Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X0630(04)

    Ir-Regolament Nru 91 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 69–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/01/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/91(2)/oj

    30.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/69


    It-testi oriġinali NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 91 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi awtomottivi u t-trejlers tagħhom

    Tinkorpora t-test validu kollu sa:

    Suppliment 11 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: il-15 ta’ Ottubru 2008

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Marki

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet ġenerali

    7.

    Intensità tad-dawl mitfugħ

    8.

    Kulur tad-dawl mitfugħ

    9.

    Proċedura tal-ittestjar

    10.

    Modifika ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb u estensjoni tal-approvazzjoni

    11.

    Konformità tal-produzzjoni

    12.

    Multi għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    13.

    Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

    14.

    Ismijiet u indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

    15.

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    ANNESSI

    Anness 1 –

    Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju

    Anness 2 –

    Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ċaħda jew estensjoni jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġnub immarkata SM1/SM2

    Anness 3 –

    Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

    Anness 4 –

    Kejl fotometriku

    Anness 5 –

    Kulur tad-dawl mitfugħ: dawl għall-koordinati trikromatiċi

    Anness 6 –

    Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni

    Anness 7 –

    Rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur

    1.   AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika għall-bozoz li jimmarkaw il-ġnub għall-vetturi tal-kategorija M, N, O u T (1).

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    2.1.

    Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għat-tip ta’ approvazzjoni għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament.

    2.2.

    “Bozza li timmarka l-ġenb” tfisser bozza użata biex tindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb;

    2.3.

    “Bozoz li jimmarkaw il-ġnub ta’ tipi differenti” tfisser lampi li jvarjaw f’affarijiet essenzjali bħal:

    (a)

    l-isem jew marka kummerċjali;

    (b)

    il-karatteristiċi tas-sistema ottika (livell ta’ intensità, angoli tad-distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-bozza tal-filament, modulu tas-sors tad-dawl, eċċ.).

    Bidla fil-kulur tal-bozza tal-filament jew il-kulur ta’ xi filtru ma tikkostitwixxix bidla fit-tip.

    2.4.

    Referenzi magħmula f’dan ir-Regolament għal bozza (bozoz) tal-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa mid-detentur tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

    Fuq għażla tal-applikant, għandha tispeċifika li l-apparat jista’ jiġi installat fil-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-pjani ta’ referenza tal-vettura u mal-art jew idur madwar l-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti tal-installazzjoni għandhom jiġu indikati fil-formola tal-komunikazzjoni. Din għandha tispeċifika:

    3.1.1.

    jekk il-bozza li timmarka l-ġnub hix maħsuba li tarmi dawl isfar jew aħmar.

    3.2.

    Għal kull tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

    3.2.1.

    Illustrazzjonijiet, fi tliet kopji, b’biżżejjed dettall sabiex jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip ta’ bozza u juri ġeometrikament f’liema pożizzjoni(jiet) tista’ titwaħħal fil-vettura; l-assi ta’ osservazzjoni għandu jittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°); u l-punt li għandu jkun ikkunsidrat bħala ċ-ċentru tar-referenza fit-testijiet imsemmija; it-tanġenti vertikali u orizzontali tas-superfiċje illuminanti u d-distanzi tagħhom miċ-ċentru ta’ referenza tal-bozza. L-illustrazzjonijiet għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali relatati maċ-ċirku tal-marka tal- approvazzjoni.

    3.2.2.

    deskrizzjoni teknika fil-qosor li tagħti, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ bozoz b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli:

    (a)

    il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritti; din il-kategorija ta’ bozoz tal-filament għandha tkun waħda minn dawk inklużi fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

    (b)

    il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għall-modulu tas-sors tad-dawl.

    3.2.3.

    Żewġ kampjuni; jekk l-applikazzjoni hija magħmula għal bozoz li jimmarkaw il-ġnub li mhumiex identiċi iżda huma simetriċi u adattati sabiex jitwaħħlu wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin tal-vettura u/jew, alternattivament, waħda fuq quddiem u oħra fuq wara, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u adattati sabiex jitwaħħlu fuq il-lemin biss jew fuq ix-xellug biss tal-vettura u/jew, alternattivament, fuq quddiem jew fuq wara biss.

    4.   MARKI

    4.1.

    Bozoz li jimmarkaw il-ġnub sottomessi għall-approvazzjoni:

    4.2.

    Għandu jkollhom l-isem jew it-trejdmark kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

    4.3.

    Bl-eċċezzjoni ta’ bozoz b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli għandu jkollhom marki li jinqraw b’mod ċar u li ma jkunux jistgħu jitħassru li jindikaw:

    (a)

    il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritti; u/jew

    (b)

    il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għall-modulu tas-sors tad-dawl.

    4.4.

    Għandhom jinkludu spazju ta’ daqs suffiċjenti għall-marka tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 5.4 taħt; dan l-ispazju għandu jintwera fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi fuq;

    4.5.

    Fil-każ ta’ bozoz b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli jew modulu(i) ta’ sors tad-dawl, għandu jkollhom il-marka tal-vultaġġ stmat jew il-medda ta’ vultaġġi, u l-wattage stmat.

    4.6.

    Fil-każ ta’ bozoz b’modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu(jkollhom):

    4.6.1.

    l-isem jew trejdmark kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar;

    4.6.2.

    il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni tal-modulu; din il-marka għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tinkludi l-kliem tal-bidu “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.4.1.1. taħt u, f’każ li jintużaw diversi moduli ta’ sorsi tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew karattri addizzjonali; din il-kodiċi speċifika tal-identifikazzjoni għandha tidher fl-illustrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.1 imsemmi qabel.

    Il-marka tal-approvazzjoni m’għandhiex bilfors tkun l-istess bħal dik fuq il-bozza li jintuża fiha l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

    4.6.3.

    il-marka tal-vultaġġ stmat (u wattage stmat).

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.

    Jekk iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub sottomessi għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 3.2.3. imsemmi qabel jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

    5.2.

    Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti magħmula fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ bozza li timmarka l-ġenb kopert minn dan ir-Regolament, minbarra f’każ li l-approvazzjoni tiġi estiża għal bozza li timmarka l-ġenb li tkun differenti biss fil-kulur tad-dawl mitfugħ.

    5.3.

    Notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew taċ-ċaħda jew tal-irtirar tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    5.4.

    Kull bozza li timmarka l-ġenb li tikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollha, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 4.4 imsemmi qabel, u flimkien mal-marki preskritti fil-paragrafi 4.2 u 4.3 jew 4.4 rispettivament:

    5.4.1.

    marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti f’:

    5.4.1.1.

    ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2), u

    5.4.1.2.

    in-numru tal-approvazzjoni preskritt fil-paragrafu 5.2 imsemmi fuq.

    5.4.2.

    Is-simbolu addizzjonali “SM1” jew “SM2.”

    5.4.3.

    Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tal-approvazzjoni jistgħu jiġu mmarkati viċin is-simbolu addizzjonali imsemmi fuq.

    5.4.4.

    Fuq apparat bid-distribuzzjoni tad-dawl imnaqqsa b’mod konformi mal-paragrafu 2.5. fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament vleġġa vertikali li tibda minn segment orizzontali u diretta ’l isfel.

    5.5.

    Il-marki u s-simboli msemmija fil-paragrafi 5.4.1 sa 5.4.3 imsemmija qabel għandhom ikunu jinqraw b’mod ċar u ma jistgħux jitħassru anki meta l-apparat jitwaħħal fil-vettura..

    5.6.

    Meta bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati jirriżultaw li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka internazzjonali tal-approvazzjoni waħda sakemm dawn il-bozoz ma jkunux miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati ma’ bozza jew bozoz li ma jissodisfawx xi wieħed minn dawk ir-Regolamenti.

    5.6.1.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni; marka tal-approvazzjoni tista’ titqiegħed fi kwalunkwe post fuq il-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati sakemm:

    5.6.1.1.

    Din tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom;

    5.6.1.2.

    Ebda parti mill-bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati li tittrażmetti d-dawl ma tkun tista’ titneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka tal-approvazzjoni fl-istess ħin.

    5.7.

    Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull bozza adattata għal kull Regolament skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje ta’ emendi korrispondenti li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar riċenti fir-Regolament fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni għandu jiġi mmarkat;

    5.7.1.

    jew fuq is-superfiċje adattat li jitfa’ d-dawl, jew

    5.7.2.

    fi grupp, b’tali mod li kull waħda mill-bozoz tista’ tiġi identifikata b’mod ċar (ara tliet mudelli possibbli fl-eżempju 2 muri fl-Anness 3).

    5.8.

    Id-daqs tal-komponenti ta’ marka tal-approvazzjoni waħda m’għandux ikun inqas mid-daqs minimu meħtieġ għall-iżgħar waħda mill-marki individwali skont liema tkun ngħatat l-approvazzjoni.

    5.9.

    Numru tal-approvazzjoni għandu jiġi assenjat lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ tagħmir kopert minn dan ir-Regolament.

    5.10.

    L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni għal bozza waħda (eżempju 1) u għal tagħmir (eżempju 2).

    5.11.

    Bozoz miġbura fi grupp ma’ tip ta’ bozza ta’ quddiem li l-lenti tagħha tintuża wkoll għal tip ieħor ta’ bozza ta’ quddiem. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.6 sa 5.9 imsemmija fuq huma applikabbli.

    5.11.1.

    Madankollu, jekk tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ bozoz li jinkludu bozza ta’ quddiem ikun fihom l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha l-marki differenti tal-approvazzjoni relatati ma’ dawn it-tipi ta’ bozoz ta’ quddiem jew unitajiet ta’ bozoz, sakemm il-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem, anki jekk ma jistax jiġi separat mil-lenti, ikun fih il-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali. Jekk tipi differenti ta’ bozoz ta’ quddiem jikkonsistu fl-istess korp ewlieni, dan tal-aħħar jista’ jkollu l-marki tal-approvazzjoni differenti.

    5.11.2.

    L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni relatati ma’ bozoz li huma miġbura fi grupp ma’ bozza ta’ quddiem (eżempju 3).

    5.12.

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Tista’ tkun fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma jistax jiġi separat mill-parti trasparenti tal-apparat li jitfa’ d-dawl. Fi kwalunkwe każ il-marka għandha tkun viżibbli meta l-apparat jitwaħħal ġol-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-għatu tal-bonit jew tal-bagoll jew bieba.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    6.1.

    Kull bozza li timmarka l-ġenb sottomessa għall-approvazzjoni għandha tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament.

    6.2.

    Bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom ikunu ddisinjati u magħmula b’tali mod li, fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjonijiet li jistgħu jiġu soġġetti għalihom, il-prestazzjoni sodisfaċenti tagħhom tibqa’ tiġi żgurata u huma jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament

    6.3.

    Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi verifikat li:

    6.3.1.

    Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

    (a)

    li kull modulu tas-sors tad-dawl jista’ jitwaħħal biss fil-pożizzjoni maħsuba u korretta u jista’ jitneħħa biss bl-użu ta’ għodod;

    (b)

    Jekk ikun hemm iktar minn modulu ta’ dawl wieħed użat fil-kisi protettiv ta’ apparat, moduli ta’ sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jiġu skambjati fl-istess kisi protettiv tal-bozza.

    6.3.2.

    Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun b’tali mod li ma jistax jiġi mbagħbas.

    6.4.

    Fil-każ ta’ bozza (bozoz) tal-filament sostitwibbli:

    6.4.1.

    Kwalunkwe kategorija jew kategoriji ta’ bozza (bozoz) tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru 37 tista’ tintuża (jistgħu jintużaw), sakemm ma ssir ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

    6.4.2.

    Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tkun tista’ titwaħħal f’ebda pożizzjoni ħlief dik korretta.

    6.4.3.

    It-tagħmir għaż-żamma tal-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni IEC 60061. Għandha tapplika l-karta tad-dejta tad-detentur rilevanti għall-kategorija ta’ bozza tal-filament użata.

    7.   INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ

    7.1.

    L-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni sottomessi għandha tkun:

    Kategorija tal-bozza li timmarka l-ġenb

    SM1

    SM2

    7.1.1.

    Intensità minima

    Fl-assi ta’ referenza

    4,0  cd

    0,6  cd

    Fiż-żona angolari speċifikata, minbarra dik imsemmija qabel

    0,6  cd

    0,6  cd

    7.1.2.

    Intensità massima

    Fiż-żona angolari speċifikata (3)

    25,0  cd

    25,0  cd

    7.1.3.

    Żona angolari

    Orizzontali

    ± 45 gradi

    ± 30 gradi

    Vertikali

    ± 10 gradi

    ± 10 gradi

    7.1.4.

    Fil-każ ta’ bozza li jkun fiha iktar minn sors ta’ dawl wieħed:

     

    il-bozza għandha tikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta kwalunkwe sors ta’ dawl wieħed ikun falla;

     

    meta s-sorsi tad-dawl kollha jkunu mixgħula l-intensità massima speċifikata ma tistax tinqabeż.

    Is-sorsi tad-dawl kollha li jkunu konnessi f’serje jiġu kkunsidrati sors ta’ dawl wieħed.

    7.2.

    Barra mill-assi ta’ referenza u fi ħdan il-meded angolari definiti fid-dijagrammi fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull waħda miż-żewġ bozoz provduti li jimmarkaw il-ġnub:

    7.2.1.

    F’kull direzzjoni li tikkorrispondi għall-punti fit-tabella tad-distribuzzjoni tad-dawl riprodotta fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun mhux inqas mill-prodott tal-minimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 imsemmi fuq, bil-persentaġġ speċifikat fit-tabella msemmija tad-direzzjoni in kwistjoni;

    7.2.2.

    F’ebda direzzjoni fl-ispazju li minnu tkun tidher il-bozza li timmarka l-ġenb, ma għandha taqbeż il-massimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 imsemmi fuq;

    7.2.3.

    Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2 tal-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament dwar varjazzjonijiet lokali fl-intensità għandhom jiġu osservati.

    7.3.

    L-Anness 4, li jirreferi għalih il-paragrafu 7.2.1 imsemmi fuq, jagħti dettalji dwar il-metodi ta’ kejl li għandhom jintużaw.

    8.   KULUR TA’ DAWL MITFUGĦ

    8.1.

    Il-bozza li timmarka l-ġenb għandha titfa’ dawl isfar; madankollu tista’ titfa’ dawl aħmar, jekk il-bozza li timmarka l-ġenb ta’ wara nett tiġi miġbura fi grupp jew ikkombinata jew reċiprokament inkorporata mal-bozza ta’ wara, il-bozza ta’ wara li timmarka l-kontorn tat-tarf, il-bozza ta’ wara taċ-ċpar, il-bozza tal-waqfien, jew tiġi miġbura fi grupp ma’ jew ikollha parti mis-superfiċje li jitfa’ d-dawl komuni mar-retroriflettur ta’ fuq wara.

    8.2.

    Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-medda tal-grilja tad-distribuzzjoni tad-dawl definit fil-paragrafu 2. tal-Anness 4 għandu jkun fil-limiti tal-koordinati trikromatiċi preskritti għall-kulur in kwistjoni meta mkejjel skont l-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn din il-medda ebda varjazzjoni preċiża tal-kulur ma’ għandha tiġi osservata.

    9.   PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR

    9.1.

    Għandu jitwettaq kejl b’bozza tal-filament standard bla kulur tat-tip rakkomandat għall-bozza li timmarka l-ġenb u regolata b’tali mod li tipproduċi fluss mudwal tar-referenza preskritt għal dan it-tip ta’ bozza, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9.2 taħt.

    9.2.

    Il-kejl kollu fuq bozoz mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn) għandu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

    Fil-każ ta’ sorsi tad-dawl provduti minn provvista elettrika speċjali, il-vultaġġi tal-ittestjar imsemmija fuq għandhom jiġu applikati mat-terminali tad-dħul ta’ dik il-provvista tad-dawl. Il-laboratorju tal-ittestjar jista’ jeħtieġ mill-manifattur il-provvista elettrika speċjali meħtieġa biex tipprovdi lis-sorsi tad-dawl.

    9.3.

    Għandhom jiġu determinati l-limiti tas-superfiċje li tidher fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat għas-sinjalar bid-dawl.

    10.   MODIFIKA TA’ TIP TA’ BOZZA LI TIMMARKA L-ĠENB U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

    10.1.

    Kwalunkwe modifika ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb għandha tiġi notifikata lill-awtorità amministrattiva li tkun approvat il-bozza. L-awtorità tista’ mbagħad jew:

    10.1.1.

    tikkunsidra li l-modifikazzjonijiet probabbli ma jkollhomx effett negattiv apprezzabbli u li, fi kwalunkwe każ, il-bozza li timmarka l-ġenb xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew

    10.1.2.

    teħtieġ rapport tat-test ulterjuri mid-Dipartiment Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    10.2.

    Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, li tispeċifika t-tibdiliet, għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 imsemmi fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    10.3.

    L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola tal-komunikazzjoni mfassla għal din l-estensjoni u tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    11.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/KEE/324-E/KEE/TRANS/505/Rev.2), mar-rekwżiti li ġejjin:

    11.1.

    Kwalunkwe bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata sabiex tikkonforma mat-tip approvat billi tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 7. u 8. imsemmija fuq.

    11.2.

    Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu sodisfatti.

    11.3.

    Ir-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur stabbiliti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu sodisfatti.

    11.4.

    L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-metodi tal-kontroll applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

    12.   MULTI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    12.1.

    L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ bozza li timmarka l-ġenb tista’ tiġi rtirata jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti.

    12.2.

    Jekk Parti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha immedjatament tinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    13.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

    Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf għal kollox mill-manifattura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

    14.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAD-DIPARTIMENTI TEKNIĊI RESPONSABBLI GĦAT-TWETTIQ TA’ TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tad-Dipartimenti Tekniċi responsabbli għat-tmexxija ta’ testijiet tal-approvazzjoni u ta’ Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.

    15.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

    15.1.

    Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tar-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tiċħad li tagħti approvazzjoni KEE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3.

    15.2.

    Minn 24 xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tar-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk it-tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb li għandha tiġi approvata tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3.

    15.3.

    Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jiċħdu li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni lil dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tiegħu.

    15.4.

    Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

    15.5.

    Approvazzjonijiet KEE mogħtija skont dan ir-Regolament qabel 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ u l-estensjonijiet kollha ta’ approvazzjonijiet, inkluż dawk ta’ dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti mogħtija sussegwentement, għandhom jibqgħu validi b’mod indefinit. Meta t-tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3, il-Parti Kontraenti li tkun tat l-approvazzjoni għandha tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament.

    15.6.

    Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont is-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

    15.7.

    Sa 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti tiegħu.

    15.8.

    Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament sakemm bozza li timmarka l-ġenb ma tkunx maħsuba bħala sostituzzjoni għal twaħħil fuq vetturi li qed jintużaw.

    15.9.

    Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu joħorġu approvazzjonijiet għal bozoz li jimmarkaw it-truf fuq il-bażi ta’ kwalunkwe suppliment preċedenti tar-Regolament, sakemm dawn il-bozoz li jimmarkaw il-ġenb huma maħsuba bħala sostituzzjonijiet għat-twaħħil fuq vetturi li jkunu qed jintużaw.

    15.10.

    Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tipprojbixxi t-twaħħil fuq vettura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.

    15.11.

    Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jippermettu t-twaħħil fuq vettura ta’ bozza li timmarka l-ġenb approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu u s-supplimenti sussegwenti matul il-perjodu ta’ 48 xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tas-serje 00 tal-emendi.

    15.12.

    Meta jiskadi perjodu ta’ 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 fuq vettura ġdida li għaliha tkun ngħatat approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew individwali iktar minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3.

    15.13.

    Meta jiskadi perjodu ta’ 60 xahar wara d-data tas-dħul fis-seħħ, Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jipprojbixxu t-twaħħil ta’ bozza li timmarka l-ġenb li ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 3 fuq vettura ġdida reġistrata għall-ewwel darba iktar minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 ta’ dan ir-Regolament.


    (1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

    (2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vakant), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vakant), 31għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vakant), 34 għall-Bulgarija, 35 (vakant), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vakant), 39 għall-Azerbajġan, 40 għal Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vakant), 42 għall-Komunità Ewropea (Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vakant), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vakanti ) u 56 għal Montenegro, 57 (vakanti) u 58 għat-Tuneżija. Numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li biha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għal Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu mgħarrfa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim.

    (3)  Barra minn hekk, għal bozza ħamra li timmarka l-ġenb, fiż-żona angolari minn 60° sa 90° fid-direzzjoni orizzontali u ± 20° fid-direzzjoni vertikali lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura, l-intensità massima hija limitata għal 0,25 cd.


    ANNESS 1

    ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU

    Angoli vertikali minimi, SM1 u SM2:

    Image

    L-angolu ta’ 10 ° taħt l-orizzontali jista’ jitnaqqas għal 5 ° fil-każ ta’ bozoz b’għoli tat-twaħħil ekwivalenti għal 750 mm jew inqas ’il fuq mill-art.

    Angoli orizzontali minimi, SM1:

    Image

    Angoli orizzontali minimi, SM2:

    Image

    ANNESS 2

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 3

    ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

    Eżempju 1 (a)

    Image

    Eżempju 1 (b)

    Image

    Eżempju 2

    Marki simplifikati għal tagħmir ta’ diversi bozoz li huma parti mill-istess unità

    MUDELL A

    Image

    MUDELL B

    Image

    MUDELL C

    Image

    Nota: It-tliet eżempji tal-marka tal-approvazzjoni, mudelli A, B, u C jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli ta’ marki ta’ apparat tas-sinjalar bid-dawl meta żewġ bozoz jew iktar minn tnejn ikunu parti mill-istess unità ta’ bozoz miġbura fi grupp, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati.

    Il-marka tal-approvazzjoni turi li l-apparat ġie approvat fl-Olanda (E4) taħt 3333 u tinkludi:

     

    Retroriflettur fuq wara u mal-ġenb tal-klassi IA approvat skont ir-Regolament Nru 3, serje ta’ emendi 02;

     

    Bozza ta’ wara li tindika d-direzzjoni tal-kategorija 2a approvata skont ir-Regolament Nru 6, serje ta’ emendi 01;

     

    Bozza ta’ wara (R) approvata skont ir-Regolament Nru 7, serje ta’ emendi 01;

     

    Bozza ta’ wara għaċ-ċpar (F) approvata skont ir-Regolament Nru 38, serje ta’ emendi 01;

     

    Bozza tar-rivers (AR) approvata skont ir-Regolament Nru 23, serje ta’ emendi 01;

     

    Bozza tal-waqfien (S1) approvata skont ir-Regolament Nru 7, serje ta’ emendi 01;

     

    Bozza li timmarka l-ġenb (SM1) approvata skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu.

    Bozza reċiprokament inkorporata bħala grupp ma’ bozza ta’ quddiem

    Eżempju 3

    Image

    Il-korp ewlieni tal-bozza ta’ quddiem għandu jkollu l-uniku numru validu tal-approvazzjoni, pereżempju:

    Image

    Eżempju 4

    Moduli tas-sors tad-dawl

    MD E3 17325

    Il-modulu tas-sors tad-dawl li għandu l-kodiċi tal-identifikazzjoni li tidher fuq ġie approvat flimkien ma’ bozza approvata fl-Italja (E3) bin-numru tal-approvazzjoni 17325.


    ANNESS 4

    KEJL FOTOMETRIKU

    1.   Metodi tal-kejl

    1.1.   Matul kejl fotometriku riflessjonijiet ta’ interferenza għandhom jiġu evitati permezz ta’ kopertura adattata.

    1.2.   F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jitwettaq b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    1.2.1.

    Id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li l-liġi tal-invers tal-kwadrant tad-distanza tkun applikabbli;

    1.2.2.

    It-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-apertura angolari tar-riċevitur meta tidher miċ-ċentru tar-referenza tal-lampa tkun inkluża bejn 10 minuti u grad wieħed;

    1.2.3.

    Ir-rekwiżit ta’ intensità għal direzzjoni partikolari tal-osservazzjoni għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk dak ir-rekwiżit jintlaħaq f’direzzjoni li tiddevja b’mhux iktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

    1.3.   F’każ li l-apparat jista’ jiġi nstallat fuq il-vettura f’iktar minn medda waħda jew f’medda ta’ pożizzjonijiet differenti l-kejl fotometriku għandu jiġi ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi tar-referenza speċifikati mill-manifattur.

    1.4.   Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura hija orizzontali, perpendikolari mal-pjan medju lonġitudinali tal-vettura u orjentata fid-direzzjoni meħtieġa tal-viżibbiltà.) Hija tgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza.

    2.   Tabelli tad-distribuzzjoni tad-dawl

    2.1.   Kategorija SM1 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġenb

    Image

    2.1.1.

    Valuri minimi:

    0,6 cd fi kwalunkwe punt li mhux fl-assi ta’ referenza, li fuqu għandu jkun ta’ 4,0 cd.

    2.1.2.

    Valuri massimi:

    25,0 cd fi kwalunkwe punt

    2.2.   Kategorija SM2 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġenb

    Image

    2.2.1.

    Valuri minimi:

    0,6 cd, fi kwalunkwe punt

    2.2.2.

    Valuri massimi:

    25,0 cd, fi kwalunkwe punt

    2.3.   Għall-kategorija SM1 u SM2 ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub jista’ jkun suffiċjenti li jiġu verifikati biss ħames punti magħżula mill-awtorità tal-ittestjar.

    2.4.   Fil-medda tad-distribuzzjoni tad-dawl li tidher fuq bħal grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri l-intensità tad-dawl f’kull direzzjoni f’parti tal-medda ffurmata mil-linji tal-grilja għandha tilħaq mill-inqas l-inqas valur minimu applikabbli għal-linji rispettivi.

    2.5.   Madankollu, fil-każ fejn l-apparat ikun maħsub li jiġi nstallat f’għoli ta’ mmuntar ekwivalenti għal jew inqas minn 750 mm 'il fuq mill-art, l-intensità fotometrika tiġi vverifikata biss sa angolu ta’ 5° 'l isfel.

    3.   Kejl fotometriku ta’ bozoz

    Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi verifikata:

    3.1.   Għal sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn):

    bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-bozza, skont il-paragrafu 9.2. ta’ dan ir-Regolament.

    3.2.   Għall-bozoz tal-filament sostitwibbli:

    meta mgħammra b’bozoz tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri tal-intensità luminuża prodotti għandhom jiġu korretti. Il-fattur tal-korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinstab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull bozza tal-filament użata m’għandhomx jiddevjaw iktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju. Alternattivament bozza tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, imħaddma fil-fluss ta’ referenza tagħha, il-kejl individwali f’kull pożizzjoni jingħaddu flimkien.

    3.3.   Għal kwalunkwe tagħmir tas-sinjalar minbarra dawk mgħammra b’bozza(bozoz) tal-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ operazzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ operazzjoni tista’ tiġi kkalkulata mid-distribuzzjoni tal-intensità mudwala wara 30 minuta ta’ operazzjoni billi jiġi applikat f’kull punt tat-test il-proporzjoni tal-intensitajiet mudwala imkejla f’HV wara minuta u wara 30 minuta ta’ operazzjoni.


    ANNESS 5

    Kulur tad-dawl mitfugħ: dawl għall-koordinati tal- kromatiċità

    Għall-verifika tal-karatteristiċi kolorimetriċi, għandu jintuża sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K, li jikkorrispondi għall-mezz tal-illuminazzjoni A tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Illuminazzjoni (CIE). Madankollu, għall-bozoz mgħammra b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament u oħrajn), il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu verifikati bis-sorsi tad-dawl preżenti fil-bozza, skont il-paragrafu 9.2 ta’ dan ir-Regolament.


    ANNESS 6

    REKWIŻITI MINIMI GĦALL-KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TAL-KONTROLL TAL-PRODUZZJONI

    1.   ĠENERALI

    1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom li jitqiesu li ġew sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

    1.2.   Fir-rigward ta’ prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità ta’ bozoz prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, fl-ittestjar ta’ prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe tagħmir li jimmarka l-ġnub magħżul b'mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-tagħmir li jimmarka l-ġnub ikun mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jittieħed b’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

    1.2.1.

    ebda valur imkejjel ma jiddevja sfavorevolment b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

    1.2.2.

    Jekk, fil-każ ta’ bozza li timmarka l-ġenb mgħammra b’sors ta’ dawl sostitwibbli u jekk riżultati tat-test fuq deskritt ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom jiġu ripetuti billi tintuża bozza tal-filament standard oħra.

    1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għat-tagħmir li jimmarka l-ġnub mgħammar b’sorsi ta’ dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu verifikati bis-sors tad-dawl preżenti fil-bozza li timmarka l-ġenb.

    2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

    Għal kull tip ta’ bozza li timmarka l-ġenb id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq mill-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. It-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament..

    Jekk xi teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati kampjuni addizzjonali. Il-manifattur għandu jieħu passi sabiex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.

    2.1.   Natura tat-testijiet

    Testijiet tal-konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

    2.2.   Metodi użati fit-testijiet

    2.2.1.

    It-testijiet għandhom ġeneralment jitwettqu skont il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    2.2.2.

    Fi kwalunkwe test ta’ konformità mwettaq mill-manifattur, metodi ekwivalenti jistgħu jintużaw bil-kunsens tal-awtorità kompetenti responsabbli għal testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur ikun responsabbli sabiex jagħti prova li l-metodi applikati jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    2.2.3.

    L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ kalibrazzjoni regolari tal-apparat tal-ittestjar u l-korrelazzjoni tiegħu mal-kejl imwetttaq minn Awtorità Kompetenti.

    2.2.4.

    Fil-każijiet kollha l-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-iskop ta’ verifika amministrattiva u teħid ta’ kampjuni.

    2.3.   Natura tat-teħid ta’ kampjuni

    Kampjuni ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub għandhom jintgħażlu b'mod każwali mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub tal-istess tip, definit skont il-metodi tal- produzzjoni tal-manifattur.

    L-evalwazzjoni għandha ġeneralment tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jiġbor flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn joperaw skont l-istess sistema ta’ kwalità u ġestjoni tal-kwalità.

    2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u reġistrati

    Il-bozza meqjusa fil-kampjun għandha tiġi soġġetta għal kejl fotometriku għall-valuri minimi fil-punti mniżżla fl-Anness 4 u l-koordinati tal-kromatiċità meħtieġa.

    2.5.   Kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà

    Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-Awtorità Kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà tal-prodotti tiegħu sabiex jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 11.1 ta’ dan ir-Regolament.

    Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima li prodott jgħaddi minn verifika fuq il-post skont l-Anness 7 (l-ewwel teħid ta’ kampjun) tkun ta’ 0,95.


    ANNESS 7

    REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR

    1.   ĠENERALI

    1.1.   Ir-rekwiżiti tal-konformità għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti minn punt mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk applikabbli, jekk id-differenzi ma jaqbżux devjazzjonijiet inevitabbli fil-manifattura.

    1.2.   Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk, wara l-ittestjar tal-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe tagħmir li jimmarka l-ġenb magħżul kif ġie ġie u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikunu mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jittieħed f’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

    1.2.1.

    ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod sfavorevoli b’iktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

    1.2.2.

    Jekk, fil-każ ta’ bozza li timmarka l-ġenb mgħammra b’sors tad-dawl sostitwibbli u jekk ir-riżultati tat-test deskritti fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, testijiet fuq il-lampi li jimmarkaw il-ġnub għandhom jiġu ripetuti billi tintuża bozza tal-filament standard oħra.

    1.2.3.

    Lampi li jimmarkaw il-ġnub b’difetti evidenti ma jiġux ikkunsidrati.

    1.3.   Il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu osservati meta t-tagħmir li jimmarka l-ġenb ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għat-tagħmir li jimmarka l-ġnub mgħammar b’sorsi tad-dawl mhux sostitwibbli (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati bis-sors tad-dawl preżenti fit-tagħmir li jimmarka l-ġenb.

    2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

    Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ tagħmir li jimmarkaw il-ġnub jintagħżlu b'mod każwali. L-ewwel kampjun minn tnejn jiġi mmarkat A, it-tieni kampjun minn tnejn jiġi mmarkat B.

    2.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

    2.1.1.

    Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness il-konformità tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub fid-direzzjonijiet sfavorevoli jkunu:

    2.1.1.1.

    kampjun A

    A1:

    bozza waħda li timmarka l-ġenb

    0 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    A2:

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    20 fil-mija

    ara l-kampjun B

     

    2.1.1.2.

    kampjun B

    B1:

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub

    0 fil-mija

    2.1.2.

    jew, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A.

    2.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

    2.2.1.

    Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub iġib il-produzzjoni tiegħu konformi mar-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

    2.2.1.1.

    kampjun A

    A3:

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    30 fil-mija

    2.2.1.2.

    kampjun B

    B2:

    fil-każ ta’ A2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    B3:

    fil-każ ta’ A2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb

    0 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    30 fil-mija

    2.2.2.

    jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A.

    2.3.   Approvazzjoni rtirata

    Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 12 applikat jekk, wara l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

    2.3.1.

    kampjun A

    A4:

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    30 fil-mija

    A5:

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

    20 fil-mija

    2.3.2.

    kampjun B

    B4:

    fil-każ ta’ A2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    B5:

    fil-każ ta’ A2

     

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

    20 fil-mija

    B6:

    fil-każ ta’ A2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb

    0 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    30 fil-mija

    2.3.3.

    jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B.

    3.   RIPETIZZJONI TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

    Fil-każijiet ta’ A3, B2, B3 ripetizzjoni tat-teħid ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub, magħżula minn stokk manifatturat wara l-allinjament, tkun meħtieġa fi żmien xahrejn wara n-notifika.

    3.1.   Il-konformità ma tiġix ikkontestata

    3.1.1.

    Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar m’għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

    3.1.1.1.

    kampjun C

    C1:

    bozza waħda li timmarka l-ġenb

    0 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    C2:

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub iktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    20 fil-mija

    ara l-kampjun D

     

    3.1.1.2.

    kampjun D

    D1:

    fil-każ ta’ C2

     

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub

    0 fil-mija

    3.1.2.

    jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C.

    3.2.   Il-konformità tiġi kkontestata

    3.2.1.

    Wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness il-konformità ta’ bozoz li jimmarkaw il-ġnub prodotti fi kwantitajiet kbar għandha tiġi kkontestata u l-manifattur mitlub iġib il-produzzjoni tiegħu konformi mar-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

    3.2.1.1.

    kampjun D

    D2:

    fil-każ ta’ C2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    3.2.1.2.

    jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C.

    3.3.   Approvazzjoni rtirata

    Il-konformità għandha tiġi kkontestata u l-paragrafu 12 applikat jekk, wara l-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub ikunu:

    3.3.1.

    kampjun C

    C3:

    bozza waħda li timmarka l-ġenb mhux iktar minn

    20 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    C4:

    iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    3.3.2.

    kampjun D

    D3:

    fil-każ ta’ C2

     

    bozza waħda li timmarka l-ġenb 0 jew iktar minn

    0 fil-mija

    bozza waħda li timmarka l-ġenb iktar minn

    20 fil-mija

    3.3.3.

    jew, jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni C u D.

    Figura 1

    Image


    Top