This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42011X1206(02)
Regulation No 28 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UN/ECE) — Uniform provisions concerning the approval of audible warning devices and of motor vehicles with regard to their audible signals
Ir-Regolament Nru 28 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati li jagħtu twissija li tinstema’ u l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tas-sinjali tagħhom li jinstemgħu
Ir-Regolament Nru 28 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati li jagħtu twissija li tinstema’ u l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tas-sinjali tagħhom li jinstemgħu
ĠU L 323, 6.12.2011, p. 33–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
6.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/33 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 28 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati li jagħtu twissija li tinstema’ u l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tas-sinjali tagħhom li jinstemgħu
Tinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-suppliment 3 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Id-data tad-dħul fis-seħħ: it-28 ta' Diċembru 2000
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Il-Kamp ta’ applikazzjoni |
I. APPARATI TA’ TWISSIJA LI TINSTEMA’
2. |
Id-Definizzjonijiet |
3. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Il-marki |
5. |
L-approvazzjoni |
6. |
L-ispeċifikazzjonijiet |
7. |
Modifika tat-tip tal-apparat ta’ twissija li tinstema’ u estenzjoni tal-approvazzjoni |
8. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
9. |
Pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
10. |
Il-produzzjoni mwaqqfa |
II. SINJALI LI JINSTEMGĦU TA’ VETTURI BIL-MAGNA
11. |
Id-Definizzjonijiet |
12. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni |
13. |
L-approvazzjoni |
14. |
L-ispeċifikazzjonijiet |
15. |
Il-modifiki tat-tip tal-vettura u l-estenzjoni għall-approvazzjoni |
16. |
Il-konformità tal-produzzjoni |
17. |
Pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
18. |
L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet tal-approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi |
ANNESSI
Anness 1 - |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni (jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni) ta’ tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ għal vetturi bil-magna skont ir-Regolament Nru 28 |
Anness 2 - |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni (jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni) ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sinjali tagħha li jinstemgħu skont ir-Regolament Nru 28. |
Anness 3 - |
|
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għal:
1.1. |
apparati ta’ twissija li tinstema’(AWD) (1)/, fornuti b’kurrent dirett jew kurrent li jalterna jew arja kompressata, li huma maħsubin biex ikunu mmuntati fuq vetturi bil-magna tal-kategoriji L3 sa 5, M u N, esklużi l-mopeds (kategoriji L1 u L2) (2)/ |
1.2. |
is-sinjali tal-vetturi bil-magna li jinstemgħu (3) li qegħdin elenkati f' 1.1. |
I. APPARATI TA’ TWISSIJA LI TINSTEMA’
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, apparati ta’ twissija li tinstema’(AWD) ta’ "tipi" differenti għandhom jinftiehmu li jffissru apparati li jkunu essenzjalment differenti wieħed mill-ieħor fejn għandhom x’jaqsmu aspetti bħal:
2.1. |
l-isem jew il-marka kummerċjali; |
2.2. |
il-prinċipji tat-tħaddim; |
2.3 |
it-tip tal-provvista tal-elettriku (kurrent dirett jew li jalterna); |
2.4. |
il-forma ta’ barra tal-qafas; |
2.5. |
l-għamla u d-dimensjonijiet tad-dijaframma/i; |
2.6. |
l-għamla jew it-tip ta’ apparati li joħorġu l-ħoss; |
2.7. |
stima tal-frekwenza jew frekwenzi tal-ħoss; |
2.8. |
stima tal-forniment ta’ vultaġġ; |
2.9. |
għal apparati fornuti direttament minn sors estern ta’ arja kompressata, stima tal-pressjoni tat-tħaddim. |
2.10. |
L-AWD huwa maħsub l-aktar għal:
|
3. L-APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ għandha tiġi mressqa mill-propjetarju tal-isem jew tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2. Din għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin li jagħtu d-dettalji li ġejjin:
3.2.1. |
deskrizzjoni tat-tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’, b’attenzjoni partikulari għall-punti msemmija fil-paragrafu 2; |
3.2.2. |
disinn li juri, inter alia, il-wiċċ maqtugħ fuq angolu rett tal-apparat ta’ twissija; |
3.2.3. |
lista tal-komponenti li jkunu ntużaw fil-manifattura, li jkunu identifikati, kif xieraq, b’indikazzjoni tal-materjal li jkun intuża; |
3.2.4. |
disinni dettaljati tal-komponenti kollha wżati fil-manifattura. Id-disinni għandhom juru l-post ipprovdut għan-numru tal-approvazzjoni b’relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. |
3.3. Barra minn hekk, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’żewġ kampjuni tat-tip tal-apparat ta’ twissija.
3.4. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip.
4. IL-MARKI
4.1. Il-kampjuni tal-apparati ta’ twissija li tinstema’ li jiġu mressqa għall-approvazzjoni, għandu jkollhom fuqhom l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur; din il-marka trid tkun tista’ tinqara b’mod ċar u tkun magħmula b'mod li ma titħassarx.
4.2. Kull kampjun għandu jkollu spazju ta’ daqs kbir biżżejjed biex titpoġġa l-marka tal-approvazzjoni; dan l-ispazju jrid ikun indikat fid-disinn imsemmi fil-paragrafu 3.2.2.
5. L-APPROVAZZJONI
5.1. Jekk il-kampjuni mressqa għall-approvazzjoni jkunu skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6. u 7. ta’ hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dan it-tip ta’ apparat ta’ twissija.
5.2. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkludu l-aktar emendi tekniċi reċenti magħmulin lir-Regolament fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’.
5.3. L-istess numru ta’ approvazzjoni jista’ jiġi assenjat lil tipi ta’ apparat ta’ twissija li jvarjaw biss fir-rigward tal-vultaġġ u l-frekwenza jew frekwenzi stmati, jew, għall-apparati msemmija fil-paragrafu 2.8 ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-istima tal-pressjoni waqt it-tħaddim.
5.4. Avviż dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li taqbel mal-mudell li jidher fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, u permezz ta’ disinni tal-apparat ta’ twissija li tinstema’ (fornuti mill-applikant għall-approvazzjoni) b’format massimu ta’ A.4 (210 x 297 mm) jew inkella bil-karta mitwija biex ikollha dan il-format, bil-proporzjon ta’ 1:1.
5.5. Fuq kull apparat ta’ twissija li tinstema’ li jkun konformi ma’ tip li jkun approvat taħt dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod evidenti, f’post prominenti u aċċessibbli kif indikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tkun tinkludi:
5.5.1. |
ċirku li jkun fih l-ittra "E" segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun qed jagħti l-approvazzjoni; (4) |
5.5.2. |
numru ta' approvazzjoni. |
5.5.3. |
simbolu addizzjonali f’forma ta’ figura b’numri Rumani, li juri għal liema klassi jappartjieni l-AWD. |
5.6. Il-marka ta’ approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali jridu jkunu jidhru ċari u magħmulin b'mod li ma jkunux jistgħu jitħassru.
5.7. L-Anness 3, Taqsima 1 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-format tal-marka tal-approvazzjoni.
6. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali
6.1.1. |
L-apparat ta’ twissija li tinstema’ għandu jagħmel ħoss kontinwu u kostanti; l-ispettru akustiku tiegħu m’għandux ivarja ħafna waqt li jkun qed jiġi mħaddem. Fir-rigward tal-apparati ta’ twissija fornuti b’kurrent li jalterna, dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għall-veloċità kostanti tal-ġeneratur, fil-medda speċifikata fil-paragrafu 6.2.3.2. |
6.1.2. |
L-apparat ta’ twissija għandu jkollu karatteristiċi akustiċi (tqassim spettrali tal-enerġija akustika, livell tal-pressjoni tal-ħoss) u karatteristiċi mekkaniċi biex jgħaddi mit-testijiet li ġejjin, fl-ordni indikata. |
6.2 Kejl tal-karatteristiċi tal-ħoss
6.2.1. |
Jekk jista’ jkun, l-apparat ta’ twissija għandu jiġi eżaminat f’ambjent li ma jidwix. Alternattivament, jista’ jiġi eżaminat f’kamra li tkun kważi mingħajr ebda eku jew fl-apert (5)/. F’dan il-każ, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet biex jiġu evitati r-riflessi mill-art fiż-żona fejn ikun qed isir il-kejl (ngħidu aħna billi jittellgħu numru ta’ lqugħ li jassorbu). Għandha tiġi vverifikata l-konformità mad-diverġenza sferika sa limitu ta’ 1 dB f’emisfera ta’ raġġ ta’ mhux inqas minn 5 m, sa l-ogħla frekwenza li tkun ser tiġi mkejla, b’mod speċjali fid-direzzjoni tal-kejl u mit-tul tal-apparat u l-mikrofonu. Il-livell tal-ħoss ambjentali għandu jkun mill-inqas ta’ 10 dB taħt il-livell tal-pressjoni tal-ħoss li jkun irid jiġi mkejjel. L-apparat li jrid jiġi eżaminat u l-mikrofonu għandhom jitqegħdu fl-istess għoli. Dan l-għoli għandu jkun ta' bejn il-1.15 u l-1.25 m. Il-linja tas-sensittività massima tal-mikrofonu għandha tikkoinċidi mad-direzzjoni li fiha l-livell tal-ħoss tal-apparat ikun fl-ogħla livell tiegħu. Il-mikrofonu għandu jitqiegħed b'mod li d-dijaframma tiegħu tkun f’distanza ta’ 2 ± 0.01 mill-pjan tal-iżbokk għall-ħoss tal-apparat. F’każ ta’ apparati li jkollhom għadd ta' żbokki għall-ħoss, id-distanza għandha tiġi stabbilita b’relazzjoni mal-pjan tal-iżbokk li jkun l-eqreb lejn il-mikrofonu. |
6.2.2. |
Il-kejl tal-livelli tal-pressjoni tal-ħoss irid jittieħed permezz ta’ arloġġ tal-kejl li fil-livell ta’ ħoss ikollu preċiżjoni tal-ewwel klassi u li jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Pubblikazzjoni IEC Nru 651, l-ewwel edizzjoni (1979). Il-kejl kollu għandu jsir bl-użu tal-ħin kostanti “F”. Il-kejl tal-livell totali tal-pressjoni tal-ħoss irid jittieħed bl-użu tal-kurva differenzjata A. L-ispettru tal-ħoss li joħroġ irid jitkejjel skont il Fourier transform tas-sinjal akustiku. Alternattivament, jistgħu jintużaw filtri tat-tielet ottava li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Pubblikazzjoni IEC Nru 225, l-ewwel edizzjoni (1996): f’dan il-każ, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-frekwenza tal-medda ċentrali ta’ 2 500 Hz għandu jkun stabbilit billi jiżdiedu l-intermedjarji kwadratiċi tal-pressjonijiet tal-ħoss fil-meded tat-tielet ottava ta’ frekwenzi ċentrali ta’ 2 000, 2 500 u 3 150 Hz. Fil-każijiet kollha, il-metodu Fourier transform biss jista’ jkun ikkunsidrat li hu l-metodu ta’ referenza. |
6.2.3. |
L-AWD għandu jkun fornut, kif xieraq, bil-kurrent ta’ wieħed mill-vultaġġi ta’ prova:
|
6.2.4. |
Jekk sors kurrenti rrettifikat jintuża għat-test ta’ AWD fornit b’kurrrent dirett, il-komponent tal-vultaġġ li jalterna mkejjel fil-punti terminali tiegħu, meta l-apparati ta’ twissija jkunu qed jitħaddmu, m’għandux ikun iktar minn 0.1 volts, imkejjel minn punt tal-ogħla intensità għall-ieħor. |
6.2.5. |
Għall-AWDs fornuti b’kurrent dirett, ir-reżistenza tal-kondutturi ta’ konnessjoni, imfissra f’ohms, inklużi r-reżistenzi tat-terminali u l-kuntatti, għandha tkun qrib kemm jista’ jkun għal (0,10/12) x il-vultaġġ stmat f’volts. |
6.2.6. |
L-apparat ta' twissija għandu jkun immuntat b'mod sod, permezz ta' apparat indikat mill-manifattur, fuq rifda li l-massa tagħha tkun mill-inqas ta' għaxar darbiet dik tal-apparat ta' twissija li qed jiġi ttestjat u ta' mhux inqas minn 30 kg. Barra minn hekk, għandu jkun żgurat li jekk ikun hemm xi riflessjonijiet mil-ġnub tar-rifda, u xi vibrazzjonijiet, dawn ma jkollhomx effett apprezzabbli fuq ir-riżultati tal-kejl. |
6.2.7. |
Skont il-kundizzjonijiet stipulati hawn fuq, il-pressjoni tal-ħoss mgħobbija skont il-kurva A m'għandhomx ikunu iżjed mill-valuri li jidhru hawn taħt:
|
6.2.7.1 |
Barra minn hekk, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss fil-medda ta’ frekwenza ta’ 1 800 sa 3 550 Hz għandha tkun akbar minn dik ta’ kull komponent ta’ frekwenza ’l fuq minn 3 550 Hz u fi kwalunkwe każ daqs jew akbar minn:
|
6.2.7.2 |
Dawk l-AWDs li jissodisfaw il-karatteristiċi tal-ħoss imsemmija f’(b) jistgħu jintużaw fuq il-vetturi msemmija f’(a). |
6.2.8. |
L-ispeċifikazzjonijiet indikati hawn fuq għandhom ukoll jiġu ssodisfatti permezz ta’ apparat li jkun suġġett għat-test ta’ reżistenza msemmi fil-paragrafu 6.3 ta’ hawn taħt, bil-vultaġġ tal-provvista li jkun ivarja bejn il-115 % u l-95 % tal-istima tal-vultaġġ tiegħu għall-AWDs forniti b’kurrent dirett, jew, għall-AWDs forniti b’kurrent li jalterna, bejn il-50 % u l-100 % tal-veloċità massima tal-ġeneratur indikat mill-manifattur għal tħaddim kontinwu. |
6.2.9. |
L-intervall bejn il-mument meta l-apparat jitqabbad u l-mument meta l-ħoss jilħaq il-valur minimu stipulat fil-paragrafu 6.2.7. ta’ hawn fuq, m’għandux jaqbeż iż-0,2 ta’ sekonda mkejla f’temperatura ambjentali ta’ 20 + 5 C. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli, inter alia, għall-apparati ta' twissija pnewmatiċi jew elettropnewmatiċi. |
6.2.10. |
L-apparati ta’ twissija pnewmatiċi jew elettropnewmatiċi għandhom, meta jitħaddmu taħt il-kundizzjonijet tal-forniment ta’ enerġija stabbiliti għalihom mill-manifatturi, jissodisfaw l-istess rekwiżiti akustiċi li huma stipulati għall-apparati ta’ twissija li tinstema’ li jitħaddmu bl-elettriku. |
6.2.11. |
Fil-każ ta’ mezzi b’multipliċità ta’ toni li fihom kull unità li toħroġ il-ħoss hija kapaċi li tiffunzjona indipendentement, il-valuri speċifikati hawn fuq għandhom jinkisbu meta kull wieħed mill-unitajiet kostitwenti jiġi operat separatament. Il-valur massimu tal-livell kollu tal-ħoss m’għandux jinqabeż meta l-unitajiet kostitwenti jiġu operati flimkien. |
6.3. Test tar-reżistenza
6.3.1. |
L-AWD għandu jkun fornut bil-kurrent fil-vultaġġ stmat u bir-reżistenzi tal-kondutturi ta’ konnessjoni speċifikati fil-paragrafi 6.2.3. sa 6.2.5. ta’ hawn fuq, u mħaddmin rispettivament:
|
6.3.2. |
Jekk it-test isir f’kamra ta’ mingħajr eku, il-kamra għandha tkun kbira biżżejjed li tiżgura t-tixrid normali tas-sħana li toħroġ mill-apparat ta’ twissija waqt it-test. |
6.3.3. |
It-temperatura ambjentali fil-kamra fejn isir it-test għandha tkun bejn + 15 u + 30 °Ċ. |
6.3.4. |
Jekk, wara li l-AWD ikun tħaddem għal nofs in-numru tad-drabi stipulati, il-karatterisitċi tal-livell tal-ħoss ma jkunux l-istess bħal dawk ta’ qabel it-test, l-AWD jista’ jiġi aġġustat. Wara li jkun tħaddem għan-numru ta’ drabi stipulati, u, jekk ikun hemm bżonn, wara li jkunu sarulu aktar aġġustamenti, l-AWD irid jgħaddi mit-test deskritt fil-paragrafu 6.2. ta’ hawn fuq. |
6.3.5. |
Għall-apparati ta’ twissija tat-tip elettro-pnewmatiċi, l-apparat jista’ jiġi llubrikat biż-żejt irrikkmandat mill-manifattur wara kull 10 000 darba li jitħaddem. |
7. MODIFIKA TAT-TIP TA’ APPARAT TA’ TWISSIJA LI TINSTEMA’ U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. Kull modifika għal tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’. Dan id-dipartiment imbagħad jista’:
7.1.1. |
jew ikun tal-fehma li l-modifiki magħmulin x’aktarx li mhux se jħallu effett negattiv apprezzabbli; |
7.1.2. |
inkella jitlob rapport ġdid mingħand is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet. |
7.2. In-notifika tal-konferma tal-approvazzjoni, bid-dettalji tal-modifiki, jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura indikata fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq.
7.3. L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni magħmula għal din l-estensjoni.
8. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.1 |
AWD approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun maħdum b’tali mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 ta’ hawn fuq. |
8.2. |
L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll għall-konformità li jkunu ntużaw f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
9. SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 8.1 ma jitħarsux jew jekk l-apparat ta’ twissija li tinstema’ ma jgħaddix mill-verifiki msemmija fil-paragrafu 8.2 hawn fuq.
9.2. Jekk xi Parti involuta fil-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tavża minnufih lil Partijiet Kontraenti l-oħrajn li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkun hemm id-dikjarazzjoni, iffirmata u ddatata, miktuba bi kliem kbar: “APPROVAZZJONI RTIRATA”.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA
Jekk id-dententur ta’ approvazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament iwaqqaf il-produzzjoni tat-tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ li jkun approvat, huwa għandu javża lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni, din l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħrajn involuti fil-Ftehim li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola ta’ approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkun hemm id-dikjarazzjoni, iffirmata u ddatata, miktuba bi kliem kbar: “PRODUZZJONI MWAQQFA”
II. SINJALI LI JINSTEMGĦU TA’ VETTURI BIL-MAGNA
11. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
11.1. |
“L-approvazzjoni tal-vettura bil-magna” għandha tinftiehem li tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sinjal tagħha li jinstema’; |
11.2. |
“Tip ta’ vettura” għandha tinftiehem li tfisser vettura li mhix essenzjalment differenti minn oħra fejn għandhom x’jaqsmu oqsma bħal:
|
12. L-APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI
12.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sinjali tagħha li jinstemgħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
12.2. Din għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin li jagħtu d-dettalji li ġejjin:
12.2.1. |
deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-oqsma msemmija fil-paragrafu 11.2 ta’ hawn fuq; |
12.2.2. |
lista tal-komponenti li huma meħtieġa biex ikun identifikat l-apparat/i ta’ twissija li jista’/jistgħu jiġi/u mmuntat/i fuq il-vettura; |
12.2.3. |
Disinni li juru l-pożizzjoni fuq il-vettura tal-apparat(i) ta’ twissija u tal-muntaturi tiegħu/tagħhom. |
12.3. Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha titressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
13. L-APPROVAZZJONI
13.1. Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 14 u 15 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni għal dan it-tip ta’ vettura għandha tkun mogħtija.
13.2. Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkludu l-aktar emendi tekniċi reċenti magħmulin lir-Regolament fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura.
13.3. Avviż ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura, skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet involuti f’dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li taqbel mal-mudell li jidher fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament, u permezz ta’ disinni (pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) b’format massimu ta’ A.4 (210 x 297 mm), jew inkella b'karta mitwija biex ikollha dan il-format, bi proporzjon xieraq.
13.4. Fuq kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura li tkun approvata taħt dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod evidenti, f’post prominenti u aċċessibbli li jkun indikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tkun tinkludi:
13.4.1. |
ċirku li jkun fih l-ittra "E" segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun qed jagħti l-approvazzjoni; |
13.4.2. |
in-numru ta’ dan ir-Regolament imqiegħed fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku msemmi fil-paragrafu 13.4.1. |
13.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat, skont Regolament(i) ieħor/oħrajn anness(i) mal-Ftehim, fl-istess pajjiż bħal dak li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 13.4. m’hemmx għalfejn jerġa’ jkun ripetut; f’dan il-każ, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, għandhom jidhru f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 13.4.
13.6. Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun miktuba b'mod li tintgħaraf faċilment u li ma tistax titħassar.
13.7. Il-marka ta’ approvazzjoni trid titqiegħed ħdejn il-pjanċa li fuqha jkollha l-karatteristiċi tal-vettura u tista’ wkoll tiġi mwaħħla ma’ din il-pjanċa.
13.8. L-Anness 3, Taqsima II ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-format tal-marka tal-approvazzjoni.
13.9. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti li jiżguraw il-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip.
14. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET
Il-vettura trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
14.1. |
L-apparat(i) (jew is-sistema) ta’ twissija li tinstema’/jinstemgħu immuntat/i fuq il-vettura għandu/għandhom ikun/u tat-tip approvat/i skont dan ir-Regolament; Apparati ta’ twissija li tinstema’ li jkunu tal-Klassi II u li jkunu approvati skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, u li għalhekk ma jkollhomx is-simbolu II fil-marka ta’ approvazzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jiġu mmuntati fuq tipi ta’ vetturi mressqin għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament. |
14.2. |
Il-vultaġġ tat-test għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament; |
14.3. |
Il-kejl tal-pressjoni tal-ħoss għandu jsir fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6.2.2. ta’ dan ir-Regolament; |
14.4. |
Il-livell tal-ħoss A-weighted li joħroġ mill-apparat mqiegħed fuq il-vettura għandu jitkejjel minn distanza ta’ 7 m quddiem il-vettura, b’din tal-aħħar titqiegħed f’sit miftuħ, fuq art kemm jista’ jkun bla ħotob u, fil-każ ta’ apparati fornuti b’kurrent dirett, bil-magna tagħha mitfija; |
14.5. |
Il-mikrofonu tal-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed bejn wieħed u ieħor fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; |
14.6. |
Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-isfond u tal-ħoss tar-riħ għandhom ikunu ta’ mill-inqas 10 dB (A) inqas mill-ħoss li jkun se jitkejjel; |
14.7. |
Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun imfittex f’medda ta' bejn 0.5 u 1,5 m ’il fuq mil-livell tal-art; |
14.8. |
Meta jitkejjel fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 14.2 sa 14.7, il-valur massimu tal-pressjoni tal-ħoss (14.7) tas-sinjal li jinstema’ li jkun qed jiġi ttestjat għandu jkun ta’ mill-inqas:
|
15. MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
15.1. Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura. Dan id-dipartiment imbagħad jista’:
15.1.1. |
jew ikun tal-fehma li l-modifiki magħmulin x’aktarx li mhux se jħallu effett negattiv apprezzabbli; u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew |
15.1.2. |
jitlob rapport ġdid mingħand is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet. |
15.2. Notifika tal-konferma tal-approvazzjoni bid-dettalji tal-modifiki, jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet involuti fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura indikata fil-paragrafu 13.3 ta’ hawn fuq.
15.3. L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni magħmula għal din l-estensjoni.
16. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stipulati fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:
16.1. |
Vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun maħduma b’tali mod li tkun skont it-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 14 ta’ hawn fuq. |
16.2. |
L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll għall-konformità li jkunu ntużaw f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
17. SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
17.1. L-approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 16.1 ta’ hawn fuq ma jiġux imħarsa, jew jekk il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli msemmija fil-paragrafu 16.2 ta’ hawn fuq.
17.2. Jekk xi Parti involuta fil-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, hija għandha tavża minnufih lil Partijiet Kontraenti l-oħrajn li jkunu qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkun hemm id-dikjarazzjoni, iffirmata u ddatata, miktuba bi kliem kbar: “APPROVAZZJONI RTIRATA”.
18. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet involuti f’dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkommunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-testijiet ta’ approvazzjoni u l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, li jinħarġu f’pajjiżi oħrajn.
(1) AWD li jikkonsisti f’diversi apparati minn fejn joħroġ il-ħoss li jkun attivat minn unità waħda ta’ enerġija għandu jitqies bħala AWD.
(2) Hekk kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata (R.E.3).
(3) AWD li jikkonsisti f’diversi unitajiet, li kull wieħed minnhom joħroġ sinjal ta’ ħoss u jkun imħaddem fl-istess ħin bl-attwazzjoni ta’ kontroll uniku għandu jitqies bħala sistema ta’ twissija li tinstema’.
(4) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungarija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bożnija u Ħerżegovina, 32 għal-Latvija, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vojt), 37 għat-Turkija, 38-39 (vojt), 40 għal-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunita' Ewropea (L-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri bis-simbolu tal-KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina u 47 għar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
(5) Is-sit jista’ jieħu l-għamla, ngħidu aħna, ta’ spazju miftuħ li jkollu raġġ ta’ 50 metru, li l-parti ċentrali tiegħu trid tkun prattikament orizzontali fuq raġġ ta’ mill-inqas 20 metru, fejn il-wiċċ ikun magħmul mill-konkrit, asfalt jew materjal simili, u ma jridx ikun mgħotti b’silġ mhux magħqud u niexef, b’ħaxix ħażin twil, jew b’ħamrija sparpaljata jew bi ġmamar. Il-kejl għandu jittieħed meta tkun ġurnata sabiħa. Ħadd ħlief l-osservatur li jkun qed jaqra l-istrument m’għandu jibqa’ ħdejn l-apparat ta’ twissija li tinstema’ jew il-mikrofonu, peress illi l-preżenza ta’ spettaturi tista’ taffettwa l-qari tal-istrument b’mod konsiderevoli, jekk dawn ikunu viċin l-apparat ta’ twissija li tinstema’ jew viċin il-mikrofonu. Kull punt tal-ogħla intensità li jkun jidher li mhux marbut mal-livell ġenerali tal-ħoss, m’għandux jingħata każ tiegħu.
ANNESS 3
I. ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TAL-APPARAT TA’ TWISSIJA LI TINSTEMA’
(ara l-paragrafu 5.5 ta’ dan ir-Regolament)
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ apparat ta’ twissija li tinstema’ turi li dan l- AWD ta’ Klassi I ġie approvat fil-Pajjiżi l-Baxxi (E 4) taħt in-numru tal-approvazzjoni 002439. L-ewwel żewġ figuri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ġiet mogħtija skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 28 fil-forma oriġinali tiegħu.
Nota: |
In-numru tal-approvazzjoni jrid jitqiegħed viċin iċ-ċirku u l-pożizzjoni tiegħu trid tkun jew fuq jew taħt l-ittra "E" jew lejn ix-xelluq jew lejn il-lemin ta’ din l-ittra. In-numri tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-ittra "E" u jħarsu fl-istess direzzjoni. Għandu jkun evitat l-użu ta’ figuri b’numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni biex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħrajn. |
II. ARRANĠAMENT TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ VETTURA RIGWARD IS-SINJALI TAGĦHA TA’ TWISSIJA LI JINSTEMGĦU
(ara l-paragrafu 13.4 ta’ dan ir-Regolament)
MUDELL A
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq imwaħħla ma’ vettura tindika li, skont ir-Regolament Nru 28, din it-tip ta’ vettura ġiet approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) fir-rigward tas-sinjali tagħha ta’ twissija.
MUDELL B
Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq tindika li, skont ir-Regolamenti Nru 24 u 28, din it-tip ta’ vettura ġiet approvata fil-Pajjiżi l-Baxxi (E4) fir-rigward tas-sinjali tagħha ta’ twissija u fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ pollutanti mill-magna tad-Diesel. Fil-każ tar-Regolament Nru 24, il-valur korrett tal-fattur tal-assorbiment huwa 1,30 m–1.