Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42010X0630(03)

    Ir-Regolament Nru 87 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għal binhar għal vetturi bil-mutur

    ĠU L 164, 30.6.2010, p. 46–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/01/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/87(2)/oj

    30.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 164/46


    It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

    http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

    Ir-Regolament Nru 87 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għal binhar għal vetturi bil-mutur

    Tinkorpora t-test validu kollu sa:

    Suppliment 14 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: l-24 ta’ Ottubru 2009

    Korrezzjoni 1 tar-Reviżjoni 2 — Data tad-dħul fis-seħħ: il-11 ta' Novembru 2009

    WERREJ

    REGOLAMENT

    1.

    Ambitu

    2.

    Definizzjonijiet

    3.

    Applikazzjoni għall-approvazzjoni

    4.

    Marki

    5.

    Approvazzjoni

    6.

    Speċifikazzjonijiet ġenerali

    7.

    Intensità tad-dawl

    8.

    Wiċċ apparenti

    9.

    Kulur tad-dawl

    10.

    Proċedura tat-test

    11.

    Test tar-reżistenza għas-sħana

    12.

    Modifikazzjonijiet ta’ tip ta’ fanal għal binhar u estensjoni tal-approvazzjoni

    13.

    Konformità tal-produzzjoni

    15.

    Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

    14.

    Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

    16.

    Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

    ANNESSI

    Anness 1 —

    Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar ta' approvazzjoni jew produzzjoni li twaqqfet għal kollox ta' tip ta' fanal għal binhar, skont ir-Regolament Nru 87

    Anness 2 —

    Eżempju ta’ kif tidher il-marka tal-approvazzjoni

    Anness 3 —

    Kejl fotometriku

    Anness 4 —

    Rekwiżiti minimi għall-konformità ta’ proċeduri ta' kontroll tal-produzzjoni

    Anness 5 —

    Rekwiżiti minimi meħtieġa għat-teħid ta' kampjuni minn spettur

    Anness 6 —

    Angoli minimi meħtieġa għad-distribuzzjoni tad-dawl

    1.   AMBITU

    Dan ir-Regolament japplika għal fanali għal binhar għal vetturi ta’ kategorija L, M, N u T (1).

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

    2.1.

    “Fanal għal binhar” tfisser fanal li jħares f'direzzjoni 'l quddiem li jintuża biex jagħmel il-vettura viżibbli b'mod aktar faċli waqt is-sewqan binhar;

    2.2.

    Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom japplikaw għal dan ir-Regolament;

    2.3.

    “Fanali għal binhar ta” tipi differenti’ tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:

    (a)

    l-isem jew il-marka kummerċjali;

    (b)

    il-karatteristiċi tas-sistema ottika, (livelli ta’ intensità, angoli ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kategorija tal-bozza tal-filament, apparat tas-sors tad-dawl, eċċ.);

    Tibdil fil-kulur tal-bozza tal-filament jew il-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwix bidla tat-tip.

    2.4.

    Ir-referenzi li saru f'dan ir-Regolament għal bozza(bozoz) tal-filament (étalon) standard u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu akkreditat.

    Fuq għażla tal-applikant, din tispeċifika li l-apparat jista’ jitwaħħal mal-vettura b’inklinazzjonijiet differenti tal-assi ta’ referenza fir-rigward tal-uċuħ ta’ referenza tal-vettura u tal-art jew idur mal-assi ta’ referenza tiegħu; dawn il-kundizzjonijiet differenti ta’ installazzjoni għandhom ikunu indikati fuq il-formola ta’ komunikazzjoni.

    3.2.   Għal kull tip ta' fanal għal binhar, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

    3.2.1.

    disinji (fi tliet kopji) li fihom biżżejjed dettall li jippermetti l-identifikazzjoni tat-tip tal-fanal għal binhar u li juru b'mod ġeometriku l-pożizzjoni(jiet) li fiha(fihom) il-fanal għal binhar jista’ jkun immuntat fuq il-vettura, l-assi ta' osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ referenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru ta’ referenza fit-testijiet imsemmija; u l-wiċċ li jdawwal,

    3.2.2.

    deskrizzjoni teknika qasira li tiddikjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni ta’ fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu:

    (a)

    il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritta(i); din il-kategorija ta’ bozza tal-filament għandha tkun waħda minn dawk li hemm fir-Regolament Nru 37 u s-serje ta’ emendi tiegħu li daħlu fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip; u/jew

    (b)

    il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

    3.2.3.

    żewġ fanali.

    4.   MARKI

    Fanali għal binhar ippreżentati għall-approvazzjoni għandhom,

    4.1.   juru fuq il-lenti l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx,

    4.2.   bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu, juru marka li tista’ tinqara b'mod ċar u li ma titħassarx, fejn tindika:

    (a)

    il-kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament preskritta(i); u/jew

    (b)

    il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu tas-sors tad-dawl.

    4.3.   fil-każ ta’ fanali b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl u/jew b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jitbiddlu u/jew modulu(i) tas-sors tad-dawl, juru l-marka tal-vultaġġ nominali jew il-medda ta’ vultaġġ u potenza massima nominali.

    4.4.   jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 5.2 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.1 hawn fuq.

    4.5.   Fil-każ ta' fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkollu(jkollhom):

    4.5.1.

    l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx;

    4.5.2.

    il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni tal-modulu; din il-marka trid tkun tinqara b’mod ċar u ma titħassarx. Il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jinkludi fil-bidu l-ittri “MD” għal “MODULU” segwiti mill-marka tal-approvazzjoni mingħajr iċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.2.1.1 hawn taħt u, fil-każ li jintużaw diversi moduli ta’ sors tad-dawl mhux identiċi, segwiti minn simboli jew sinjali addizzjonali; dan il-kodiċi speċifiku ta’ identifikazzjoni għandu jidher fid-disinji msemmija fil-paragrafu 3.2.1 hawn fuq.

    Il-marka ta’ approvazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun l-istess bħal dik fuq il-fanal li fih jintuża l-modulu, iżda ż-żewġ marki għandhom ikunu mill-istess applikant.

    4.5.3.

    il-marka tal-vultaġġ nominali u l-potenza nominali.

    4.6.   Il-fanali li jaħdmu b’vultaġġi li mhumiex il-vultaġġi nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, bl-applikazzjoni ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li ma jkunx parti mill-fanal, għandhom juru wkoll marka li tindika vultaġġ nominali sekondarju tad-disinn.

    4.7.   It-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li jkun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-qafas tal-fanal, għandu juri l-isem tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.

    5.   APPROVAZZJONI

    5.1.   Ġenerali

    5.1.1.   Jekk iż-żewġ fanali ppreżentati skont il-paragrafu 3.2.3 hawn fuq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni għandha tingħata.

    5.1.2.   Fejn il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti annessi mal-Ftehim tal-1958, tista’ tkun applikata marka ta’ approvazzjoni internazzjonali waħda, sakemm dawn il-fanali ma jkunux raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament ma' fanal jew fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn ir-Regolamenti.

    5.1.3.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien meta ħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti dan in-numru lil tip ieħor ta’ fanal kopert minn dan ir-Regolament.

    5.1.4.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar ta’ approvazzjoni jew it-twaqqif għal kollox tal-produzzjoni ta’ tip ta’ fanal skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    5.1.5.   Kull fanal li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu juri, fl-ispazju msemmi fil-paragrafi 4.4 hawn fuq, marka tal-approvazzjoni kif deskritta fil-paragrafi 5.2 u 5.3 hawn taħt.

    5.1.6.   Il-marka u s-simboli msemmija fil-paragrafu 5.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal ikun immuntat fuq il-vettura.

    5.2.   Il-kompożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni

    Il-marka tal-approvazzjoni għandha tikkonsisti minn:

    5.2.1.

    marka ta’ approvazzjoni internazzjonali, li tinkludi:

    5.2.1.1.

    ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2),

    5.2.1.2.

    numru tal-approvazzjoni,

    5.2.2.

    is-simbolu addizzjonali “RL”.

    5.2.3.

    Iż-żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni li jindikaw is-serje ta’ emendi fis-seħħ fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni, jistgħu jkunu mmarkati qrib is-simboli addizzjonali ta’ hawn fuq.

    5.3.   Arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni

    5.3.1.   Fanali indipendenti

    L-Anness 2, Figura 1, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni bis-simboli addizzjonali msemmija hawn fuq.

    5.3.2.   Fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament

    5.3.2.1.   Fejn il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jinstabu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ diversi Regolamenti, tista’ titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali waħda, li tikkonsisti f’ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni, u numru tal-approvazzjoni. Din il-marka tal-approvazzjoni tista’ titpoġġa fi kwalunkwe post fuq il-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

    5.3.2.1.1.

    din tkun viżibbli wara l-installazzjoni tagħhom.

    5.3.2.1.2.

    l-ebda parti mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament li tittrażmetti d-dawl ma tista’ titneħħa mingħajr ma, fl-istess waqt, titneħħa l-marka tal-approvazzjoni.

    5.3.2.2.   Is-simbolu tal-identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni, flimkien mas-serje korrispondenti ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi prinċipali l-aktar reċenti għar-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni, u jekk ikun meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, għandhom ikunu mmarkati kif ġej:

    5.3.2.2.1.

    jew fuq il-wiċċ li jdawwal adattat,

    5.3.2.2.2.

    jew fi grupp, b’mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament jista’ jkun identifikat b’mod ċar.

    5.3.2.3.   Id-daqs tal-komponenti ta’ marka ta’ approvazzjoni waħda ma’ għandux ikun inqas mid-daqs minimu għall-iċken fost il-marki individwali meħtieġ mir-Regolament li skontu ngħatat l-approvazzjoni.

    5.3.2.4.   Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax talloka l-istess numru lil tip ieħor ta' fanali raggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati li jkunu koperti minn dan ir-Regolament.

    5.3.2.5.   L-Anness 2, Figura 2, għal dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni għall-fanali raggruppati, ikkombinati jew inkorporati reċiprokament bis-simboli addizzjonali kollha msemmija aktar ’il fuq.

    5.3.3.   Fanali inkorporati reċiprokament ma’ fanali oħra, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħra ta’ apparat

    Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5.3.2. hawn fuq huma applikabbli.

    5.3.3.1.   Barra minn hekk, fejn tintuża l-istess lenti, din tal-aħħar jista’ jkollha fuqha marki tal-approvazzjoni differenti relatati mat-tipi differenti ta’ fanali ta’ quddiem jew ta’ unitajiet ta’ fanali, sakemm il-parti prinċipali tal-apparat, anki jekk ma tistax tiġi sseparata mil-lenti, tinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-paragrafu 4.4 hawn fuq u jkollha l-marki tal-approvazzjoni tal-funzjonijiet reali.

    Jekk tipi differenti ta’ apparat jinkludu l-istess parti prinċipali, din tal-aħħar jista’ jkollha marki tal-approvazzjoni differenti.

    5.3.3.2.   L-Anness 2, Figura 3, ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni relatati mal-każ ta’ hawn fuq.

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    6.1.   Kull fanal għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt.

    6.2.   Il-fanali għal binhar għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b'mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament.

    6.3.   Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi ċċekkjat li:

    6.3.1.

    Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali:

    (a)

    li kull modulu tas-sors tad-dawl jista' jeħel biss fil-post maħsub għalih u korrett u jista' jitneħħa biss permezz tal-għodda;

    (b)

    Jekk ikun hemm aktar minn modulu tas-sors tad-dawl wieħed fil-qafas għall-modulu, il-moduli tas-sors tad-dawl li jkollhom karatteristiċi differenti ma jistgħux jitbiddlu fl-istess qafas tal-fanal.

    6.3.2.

    Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li ma jistax jiġi mittiefes.

    6.4.   Modulu tas-sors tad-dawl

    6.4.1.   Id-disinn tal-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li anki fid-dlam, il-modulu(i) tas-sors tad-dawl ma jista’(jistgħu) jkun(jkunu) fl-ebda pożizzjoni oħra ħlief dik korretta.

    6.4.2.   Il-modulu(i) tas-sors tad-dawl għandu jkun tali li ma jistax jiġi mittiefes.

    6.5.   Fil-każ ta’ bozza(bozoz) tal-filament li tista’(jistgħu) titbiddel(jitbiddlu):

    6.5.1.

    Kull kategorija jew kategoriji ta’ bozza(bozoz) tal-filament approvati skont ir-Regolament Nru 37 jistgħu jintużaw, sakemm ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu fir-Regolament Nru 37 u fis-serje ta’ emendi tiegħu, fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip.

    6.5.2.

    Id-disinn tal-apparat għandu jkun tali li l-bozza tal-filament ma tista’ titwaħħal fl-ebda pożizzjoni oħra ħlief dik korretta.

    6.5.3.

    L-apparat li jżomm il-bozza tal-filament għandu jikkonforma mal-karatteristiċi mogħtija fil-Pubblikazzjoni tal-IEC 60061. Tapplika l-folja bid-dejta dwar l-apparat rilevanti għall-kategorija ta’ bozza tal-filament użata.

    7.   INTENSITÀ TAD-DAWL

    7.1.   L-intensità luminuża tad-dawl mitfugħ minn kull fanal ma għandhiex tkun inqas minn 400 cd fl-assi ta’ referenza.

    7.2.   Barra mill-assi ta’ referenza u fil-meded tal-angoli definiti fid-dijagramma ta’ arranġament fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, l-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull fanal għandha tkun:

    7.2.1.

    F’kull direzzjoni li tikkorrispondi mal-punti fit-tabella tad-distribuzzjoni standard tad-dawl riprodotta fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, ma tkunx anqas mill-minimu speċifikat fil-paragrafu 7.1 hawn fuq, immultiplikat bil-perċentwali speċifikat fit-tabella msemmija tad-direzzjoni kkonċernata, kif ukoll

    7.2.2.

    ma taqbiżx 1 200 cd fi kwalunkwe direzzjoni li fiha jkun viżibbli l-fanal.

    7.3.   Barra minn hekk, tul il-medda kollha definita fid-dijagramma fl-Anness 6, l-intensità tad-dawl mitfugħ ma tistax tkun inqas minn 1,0 cd.

    7.4.   Fil-każ li fanal ikun fih aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta jkun hemm avarija f'xi sors ta’ dawl minnhom u meta s-sorsi kollha ta’ dawl jinxtegħlu, l-intensità massima ma għandhiex tinqabeż.

    Grupp ta’ sorsi tad-dawl, b'ċirkwit apposta biex jekk xi wieħed minnhom jaħdem ħażin iwaqqaf lill-oħrajn kollha milli jitfgħu d-dawl, għandu jitqies li hu sors wieħed ta’ dawl.

    8.   WIĊĊ APPARENTI

    Il-parti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza tal-fanal ma għandhiex tkun inqas minn 25 cm2 u mhux aktar minn 200 cm2.

    9.   KULUR TAD-DAWL

    Il-kulur tad-dawl għandu jkun abjad. Dan għandu jitkejjel fil-kundizzjonijiet kif preskritti fil-paragrafu 10 hawn taħt.

    10.   PROĊEDURA TAT-TEST

    10.1.   Il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir b’bozza tal-filament standard u bla kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, u l-vultaġġ tal-provvista jkun irregolat b'tali mod li jipproduċi l-fluss luminuż ta' referenza meħtieġ għal dik il-kategorija ta' bozza, meta ma jkunx fornut b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl.

    10.2.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors tad-dawl li jkun parti mill-fanal (3), il-kejl kollu, fotometriku u kolorimetriku, għandu jsir billi jiġi applikat fit-terminali ta’ dħul tal-fanal, vultaġġ ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament.

    10.3.   Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal. Il-laboratorju tat-test għandu jirrikjedi mill-manifattur it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu fornuti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli. Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    10.4.   Għal kull fanal għajr dawk mgħammra b’bozoz tal-filament, l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma' kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

    10.5.   Għandhom jiġu ddeterminati l-limiti tal-wiċċ apparenti fid-direzzjoni tal-assi ta’ referenza ta’ apparat li jagħti sinjal bid-dawl.

    11.   TEST TAR-REŻISTENZA GĦAS-SĦANA

    11.1.   Il-fanal għandu jkun suġġett għal test ta’ tħaddim kontinwu ta’ siegħa wara perjodu ta’ tisħin ta’ 20 minuta. It-temperatura ambjentali għandha tkun 23 °C ± 5°. Il-bozza tal-filament użata għandha tkun bozza tal-filament tal-kategorija speċifikata għall-fanal, u għandha tiġi fornuta b'kurrent ta' vultaġġ li jkun tali li jagħti l-qawwa medja speċifikata fil-vultaġġ tat-test korrispondenti. Iżda, għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament u oħrajn), it-test għandu jsir bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 10.2 ta’ dan ir-Regolament.

    11.2.   Fejn il-qawwa massima biss tkun speċifikata, it-test għandu jitwettaq billi jirregola l-vultaġġ biex tinkiseb qawwa daqs 90 fil-mija tal-qawwa speċifikata. Il-qawwa medja jew massima speċifikata, imsemmija hawn fuq, għandha fil-każijiet kollha tingħażel mill-medda ta' vultaġġi ta’ 6, 12 jew 24 V li fiha tilħaq l-ogħla valur; għal fanali mgħammra b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament u oħrajn) għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet tat-test stabbiliti fil-paragrafu 10.2 ta’ dan ir-Regolament.

    11.3.   Wara li l-fanal ikun stabbilizzat għat-temperatura tal-ambjent, l-ebda tagħwiġ, deformazzjoni, qsim jew bdil tal-kulur ma għandu jidher. F’każ ta' dubju għandha titkejjel l-intensità tad-dawl skont il-paragrafu 7 hawn fuq. B’dak il-kejl il-valuri għandhom jilħqu mill-inqas 90 fil-mija tal-valuri miksuba qabel it-test tar-reżistenza għas-sħana fuq l-istess apparat.

    12.   MODIFIKAZZJONIJIET TA’ TIP TA’ FANAL GĦAL BINHAR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

    12.1.   Kull modifika tat-tip ta’ fanal għandha tkun innotifikata lid-Dipartimenti Amministrattivi li approvaw it-tip ta’ fanal. Id-dipartiment jista’ mbagħad jew:

    12.1.1.

    Iqis li l-modifiki magħmula x’aktarx ma jkollhomx effett negattiv sinifikanti u li xorta waħda l-fanal għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

    12.1.2.

    Jitlob rapport ta’ test ulterjuri mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet.

    12.2.   Konferma jew ċaħda ta’ approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.1.4 ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

    12.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

    13.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

    13.1.

    Il-fanali approvati skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6, 7, 8 u 9 hawn fuq.

    13.2.

    Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-proċeduri ta’ kontroll tal-konformità tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

    13.3.

    Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur, kif stabbiliti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament.

    13.4.

    L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista' fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull stabbiliment ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

    14.   SANZJONIJIET GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    14.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ fanal għal binhar skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk fanal għal binhar li jkollu fuqu l-marka tal-approvazzjoni ma jikkonformax mat-tip approvat.

    14.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    15.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

    Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tip ta' fanal għal binhar approvat skont dan ir-Regolament, għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

    16.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TMEXXIJA TA’ TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

    Il-Partijiet għall-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, jew tal-produzzjoni li twaqqfet għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.


    (1)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend. 2 kif emendat l-aħħar mill-Emenda 4).

    (2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojta) u 58 għat-Tuniżija. In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

    (3)  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda fornut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.


    ANNESS 1

    KOMUNIKAZZJONI

    (Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 2

    EŻEMPJU TA’ KIF TIDHER IL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

    Figura 1

    Image

    Eżempji ta’ marki possibbli għal fanali raggruppati mqiegħda fuq quddiem tal-vettura

    Figura 2

    Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-apparat tad-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.

    Image

    Fanal inkorporat reċiprokament ma’ fanal ta’ quddiem

    Figura 3

    Image

    Il-parti prinċipali tal-fanal ta' quddiem għandu jkollha l-uniku numru validu tal-approvazzjoni, pereżempju:

    Image


    ANNESS 3

    KEJL FOTOMETRIKU

    1.   Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa.

    2.   F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

    2.1.

    id-distanza tal-kejl għandha tkun tali li tkun tgħodd il-liġi tal-invers tal-kwadru tad-distanza:

    2.2.

    it-tagħmir tal-kejl għandu jkun tali li l-angolu li jiġi quddiem ir-riċevitur miċ-ċentru ta’ referenza tad-dawl ikun bejn 10′ u 1°:

    2.3.

    il-ħtieġa ta’ intensità għal direzzjoni partikolari ta’ osservazzjoni għandha tiġi sodisfatta jekk l-intensità meħtieġa tinkiseb f’direzzjoni li tiddevja b’mhux aktar minn kwart ta’ grad mid-direzzjoni tal-osservazzjoni.

    3.   Fil-każ fejn il-fanal għal binhar jista’ jiġi installat fuq il-vettura f'aktar minn pożizzjoni waħda jew f'medda ta’ pożizzjonijiet differenti, il-kejl fotometriku għandu jiġu ripetut għal kull pożizzjoni jew għall-pożizzjonijiet estremi tal-medda tal-assi ta’ referenza speċifikata mill-manifattur.

    4.   Kejl fotometriku tal-fanali

    Ir-rendiment fotometriku għandha tiġi ċċekkjata:

    4.1.

    Għal sorsi ta' dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn):

    bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 10 ta’ dan ir-Regolament.

    4.2.

    Għal bozoz tal-filament li jistgħu jitbiddlu:

    meta mgħammra b’bozoz tal-filament ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull bozza tal-filament użata ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ± 5 fil-mija mill-valur medju. B’mod alternattiv, bozza tal-filament standard tista’ tintuża minflok, f'kull waħda mill-pożizzjonijiet individwali, operata bil-fluss ta’ referenza tagħha u bil-kejl individwali f'kull pożizzjoni magħdud flimkien.

    4.3.

    Għal kull fanal għal binhar għajr dawk mgħammra b’bozza(bozoz) tal-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ użu, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma' kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim.

    5.   Tabella tad-distribuzzjoni standard tad-dawl

    Image

    5.1.

    Id-direzzjoni H = 0° u V = 0° tikkorrispondi għall-assi ta’ referenza. (Fuq il-vettura, dan huwa orizzontali, parallel mal-wiċċ lonġitudinali medjan tal-vettura u orjentat fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibilità). Huwa jgħaddi miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri li jidhru fit-tabella jagħtu, fil-każ tad-direzzjonijiet varji ta’ kejl, l-intensitajiet minimi bħala perċentwali tal-minimu meħtieġ fl-assi għal kull fanal (fid-direzzjoni H = 0° u V = 0°).

    5.2.

    Fi ħdan il-medda ta’ distribuzzjoni ta’ dawl tal-paragrafu 3 hawn fuq, li tidher b’mod skematiku bħala grilja, id-disinn tad-dawl għandu jkun sostanzjalment uniformi, jiġifieri fis-sens li l-intensità tad-dawl f'kull direzzjoni ta’ parti mill-medda ffurmata mil-linji tal-grilja tilħaq tal-anqas il-valur minimu l-aktar baxx li jidher fuq il-linji tal-grilja bħala perċentwali, madwar id-direzzjoni kkonċernata.

    Figura 4

    Moduli ta' sors ta' dawl

    MD E3 17325

    Il-modulu ta’ sors ta' dawl li jkollu l-kodiċi ta' identifikazzjoni li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma' fanal approvat fl-Italja (E3) bin-numru ta’ approvazzjoni 17325.


    ANNESS 4

    Rekwiżiti minimi għall-konformità tal-produzzjoni proċeduri tal-kontroll

    1.   ĠENERALI

    1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura fi ħdan ir-rekwiziti ta' dan ir-Regolament.

    1.2.   Fir-rigward tar-rendiment fotometriku, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġi ttestjat ir-rendiment fotometriku ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:

    1.2.1.

    l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

    1.2.2.

    Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jitbiddel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ bozza oħra tal-filament standard.

    1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

    2.   REKWIŻITI MINIMI GĦALL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR

    Għal kull tip ta’ fanal id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq tal-inqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Jekk xi teħid ta’ kampjuni juri nuqqas ta’ konformità fir-rigward tat-tip ta’ test ikkonċernat, għandhom jittieħdu u jiġu ttestjati aktar kampjuni. Il-manifattur irid jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura l-konformità tal-prodott ikkonċernat.

    2.1.   Natura tat-testijiet

    It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.

    2.2.   Metodi użati fit-testijiet

    2.2.1.

    It-testijiet ġeneralment għandhom jitwettqu skont il-metodi stipulati f'dan ir-Regolament.

    2.2.2.

    Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-manifattur li jipprova li l-metodi li juża jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament.

    2.2.3.

    L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1. u 2.2.2. teħtieġ kalibrar regolari tal-apparat tat-test u l-korrelazzjoni tiegħu ma’ kejl magħmul minn Awtorità Kompetenti.

    2.2.4.

    F’kull każ, il-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-għan ta’ teħid ta’ kampjuni u verifika amministrattivi.

    2.3.   Kif jittieħdu l-kampjuni

    Il-kampjuni tal-fanali għandhom jintgħażlu b’mod każwali mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ fanali tal-istess tip, iddefinit skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.

    L-evalwazzjoni ġeneralment għandha tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista' jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn diversi fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta' kwalità u l-istess ġestjoni ta’ kwalità.

    2.4.   Karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati

    Il-fanal li tiegħu jittieħed il-kampjun għandu jkun suġġett għal kejl fotometriku għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 3 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.

    2.5.   Il-kriterji ta' x'inhu aċċettabbli

    Il-manifattur huwa responsabbli mit-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u biex jiddefinixxi, bi ftehim mal-Awtorità Kompetenti, il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità tal-prodotti tiegħu sabiex ikunu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 13.1 ta’ dan ir-Regolament.

    Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabilità għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 5 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.


    ANNESS 5

    REKWIŻITI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI MINN SPETTUR

    1.   ĠENERALI

    1.1.   Ir-rekwiżiti ta’ konformità għandhom jitqiesu sodisfatti mil-lat mekkaniku u ġeometriku, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk dawn jeżistu, jekk id-differenzi ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura.

    1.2.   Fir-rigward tar-rendiment fotometriku, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġi ttestjat ir-rendiment fotometriku ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jitbiddlux (bozoz tal-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament:

    1.2.1.

    l-ebda valur imkejjel ma jiddevja b’mod mhux favorevoli b’aktar minn 20 fil-mija mill-valuri preskritti f’dan ir-Regolament.

    1.2.2.

    Jekk, fil-każ ta’ fanal mgħammar b’sors ta’ dawl li jista’ jitbiddel u jekk ir-riżultati tat-test deskritt hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, it-testijiet fuq il-fanali għandhom jerġgħu jsiru permezz ta’ bozza oħra tal-filament standard.

    1.2.3.

    Fanali b’difetti evidenti jitwarrbu.

    1.3.   Għandu jkun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’bozza tal-filament standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jitbiddlu (bozoz tal-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal.

    2.   L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI

    Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni jintgħażlu erba’ fanali b’mod każwali. L-ewwel kampjun ta' tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat B.

    2.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

    2.1.1.

    Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli jkunu:

    2.1.1.1.

    kampjun A

    A1:

    fanal wieħed

    0 fil-mija

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    A2:

    żewġ fanali aktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    20 fil-mija

    mur għall-kampjun B

     

    2.1.1.2.

    kampjun B

    B1:

    żewġ fanali

    0 fil-mija

    2.1.2.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A jiġu sodisfatti.

    2.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

    2.2.1.

    Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

    2.2.1.1.

    kampjun A

    A3:

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    20 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    30 fil-mija

    2.2.1.2.

    kampjun B

    B2:

    fil-każ ta’ A2

     

    fanal wieħed aktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    B3:

    fil-każ ta’ A2

     

    fanal wieħed

    0 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    20 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    30 fil-mija

    2.2.2.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A ma jkunux sodisfatti.

    2.3.   Approvazzjoni rtirata

    Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 14 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

    2.3.1.

    kampjun A

    A4:

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    30 fil-mija

    A5:

    żewġ fanali aktar minn

    20 fil-mija

    2.3.2.

    kampjun B

    B4:

    fil-każ ta’ A2

     

    fanal wieħed aktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    20 fil-mija

    B5:

    fil-każ ta’ A2

     

    żewġ fanali aktar minn

    20 fil-mija

    B6:

    fil-każ ta’ A2

     

    fanal wieħed

    0 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    30 fil-mija

    2.3.3.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni A u B ma jkunux sodisfatti.

    3.   TEĦID RIPETUT TA’ KAMPJUNI

    Fil-każ ta’ A3, B2, B3 jeħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament, fi żmien xahrejn wara n-notifika.

    3.1.   Il-konformità ma tkunx ikkontestata

    3.1.1.

    Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

    3.1.1.1.

    kampjun C

    C1:

    fanal wieħed

    0 fil-mija

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    C2:

    żewġ fanali aktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    20 fil-mija

    mur għall-kampjun D

     

    3.1.1.2.

    kampjun D

    D1:

    fil-każ ta’ C2

     

    żewġ fanali

    0 fil-mija

    3.1.2.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu sodisfatti.

    3.2.   Il-konformità tkun ikkontestata

    3.2.1.

    Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali huma:

    3.2.1.1.

    kampjun D

    D2:

    fil-każ ta’ C2

     

    fanal wieħed aktar minn

    0 fil-mija

    iżda mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    3.2.1.2.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux sodisfatti.

    3.3.   Approvazzjoni rtirata

    Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 14 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:

    3.3.1.

    kampjun C

    C3:

    fanal wieħed mhux aktar minn

    20 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    20 fil-mija

    C4:

    żewġ fanali aktar minn

    20 fil-mija

    3.3.2.

    kampjun D

    D3:

    fil-każ ta’ C2

     

    fanal wieħed 0 jew aktar minn

    0 fil-mija

    fanal wieħed aktar minn

    20 fil-mija

    3.3.3.

    jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux sodisfatti.

    Figura 1

    Image


    ANNESS 6

    ANGOLI MINIMI MEĦTIEĠA GĦAD-DISTRIBUZZJONI TAD-DAWL FL-ISPAZJU

    Fil-każijiet kollha, l-angoli vertikali minimi tad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju huma 10° ’il fuq u 5° taħt l-orizzontali għall-apparat tad-DRL (Daytime Running Lights) inkluż fir-Regolament.

    L-angoli orizzontali minimi għad-distribuzzjoni tad-dawl fl-ispazju:

    Image

    Top