Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42011D0533

    2011/533/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat- 8 ta’ Settembru 2011 li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali

    ĠU L 234, 10.9.2011, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/533/oj

    10.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 234/43


    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

    tat-8 ta’ Settembru 2011

    li taħtar imħallef fil-Qorti Ġenerali

    (2011/533/UE)

    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Theodore CHIPEV, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Theodore CHIPEV, jiġifieri sal-31 ta’ Awwissu 2013.

    (2)

    Ġiet proposta s-Sinjura Mariyana KANCHEVA għall-post li sar vakanti.

    (3)

    Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Qorti Ġenerali,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sinjura Mariyana KANCHEVA hija b’dan maħtura mħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mit-12 ta’ Settembru 2011 sal-31 ta’ Awwissu 2013.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2011.

    Il-President

    J. TOMBIŃSKI


    Top