4106:2004.

    Is-simbolu P n jindika l-valur numeriku tal-qawwa netta massima nominali espressa f’kilowatts.

    2.8.   “Veloċità nominali tal-magna” tfisser il-veloċità tal-magna li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa netta massima nominali tagħha kif ġie ddikjarat mill-manifattur.

    Is-simbolu S jindika l-valur numeriku tal-veloċità nominali tal-magna espressa f’revolutions per minute (dawriet kull minuta). (2)

    2.9.   “Indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa” tfisser il-proporzjon tal-qawwa netta massima nominali ta’ vettura mal-massa tagħha. Huwa jiġi ddefinit bħala:

    Formula

    Fejn m kerb huwa l-valur numeriku tal-massa mhux okkupata kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.6 iktar ’il fuq, espressa f’kilogrammi.

    Is-simbolu PMR jindika l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa.

    2.10.   “Veloċità massima” tfisser il-veloċità massima tal-vettura kif ġiet iddefinita fl-ISO 7117:1995.

    Is-simbolu v max jindika l-veloċità massima.

    2.11.   “Ger illokkjat” tfisser il-kontroll tat-trażmissjoni b’tali mod li l-proporzjon tal-gerijiet ta’ trażmissjoni ma jistax jinbidel waqt it-test.

    2.12.   “Magna” tfisser is-sors tal-enerġija tal-vettura mingħajr aċċessorji li jistgħu jinqalgħu.

    2.13.   Din li ġejja hija tabella li tinkludi s-simboli kollha użati f’dan ir-Regolament:

    Simbolu

    Unitajiet

    Spjegazzjoni

    Referenza

    AA’

    linja virtwali fuq il-mogħdija tat-test

    Anness 4 – Grafika 1

    a wot

    m/s2

    aċċellerazzjoni kkalkulata

    Anness 3 – 1.4.2.

    a wot,ref

    m/s2

    aċċellerazzjoni ta’ referenza preskritta

    Anness 3 – 1.3.3.3.1.2.

    a urban

    m/s2

    aċċellerazzjoni fil-mira preskritta

    Anness 3 – 1.3.3.3.1.2.

    BB’

    linja virtwali fuq il-mogħdija tat-test

    Anness 4 – Grafika 1

    CC’

    linja virtwali fuq il-mogħdija tat-test

    Anness 4 – Grafika 1

    k

    fattur ta’ differenzazzjoni tal-gerijiet

    Anness 3 – 1.4.3.

    k p

    fattur ta’ qawwa parzjali

    Anness 3 – 1.4.4.

    L

    dB(A)

    livell ta’ pressjoni tal-ħoss

    Anness 3 – 1.4.1.

    l PA

    m

    tul tal-preaċċellerazzjoni

    Anness 3 – 1.3.3.1.1.

    m kerb

    kg

    massa mhux okkupata tal-vettura

    2.6.

    m t

    kg

    massa tat-test tal-vettura

    Anness 3 – 1.3.2.2.

    n

    min–1

    veloċità mkejla tal-magna

    n idle

    min–1

    veloċità tal-magna meta ma tkunx ingranata (idle)

    n wot(i)

    min–1

    n PP’ li tikkorrispondi għal L wot(i)

    Anness 7 – 2.6.

    PP’

    linja virtwali fuq il-mogħdija tat-test

    Anness 4 – Grafika 1

    PMR

    indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa

    2.9.

    P n

    kW

    qawwa netta massima nominali

    2.7.

    S

    min–1

    veloċità nominali tal-magna

    2.8.

    v

    km/h

    veloċità mkejla tal-vettura

    v max

    km/h

    veloċità massima

    2.10.

    v test

    km/h

    veloċità preskritta tat-test

    Anness 3 – 1.3.3.1.1.

    L-indiċijiet li ġejjin jintużaw għall-veloċitajiet imkejla tal-magna n u għall-veloċitajiet tal-vettura v sabiex jindikaw il-post jew aħjar il-ħin tal-kejl:

    (a)

    AA’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja AA’ (ara l-Anness 4 – Grafika 1); jew

    (b)

    PP’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja PP’ (ara l-Anness 4 – Grafika 1); jew

    (c)

    BB’ li tindika li l-kejl jikkorrispondi għall-mument meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’ (ara l-Anness 4 – Grafika 1).

    L-indiċijiet li ġejjin jintużaw għall-aċċellerazzjonijiet ikkalkulati bl-aċċeleratur magħfus kollu a wot u għal-livelli mkejla ta’ pressjoni tal-ħoss L sabiex jindikaw il-ger użat għat-test:

    (a)

    “(i)” li tindika, fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet, il-ger l-iktar baxx (jiġifieri, il-ger bl-ogħla proporzjon ta’ trażmissjoni tal-gerijiet) u f’każijiet oħra li tirreferi għall-ger uniku tat-test użat jew għall-pożizzjoni unika tas-selettur tal-gerijiet użat; jew

    (b)

    “(i + 1)” li tindika, fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet, l-ogħla ger (jiġifieri, il-ger bl-iktar proporzjon ta’ trażmissjoni tal-gerijiet baxx).

    Il-livelli mkejla ta’ pressjoni tal-ħoss L iġorru wkoll indiċi li jindika t-tip ta’ test rispettiv:

    (a)

    “Wot” li tindika test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu (ara l-paragrafu 1.3.3.1.1 tal-Anness 3); jew

    (b)

    “CRS” li tindika test tal-veloċità kostanti (ara l-paragrafu 1.3.3.3.2 tal-Anness 3); jew

    (c)

    “Urban” li tindika kombinazzjoni differenzjata ta’ test tal-veloċità kostanti u ta’ test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu (ara l-paragrafu 1.4.6.2 tal-Anness 3).

    L-indiċi “j”, li jirreferi għan-numru tal-prova tat-test, jista’ jintuża flimkien mal-indiċijiet imsemmija iktar ‘il fuq.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ ħsejjes tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

    3.2.   Hija għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew iktar ’l isfel fi tliet kopji u mid-dettalji li ġejjin:

    3.2.1.

    Deskrizzjoni tat-tip ta’ mutur fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.2 iktar ’il fuq in-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ mutur għandhom jiġu speċifikati; deskrizzjoni tat-tip ta’ mutur fir-rigward tal-punti msemmija fil-paragrafu 2.2 iktar ’il fuq in-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ mutur għandhom jiġu speċifikati;

    3.2.2.

    Lista tal-komponenti, debitament identifikati, li jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers;

    3.2.3.

    Tpinġija tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers assemblata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-mutur;

    3.2.4.

    Tpinġijiet ta’ kull komponent sabiex ikun jista’ jiġi lokalizzat u identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati;

    3.2.5.

    Tpinġijiet bi profili trasversali li jindikaw id-dimensjonijiet tas-sistema tal-egżost. Kopja ta’ dawn it-tpinġijiet għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness 1.

    3.3.   Fuq it-talba tas-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-mutur għandu jressaq ukoll kampjun tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers.

    3.4.   Mutur rappreżentattiv tat-tip ta’ mutur li għandu jiġi approvat għandu jitressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

    3.5.   Rapport tat-test mis-Servizz Tekniku li qed iwettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip għandu jitressaq quddiem l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

    Dan ir-rapport tat-test għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    Dettalji tas-sit tat-test (pereżempju, it-temperatura tal-wiċċ, il-koeffiċjent tal-assorbiment, eċċ.), il-post fejn jinsab is-sit tat-test, l-orjentazzjoni tas-sit u l-kundizzjonijiet tat-temp inklużi l-veloċità tar-riħ u t-temperatura tal-arja, id-direzzjoni, il-pressjoni barometrika, l-umdità;

    (b)

    It-tip ta’ tagħmir tal-kejl, inkluż il-windskrin;

    (c)

    Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A tipiku tal-ħsejjes fl-isfond;

    (d)

    L-identifikazzjoni tal-vettura, il-magna tagħha, is-sistema ta’ trażmissjoni tagħha, inklużi l-proporzjonijiet disponibbli ta’ trażmissjoni, id-daqs u t-tip ta’ tajers, il-pressjoni tat-tajers, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tat-tajers (jekk ikun disponibbli) jew il-manifattur tat-tajers u deskrizzjoni kummerċjali tat-tajers (jiġifieri, l-isem kummerċjali, l-indiċi ta’ veloċità, l-indiċi tat-tagħbija), il-qawwa netta massima nominali, il-massa tat-test, l-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa, a wot ref, a urban, it-tul tal-vettura;

    (e)

    Il-gerijiet ta’ trażmissjoni jew il-proporzjonijiet tal-gerijiet ta’ trażmissjoni li ntużaw waqt it-test;

    (f)

    Il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna fil-bidu tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni u l-post fejn tibda l-aċċellerazzjoni għal kull ger użat;

    (g)

    Il-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna f’PP’ u fi tmiem l-aċċellerazzjoni għal kull kejl validu;

    (h)

    Il-metodu li ntuża biex tiġi kkalkulata l-aċċellerazzjoni;

    (i)

    Ir-riżultati intermedji tal-kejl a wot(i), a wot(i + 1), L wot(i), L wot(i + 1), L crs(i) u L crs(i + 1), jekk ikun applikabbli;

    (j)

    Il-fatturi ta’ differenzazzjoni k u k p u r-riżultati finali tal-kejl L wot, L crs u L urban;

    (k)

    It-tagħmir awżiljarju tal-vettura, fejn ikun xieraq, u l-kundizzjonijiet operattivi tiegħu;

    (l)

    Il-valuri kollha validi tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A għal kull test, elenkati skont in-naħa tal-vettura u skont id-direzzjoni tal-moviment tal-vettura fis-sit tat-test; u

    (m)

    L-informazzjoni kollha rilevanti li tkun meħtieġa sabiex jinkisbu livelli differenti ta’ emissjonijiet ta’ ħsejjes.

    4.   IMMARKAR

    4.1.   Il-komponenti tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers għandu jkollhom fuqhom l-identifikazzjonijiet li ġejjin:

    4.1.1.

    L-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers u tal-komponenti tagħha;

    4.1.2.

    Id-deskrizzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur;

    4.1.3.

    In-numri ta’ identifikazzjoni tal-parts; u

    4.1.4.

    Għas-sajlensers oriġinali kollha, il-marka “E” segwita mill-identifikazzjoni tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip lill-komponent. (3)

    4.1.5.

    Kwalunkwe ppakkjar tas-sistemi oriġinali ta’ sostituzzjoni tal-egżost jew tas-sajlensers għandu jiġi mmarkat b’mod li jkun jista’ jinqara bil-kelmiet “original part [part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anki r-referenza tal-pajjiż ta’ oriġini.

    4.1.6.

    Immarkar bħal dan ma għandux ikun jista’ jitħassar, għandu jkun jista’ jinqara b’mod ċar u għandu jkun ukoll viżibbli, fil-pożizzjoni fejn il-komponent irid jiġi mmuntat fuq il-vettura.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.   Jekk it-tip ta’ mutur imressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 iktar ’l isfel, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip ta’ mutur għandha tingħata.

    5.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-iktar emendi tekniċi maġġuri reċenti li jkunu saru fir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lill-istess tip ta’ mutur mgħammar b’tip ieħor ta’ sistema tal-egżost jew tas-sajlensers jew lil tip ieħor ta’ mutur.

    5.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ mutur skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament u permezz ta’ tpinġijiet tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers, ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni f’format li ma jkunx ikbar minn A4 (210 x 297 mm) jew li jkunu mitwija f’dak il-format u fuq skala xierqa.

    5.4.   Fuq kull mutur li jkun konformi ma’ tip ta’ mutur approvat skont dan ir-Regolament għandu jitwaħħal, f’post li jidher u li jkun faċilment aċċessibbli speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

    5.4.1.

    Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; (4) u

    5.4.2.

    In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, minn sing u min-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

    5.5.   Jekk il-mutur ikun konformi ma’ tip ta’ mutur approvat, skont Regolament ieħor jew skont Regolamenti oħrajn annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

    5.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma għandhiex tkun tista’ titħassar.

    5.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-mutur li jkun waħħal il-manifattur.

    5.8.   L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

    6.1.   Speċifikazzjonijiet ġenerali:

    6.1.1.

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq il-mutur f’post faċilment aċċessibbli imma mhux bilfors viżibbli mill-ewwel:

    (a)

    Isem il-manifattur;

    (b)

    Il-veloċità fil-mira tal-magna u r-riżultat finali tat-test b’mutur wieqaf kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament;

    Barra minn hekk, għall-muturi tal-kategorija L3 b’PMR > 50, għandha tintwera d-dejta ta’ referenza tal-konformità fl-użu kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 3 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament. Din id-dejta tista’ tiġi pprovduta jew f’post wieħed flimkien mal-informazzjoni fil-paragrafi 6.1.1(a) u 6.1.1(b) jew f’post differenti ieħor flimken mal-informazzjoni fil-paragrafu 6.1.1(a). (4)

    6.2.   Speċifikazzjonijiet dwar il-livelli tal-ħoss:

    6.2.1.

    L-emissjonijiet ta’ ħsejjes tat-tip ta’ mutur imressaq għall-approvazzjoni għandhom jitkejlu biż-żewġ metodi deskritti fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament (mutur f’moviment u mutur wieqaf) (5); fil-każ ta’ mutur fejn il-magna ta’ kombustjoni interna ma taħdimx meta l-mutur ikun wieqaf, l-istorbju emess għandu jitkejjel biss meta l-mutur ikun qed jagħmel moviment.

    6.2.2.

    Ir-riżultati tat-test miksuba skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1 iktar ’il fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    6.2.3.

    Ir-riżultati tat-test għall-mutur f’moviment miksuba skont il-paragrafu 1 tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament u matematikament imqarrba għall-eqreb numru sħiħ ma għandhomx jaqbżu l-limiti preskritti (għal muturi ġodda u għal sistemi tas-sajlensers ġodda) fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament għall-kategorija li lilha jappartjeni l-mutur. Fi kwalunkwe każ, L wot ma għandux jaqbeż il-valur ta’ limitu għal L urban b’iktar minn 5 dB.

    6.3.   Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-emissjonijiet ta’ ħsejjes:

    6.3.1.

    Il-manifattur tal-mutur ma għandux ibiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment kwalunkwe apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-istorbju ta’ dan ir-Regolament, li ma għandhomx ikunu operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.

    6.3.2.

    It-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament. Jekk il-mutur ikollu programmi jew modalitajiet ta’ softwer li jista’ jingħażel mill-utent li jaffettwaw l-emissjoni ta’ ħsejjes tal-vettura, dawn il-modalitajiet kollha għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti fl-Anness 7. L-ittestjar għandu jkun ibbażat fuq ix-xenarju tal-agħar każ.

    6.3.3.

    Fl-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip jew għal modifika jew estensjoni ta’ approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni skont l-Anness 8 li t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat huwa konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.3.1 u 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament.

    6.3.4.

    L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament.

    6.4.   Speċifikazzjonijiet addizzjonali dwar sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers mimlija b’materjal fibruż:

    6.4.1.

    Jekk is-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers tal-mutur ikun fiha materjali fibrużi, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness 5. Jekk l-intake tal-magna jkun mgħammar b’filtru tal-arja u/jew b’assorbitur tal-istorbju tal-intake li huwa(huma) meħtieġ(a) sabiex tkun żgurata konformità mal-livell permissibbli ta’ ħoss, il-filtru u/jew l-assorbitur għandu(hom) jiġi(u) kkunsidrat(i) bħala li huwa(huma) parti mis-sistema tas-sajlensers, u r-rekwiżiti tal-Anness 5 għandhom japplikaw għalih(hom) ukoll.

    6.5.   Preskrizzjonijiet addizzjonali relatati mal-possibbiltà ta’ tbagħbis u ma’ sistemi multimodali u manwalment aġġustabli tal-egżost jew tas-sajlensers:

    6.5.1.

    Is-sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers kollha għandhom jinbnew b’mod li ma jippermettix li l-baffles (apparat li jnaqqas l-istorbju li tagħmel is-sistema tal-egżost), il-koni tal-ħruġ (exit-cones) u parts oħrajn li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-sajlensers/espansjoni jkunu jistgħu faċilment jitneħħew. Fejn l-inkorporazzjoni ta’ part bħal din tkun inevitabbli, il-metodu biex din titwaħħal għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata wisq (pereżempju, permezz ta’ fissanti b’kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla wkoll b’tali mod li t-tneħħija tikkawża ħsara permanenti/irrekuperabbli lill-assemblaġġ.

    6.5.2.

    Is-sistemi tal-egżost jew tas-sajlensers b’iktar minn modalità operattiva manwalment aġġustabbli waħda għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fil-modalitajiet operattivi kollha il-livelli rrapportati ta’ storbju għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta’ storbju.

    7.   MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ MUTUR JEW TAT-TIP TA’ SISTEMA(I) TAL-EGŻOST JEW TAS-SAJLENSERS

    7.1.   Kull modifika tat-tip ta’ mutur jew tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ mutur. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:

    7.1.1.

    Tikkunsidra li l-modifiki li saru mhuwiex probabbli li se jkollhom effetti ħżiena apprezzabbli, u li fi kwalunkwe każ, il-mutur għadu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; jew

    7.1.2.

    Teżiġi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

    7.2.   Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 iktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    7.3.   L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lill-estensjoni u għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

    8.1.   Kwalunkwe mutur manifatturat għandu jkun konformi ma’ tip ta’ mutur approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun mgħammar bis-sajlenser li bih ngħata l-approvazzjoni tat-tip u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 iktar ’il fuq.

    8.2.   Sabiex tkun ittestjata l-konformità kif inhu meħtieġ iktar ’il fuq, għandu jittieħed kampjun ta’ mutur mil-linja ta’ produzzjoni tat-tip approvat skont dan ir-Regolament il-livelli tal-ħoss tiegħu, imkejla u pproċessati (L urban u L wot) skont il-metodu deskritt fl-Anness 3, bl-istess ger(ijiet) u bl-istess distanza(i) ta’ preaċċellerazzjoni kif intużaw fit-test oriġinali tal-approvazzjoni tat-tip, u matematikament imqarrba għall-eqreb numru sħiħ la għandhom jaqbżu b’iktar minn 3,0 dB(A) il-valuri mkejla u pproċessati fi żmien l-approvazzjoni tat-tip u lanqas ma għandhom jaqbżu b’iktar minn 1,0 dB(A) il-limiti stabbiliti fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament.

    8.3.   Għall-konformità tal-produzzjoni, il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni mill-ġdid li t-tip għadu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.3.1 u 6.3.2 ta’ dan ir-Regolament. F’każ ta’ ttestjar skont l-Anness 7, il-livelli mkejla ta’ ħoss ma għandhomx jaqbżu b’iktar minn 1,0 dB(A) il-limiti mogħtija fil-paragrafu 2.6 tal-Anness 7.

    9.   PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ mutur skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8 iktar ’il fuq ma jiġux sodisfatti.

    9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim, li tapplika dan ir-Regolament, tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha tinnotifika minnufih b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    10.   PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ mutur approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TA’ AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.

    12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

    12.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 04 ta’ emendi.

    12.2.   Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ mutur li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendata bis-serje 04 ta’ emendi.

    12.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

    12.4.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ muturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje preċedenti ta’ emendi sad-data fil-paragrafu 12.2.

    12.5.   L-approvazzjonijiet mogħtija skont dan ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ tas-serje 04 ta’ emendi u l-estensjonijiet kollha ta’ tali approvazzjonijiet, inklużi dawk mogħtija wara skont serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu validi b’mod indefinit. Jekk it-tip ta’ mutur approvat skont is-serje preċedenti ta’ emendi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje 04 ta’ emendi, il-Parti Kontraenti li tkun tat l-approvazzjoni għandha tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament.

    12.6.   L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ tip ta’ mutur approvat skont is-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament jew li jissodisfa r-rekwiżiti tagħhom.

    12.7.   Mill-1 ta’ Jannar 2017, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ mutur li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.


    (1)  Kif ġiet iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para.2.

    (2)  Jekk il-qawwa netta massima nominali tintlaħaq b’diversi veloċitajiet tal-magna, f’dan ir-Regolament S tintuża bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-qawwa netta massima nominali.

    (3)  In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

    (4)  L-istabbiliment ta’ bażi tad-dejta elettronika dwar l-approvazzjonijiet tat-tip mistennija tagħmel il-provvista tad-dejta ta’ referenza tal-konformità fl-użu dwar il-mutur żejda.

    (5)  Isir test fuq mutur wieqaf sabiex jiġi pprovdut valur ta’ referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu sabiex jikkokntrollaw il-muturi li qed jintużaw.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    Mudell A

    (Ara l-paragrafu 5.4 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq mutur turi li t-tip ta’ mutur ikkonċernat, fir-rigward tal-istorbju, ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) skont ir-Regolament Nru 41 bin-numru ta’ approvazzjoni 042439. L-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 41 kif ġie emendat bis-serje 04 ta’ emendi.

    Mudell B

    (Ara l-paragrafu 5.5 ta’ dan ir-Regolament)

    Image

    Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla fuq mutur turi li t-tip ta’ mutur ikkonċernat ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) skont ir-Regolamenti Nri 41 u 10. L-ewwel żewġ figuri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li fid-data meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 41 kien jinkludi s-serje 04 ta’ emendi u r-Regolament Nru 10 kien jinkludi s-serje 01 ta’emendi.


    ANNESS 3

    METODI U STRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-ISTORBJU LI JAGĦMLU L-MUTURI

    1.   Storbju tal-mutur f’moviment (kundizzjonijiet u metodu ta’ kejl għall-ittestjar tal-vettura waqt l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti).

    1.1.   Strumenti tal-kejl

    1.1.1.   Kejl akustiku

    1.1.1.1.   Ġenerali

    L-apparat użat biex jitkejjel il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta’ kejl ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fl-IEC 61672-1:2002.

    Il-kejl għandu jitwettaq billi tintuża d-differenzazzjoni tal-ħin “F” tal-istrument ta’ kejl akustiku u l-kurva tad-differenzazzjoni tal-frekwenzi “A”, hija wkoll deskritta fl-IEC 61672-1:2002 meta tinuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin mhux ikbar minn 30 ms.

    L-istrumenti għandhom jinżammu f’kundizzjoni tajba u għandhom jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrumenti.

    1.1.1.2.   Kalibrazzjoni

    Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema kollha ta’ kejl akustiku għandha tiġi kkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:2003. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun inqas minn jew ta’ 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti għandhom jitwarrbu.

    1.1.1.3.   Konformità mar-rekwiżiti

    Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena il-konformità tas-sistema ta’ strumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-1:2002 għandha tiġi vverifikata mill-inqas kull sentejn. L-ittestjar tal-konformità kollu għandu jitwettaq minn laboratorju li jkun awtorizzat iwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.

    1.1.2.   Strumentazzjoni għal kejl tal-veloċità

    Il-veloċità rotazzjonali tal-magna għandha titkejjel bi strument li jissodisfa l-limiti ta’ speċifikazzjoni ta’ mill-inqas ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li jkun qed jitwettaq.

    Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumenti li jissodisfaw limiti ta’ speċifikazzjoni ta’ mill-inqas ± 0,5 km/h meta jintużaw apparati għal kejl kontinwu.

    Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità, din l-istrumentazzjoni għandha tissodisfa limiti ta’ speċifikazzjoni ta’ mill-inqas ± 0,2 km/h (1).

    1.1.3.   Strumentazzjoni meteoroloġika

    L-istrumentazzjoni meteoroloġika użata sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

     

    ± 1 °C jew inqas għal apparat li jkejjel it-temperatura;

     

    ± 1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ;

     

    ± 5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika;

     

    ± 5 fil-mija għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva.

    1.2.   Ambjent akustiku, kundizzjonijiet meteoroloġiċi u ħsejjes fl-isfond

    1.2.1.   Sit tat-test

    Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f’sezzjoni ċentrali għall-aċċellerazzjoni mdawra b’żona tat-test sostanzjalment watja is-sezzjoni għall-aċċellerazzjoni għandha tkun watja; il-wiċċ tagħha għandu jkun niexef u għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-istorbju tat-tidwir jibqa’ baxx.

    Fis-sit tat-test, il-varjazzjonijiet fil-kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss fiċ-ċentru tas-sezzjoni għall-aċċellerazzjoni u l-mikrofonu għandhom jinżammu fi ħdan 1 dB(A). Din il-kundizzjoni titqies bħala li ġiet sodisfatta jekk ma jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes, bħal ċnut, blat, pontijiet jew bini, f’distanza ta’ 50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni għall-aċċellerazzjoni il-wiċċ tat-triq li jkopri s-sit tat-test għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 4.

    Il-mikrofonu ma għandux ikun ostakolat b’xi mod li jista’ jaffettwa l-kamp akustiku, u l-ebda persuna ma tista’ toqgħod bilwieqfa bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jwettaq il-kejl għandu jsib pożizzjoni b’tali mod li ma jaffettwax il-qari tal-istrument tal-kejl.

    1.2.2.   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

    L-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha tagħti dejta rappreżentattiva tas-sit tat-test, u għandha tiġi ppożizzjonata biswit iż-żona tat-test f’għoli li jirrappreżenta l-għoli tal-mikrofonu li qed ikejjel.

    Il-kejl għandu jsir meta t-temperatura tal-arja ambjentali tkun fil-medda li tvarja minn 5 °C sa 45 °C it-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu taqbeż il-5 m/s waqt l-intervall fil-kejl tal-istorbju.

    Waqt l-intervall fil-kejl tal-istorbju għandu jiġi rreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, tal-umdità relattiva u tal-pressjoni barometrika.

    1.2.3.   Ħsejjes fl-isfond

    Meta jittieħed il-qari, kwalunwe livell massimu ta’ ħoss li jidher li ma jkunx relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-istorbju tal-vettura għandu jiġi injorat.

    Il-ħsejjes fl-isfond għandhom jitkejlu għal perjodu ta’ 10 s immedjatament qabel u wara serje ta’ testijiet fuq il-vettura il-kejl għandu jsir bl-istess mikrofoni u fl-istess postijiet fejn ikunu tqiegħdu l-mikrofoni li ntużaw waqt it-test. Għandu jiġi rrapportat il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A.

    Il-ħsejjes fl-isfond (inkluż kwalunkwe storbju minħabba r-riħ) għandhom ikunu mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A prodott mill-vettura li tkun qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss fl-isfond u l-livell imkejjel ta’ pressjoni tal-ħoss tkun bejn 10 dB(A) u 15 dB(A), sabiex jiġi kkalkulat ir-riżultat tat-test, mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss għandha titnaqqas il-korrezzjoni xierqa, kif jintwera fit-Tabella.

    Korrezzjoni applikata lil valur individwali mkejjel tat-test

    Differenza tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss fl-isfond mil-livell imkejjel ta’ pressjoni tal-ħoss, f’dB

    10

    11

    12

    13

    14

    ≥ 15

    Korrezzjoni, f’dB(A)

    0,5

    0,4

    0,3

    0,2

    0,1

    0,0

    1.3.   Proċeduri tat-test

    1.3.1.   Pożizzjonijiet tal-mikrofoni

    Id-distanza tal-pożizzjonijet tal-mikrofoni mil-linja CC’, fuq il-linja tal-mikrofonu PP’, perpendikulari għal-linja ta’ referenza CC’ fuq il-mogħdija tat-test (ara l-Anness 4 – Grafika 1), għandha tkun ta’ 7,5 ± 0,05 m.

    Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 ± 0,02 m ’il fuq mil-livell tal-art id-direzzjoni ta’ referenza għal kundizzjonijiet ta’ kamp ħieles (ara l-IEC 61672-1:2002) għandha tkun waħda orizzontali u diretta b’mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja tal-vettura CC’.

    1.3.2.   Kundizzjonijiet tal-vettura

    1.3.2.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

    Il-vettura għandha tiġi pprovduta kif ġie speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

    Qabel ma jibda l-kejl, il-vettura għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet operattivi normali tagħha.

    Jekk il-mutur ikun mgħammar b’fannijiet li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandhiex tiġi mbagħbsa waqt il-kejl tal-ħsejjes. Għall-muturi li jkollhom iktar minn rota misjuqa waħda, jista’ jintuża biss l-ingranaġġ ipprovdut għal tħaddim normali fit-triq. Jekk il-mutur ikun mgħammar b’sidecar, dan għandu jitneħħa għall-finijiet tat-test.

    1.3.2.2.   Massa tat-test tal-vettura

    Il-kejl għandu jsir fuq vetturi bil-massa tat-test m t li ġejja, f’kg, speċifikata bħala:

    Formula

    (75 ± 5 kg hija daqs il-massa tas-sewwieq u tal-istrumentazzjoni)

    1.3.2.3.   Għażla u kundizzjoni tat-tajers

    It-tajers għandhom ikunu adattati għall-vettura u għandhom jintefħu sal-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.

    It-tajers għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet u mit-tipi ta’ tajers indikati għall-vettura mill-manifattur tal-vettura il-fond minimu tal-wiċċ imfellel tat-tajer għandu jkun mill-inqas ta’ 80 fil-mija tal-fond kollu tal-wiċċ imfellel tat-tajer.

    1.3.3.   Kundizzjonijiet operattivi

    1.3.3.1.   Kundizzjonijiet operattivi ġenerali

    Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi kemm jista’ jkun mill-qrib il-linja CC’ matul it-test kollu, mill-avviċinament għal-linja AA’ sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’ (ara l-Anness 4 – Grafika 1).

    1.3.3.1.1.   Għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu, il-vettura għandha tavviċina l-linja AA’ b’veloċità kostanti meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja AA’, il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jiġi mċaqlaq għall-pożizzjoni massima tal-aċċeleratur malajr kemm jista’ jkun u għandu jinżamm f’din il-pożizzjoni sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’. F’dan il-mument, il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jiġi mċaqlaq għall-pożizzjoni ta’ meta l-magna ma tkunx ingranata (idle) malajr kemm jista’ jkun.

    Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-manifattur jista’ jagħżel li juża l-preaċċellerazzjoni f’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu sabiex tinkiseb aċċellerazzjoni stabbli bejn il-linji AA’ u BB’ test bil-preaċċellerazzjoni jipproċedi kif ġie deskritt iktar ’il fuq ħlief għall-fatt li l-kontroll tal-aċċeleratur ikun ġie mċaqlaq għall-pożizzjoni massima tal-aċċeleratur diġà qabel ma l-vettura tgħaddi l-linja AA’, jiġifieri meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tkun għadha f’distanza l PA, it-tul tal-preaċċellerazzjoni, ’il bogħod mil-linja AA’.

    Il-veloċità tal-avviċinament għandha tingħażel b’tali mod li l-vettura tilħaq veloċità preskritta tat-test v test meta l-parti ta’ quddiem tagħha tgħaddi l-linja PP’.

    1.3.3.1.2.   Waqt testijiet tal-veloċità kostanti, l-unità ta’ kontroll tal-aċċellerazzjoni għandha tiġi ppożizzjonata sabiex iżżomm veloċità kostanti tal-vettura bejn il-linji AA’ u BB’.

    1.3.3.2.   Kundizzjonijiet operattivi għal vetturi b’PMR ≤ 25

    Il-vettura tiġi ttestjata b’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-veloċità tat-test għandha tkun

    Formula

    .

    (b)

    Meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’ il-veloċità tal-vettura ma għandhiex taqbeż il-75 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.10 ta’ dan ir-Regolament u l-veloċità tal-magna ma għandhiex taqbeż il-veloċità nominali tal-magna.

    Il-ger għat-test għandu jingħażel bil-mod iterattiv li ġej:

    Il-veloċità inizjali tat-test għandha tkun kif ġie speċifikat iktar ’il fuq il-veloċità tat-test għandha titnaqqas b’żidiet ta’ 10 fil-mija ta’ v test (jiġifieri, 4 km/h) f’każ li l-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqbeż il-75 fil-mija ta’ v max jew f’każ li l-veloċità tal-magna taqbeż il-veloċità nominali tal-magna S f’BB’ il-ger magħżul għandu jkun l-iktar wieħed baxx mingħajr ma tinqabeż il-veloċità nominali tal-magna S waqt it-test il-kundizzjonijiet finali tat-test jiġu ddeterminati bl-iktar ger baxx possibbli bl-ogħla veloċità possibbli tat-test mingħajr ma jinqabeż jew 75 fil-mija ta’ v max jew il-veloċità nominali tal-magna S f’BB’.

    Sabiex jiġi ffrankat il-ħin tal-ittestjar, il-manifattur jista’ jipprovdi informazzjoni dwar il-proċedura iterattiva għall-għażla tal-gerijiet speċifikata iktar ’il fuq.

    Fl-Appendiċi 1 għal dan l-anness qed tintwera dijagramma sekwenzjali (flowchart) tal-proċedura tat-test.

    1.3.3.3.   Kundizzjonijiet operattivi għal vetturi b’PMR > 25

    Il-vettura tiġi ttestjata f’test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu u f’test tal-veloċità kostanti.

    1.3.3.3.1.   Test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu

    Għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu, il-veloċità tat-test u l-aċċellerazzjoni medja tal-vettura fil-mogħdija tat-test jiġu speċifikati.

    L-aċċellerazzjonijiet ma jitkejlux direttament imma jiġu kkalkulati mill-kejl tal-veloċità tal-vettura kif ġie deskritt fil-paragrafu 1.4 iktar ’l isfel.

    1.3.3.3.1.1.   Veloċità tat-test

    Il-veloċità tat-test v test għandha tkun:

     

    40 ± 1 km/h għal vetturi b’PMR ≤ 50; u

     

    50 ± 1 km/h għal vetturi b’PMR > 50.

    Jekk, f’ger partikolari, il-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqbeż il-75 fil-mija tal-veloċità massima v max tal-vettura, il-veloċità tat-test għat-test f’dan il-ger għandha titnaqqas suċċessivament b’żidiet ta’ 10 fil-mija ta’ v test (jiġifieri, 4 km/h jew 5 km/h) sakemm il-veloċità tal-ħruġ v BB’ taqa’ taħt il-75 fil-mija ta’ v max.

    1.3.3.3.1.2.   Aċċellerazzjoni ta’ referenza u aċċellerazzjoni fil-mira

    Waqt it-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu, il-vettura għandha tilħaq l-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot ref iddefinita bħala:

     

    Formula għal vetturi b’PMR ≤ 50; u

     

    Formula għal vetturi b’PMR > 50

    Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu jintużaw flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-veloċità kostanti sabiex japprossimizzaw aċċellerazzjoni b’tagħbija parzjali tipika għal sewqan urban. L-aċċellerazzjoni fil-mira korrispondenti a urban tiġi ddefinita bħala:

     

    Formula għal vetturi b’PMR ≤ 50; u

     

    Formula għal vetturi b’PMR > 50.

    1.3.3.3.1.3.   Għażla tal-gerijiet

    Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jiddetermina l-mod korrett ta’ ttestjar sabiex jintlaħqu l-veloċità u l-aċċellerazzjoni tat-test meħtieġa.

    1.3.3.3.1.3.1.   Vetturi bi trażmissjonijiet manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi jew bi trażmissjonijiet bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni kontinwament varjabbli (CVT’s) ittestjati b’gerijiet illokkjati

    L-għażla tal-gerijiet għat-test tiddependi mill-aċċellerazzjoni speċifika taħt aċċeleratur magħfus kollu fid-diversi gerijiet b’rabta mal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref meħtieġa għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu skont il-paragrafu 1.3.3.3.1.2 iktar ’il fuq.

    Il-kundizzjonijiet għall-għażla tal-ger li ġejjin huma possibbli:

    (a)

    Jekk ikun hemm żewġ gerijiet li jagħtu aċċellerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranza ta’ ± 10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref, għat-test għandu jintuża l-ger li jkun l-eqreb tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza u għandu jiġi identifikat bħala tali fir-rapport tat-test;

    (b)

    Jekk ger wieħed speċifiku biss jagħti aċċellerazzjoni fil-faxxa ta’ tolleranza ta’ ± 10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot ref, it-test għandu jitwettaq b’dak il-ger;

    (c)

    Jekk l-ebda wieħed mill-gerijiet ma jagħti l-aċċellerazzjoni meħtieġa fi ħdan ± 10 fil-mija tal-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref, mela t-testijiet għandhom jitwettqu f’żewġ gerijiet biswit xulxin (i) u (i + 1) magħżula b’tali mod li l-ger (i) jagħti aċċellerazzjoni ogħla u l-ger (i + 1) aċċellerazzjoni iktar baxxa mill-aċċellerazzjoni ta’ referenza a wot,ref.

    Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż f’ger qabel ma l-vettura tgħaddi BB’, għandu jintuża l-ogħla ger li jmiss.

    Jekk il-vettura jkollha iktar minn ger wieħed, l-ewwel ger ma għandux jintuża. Jekk awot,ref tista’ tintlaħaq biss fl-ewwel ger, għandu jintuża t-tieni ger.

    1.3.3.3.1.3.2.   Vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew bi trażmissjonijiet bi proporzjonijiet ta’ trażmissjoni varjabbli ttestjati b’gerijiet mhux illokkjati

    Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal tħaddim kompletament awtomatiku.

    It-test imbagħad jista’ jinkludi bidla fil-gerijiet għal ger iktar baxx u għal aċċellerazzjoni ogħla. Bidla fil-gerijiet għal ger ogħla u għal aċċellerazzjoni iktar baxxa mhijiex permessa. Fi kwalunkwe każ, bidla fil-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata fi traffiku urban għandha tiġi evitata.

    Għaldaqstant, huwa permess li jiġu stabbiliti u li jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, sabiex tiġi pprevenuta waqgħa fil-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban. Jekk jintużaw apparati bħal dawn, ma tista’ tiġi applikata l-ebda preaċċellerazzjoni il-funzjonalità tal-apparati għandha tiġi deskritta fil-formola ta’ komunikazzjoni.

    1.3.3.3.2.   Test tal-veloċità kostanti

    Għat-testijiet tal-veloċità kostanti, il-gerijiet jew il-pożizzjonijiet tas-selettur tal-gerijiet u l-veloċitajiet tat-test għandhom ikunu identiċi għal dawk użati fit-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu imwettqa qabel.

    1.4.   Ipproċessar u rapportar ta’ dejta

    1.4.1.   Ġenerali

    Għal kull kundizzjoni tat-test, il-kejl għandu jsir mill-inqas għal tliet darbiet fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger.

    Il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A L indikat kull darba li l-vettura tgħaddi bejn AA’ u BB’ (ara l-Anness 4 – Grafika 1) għandu jitnaqqas b’1 dB(A) sabiex titqies l-ineżattezza tal-kejl u għandu jitqarreb matematikament għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, XX,X) għaż-żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Jekk jiġi osservat livell massimu ta’ ħoss li b’mod ċar jistona mal-livell ġenerali ta’ pressjoni tal-ħoss, dak il-kejl għandu jitwarrab.

    Għall-kalkolu tar-riżultat intermedju jew finali xieraq, għandhom jintużaw l-ewwel tliet riżultat validi konsekuttivi tal-kejl għal kull kundizzjoni tat-test, fi ħdan 2,0 dB(A), li jagħti l-possibbiltà li jitħassru r-riżultati mhux validi.

    Il-kejl tal-veloċità f’AA’ (v AA’), f’BB’ (v BB’), u f’PP’ (v PP’) għandu jitqarreb matematikament għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, XX,X) u għandu jitniżżel għal kalkoli oħrajn.

    1.4.2.   Kalkolu tal-aċċellerazzjoni

    L-aċċellerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-mogħdija tat-test. Jiddependi mit-tip ta’ trażmissjoni, l-aċċellerazzjoni jew tiġi kkalkulata bejn il-linji AA’ u BB’ jew bejn il-linji PP’ u BB’ kif ġie speċifikat iktar ’l isfel il-metodu użat għall-kalkolu tal-aċċellerazzjoni għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.

    Fil-każijiet kollha li ġejjin, l-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata bejn il-linji AA’ u BB’ kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1.4.2.1 iktar ’l isfel:

    (a)

    Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni manwali.

    (b)

    Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awtomatika jew bi trażmissjoni bi proporzjonijiet ta’ gerijiet kontinwament varjabbli (CVT’s) imma tiġi ttestjata bi proporzjonijiet ta’ gerijiet illokkjati.

    (c)

    Il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjoni adattiva jew bi trażmissjoni bi proporzjonijiet varjabbli tal-gerijiet u tiġi ttestjata bi proporzjonijiet ta’ gerijiet mhux illokjati, u jintużaw apparati elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternattivi tas-selettur tal-gerijiet, sabiex tiġi pprevenuta waqgħa fil-gerijiet għal ger li tipikament ma jintużax fil-kundizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban.

    Fil-każijiet l-oħra kollha, l-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata bejn il-linji PP’ u BB’ kif ġie speċifikat fil-paragrafu 1.4.2.2 iktar ’l isfel.

    1.4.2.1.   Kalkolu tal-aċċellerazzjoni bejn il-linji AA’ u BB’

    L-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata mill-kejl tal-veloċità tal-vettura fil-linji AA’ u BB’:

    Formula

    Fejn:

    L-indiċi “(i)” jirreferi għall-ger użat u l-indiċi “j” għan-numru tal-kejl individwali il-veloċitajiet jiġu espressi f’unitajiet ta’ km/h u l-aċċellerazzjonijiet li jirriżultaw ikollhom unitajiet ta’ m/s2;

    l ref jew hija t-tul tal-vettura jew hija 2 m; l-għażla tista’ ssir bil-libertà kollha mill-manifattur tal-vettura, mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u mis-Servizz Tekniku.

    1.4.2.2.   Kalkolu tal-aċċellerazzjoni bejn il-linji PP’ u BB’

    L-aċċellerazzjoni tiġi kkalkulata mill-kejl tal-veloċità tal-vettura fil-linji PP’ u BB’:

    Formula

    Fejn:

    L-indiċi “(i)” jirreferi għall-ger użat u l-indiċi “j” għan-numru tal-kejl individwali il-veloċitajiet jiġu espressi f’unitajiet ta’ km/h u u l-aċċellerazzjonijiet li jirriżultaw ikollhom unitajiet ta’ m/s2;

    l ref jew hija t-tul tal-vettura jew hija 2 m; l-għażla tista’ ssir bil-libertà kollha mill-manifattur tal-vettura, mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip u mis-Servizz Tekniku.

    Il-preaċċellerazzjoni ma għandhiex tintuża.

    1.4.2.3.   Kalkolu tal-medja tal-kejl individwali

    Għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tal-aċċellerazzjonijiet ikkalkulati minn tliet provi validi sabiex tinkiseb l-aċċellerazzjoni medja għall-kundizzjoni tat-test:

    Formula

    L-aċċellerazzjoni medja a wot,(i) għandha titqarreb matematikament għall-eqreb tieni post deċimali (pereżempju, XX,XX) u għandha tiġi nnotata għal kalkoli oħrajn.

    1.4.3.   Kalkolu tal-fattur ta’ differenzazzjoni tal-gerijiet

    Il-fattur ta’ differenzazzjoni tal-gerijiet k jintuża biss fil-każ ta’ test b’żewġ gerijiet sabiex ir-riżultati miż-żewġ gerijiet jiġu kkombinati f’riżultat wieħed.

    Il-fattur ta’ differenzazzjoni tal-gerijiet huwa numru mingħajr dimensjoni ddefinit bħala:

    Formula

    1.4.4.   Kalkolu tal-fattur ta’ qawwa parzjali

    Il-fattur ta’ qawwa parzjali k p huwa numru mingħajr dimensjoni li jintuża sabiex ir-riżultati ta’ test tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu jiġu kkombinati ma’ dawk ta’ test tal-veloċità kostanti.

    1.4.4.1.   Għall-vetturi ttestjati f’żewġ gerijiet, il-fattur ta’ qawwa parzjali jiġi ddefinit bħala

    Formula.

    1.4.4.2.   Għall-vetturi ttestjati f’ger wieħed jew bis-selettur tal-gerijiet f’pożizzjoni waħda, il-fattur ta’ qawwa parzjali jiġi ddefinit bħala:

    Formula

    Jekk a wot,(i) tkun daqs jew inqas minn a urban, k p jiġi ffissat bħala żero.

    1.4.5.   Ipproċessar tal-kejl tal-pressjoni tal-ħoss

    Għal kundizzjoni partikolari tat-test, il-medja tat-tliet riżultati individwali ta’ kull naħa tal-vettura għandha tiġi kkalkulata b’mod separat:

    Formula

    Fejn l-indiċi “mode” jirreferi għall-modalità tat-test (aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu jew tal-veloċità kostanti), “(i)” għall-ger u “side” għall-pożizzjoni tal-mikrofonu (xellug jew lemin).

    L-ogħla valur miż-żewġ medji għandu jitqarreb matematikament għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, XX,X) u għandu jitniżżel għal kalkoli oħrajn:

    L mode,(i) = MAX (L mode,(i),left; L mode,(i),right)

    1.4.6.   Kalkolu tar-riżultati finali tat-test

    1.4.6.1.   Vetturi b’PMR ≤ 25

    Il-vetturi b’PMR li ma jaqbiżx il-25 jiġu ttestjat f’ger wieħed jew b’pożizzjoni waħda tas-selettur tal-gerijiet biss taħt aċċeleratur magħfus kollu ir-riżultat finali tat-test huwa l-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L wot,(i) imqarreb matematikament għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, XX,X).

    1.4.6.2.   Vetturi b’PMR > 25

    Jekk il-vettura kienet ittestjata f’żewġ gerijiet, il-fattur ta’ differenzazzjoni tal-gerijiet jintuża sabiex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test tat-testijiet tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu u tat-testijiet tal-veloċità kostanti:

     

    Formula

     

    Formula

    Jekk il-vettura kienet ittestjata f’ger wieħed jew f’pożizzjoni waħda tas-selettur tal-gerijiet ma tkun meħtieġa l-ebda differenzazzjoni ulterjuri:

     

    L wot = L wot,(i)

     

    L crs = L crs,(i)

    Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L urban li jirrappreżenta sewqan urban jiġi kkalkulat finalment billi jintuża l-fattur ta’ qawwa parzjali k p:

    Formula

    Il-livelli ta’ pressjoni tal-ħoss kollha jitqarrbu matematikament għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, XX,X).

    2.   Storbju minn mutur wieqaf (kundizzjonijiet u metodu ta’ kejl għall-ittestjar tal-vettura li qed tintuża).

    2.1.   Livell ta’ pressjoni tal-ħoss fil-viċinanzi immedjati tal-mutur

    Sabiex ikunu ffaċilitati it-testijiet tal-istorbju sussegwenti fuq muturi li qed jintużaw, il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel ukoll fil-viċinanzi immedjati tal-iżbokk tas-sistema tal-egżost skont ir-rekwiżiti li ġejjin, bir-riżultat tal-kejl jitniżżel fil-komunikazzjoni msemmija fl-Anness 1.

    2.2.   Strumenti tal-kejl

    Għandu jintuża miter tal-livell tal-ħoss ta’ preċiżjoni kif ġie ddefinit fil-paragrafu 1.2.1.

    2.3.   Kundizzjonijiet tal-kejl

    2.3.1.   Kundizzjoni tal-mutur

    It-trażmissjoni tal-vettura għandha tkun f’pożizzjoni newtrali u l-klaċċ għandu jkun magħfus, jew f’pożizzjoni ta’ pparkjar għal trażmissjoni awtomatika, bil-brejk tal-ipparkjar applikat għal finijiet ta’ sikurezza, jekk il-vettura jkollha wieħed.

    Il-kundizzjonatur tal-arja tal-vettura, jekk ikollha wieħed, għandu jkun mitfi.

    Jekk il-vettura tkun mgħammra b’fann(ijiet) li jkollu(hom) mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma għandhiex tiġi mbagħbsa waqt il-kejl tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss.

    Il-kisi jew l-għata tal-kompartiment tal-magna għandu jkun magħluq.

    Qabel kull grupp ta’ kejl, il-magna għandha tinġieb għat-temperatura operattiva normali tagħha, kif ġiet speċifikata mill-manifattur.

    Fil-każ ta’ vettura bil-magna b’żewġ roti li ma jkollha l-ebda pożizzjoni tal-ger newtrali, il-kejl għandu jitwettaq bir-rota ta’ wara mgħollija ’l fuq mill-art sabiex ir-rota tkun tista’ ddur bil-libertà kollha.

    Jekk ikun meħtieġ li vettura b’żewġ roti tiġi mgħollija ’l fuq mill-art sabiex jitwettaq it-test, il-pożizzjoni ta’ kejl tal-mikrofonu għandha tiġi aġġustata sabiex tinkiseb id-distanza speċifikata mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost; ara l-Grafika għall-post fejn jinsabu l-punti ta’ referenza.

    2.3.2.   Sit tat-test

    Sit tat-test adattat għandu jkun fuq barra u għandu jikkonsisti f’wiċċ ċatt tal-konkrit, tal-asfalt dens jew ta’ materjal iebes simili, ħieles mis-silġ, minn ħaxix, minn ħamrija mhux kompatta, minn irmied jew minn materjal ieħor li jassorbi l-ħsejjes. Huwa għandu jkun fi spazju miftuħ, ħieles minn uċuh kbar li jirriflettu bħal vetturi pparkjati, bini, billboards, siġar, arbuxelli, ħitan paralleli, persuni, eċċ, fi ħdan raġġ ta’ 3 m mill-post fejn ikun qiegħed il-mikrofonu u minn kwalunkwe punt tal-vettura.

    Bħala alternattiva għal ittestjar fuq barra, tista’ tintuża kamra li tkun kważi mingħajr ebda eku Il-kamra li tkun kważi mingħajr ebda eku għandha tissodisfa r-rekwiżiti akustiċi mogħtija iktar ’il fuq. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti jekk il-faċilità tal-ittestjar tissodisfa l-kriterji ta’ distanza ta’ 3 m ta’ iktar ’il fuq u jkollha frekwenza ta’ qtugħ taħt l-iktar baxx minn:

    (a)

    Faxxa ta’ terz ta’ ottava taħt l-iktar frekwenza fundamentali baxxa tal-magna waqt il-kundizzjonijiet tat-test; u

    (b)

    100 Hz. (2)

    2.3.3.   Mixxellanji

    Il-qari tal-istrument tal-kejl ikkawżat minn storbju ambjentali u minn effetti tar-riħ għandu jkun mill-inqas 10 dB(A) iktar baxx mil-livelli tal-ħoss li għandhom jitkejlu mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windxild xieraq sakemm jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.

    It-testijiet ma għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, taqbeż il-5 m/s waqt l-intervall fil-kejl tal-ħoss.

    2.4.   Metodu ta’ kejl

    2.4.1.   Pożizzjonament tal-mikrofonu (ara l-Appendiċi 2)

    Il-mikrofonu għandu jkun qiegħed f’distanza ta’ 0,5 ± 0,01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp tal-egżost iddefinit fil-Grafika u f’angolu ta’ 45 ± 5° għall-pjan vertikali li jinkludi l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp il-mikrofonu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta’ referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m mill-wiċċ tal-art. L-assi ta’ referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel għall-wiċċ tal-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta’ referenza fuq l-iżbokk tal-egżost.

    Il-punt ta’ referenza għandu jkun l-ogħla punt li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-punt ta’ referenza għandu jkun fit-tarf tal-pajp tal-egżost,

    (b)

    Il-punt ta’ referenza għandu jkun fuq il-pjan vertikali li jinkludi ċ-ċentru tal-iżbokk tal-egżost u l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp tal-egżost.

    Jekk żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu jkunu possibbli, għandu jintuża l-iktar post lateralment ’il bogħod mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura.

    Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp tal-iżbokk tal-egżost ikun f’angolu ta’ 90° ± 5° għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jkun fil-punt li jkun l-iktar ’il bogħod mill-magna.

    Jekk vettura jkollha żewġ żbokki tal-egżost jew iktar bi spazju ta’ inqas minn 0,3 m bejniethom u li jkunu konnessi ma’ sajlenser wieħed, għandu jsir kejl wieħed biss il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’post relattiv għall-iktar żbokk ’il bogħod mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura jew, meta tali żbokk ma jeżistix, għall-ogħla żbokk ’il fuq mill-art.

    Għal vetturi b’egżost li jkollu żbokki bi spazju ta’ iktar minn 0,3 m bejniethom, għandu jsir kejl wieħed għal kull żbokk bħallikieku kien l-uniku wieħed, u għandu jitniżżel l-ogħla livell ta’ pressjoni tal-ħoss.

    Għall-finijiet tal-kontroll mal-ġenb tat-triq, il-punt ta’ referenza jista’ jiġi mċaqlaq għall-wiċċ ta’ barra tal-bodi tal-vettura.

    Punt ta’ referenza

    Image

    Test ta 'immaġni

    2.4.2.   Kundizzjonijiet operattivi

    2.4.2.1.   Veloċità tal-magna fil-mira

    Il-veloċità tal-magna fil-mira tiġi ddefinita bħala

     

    75 fil-mija ta’ S għal vetturi b’S ≤ 5 000 min–1, u

     

    50 fil-mija ta’ S għal vetturi b’S > 5 000 min–1.

    Għal vettura li, f’test b’vettura wieqfa, ma tistax tilħaq il-veloċità tal-magna fil-mira ddefinita iktar ’il fuq, bħala veloċità tal-magna fil-mira minflok għandha tintuża 95 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna li tista’ tintlaħaq f’test b’vettura wieqfa.

    2.4.2.2.   Proċedura tat-test

    Il-veloċità tal-magna għandha tiġi miżjuda b’mod gradwali mill-veloċità ta’ magna mhux ingranata (idle) għall-veloċità tal-magna fil-mira u għandha tinżamm kostanti fi ħdan faxxa ta’ tolleranza ta’ ± 5 fil-mija imbagħad, il-kontroll tal-aċċeleratur għandu jintreħa malajr u l-veloċità tal-magna għandha terġa’ lura għal dik ta’ magna mhux ingranata (idle) il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu li jikkonsisti f’veloċità kostanti tal-magna ta’ mill-inqas 1 s u matul il-perjodu kollu ta’ deċellerazzjoni il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss għandu jitqies bħala l-valur tat-test.

    Kejl għandu jiġi kkunsidrat bħala validu biss jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma ddevjatx mill-veloċità tal-magna fil-mira b’iktar mit-tolleranza speċifikata ta’ ± 5 fil-mija għal mill-inqas 1 s.

    2.4.3.   Sistema multimodali tal-egżost

    Il-vetturi mgħammra b’sistema tal-egżost b’iktar minn modalità waħda u manwalment aġġustabbli għandhom jiġu ttestjati fil-modalitajiet kollha.

    2.5.   Riżultati

    2.5.1.   Il-Komunikazzjoni msemmija fl-Anness 1 għandha tindika d-dejta kollha rilevanti u b’mod partikolari dik użata fil-kejl tal-istorbju tal-mutur wieqaf.

    2.5.2.   Il-kejl għandu jsir fil-post(ijiet) fejn tqiegħdu l-mikrofoni preskritti iktar ’il fuq il-livell massimu ta’ pressjoni tal-ħoss differenzjat A indikat waqt it-test għandu jitniżżel, fejn tinżamm figura waħda sinifikanti wara l-post deċimali (pereżempju, 92,45 għandu jitniżżel bħala 92,5 filwaqt li 92,44 għandu jitniżżel bħala 92,4).

    It-test għandu jiġi ripetut sakemm f’kull żbokk jinkiseb kejl għal tliet darbiet konsekuttivi li jkun fi ħdan 2,0 dB(A) minn xulxin.

    2.5.3.   Ir-riżultat għal żbokk partikolari huwa l-medja aritmetika tat-tliet valuri validi tal-kejl, matematikament imqarrba għall-eqreb numru sħiħ (pereżempju, 92,5 għandu jitniżżel bħala 93 filwaqt 92,4 għandu jitniżżel bħala 92).

    2.5.4.   Għall-vetturi mgħammra b’iktar minn żbokk wieħed tal-egżost, il-livell irrapportat ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun għall-iżbokk li jkollu l-ogħla livell medju ta’ pressjoni tal-ħoss.

    2.5.5.   Għall-vetturi mgħammra b’sistema tal-egżost multimodali u b’kontroll tal-modalità manwali tal-egżost, il-livell irrapportat ta’ pressjoni tal-ħoss għandu jkun għall-modalità li jkollha l-ogħla livell medju ta’ pressjoni tal-ħoss.

    3.   Storbju minn mutur f’moviment (dejta rrapportata sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar tal-vettura li qed tintuża).

    3.1.   Proċedura ta’ test għal testijiet ta’ konformità fl-użu tista’ tiġi ddefinita minn Parti Kontraenti, fejn titqies b’mod xieraq kwalunkwe differenza mill-kundizzjonijiet tat-test użati fl-approvazzjoni tat-tip.

    3.2.   Sabiex jiġi ffaċilitat it-test ta’ konformità fl-użu tal-muturi, l-informazzjoni li ġejja relatata mal-kejl tal-livell ta’ pressjoni tal-ħoss mwettaq skont il-paragrafu 1 tal-Anness 3 għall-mutur f’moviment tissejjaħ dejta ta’ referenza tal-konformità fl-użu:

    (a)

    Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet ta’ gerijiet mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test;

    (b)

    It-tul tal-preaċċellerazzjoni l PA f’m;

    (c)

    Il-veloċità medja tal-vettura f’km/h fil-bidu tal-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu għat-testijiet fil-ger (i); u

    (d)

    Il-livell ta’ pressjoni tal-ħoss L wot,(i) f’dB(A) tat-testijiet bl-aċċeleratur miftuħ għalkollox fil-ger (i), iddefinit bħala l-ikbar valur miż-żewġ valuri li jirriżultaw mill-kalkolu tal-medja tar-riżultati tal-kejl individwali f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu b’mod separat.

    3.3.   Id-dejta ta’ referenza tal-konformità fl-użu għandha titniżżel fil-formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-Anness 1.


    (1)  Kejl indipendenti tal-veloċità huwa meta żewġ apparati separati jew iktar jiddeterminaw il-valuri ta’ v AA, ta’ v BB u ta’ vPP’ . Apparat għal kejl kontinwu, bħal radar, jiddetermina l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-veloċità b’apparat wieħed.

    (2)  Il-prestazzjoni tal-istorbju tal-faċilitajiet tal-ittestjar fuq ġewwa tiġi speċifikata f’termini tal-frekwenza tal-qtugħ (Hz). Din hija l-frekwenza li ’l fuq minnha wieħed jista’ jassumi li l-kamra qed tagħmilha ta’ spazju li kważi jkun mingħajr ebda eku.

    Appendiċi 1

    Dijagramma sekwenzjali (flowchart) tal-proċedura tat-test għat-test tal-vettura f’moviment għall-vetturi tal-kategorija L3 b’PMR ≤ 25

    Image

    Appendiċi 2

    Pożizzjonament tal-mikrofoni għat-test tal-istorbju b’mutur wieqaf

    Image

    Image

    Image

    Image

    Image

    Id-dimensjonijiet huma f’metri, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor


    ANNESS 4

    SPEĊIFIKAZZJONJIET GĦAS-SIT TAT-TEST

    1.   Introduzzjoni

    Dan l-anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, li huma bbażati fuq standard speċjali (1), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

    2.   Karatteristiċi meħtieġa tal-wiċċ

    Wiċċ jiġi kkunsidrat bħala li jkun konformi ma’ dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut ta’ spazji jew il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ikunu tkejlu u nstab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 iktar ’l isfel, u sakemm ikunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti tad-disinn (paragrafu 3.2).

    2.1.   Kontenut ta’ spazji residwi

    Il-kontenut ta’ spazji residwi, VC, tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test ma għandux jaqbeż it-8 fil-mija. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1.

    2.2.   Koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (2)

    Jekk il-wiċċ ma jkunx konformi mar-rekwiżit tal-kontenut ta’ spazji residwi, il-wiċċ ikun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tiegħu jkun α ≤ 0,10. Għall-proċedura ta’ kejl, ara l-paragrafu 4.2 ir-rekwiżit tal-paragrafi 2.1 u 2.2 jiġi sodisfatt ukoll jekk ikun tkejjel biss l-assorbiment tal-ħoss u nstab li huwa α ≤ 0,10.

    2.3.   Fond tal-istruttura

    Il-fond tal-istruttura (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3 iktar ’l isfel) għandu jkun:

    TD ≥ 0,4 mm

    2.4.   Omoġeneità tal-wiċċ

    Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li, fiż-żona tat-test, il-wiċċ ikun kemm jista’ jkun omoġenju. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta’ spazji, imma għandu jiġi osservat ukoll li jekk il-proċess ta’ tidwir jirriżulta f’tidwir iktar effettiv f’xi bnadi milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.

    2.5.   Ittestjar perjodiku

    Sabiex jiġi kkontrollat jekk il-wiċċ jibqax ikun konformi mal-istruttura u mal-kontenut ta’ spazji jew mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tal-wiċċ fl-intervalli li ġejjin:

    (a)

    Għall-kontenut ta’ spazji residwi jew għall-assorbiment tal-ħoss:

     

    Meta l-wiċċ ikun ġdid;

     

    Jekk il-wiċċ jissodisfa r-rekwiżiti meta jkun ġdid, ma jkun meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor.

    (b)

    Għall-fond tal-istruttura (TD):

     

    Meta l-wiċċ ikun ġdid;

     

    Meta jibda l-ittestjar tal-istorbju (NB: mhux qabel erba’ ġimgħat wara li jkun tqiegħed il-wiċċ);

     

    Imbagħad kull 12-il xahar.

    3.   Disinn tal-wiċċ tat-test

    3.1.   Żona

    Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżit minimu, iż-żona fejn jaqsmu l-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan jirrikjedi li l-wisgħa tal-mogħdija tkun mill-inqas ta’ 3 m u li t-tul tagħha jestendi lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 m fuq kull naħa il-Grafika 1 turi pjanta ta’ sit tat-test adattat u tindika l-erja minima li għandha titqiegħed u tiġi kkompattata bil-magni bil-materjal speċifikat għall-wiċċ tat-test. Skont il-paragrafu 1.3.1 tal-Anness 3, il-kejl irid isir fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ postijiet fejn jitqiegħdu l-mikrofoni (wieħed fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan ikun f’direzzjoni waħda, jew billi jsir kejl b’mikrofonu wieħed biss fuq naħa waħda tal-mogħdija iżda bil-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, allura ma jkunx hemm l-ebda rekwiżit dwar il-wiċċ fuq dik in-naħa tal-mogħdija fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.

    Grafika 1

    Rekwiżiti minimi għall-erja tal-wiċċ tat-test il-parti skurata tissejjaħ iż-“Żona tat-Test”

    Image

    3.2.   Disinn u preparazzjoni tal-wiċċ

    3.2.1.   Rekwiżiti bażiċi tad-disinn

    Il-wiċċ tat-test għandu jissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:

    3.2.1.1.

    Huwa għandu jkun magħmul minn konkrit dens asfaltat.

    3.2.1.2.

    Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 mm sa 10 mm).

    3.2.1.3.

    Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm.

    3.2.1.4.

    Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta.

    3.2.2.   Linji gwida għad-disinn

    Bħala gwida għall-kostruttur tal-wiċċ, fil-Grafika 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni tal-aggregat li tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella tagħti wħud mil-linji gwida sabiex tinkiseb l-istruttura u d-durabbiltà mixtieqa il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formola li ġejja:

    Formula

    Fejn:

    d

    =

    id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f’mm

    dmax

    =

    8 mm għall-kurva medja

    dmax

    =

    10 mm għall-kurva ta’ tolleranza ta’ taħt

    dmax

    =

    6,3 mm għall-kurva ta’ tolleranza ta’ fuq

    Grafika 2

    Kurva tal-gradazzjoni tal-aggregat fit-taħlita asfaltata bit-tolleranzi

    Image

    Minbarra dak li ngħad iktar ’il fuq, jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

     

    Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 fil-mija ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 fil-mija ta’ ramel mitħun;

     

    Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajbin, skont l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq;

     

    Iż-żrar għandu jitfarrak (100 fil-mija tal-uċuh imfarrka) u għandu jkun ta’ materjal b’reżistenza kbira għat-tifrik;

     

    Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jinħasel;

     

    L-ebda żrara żejda ma għandha tiġi miżjuda fuq il-wiċċ;

     

    L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad espressa bħala valur PEN għandha tkun ta’ 40 - 60, 60 - 80 jew saħansitra ta’ 80 - 100, skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż ir-regola hija li għandu jintuża materjal li jgħaqqad li jkun kemm jista’ jkun iebes, sakemm dan ikun konsistenti mal-prattika komuni;

     

    It-temperatura tat-taħlita qabel it-tidwir għandha tingħażel b’tali mod li l-kontenut ta’ spazji meħtieġ jinkiseb permezz tad-tidwir sussegwenti. Sabiex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 iktar ’il fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta’ għażla adattata tat-temperatura għat-taħlita, imma wkoll permezz ta’ numru xieraq ta’ passati u permezz tal-għażla tal-vettura li se tikkompatta t-taħlita.

    Linji gwida għad-disinn

    Kwantità

    Valuri fil-mira

    Tolleranzi

    skont il-massa totali tat-taħlita

    skont il-massa tal-aggregat

    Massa ta’ ġebel, toqob kwadri tal-għarbiel (SM) > 2 mm

    47,6  %

    50,5  %

    ± 5

    Massa ta’ ramel 0,063 < SM < 2 mm

    38,0  %

    40,2  %

    ± 5

    Massa ta’ materjal li jimla (filler) SM < 0,063 mm

    8,8  %

    9,3  %

    ± 2

    Massa ta’ sustanza li tgħaqqad (bitum)

    5,8  %

    M.A.

    ± 0,5

    Daqs massimu taż-żrar

    8  mm

    6,3 – 10

    Ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

    (ara l-paragrafu 3.2.2 (f))

    Valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV)

    > 50

    Kompattezza, relattiva għall-kompattezza Marshall

    98  %

    4.   Metodu tat-test

    4.1.   Kejl tal-kontenut ta’ spazji residwi

    Għall-finijiet ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi mill-mogħdija f’mill-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Grafika 1). Biex jiġu evitati nuqqas ta’ omoġeneità u nuqqas ta’ uniformità fil-mogħdijiet tar-roti, il-kampjuni ċilindriċi ma għandhomx jittieħdu fil-mogħdijiet tar-roti nfushom, imma qrib tagħhom. Żewġ kampjuni ċilindriċi (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdijiet tar-roti, u kampjun ċilindriku ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdijiet tar-roti u kull post fejn ikun tqiegħed mikrofonu.

    Jekk ikun hemm xi suspett li l-kundizzjoni ta’ omoġeneità ma ġietx sodisfatta (ara l-paragrafu 2.4), għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi minn iktar postijiet fiż-żona tat-test il-kontenut ta’ spazji residwi għandu jiġi stabbilit għal kull kampjun ċilindriku, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni ċilindriċi kollha għandu jiġi kkalkulat u mqabbel mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun ċilindriku waħdieni ma għandu jkollu valur ta’ spazji li jkun ogħla minn 10 fil-mija il-kostruttur tal-wiċċ tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta ż-żona tat-test tissaħħan b’pajpijiet jew b’wajers tal-elettriku, u għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi minn din iż-żona installazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu ppjanati b’attenzjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet fejn fil-ġejjieni jsir tħaffir għal kampjuni ċilindriċi. Huwa rakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor daqs 200 × 300 mm fejn ma jkun hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn dawn tal-aħħar ikunu qegħdin biżżejjed fil-fond li ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni ċilindriċi li jittieħdu mis-saff tal-wiċċ.

    4.2.   Koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

    Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza billi tintuża l-proċedura speċifikata fl-ISO 10534:1994 – “Acoustics – Determination of sound absorption coefficient and impedance by a tube method” (“L-akustika – Id-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss u tal-impedenza b’metodu tat-tubu”).

    Fir-rigward tal-kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti li kienu applikati fir-rigward tal-kontenut ta’ spazji residwi (ara l-paragrafu 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-medda ta’ bejn 400 Hz u 800 Hz u u fil-medda ta’ bejn 800 Hz u 1 600 Hz (għall-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-faxex ta’ terz ta’ ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ meded ta’ frekwenzi imbagħad għanda tiġi kkalkulata l-medja ta’ dawn il-valuri, għall-kampjuni ċilindriċi tat-test kollha, sabiex jiġi kkostitwit ir-riżultat finali.

    4.3.   Kejl volumetriku tal-makrostruttura

    Għall-finijiet ta’ dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li jkunu spazjati b’mod uniformi tul il-mogħdijiet tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju sabiex jitqabbel mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Għad-deskrizzjoni tal-proċedura, ara l-istandard ISO 10844:1994.

    5.   Stabbiltà maż-żmien u manutenzjoni

    5.1.   Influwenza taż-żmien

    Bħal kwalunkwe wiċċ ieħor, huwa mistenni li l-livell tal-istorbju tat-tajers/fit-triq imkejjel fuq il-wiċċ tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6-12-il xahar wara l-kostruzzjoni.

    Il-wiċċ għandu jikseb il-karatteristiċi meħtieġa tiegħu mhux qabel ma jgħaddu erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni.

    L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza mill-vetturi li jinsaqu fuq il-wiċċ. Hija għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.5.

    5.2.   Manutenzjoni tal-wiċċ

    Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti l-fond effettiv tal-istruttura għandhom jitneħħew mill-wiċċ. F’pajjiżi bi klima xitwija, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ il-melħ jista’ jimmodifika l-wiċċ b’mod temporanju jew anki b’mod permanenti b’tali mod li jiżdied l-istorbju u għalhekk, mhuwiex rakkomandat.

    5.3.   Pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test

    Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, ġeneralment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Grafika 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta’ spazji residwi jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.

    6.   Dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test u tat-testijiet imwettqa fuqu

    6.1.   Dokumentazzjoni tal-wiċċ tat-test

    Id-dejta li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi l-wiċċ tat-test:

    6.1.1.

    Fejn tinsab il-mogħdija tat-test.

    6.1.2.

    It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta’ aggregat, id-densità teoretika massima tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni ċilindriċi meħuda mill-mogħdija tat-test.

    6.1.3.

    Il-metodu ta’ kkompattar (pereżempju, it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati).

    6.1.4.

    It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ waqt it-tqegħid tal-wiċċ.

    6.1.5.

    Id-data meta tqiegħed il-wiċċ u l-kuntrattur.

    6.1.6.

    Ir-riżultati tat-testijiet kollha jew għall-inqas l-iktar reċenti, inklużi:

    6.1.6.1.

    Il-kontenut ta’ spazji residwi ta’ kull kampjun ċilindriku.

    6.1.6.2.

    Il-postijiet fiż-żona tat-test minn fejn ittieħdu l-kampjuni ċilindriċi għall-kejl tal-ispazji.

    6.1.6.3.

    Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ta’ kull kampjun ċilindriku (jekk ikun tkejjel). Speċifika r-riżultati għal kull kampjun ċilindriku u għal kull medda ta’ frekwenzi kif ukoll il-medja ġenerali.

    6.1.6.4.

    Il-postijiet fiż-żona tat-test minn fejn ittieħdu l-kampjuni ċilindriċi għall-kejl tal-assorbiment.

    6.1.6.5.

    Il-fond tal-istruttura, inklużi n-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni standard.

    6.1.6.6.

    L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skont il-paragrafi 6.1.6.1 u 6.1.6.2 u t-tip ta’ tagħmir użat.

    6.1.6.7.

    Id-data tat-test(ijiet) u d-data meta l-kampjuni ċilindriċi ttieħdu mill-mogħdija tat-test.

    6.2.   Dokumentazzjoni tat-testijiet tal-istorbju tal-vetturi mwettqa fuq il-wiċċ

    Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-istorbju tal-vetturi, għandu jiġi ddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skont il-paragrafu 6.1, għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


    (1)  ISO 10844:1994

    (2)  L-iktar karatteristika rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta’ spazji residwi huwa iktar familjari fost il-kostrutturi tat-toroq madankollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk il-wiċċ ma jkunx konformi mar-rekwiżit tal-ispazji ir-raġuni għal dan hija għaliex ir-rekwiżit tal-ispazji huwa konness ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ kejl kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mill-uċuħ għalhekk jistgħu jiġu rrifjutati, b’mod żbaljat, meta bħala bażi jintuża biss il-kejl tal-ispazji.


    ANNESS 5

    SISTEMI TAL-EGŻOST JEW TAS-SAJLENSERS LI JKUN FIHOM MATERJAL FIBRUŻ

    1.   Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista’ jintuża fil-kostruzzjoni tas-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers biss jekk apparati adattati jiżguraw li l-materjal fibruż jinżamm f’postu l-ħin kollu li tkun qed tintuża s-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers u s-sistema tal-egżost jew tas-sajlensers tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kwalunkwe wieħed mill-paragrafi 1.1, 1.2 u 1.3:

    1.1.   Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f’dawk il-partijiet tas-sajlenser li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    1.2.1.

    Il-materjal għandu jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ± 5 °C għal erba’ sigħat f’forn (furnace) mingħajr tnaqqas f’kull tul, dijametru jew densità tal-massa tal-fibra.

    1.2.2.

    Wara li jissaħħan f’temperatura ta’ 650 ± 5 °C għal siegħa f’forn (furnace), mill-inqas 98 fil-mija tal-materjal għandu jinżamm f’għarbiel b’daqs nominali tal-fetħa ta’ 250 μm f’konformità mal-Istandard tal-ISO 3310/1:1990 meta ttestjat skont l-Istandard tal-ISO 2559:2000.

    1.2.3.

    It-telf fil-piż tal-materjal ma għandux jaqbeż l-10,5 fil-mija wara li jiġi mgħaddas għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 90 ± 5 °C f’kondensat sintetiku bil-kompożizzjoni li ġejja (1):

     

    1 N aċidu idrobromiku (HBr): 10 ml

     

    1 N aċidu sulfuriku (H2SO4): 10 ml

     

    Ilma distillat sabiex il-kondensat jitla’ għal 1 000 ml

    1.3.   Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont l-Anness 3, hija għandha titqiegħed fi stat normal għal użu fit-triq b’wieħed mill-metodi ta’ kundizzjonament li ġejjin:

    1.3.1.   Kundizzjonament bi tħaddim kontinwu fit-triq

    1.3.1.1.

    Skont il-klassijiet tal-muturi, id-distanzi minimi li għandhom jiġu kkompletati waqt il-kundizzjonament huma:

    Klassi ta’ mutur skont l-Indiċi tal-Proporzjon tal-Qawwa mal-Massa (PMR)

    Distanza (km)

    Klassi I ≤ 25

    4 000

    Klassi II > 25 ≤ 50

    6 000

    Klassi III > 50

    8 000

    1.3.1.2.

    50 ± 10 fil-mija ta’ dan iċ-ċiklu ta’ kundizzjonament jikkonsisti f’sewqan f’belt u l-bqija fi provi tul distanzi twal b’veloċità għolja; iċ-ċiklu kontinwu tat-triq jista’ jiġi sostitwit bi programm korrispondenti f’mogħdija tat-test.

    1.3.1.3.

    Iż-żewġ reġimi ta’ veloċità għandhom jiġu alternati għal mill-inqas sitt darbiet.

    1.3.1.4.

    Il-programm sħiħ ta’ testijiet għandu jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet li jdumu mill-inqas tliet sigħat sabiex ikunu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni.

    1.3.2.   Kundizzjonament b’pulsazzjoni

    1.3.2.1.

    Is-sistema tal-egżost jew il-komponenti tagħha għandha tiġi mmuntata fuq il-mutur jew fuq il-magna. Fil-każ tal-ewwel, il-mutur għandu jiġi mmuntat fuq bank tat-test.

    L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Grafika 1, jiġi mmuntat fl-iżbokk tas-sistema tal-egżost. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

    1.3.2.2.

    It-tagħmir tat-test għandu jiġi aġġustat sabiex il-fluss tal-gassijiet tal-egżost jiġi alternattivament interrott u stabbilit mill-ġdid 2 500 darba b’valv ta’ azzjoni rapida.

    1.3.2.3.

    Il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gassijiet tal-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm ’l isfel mil-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 35 kPa u 40 kPa. Jekk din il-figura ma tkunx tista’ tintlaħaq minħabba l-karatteristiċi tal-magna, il-valv għandu jiftaħ meta l-kontropressjoni tal-gassijiet tilħaq livell ekwivalenti għal 90 fil-mija tal-valur massimu li jista’ jitkejjel qabel ma tieqaf il-magna. Huwa għandu jagħlaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b’iktar minn 10 fil-mija mill-valur stabilizzat tagħha bil-valv miftuħ.

    1.3.2.4.

    L-iswiċċ li jixgħel mal-ħin mogħti lilu minn qabel (time-delay switch) għandu jiġi ssettjat għall-ħin kemm idumu l-gassijiet tal-egżost li jiġi kkalkulat abbażi tar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.3.2.3.

    1.3.2.5.

    Il-veloċità tal-magna għandha tkun ta’ 75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S).

    1.3.2.6.

    Il-qawwa indikata mid-dinamometru għandha tkun ta’ 50 fil-mija tal-qawwa bl-aċċeleratur magħfus kollu mkejla b’75 fil-mija tal-veloċità nominali tal-magna (S).

    1.3.2.7.

    Waqt it-test, kwalunwe toqba ta’ tbattil għandha tingħalaq.

    1.3.2.8.

    It-test kollu għandu jiġi kkompletat fi żmien 48 siegħa. Jekk ikun meħtieġ, wara kull siegħa għandu jiġi permess perjodu ta’ tkessiħ.

    1.3.3.   Kundizzjonament fuq bank tat-test

    1.3.3.1.

    Is-sistema tal-egżost għandha tiġi mmuntata fuq magna rappreżentattiva tat-tip immuntat fuq il-mutur li għalih kienet iddisinjata s-sistema tal-egżost, u għandha tiġi mmuntata fuq bank tat-test.

    1.3.3.2.

    Il-kundizzjonament jikkonsisti fin-numru speċifiku ta’ ċikli tal-bank tat-test għal kull klassi ta’ mutur li għalih kienet iddisinjata s-sistema tal-egżost in-numru ta’ ċikli għal kull klassi ta’ mutur huwa:

    Klassi ta’ mutur skont l-Indiċi tal-Proporzjon tal-Qawwa mal-Massa (PMR)

    Numru ta’ ċikli

    Klassi I ≤ 25

    6

    Klassi II > 25 ≤ 50

    9

    Klassi III > 50

    12

    1.3.3.3.

    Kull ċiklu tal-bank tat-test għandu jiġi segwit minn waqfa ta’ mill-inqas sitt sigħat sabiex ikunu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kondensazzjoni.

    1.3.3.4.

    Kull ċiklu tal-bank tat-test jikkonsisti f’sitt fażijiet il-kundizzjonijiet tal-magna għal u t-tul ta’ kull fażi huma:

    Fażi

    Kundizzjonijiet

    Tul tal-fażi f’minuti

    PMR ≤ 50

    PMR > 50

    1

    Magna mhux ingranata

    6

    6

    2

    25 % ta’ tagħbija b’75 % S

    40

    50

    3

    50 % ta’ tagħbija b’75 % S

    40

    50

    4

    100 % ta’ tagħbija b’75 % S

    30

    10

    5

    50 % ta’ tagħbija b’100 % S

    12

    12

    6

    25 % ta’ tagħbija b’100 % S

    22

    22

     

    Ħin totali

    2,5 sigħat

    2,5 sigħat

    1.3.3.5.

    Matul din il-proċedura ta’ kundizzjonament, fuq it-talba tal-manifattur, il-magna u s-sajlenser jistgħu jitkessħu sabiex it-temperatura rreġistrata f’punt mhux iktar minn 100 mm mill-iżbokk tal-gass tal-egżost ma taqbiżx dik imkejla meta l-mutur ikun qed jiġri b’110 km/h jew b’75 fil-mija ta’ S fl-ogħla ger il-veloċità tal-magna u/jew il-veloċità tal-mutur jiġu ddeterminata fi ħdan ± 3 fil-mija.

    Apparat tat-test għal kundizzjonament b’pulsazzjoni

    Image


    (1)  Il-materjal għandu jinħasel f’ilma distillat u għandu jitnixxef għal siegħa f’temperatura ta’ 105 °C qabel ma jintiżen.


    ANNESS 6

    LIMITI MASSIMI TAL-LIVELLI TAL-ĦOSS

    Kategorija

    Indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR)

    Valur ta’ limitu għal Lurban f’dB(A)

    L-ewwel kategorija

    PMR ≤ 25

    73

    It-tieni kategorija

    25 < PMR ≤ 50

    74

    It-tielet kategorija

    PMR > 50

    77  (1)


    (1)  Għall-muturi ttestjati fit-tieni ger biss fl-Anness 3, il-valur ta’ limitu jiġi miżjud b’1 dB(A) sad-data fil-paragrafu 12.7 id-dejta għall-vetturi affettwati għandha tiġi studjata, u għandhom isiru diskussjonijiet f’każ ta’ estensjoni oħra.


    ANNESS 7

    DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI DWAR L-EMISSJONIJIET TA’ ĦSEJJES (ASEP)

    1.   Kamp ta’ applikazzjoni

    1.1.   Dan l-anness japplika għall-vetturi tal-kategorija L3 b’PMR > 50.

    1.2.   Il-vetturi bi proporzjonijiet varjabbli ta’ gerijiet jew bi trażmissjoni awtomatika bi proporzjonijiet ta’ gerijiet li ma jistgħux jiġu llokjati huma eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan l-anness, jekk il-manifattur tal-vettur jipprovdi dokumenti tekniċi lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li juru li l-veloċità tal-magna tal-vettura f’BB’ la taqbeż Formula u lanqas taqa’ taħt Formula għal kwalunkwe kundizzjoni tat-test fi ħdan il-medda ta’ kontroll tal-ASEP iddefinita fil-paragrafu 2.5 iktar ’l isfel, fejn n BB’ hija l-veloċità medja tal-magna f’BB’ mit-tliet testijiet validi tal-aċċellerazzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Anness 3.

    2.   Rekwiżiti addizzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ħsejjes

    2.1.   Strumenti tal-kejl

    Ir-rekwiżiti għat-tagħmir tal-kejl huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.1 tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

    2.2.   Ambjent akustiku, kundizzjonijiet meteoroloġiċi u ħsejjes fl-isfond

    Ir-rekwiżiti dwar l-ambjent akustiku, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-ħsejjes fl-isfond huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.2 tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

    2.3.   Pożizzjonijiet tal-mikrofoni u kundizzjonijiet tal-vettura

    Ir-rekwiżiti dwar il-pożizzjonijiet tal-mikrofoni u l-kundizzjonijiet tal-vettura huma identiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafi 1.3.1 u 1.3.2 tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

    2.4.   Kundizzjonijiet operattivi ġenerali

    Il-kundizzjonijiet operattivi ġenerali huma identifiċi għal dawk iddefiniti fil-paragrafu 1.3.3.1 tal-Anness 3 għat-testijiet tal-mutur f’moviment.

    2.5.   Il-medda ta’ kontroll tal-ASEP

    Ir-rekwiżiti ta’ dan l-anness japplikaw għal kwalunkwe operazzjoni tal-vettura bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    v AA’ għandha tkun ta’ mill-inqas 20 km/h

    (b)

    v BB’ ma għandhiex taqbeż it-80 km/h

    (c)

    n AA’ għandha tkun mill-inqas

    Formula

    (d)

    n BB’ ma għandhiex taqbeż

     

    Formula għal PMR ≤ 66; u

     

    Formula għal PMR > 66

    2.6.   Il-limiti tal-ASEP (1)

    Il-livell massimu ta’ storbju rreġistrat hekk kif il-mutur ikun għaddej mill-mogħdija tat-test ma għandux jaqbeż:

     

    Formula għal n PP’ < n wot,(i); u

     

    Formula għal n PP’n wot,(i)

    Mid-data fil-paragrafu 12.7, il-livell massimu ta’ storbju ma għandux jaqbeż:

     

    Formula għal n PP’ < n wot,(i); u

     

    Formula għal n PP’n wot,(i)

    Fejn L wot,(i) u n PP’ ikollhom l-istess tifsira bħal fil-paragrafu 1 tal-Anness 3 u n wot,(i) tirreferi għall-veloċità tal-magna korrispondenti meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tgħaddi l-linja PP’.

    3.   Ittestjar tal-konformità bil-kejl

    3.1.   Ġenerali

    L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip kif ukoll is-Servizz Tekniku jistgħu jitolbu testijiet sabiex tiġi kkontrollata l-konformità tal-mutur mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 iktar ’il fuq. Sabiex ikun evitat xogħol żejjed, l-ittestjar tat-tagħbija jiġi ristrett għall-punti ta’ referenza ddefiniti fil-paragrafu 3.2 iktar ’l isfel u sa żewġ kundizzjonijiet operattivi addizzjonali għajr il-punti ta’ referenza imma li jkunu fi ħdan il-medda ta’ kontroll tal-ASEP.

    3.2.   Kundizzjonijiet tat-test ta’ referenza tal-ASEP

    3.2.1.   Proċedura tat-test

    Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tasal f’AA’, l-aċċeleratur għandu jkun magħfus kollu u għandu jinżamm magħfus kollu sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tasal f’BB’. L-aċċeleratur imbagħad għandu jitreġġa’ lura, malajr kemm jista’ jkun, għal pożizzjoni mhux magħfusa (idle) il-preaċċellerazzjoni tista tintuża jekk l-aċċellerazzjoni tiddewwem lil hinn minn AA’ il-post fejn tibda l-aċċellerazzjoni għandu jiġi rrapportat.

    3.2.2.   Veloċità tat-test u għażla tal-gerijiet

    Il-vettura għandha tiġi ttestjata f’kull waħda mill-kundizzjonijiet operattivi li ġejjin:

    (i)

    v PP’ = 50 km/h

    Il-ger magħżul (i) u l-kundizzjoni tal-preaċċellerazzjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati fit-test oriġinali tal-approvazzjoni tat-tip tal-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

    (ii)

    v BB’ li tikkorrispondi għal

     

    Formula għal PMR ≤ 66; u

     

    Formula għal PMR > 66

    v BB’ ma għandiex taqbeż it-80 km/h

    Il-ger magħżul għandu jkun it-tieni wieħed. Jekk it-tielet ger jissodisfa r-rekwiżiti ta’ n BB’ u ta’ v BB’, għandu jintuża t-tielet ger. Jekk ir-raba’ ger jissodisfa r-rekwiżiti ta’ n BB’ u ta’ v BB’, għandu jintuża r-raba’ ger.

    3.2.3.   Ipproċessar u rapportar tad-dejta

    Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.4 tal-Anness 3.

    Barra minn hekk, il-kejl tal-veloċità tal-magna f’AA’, f’BB’, u f’PP’ f’unitajiet ta’ min– 1 għandu jitqarreb matematikament għall-eqreb numru sħiħ għal kalkoli oħrajn. Għal kundizzjoni tat-test partikolari, għandha tiġi kkalkulata l-medja aritmetika tat-tliet veloċitajiet tal-magna individwali.

    Il-livelli finali ta’ pressjoni tal-ħoss għall-aċċellerazzjoni bl-aċċeleratur magħfus kollu ma għandhomx jaqbżu l-limiti speċifikati fil-paragrafu 2.6 iktar ’il fuq.


    (1)  Meta l-konformità ma’ dawn il-limiti tiġi kkontrollata, il-valuri għal L wot(i) u għal n wot(i) ma għandhomx jittieħdu mid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip imma għandhom jiġu ddeterminati mill-ġdid bil-kejl kif ġie ddefinit fil-paragrafu 1 tal-Anness 3, madankollu billi jintużaw l-istess ger (i) u l-istess distanza ta’ preaċċellerazzjoni kif sar waqt l-approvazzjoni tat-tip.


    ANNESS 8

    DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI DWAR L-EMISSJONIJIET TA’ ĦSEJJES (ASEP)

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    … (Isem il-manifattur) jiddikjara li l-vetturi ta’ dan it-tip … (it-tip fir-rigward tal-emissjoni ta’ storbju tiegħu skont ir-Regolament Nru 41) huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3 tar-Regolament Nru 41.

    … (Isem il-manifattur) qed jagħmel din id-dikjarazzjoni in bona fide, wara li wettaq evalwazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ħsejjes tal-vetturi.

    Data: …

    Isem ir-rappreżentant awtorizzat: …

    Firma tar-rappreżentant awtorizzat: …


    Top