This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42010X0630(08)
Regulation No 122 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UN/ECE) — Uniform technical prescriptions concerning the approval of vehicles of categories M, N and O with regard to their heating systems
Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom
Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom
ĠU L 164, 30.6.2010, p. 231–251
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/231 |
It-testi oriġinali KEE/NU biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus KEE/NU TRANS/WP.29/343, disponibbli f’:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 122 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tas-sistemi tat-tisħin tagħhom
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
|
Corrigendum 2 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament, suġġett għan-Notifika lid-Depożitarju C.N.1156.2006.TREATIES-2 bid-data tat-13 ta’ Diċembru 2006 |
|
Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: 22 ta' Lulju 2009 |
WERREJ
REGOLAMENT
1. |
Ambitu |
2. |
Definizzjonijiet: Ġenerali |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Parti I: Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha |
6. |
Parti II: Approvazzjoni ta’ sistema tas-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha |
7. |
Modifika u estensjoni ta’ approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura jew komponent |
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
9. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għal kollox |
11. |
Ismijiet u indirizzi ta' servizzi tekniċi li jwettqu testijiet ta' approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi |
ANNESSI
Anness 1 — |
Dokumenti ta’ tagħrif u formoli ta’ komunikazzjoni |
Anness 2 — |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
Anness 3 — |
Rekwiżiti għas-sistemi tat-tisħin li jaħdmu bis-sħana rkuprata- ARJA |
Anness 4 — |
Proċedura tat-test għall-kwalità tal-arja |
Anness 5 — |
Proċedura tat-test għat-temperatura |
Anness 6 — |
Proċedura tat-test għall-emissjoni tal-egżost tal-ħiters tal-kombustjoni |
Anness 7 — |
Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni |
Anness 8 — |
Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG |
Anness 9 — |
Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR |
1. AMBITU
1.1. |
Dan ir-regolament japplika għall-vetturi kollha fil-kategoriji M, N u O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin. L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:
|
2. DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:
2.1. |
“Vettura” tfisser vettura tal-kategorija M, N jew O (1) fejn teżisti sistema tat-tisħin. |
2.2. |
“Manifattur” tfisser il-persuna jew l-entità li hija responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u għall-assigurazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b'mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew il-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni. |
2.3. |
“Intern” tfisser il-partijiet ta’ ġewwa tal-vettura użati għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti tal-vettura u/jew għat-tagħbija. |
2.4. |
“Sistema tat-tisħin għall-kompartiment tal-passiġġier” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura tal-kompartiment tal-passiġġier. |
2.5. |
“Sistema tat-tisħin għaż-żona tat-tagħbija” tfisser kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura taż-żona tat-tagħbija. |
2.6. |
“Żona tat-tagħbija” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda t-tagħbija, esklużi l-passiġġieri. |
2.7. |
“Kompartiment tal-passiġġier” tfisser il-parti ta' ġewwa tal-vettura użata biex takkomoda lix-xufier u lill-passiġġieri. |
2.8. |
“Fjuwil gassuż” tinkludi l-fjuwils li huma gassużi f'temperatura u pressjoni normali (288,2 K u 101,33 kPa), bħalma hu l-gass tal-petroleum likwidifikat (LPG) u l-gass naturali kkompressat (CNG). |
2.9. |
“Tisħin żejjed” tirreferi għall-kundizzjoni li teżisti meta l-fetħa tal-arja li ssaħħan li tagħti għall-ħiter tal-kombustjoni tkun totalment ibblukkata. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA
3.1.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-limitazzjoni tas-sistema tat-tisħin tagħha għandha tkun ippreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun akkreditat b’mod xieraq. |
3.1.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:
|
3.1.3. |
Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness I, il-Parti 1, l-Appendiċi 1. |
3.1.4. |
Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq ta’ testijiet ta’ approvazzjoni tat-tip. |
3.1.5. |
Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter b’approvazzjoni tat-tip tal-KEE, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tip tal-manifattur ta’ din it-tip ta’ ħiter għandhom jintbagħtu flimkien mal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura. |
3.1.6. |
Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni hija mgħammra b’ħiter li ma għandux l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, għandu jintbagħat lis-servizz tekniku kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni. |
3.2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ ĦITER
3.2.1. |
L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ tip ta’ ħiter bħala komponent għandha titressaq mill-manifattur tas-sistema tat-tisħin. |
3.2.2. |
Għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u minn dawn id-dettalji li ġejjin:
|
3.2.3. |
Mudell għad-dokument ta' tagħrif huwa mogħti fl-Anness 1, il-Parti 1, l-Appendiċi 2. |
3.2.4. |
Kampjun rappreżentattiv wieħed tat-tip li jitressaq għall-approvazzjoni għandu jitressaq lis-servizz tekniku. |
3.2.5. |
Il-kampjun għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka tal-fabbrika tal-applikant u l-ispeċifikazzjoni tat-tip. |
4. APPROVAZZJONI
4.1. |
Jekk it-tip imressaq għal approvazzjoni għal dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) relevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata. |
4.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (fil-preżent 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi maġġuri riċenti li saru lir-Regolament meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew sistema tat-tisħin kif definiti f'dan ir-Regolament. |
4.3. |
Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip skont dan ir-Regolament għandu jintbagħat lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola minn dawk li jikkonformaw mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament. |
4.4. |
Fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament u għal kull komponent manifatturat separatament li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jitwaħħal, b'mod li jispikka u f'post li huwa aċċessibbli malajr u speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru ta' distinzjoni tal-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip (2). |
4.5. |
Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent, in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni skont il-paragrafu 4.2. |
4.6. |
Jekk tip jikkonforma ma’ tip approvat skont Regolament wieħed jew aktar minn dawk annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ħareġ l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. ma għandux għalfejn jerġa' jintwera; f'dak il-każ, ir-Regolament(i) li taħthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.2. |
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
4.8. |
Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin il-pjanċa tad-dejta tal-vettura li jwaħħal il-manifattur, jew inkella fuqha. |
4.9. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5. PARTI I — APPROVAZZJONI TA' TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TAS-SISTEMA TAT-TISĦIN TAGĦHA
5.1. Definizzjoni
Għall-fini tal-Parti I ta' dan ir-Regolament,
5.1.1. |
“Tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin” tfisser vetturi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma hu l-prinċipju/i tas-sistema tat-tisħin. |
5.2. Speċifikazzjonijiet
5.2.1. |
IL-kompartiment tal-passiġġier ta' kull vettura għandu jkollu sistema tat-tisħin. Jekk fiż-żona tat-tagħbija ta’ vettura jkun hemm sistema tat-tisħin, din għandha tkun waħda konformi ma’ dan ir-Regolament. |
5.2.2. |
Is-sistema tat-tisħin tal-vettura li titressaq għall-approvazzjoni għandha tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament. |
5.3. Rekwiżiti għall-Istallazzjoni tal-Vettura tal-Ħiters tal-Kombustjoni.
5.3.1. Ambitu
5.3.1.1. |
Suġġett għall-paragrafu 5.3.1.2, il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jiġu stallati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3. |
5.3.1.2. |
Vetturi tal-kategorija O bil-ħiter bil-fjuwil likwidu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3. |
5.3.2. Il-pożizzjonar tal-ħiter tal-kombustjoni
5.3.2.1. |
Sezzjonijiet tal-body u tal-komponenti l-oħrajn viċin il-ħiter għandhom jiġu protetti minn sħana żejda u mill-possibilità ta' kontaminazzjoni bil-fjuwil jew biż-żejt. |
5.3.2.2. |
Il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux jikkostitwixxi riskju ta’ nar, anki f'każ ta' tisħin żejjed. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk l-istallazzjoni taċċerta distanza adegwata għall-partijiet kollha kif ukoll ventilazzjoni xierqa, bl-użu ta' materjali reżistenti għan-nar u bl-użu ta' kisi kontra s-sħana. |
5.3.2.3. |
Fil-każ ta' vetturi M2 u M3, il-ħiter tal-kombustjoni ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier. B'danakollu, tista’ tintuża stallazzjoni f'kisi ssiġillat b’mod effettiv li jkun konformi wkoll mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 5.3.2.2. |
5.3.2.4. |
It-tikketta msemmija fl-Anness 7, il-paragrafu 4, jew kopja tagħha, għandha tkun pożizzjonata b’mod li tkun tista’ tinqara faċilment meta l-ħiter ikun stallat fil-vettura. |
5.3.2.5. |
Waqt il-pożizzjonar tal-ħiter għandha tittieħed kull prekawzjoni neċessarja biex jiġi kkontrollat ir-riskju ta' xi inċident jew ħsara lill-proprjetà personali. |
5.3.3. Il-forniment tal-fjuwil
5.3.3.1. |
Il-kontenitur tal-fjuwil ma għandux ikun fil-kompartiment tal-passiġġier u għandu jkun fornut b’għatu effettiv biex jipprevjeni t-tixrid tal-fjuwil. |
5.3.3.2. |
Fil-każ ta' ħiters bil-fjuwil likwidu, meta jsir forniment separat minn dak tal-vettura, għandu jkun indikat b’mod ċar it-tip ta’ fjuwil u l-punt minn fejn ikun ittieħed. |
5.3.3.3. |
Mal-punt fejn jingħata l-fjuwil għandu jitwaħħal avviż li jindika li l-ħiter għandu jintefa qabel ma jerġa’ jingħata l-fjuwil. Barra minn hekk, fil-ktejjeb tat-tħaddim maħruġ mill-manifattur għandha tkun inkluża struzzjoni xierqa. |
5.3.4. Is-sistema tal-egżost
5.3.4.1. |
Il-fetħa tal-egżost għandha tkun pożizzjonata b’mod li ma tħallix l-emissjonijiet jidħlu fil-vettura mill-ventilaturi, il-fetħiet tal-arja msaħħna jew mit-twieqi li jinfetħu. |
5.3.5. Il-fetħa tal-arja tal-kombustjoni
5.3.5.1. |
L-arja għall-kompatiment tal-kombustjoni tal-ħiter ma għandhiex tinġibed mill-kompartiment tal-passiġġier tal-vettura. |
5.3.5.2. |
Il-fetħa tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji. |
5.3.6. Fetħa tal-arja tat-tisħin
5.3.6.1. |
L-arja tat-tisħin li toħroġ tista’ tkun arja friska jew iċċirkolata mill-ġdid u, fejn ma teżistix il-probabbiltà li tkun ikkontaminata mid-dħaħen tal-egżost maħruġa mill-magna tal-propulsjoni, mill-ħiter tal-kombustjoni jew minn xi sors ieħor tal-vettura, għandha tinġibed minn arja nadifa. |
5.3.6.2. |
Il-kanal mnejn tidħol l-arja għandu jkun protett b’xibka jew b’mezz xieraq ieħor. |
5.3.7. Fetħa għall-ħruġ tal-arja tat-tisħin
5.3.7.1. |
Il-kanali użati biex titwassal l-arja sħuna fil-vettura għandhom ikunu pożizzjonati jew protetti b’mod li ma jkun hemm ebda riskju ta’ inċident jew ħsara kemm-il darba dawn kellhom jintmessu. |
5.3.7.2. |
Il-fetħa għall-ħruġ tal-arja għandha tkun pożizzjonata jew protetta b'tali mod li ma jkunx possibbli li tiġi bblukkata bil-ħmieġ jew bil-bagalji. |
5.3.8. Kontroll awtomatiku tas-sistema tat-tisħin
5.3.8.1. |
Is-sistema tat-tisħin trid tkun waħda li tintefa awtomatikament u l-forniment tal-fjuwil irid jieqaf fi żmien ħames sekondi minn meta tieqaf taħdem il-magna tal-vettura. Jekk ikun diġà attivat mezz manwali, is-sistema tat-tisħin tista' tibqa' taħdem. |
6. PARTI II — APPROVAZZJONI TA' SISTEMA TAT-TISĦIN FIR-RIGWARD TAS-SIKUREZZA OPERAZZJONALI TAGĦHA
6.1. Definizzjonijiet
Għall-fini tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,
6.1.1. |
“Sistema tat-tisħin” tirreferi għal kull tip ta' mezz intiż li jżid it-temperatura interna tal-vettura, inkluża kwalunkwe żona tat-tagħbija. |
6.1.2. |
“Ħiter tal-kombustjoni” tirreferi għall-mezz li juża direttament fjuwil likwidu jew gassuż u li ma jużax is-sħana rkuprata tal-magna użata biex imexxi l-vettura. |
6.1.3. |
“Tip ta' ħiter tal-kombustjoni” tfisser il-mezzi li ma jkunux differenti fl-aspetti essenzjali bħalma huma:
|
6.1.4. |
“Sistema tat-tisħin bl-użu tas-sħana rkuprata” tirreferi għal kull tip ta' mezz li juża s-sħana rkuprata mill-magna użata biex tmexxi l-vettura biex iżid it-temperatura fl-intern tal-vettura, u dan jista' jinkludi l-ilma, iż-żejt jew l-arja bħala mezz tat-trasferiment. |
6.2. Speċifikazzjonijiet: Ġenerali
Ir-rekwiżiti għal sistemi tat-tisħin huma li:
— |
l-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma tkunx aktar imniġġsa mill-arja fil-punt tal-fetħa tal-vettura, |
— |
ix-xufier u l-passiġġieri, waqt li jkunu fit-triq, ma jkunux jistgħu jiġu f'kuntatt ma' partijiet tal-vettura jew mal-arja msaħħna li tista' tikkawża xi ħruq, |
— |
l-emissjonijiet tal-egżost minn ħiters tal-kombustjoni jkunu fil-limiti aċċettabbli. |
Il-proċeduri tat-test għall-verifika ta' kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huma stabbiliti fl-Annessi 4, 5 u 6.
6.2.1. |
It-tabella li ġejja tindika liema annessi japplikaw għal kull tip ta' sistema tat-tisħin f'kull kategorija ta’ vettura:
|
6.3. Speċifikazzjonijiet: Ħiters tal-kombustjoni
Rekwiżiti addizzjonali għall-ħiters tal-kombustjoni huma stipulati fl-Anness 7.
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA JEW TA’ TIP TA’ KOMPONENT
7.1. |
Kull modifika tat-tip għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li kien approva t-tip. Id-dipartiment imbagħad jista':
|
7.2. |
Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bi speċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. |
7.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal estensjoni bħal din u tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2, skont il-każ, ta' dan ir-Regolament. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, fl-Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.1. |
Kull vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu manifatturati b'tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 hawn fuq. |
8.2. |
L-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikabbli għal kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn. |
9. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. |
L-approvazzjoni maħruġa fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata kemm-il darba ma jitħarsux ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 ta' hawn fuq. |
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta' dan ir-Regolament. |
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox jimmanifattura tip ta’ vettura jew komponent approvati skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1, il-Parti 2, l-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan ir-Regolament.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI
Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jagħmlu t-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4).
(2) 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakanti), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakanti), 31 għall-Bożnja u l-Ħerżegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakanti), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakanti), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakanti), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vakanti), 42 għall-Komunità Ewropea (l-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħhom billi jużaw is-simbolu rispettiv tagħhom KEE), 43 għall-Ġappun, 44 (vakanti), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta u 51 għar-Repubblika tal-Korea. In-numri segwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.
ANNESS 1
PARTI 1
Appendiċi 1
MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF
(għal tip ta’ vettura skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin u ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin tagħha)
Jekk is-sistema jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
0.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
0.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-vettura: … |
0.4. |
Fejn jinsab l-immarkar: … |
0.5. |
Il-kategorija tal-vettura (1): … |
0.6. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
0.7. |
L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: … |
1. KARATTERISTIĊI TA’ KONSTRUZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA
1.1. |
Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: |
2. L-IMPJANT TAL-ENERĠIJA
2.1. |
Kodiċi tal-magna tal-manifattur: … (hekk kif immarkat fuq il-magna, jew mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni) |
2.2. |
Prinċipju ta’ tħaddim: ignition pożittiva/ignition ta’ kompressjoni, b’erba’ strokes/b’żewġ strokes (2) |
2.3. |
Numru u arranġament taċ-ċilindri: … |
2.4. |
Qawwa massima netta: … kW b’ … min-1 (valur dikjarat mill-manifattur) |
2.5. |
Sistema ta’ tkessiħ (likwidu/arja) (2) |
2.6. |
Issettjar nominali tal-mekkaniżmu ta’ kontroll tat-temperatura tal-magna: … |
2.7. |
Kompressur: Iva/Le (2) |
2.7.1. |
Tip(i) … |
2.7.2. |
Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-charge: … kPa, wastegate jekk japplika) |
3. KAROZZERIJA
3.1. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin jekk is-sistema tat-tisħin tuża s-sħana tal-fluwidu tat-tkessiħ tal-magna … |
3.2. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tat-tisħin jekk l-arja tat-tkessiħ jew il-gassijiet tal-egżost tal-magna jintużaw bħala fonti ta' sħana, inkluż: … |
3.2.1. |
Dehra ta’ kif inhi mqassma s-sistema tat-tisħin li turi l-pożizzjoni tagħha fil-vettura: … |
3.2.2. |
Id-disinn kif inhu mqassam il-heat exchanger għas-sistemi tat-tisħin li jużaw il-gassijiet tal-egżost għas-sħana, jew tal-partijiet fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana (għas-sistemi tat-tisħin li jużaw l-arja tat-tkessiħ tal-magna għas-sħana): … |
3.2.3. |
Disinn sezzjonali tal-heat exchanger jew tal-partijiet, rispettivament, fejn iseħħ l-iskambju tas-sħana, b'indikazzjoni tal-ħxuna tal-kisja, il-materjali użati u l-karatteristiċi tal-wiċċ: … |
3.2.4. |
Għandhom jingħataw speċifikazzjonijiet għal komponenti importanti ulterjuri tas-sistema tat-tisħin bħal, pereżempju, il-fann tal-ħiter, fir-rigward tal-metodu ta' kostruzzjoni tagħhom u dejta teknika: … |
3.3. |
Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tat-tisħin bil-kombustjoni u l-kontroll awtomatiku: … |
3.3.1. |
dehra ġenerali tal-ħiter tal-kombustjoni, is-sistema tad-dħul tal-arja, is-sistema tal-egżost, it-tank tal-fjuwil, is-sistema ta’ forniment tal-fjuwil (inklużi l-valvoli) u l-konnessjonijiet elettriċi b’mod li tidher il-pożizzjoni tagħhom fil-vettura. |
3.4. |
Konsum elettriku massimu: …kW |
Appendiċi 2
MUDELL TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF
(għal tip ta’ sistema tat-tisħin skont il-paragrafu 4.3 tar-Regolament li jorbot mal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KEE ta’ sistema tat-tisħin fir-rigward tas-sikurezza operazzjonali tagħha)
Jekk is-sistema tat-tisħin jew il-partijiet komponenti tagħha għandhom kontrolli elettroniċi għandha tingħata t-tagħrif li tikkonċerna l-prestazzjoni tagħhom.
1. ĠENERALI
1.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
1.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
1.3. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
1.4. |
Fil-każ ta’ komponenti, il-post u l-metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ approvazzjoni tal-KEE: … |
1.5. |
L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: … |
2. ĦITER TAL-KOMBUSTJONI (JEKK DAN JEŻISTI)
2.1. |
Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
2.2. |
It-tip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: … |
2.3. |
Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq is-sistema tat-tisħin: … |
2.4. |
Fejn jinsab l-immarkar: … |
2.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
2.6. |
L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: … |
2.7. |
Il-pressjoni tat-test (fil-każ ta’ ħiter tal-kombustjoni li taħdem bi fjuwil fil-forma ta’ gass ta’ petroleum likwifikat jew xi ħaġa simili, il-pressjoni applikata fil-konnettur tad-dħul tal-gass tal-ħiter): … |
2.8. |
Deskrizzjoni dettaljata, disinji ta’ kif inhi mqassma u deskrizzjoni tal-immuntar tal-ħiter tal-kombustjoni u l-komponenti tagħha kollha: … |
PARTI 2
(1) Kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2, kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).
(2) Aqta’ fejn ma japplikax.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)
MUDELL C
(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)
(*) Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.
ANNESS 3
REKWIŻITI GĦAS-SISTEMI TAT-TISĦIN LI JAĦDMU BIS-SĦANA RKUPRATA – ARJA
1. |
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.2 ta' dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti fir-rigward ta’ sistemi tat-tisħin li jinkludu heat exchanger li minn fuq iċ-ċirkwit ewlieni tiegħu jgħaddu gassijiet tal-egżost jew arja mniġġsa, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. |
il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jippermetti nixxija fi pressjoni li tilħaq u li tinkludi ż-2 bars; |
3. |
il-kisi taċ-ċirkwit ewlieni tal-heat exchanger ma għandux jinkludi komponenti li jinqalgħu minn posthom; |
4. |
il-kisi tal-heat exchanger fejn isir l-iskambju tas-sħana għandu jkun oħxon mill-inqas 2 mm jekk magħmul minn azzar mhux liegi;
|
5. |
it-tubu li jgħaddu minnu l-gassijiet tal-egżost għandu jinkludi żona tat-test għall-korrużjoni twila mill-inqas 30 mm, u din iż-żona tkun eżattament fin-naħa t’isfel tal-heat exchanger, ma tkunx mgħottija u tkun aċċessibbli malajr;
|
6. |
Fil-każ ta' sistemi tat-tisħin bis-sħana rkuprata li jużaw l-arja li tkessaħ il-magna biex jarmu s-sħana, il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 6.2 ta’ dan ir-Regolament jitqiesu sodisfatti mingħajr l-użu ta' heat exchanger, u dan kemm-il darba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
ANNESS 4
PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-KWALITÀ TAL-ARJA
1. |
Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, għandu jitwettaq it-test li ġej:
|
2. |
Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip ta’ ħiters bħala komponenti, it-test li ġej għandu jitwettaq wara t-testijiet tal-Annessi 5, 6 u l-paragrafu 1.3 tal-Anness 7.
|
ANNESS 5
PROĊEDURA TAT-TEST GĦAT-TEMPERATURA
1. |
Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), bit-twieqi kollha magħluqin. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista' jsir aktar kmieni. Jekk l-arja msaħħna tinġibed minn barra l-vettura, it-test għandu jitwettaq f'temperatura ambjentali ta' mhux inqas minn 15 °C. |
2. |
It-temperatura tal-wiċċ ta' kull parti tas-sistema tat-tisħin li x'aktarx tiġi f'kuntatt max-xufier tal-vettura waqt l-użu normali fit-triq għandha titkejjel b'termometru tal-kuntatt. L-ebda parti jew partijiet minn dawn ma għandhom jaqbżu t-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn. |
2.1. |
Fil-każ li parti jew partijiet tas-sistema tat-tisħin wara s-sedil tax-xufier, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C. |
2.2. |
Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M1 u N, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq, bl-eċċezzjoni l-gradilja tal-fetħa għal barra, ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 110 °C. |
2.3. |
Fil-każ ta' vetturi fil-kategoriji M2 u M3, l-ebda parti mis-sistema li x'aktarx tiġi f'kuntatt ma' passiġġieri bilqiegħda waqt l-użu normali tal-vettura fit-triq ma għandha taqbeż it-temperatura ta' 70 °C għall-metall mhux miksi jew dik ta’ 80 °C għal materjali oħrajn. |
3. |
Fil-każ li jkun partijiet tas-sistema tat-tisħin esposti barra mill-kompartiment tal-passiġġieri, u fil-każ ta' tisħin żejjed, it-temperatura ma għandhiex taqbeż il-110 °C. It-temperatura tal-arja msaħħna li tidħol fil-kompartiment tal-passiġġier ma għandhiex taqbeż il-150 °C li trid titkejjel fiċ-ċentru tal-fetħa. |
ANNESS 6
PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-EMISSJONI TAL-EGŻOST TAL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI
1. |
Ħaddem il-ħiter għal siegħa fi produzzjoni massima f'kundizzjonijiet ta' arja wieqfa (b’veloċità tar-riħ ≤ 2 m/s), u temperatura ambjentali ta' 20 ± 10 °C. Jekk, madankollu, meta tkun ingħażlet il-produzzjoni massima l-ħiter jintefa awtomatikament fi żmien inqas minn siegħa, il-kejl jista’ jsir qabel ma jintefa. |
2. |
L-emissjonijiet xotti u konċentrati tal-egżost, imkejla bl-użu ta' arloġġ adegwat, ma għandhomx jaqbżu l-valuri indikati fit-tabella li ġejja:
|
3. |
It-test għandu jkun ripetut f’kundizzjonijiet ekwivalenti għal veloċità tal-vettura ta’ 100 km/s (jew il-veloċità massima tal-vettura f'każijiet fejn il-veloċità massima hija inqas minn 100 km/s). Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-valur tal-CO ma għandux jaqbeż iż-0,2 % vol. Jekk it-test ikun twettaq fuq il-ħiter bħala komponent, ma għandux għalfejn jiġi ripetut fil-każ tat-tip ta' vettura li jkun immuntat fiha l-ħiter. |
(1) Tintuża l-unità ta’ referenza “Bacharach” ASTM D 2156.
ANNESS 7
REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ĦITERS TAL-KOMBUSTJONI
1. |
L-istruzzjonijiet dwar l-operat u l-manutenzjoni għandhom ikunu fornuti ma' kull ħiter u, fil-każ ta' ħiters intiżi għas-suq ta’ wara l-bejgħ, għandhom jiġu pprovduti wkoll struzzjonijiet għall-istallazzjoni. |
2. |
Għandu jkun stallat (jew bħala parti mill-ħiter tal-kombustjoni jew bħala parti mill-vettura) tagħmir ta' sigurtà biex jikkontrolla l-operat ta' kull ħiter tal-kombustjoni f'emerġenza. Dan għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jekk ma tinkiseb l-ebda fjamma meta titqabbad il-magna, jew inkella l-fjamma tintefa waqt l-operat, il-ħin tal-ignition u tal-bidu tal-forniment tal-fjuwil ma jaqbiżx l-erba' minuti f'każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil likwidu jew, fil-każ ta' ħiters li jaħdmu bil-fjuwil gassuż, ma jaqbiżx il-minuta jekk il-mezz li jissorvelja l-fjamma huwa termoelettriku, jew 10 sekondi jekk huwa awtomatiku. |
3. |
Il-kompartiment tal-kombustjoni u l-heat exchanger ta' ħiters li jużaw l-ilma bħala mezz ta' trasferiment għandhom ikunu kapaċi jirreġistraw pressjoni ta’ darbtejn akbar mill-pressjoni normali tal-operat jew ta’ żewġ bars (gauge), skont liema hi l-akbar. Il-pressjoni tat-test għandha tkun annotata fid-dokument ta' tagħrif. |
4. |
Il-ħiter għandu jkollu tikketta tal-manifattur li turi l-isem tal-manifattur, in-numru tal-mudell u t-tip flimkien mal-produzzjoni ratata tagħha f'kilowatts. It-tip tal-fjuwil għandu jidher ukoll u, meta rilevanti, il-vultaġġ tal-operat u l-pressjoni tal-gass. |
5. |
Għeluq imdewwem tal-combustion air blowers
|
6. |
Rekwiżiti għall-provvista tal-elettriku
|
7. |
Dawl tat-twissija
|
ANNESS 8
Rekwiżiti ta’ sikurezza għall-ħiters tal-kombustjoni bl-LPG u sistemi tat-tisħin bl-LPG
1. SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU FIT-TRIQ FIL-VETTURI BIL-MUTUR
1.1. |
Jekk sistema tat-tisħin bl-LPG f’vettura bil-magna tista’ tintuża wkoll meta l-vettura tkun qed timxi, il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema tagħha ta’ forniment għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. SISTEMI TAT-TISĦIN BL-LPG GĦALL-UŻU STAZZJONARJU BISS F’VETTURI BIL-MAGNA U T-TREJLERS TAGĦHOM
2.1. |
Il-ħiter tal-kombustjoni bl-LPG u s-sistema ta’ forniment tagħha ta’ sistema tat-tisħin bl-LPG li hija intiża biex tintuża biss meta l-vettura ma tkunx miexja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin.
|
(1) Imħejji mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) (http://www.cenorm.be/CENORM/index.htm).
ANNESS 9
Dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti vetturi kif speċifikat fl-ADR
1. Ambitu
Dan l-anness japplika għal ċerti vetturi li l-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-Tagħbija Internazzjonali tal-Oġġetti Perikolużi fuq it-Triq (ADR) jinkludi rekwiżiti speċifiċi għalihom fir-rigward ta’ ħiters tal-kombustjoni u l-istallazzjoni tagħhom.
2. Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan l-Anness, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL, OX u MEMU huma kif definiti fil-Kapitolu 9.1 tal-ADR.
Vetturi approvati bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi EX/III skont dan l-Anness għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli għall-vetturi MEMU.
3. Dispożizzjonijiet Tekniċi
3.1. Ġenerali (il-vetturi EX/II, EX/III, AT, FL OX u MEMU)
3.1.1. (1) |
Il-ħiters tal-kombustjoni u l-passaġġ tal-egżost tal-gass għandhom jiġu ddisinjati, pożizzjonati, protetti u koperti b’tali mod li jilqgħu kontra kull riskju inaċċettabbli ta’ tisħin jew ta’ qbid tan-nar tat-tagħbija. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies bħala sodisfatt jekk it-tank tal-fjuwil u s-sistema tal-egżost tal-apparat jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
3.1.2. |
Il-ħiter tal-kombustjoni għandu jinxtegħel manwalment. Il-mezzi ta’ pprogrammar għandhom ikunu pprojbiti. |
3.2. Vetturi EX/II, EX/III u MEMU
Ħiters tal-kombustjoni li jużaw fjuwils gassużi mhumiex awtorizzati.
3.3. Vetturi FL
3.3.1. |
Il-ħiters tal-kombustjoni għandhom jitwaqqfu milli joperaw tal-anqas b'dawn il-metodi:
|
3.3.2. |
L-after running huwa awtorizzat wara li l-ħiters tal-kombustjoni jkunu twaqqfu mill-operat tagħhom. Għall-metodi tal-paragrafu 3.3.1. (b) u (c) il-provvista tal-arja tal-kombustjoni għandha tiġi interrotta b’miżuri addattati wara ċiklu ta’ tħaddim ta’ mhux aktar minn 40 sekonda. Għandhom jintużaw biss dawk il-ħiters li tkun ingħatatilhom prova li l-heat exchanger huwa reżistenti għaċ-ċiklu tal-after-running imnaqqas ta’ 40 sekonda għall-ħin tal-użu normali tagħhom. |
(1) Il-konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata fuq il-vettura kompluta.